2 minute read

Iċ‑Ċentru Deberety Għat‑Trobbija Tal‑Mogħoż

Next Article
Editorjal

Editorjal

Futur Isbaħ Għall-Familji

Ħafna membri tal‑komunità ta’ Emdibir fl‑Etjopja jitħabtu biex jaqilgħu dħul stabbli biex jipprovdu għall‑familji tagħhom, minħabba li huma nieqsa mill‑ħiliet jew l‑opportunitajiet biex jiżguraw ix‑xogħol. B’kollaborazzjoni mal‑komunità lokali, Dun Habte u l‑Knisja bdew jibnu ċ‑Ċentru Deberety tat‑Trobbija tal‑Mogħoż, li se jipprovdi taħriġ agrikolu u impjiegi tant meħtieġa fil‑komunità. Dun Habte, flimkien mal‑komunità tiegħu, beda jespandi r‑razzett attwali ħalli jinkludi ċentru tat‑trobbija tal‑mogħoż biex jipprovdi ħalib b’ħafna nutrijenti għall‑familji. Imma hemm aktar xi jsir.

Il‑biedja sostenibbli hija l‑mod ta’ ħajja għall‑miljuni ta’ nies fl‑Etjopja, iżda n‑nixfa persistenti u ż‑żieda fil‑prezzijiet tal‑ikel jirriżultaw f’ħafna nies li jesperjenzaw problemi ta’ saħħa minħabba nuqqas ta’ ikel nutrittiv. B’xorti ħażina, 70% tal‑familji fil‑belt ta’ Emdibir m’għandhomx biżżejjed ikel xi jpoġġu fuq il‑mejda. Il‑familja ta’ Neela hija waħda minn dawn is‑70%. Neela titħabat ħafna sabiex tipprovdi medikazzjoni u trattament għal binha tarbija, Ajani, li ta’ spiss ikun ma jiflaħx, u ikel nutrittiv għaż‑żewġt itfal akbar tagħha. Il‑knisja u l‑komunità f’Emdibir jafu li din is‑sitwazzjoni mhux se tmur għall‑aħjar mingħajr intervent, u b’rispons, ikkollaboraw biex ifasslu ċentru għat‑trobbija tal‑mogħoż, biex jilħaq familji fi bżonn immedjat, bħal ta’ Neela.

“Meta staqsejna x’kien meħtieġ, ħsibna fil‑ħalib; speċjalment ħalib tal‑mogħoż, li fih nutrijenti essenzjali għal

tarbija,” jgħid Dun Habte. Aktar nutrittiv u affordabbli mill‑ħalib tal‑baqra, il‑ħalib tal‑mogħoż jista’ jgħin biex jipprovdi sors b’saħħtu ta’ ikel, li jista’ jsir ukoll f’ikel bażiku bħall‑ġobon u l‑butir. Minbarra l‑provvista tal‑familji fil‑komunità, il‑ħalib se jingħata lill‑kliniċi tas‑saħħa lokali għal programmi ta’ nutrizzjoni. Dun Habte għandu l‑viżjoni li hekk kif ir‑razzett jikber, kull ħalib żejjed prodott jinbiegħ lil reġjuni oħra, u jilħaq ħafna aktar familji fil‑bżonn.

“Dak li nagħmlu għal ħutna, qed nagħmluh għal Alla. Għax Alla huwa inviżibbli, imma narawh f’ħutna li huma fil‑bżonn. Li ngħinu lil ħutna fil‑bżonn huwa kważi t‑twettiq tal‑pjan t’Alla għall‑umanità.”

Dun Habte. 

Me. You. Us. Together. CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil-bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL-QALB

Kif tista’ tgħin lill-komunità ta’ Emdibir:

€ 55 Għajnuna biex jinxtraw il‑mogħoż.

€ 150 Kontribuzzjoni lejn xiri ta’ magni tal‑ħjata għall‑istudenti fil‑Kors tal‑Ħjata. € 200 Kontribuzzjoni lejn tagħmir għan‑nisa fil‑Kors tal‑Kura tax‑Xagħar u tas‑Sbuħija.

€ 300 Għajnuna biex jaħżnu r‑razzett b’għalf u medikazzjoni veterinarja.

€ 400 Kontribuzzjoni lejn xiri ta’ fran għall‑Kors ta’ Preparazzjoni tal‑Ikel.

€ 100 Appoġġ lill‑katekisti fl‑Etjopja sabiex ikomplu jgħinu lill‑komunitajiet tagħhom.

€ 2,000 Tħaffir ta’ spiera li tissuplixxi lil raħal sħiħ.

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

This article is from: