
2 minute read
Esperjenzi Reali
Is-saħħa li nerġgħu nibdew, titwieled mill-waqgħat tagħna. Allura meta għandna nerġgħu nibdew? Issa! Santa Katerina ta’ Siena kienet tħobb tgħid: “Toqgħodx tistenna ż‑żmien, għax iż‑żmien ma joqgħodx jistenna lilek!”

Sirna ġenituri aħjar
Bdejna ninnutaw li t‑tifel tagħna kien inbidel u kien qed iġib ruħu wisq differenti minn qabel. F’mument tajjeb u b’ħafna ħlewwa staqsejtu x’kien ġralu. Fetaħ qalbu miegħi u qalli li kien beda jieħu d‑droga. Infurmajt b’dan lil żewġi u dak il‑lejl m’għalaqniex għajn m’għajn. Konna mħawda u ħassejna li bħala ġenituri konna fallejna. Xi kultant, Joao, kien iġib lil
Meta Tintelaq fl-Imħabba t’Alla, Hu Jista’ Jibdillek Ħajtek
sħabu d‑dar, imma l‑imġiba tagħhom kienet iddejjaqna ħafna. Ma’ żewġi rajna li kellna nagħmlu għażla, jiġifieri li naċċettawhom, inħobbuhom u nkunu ta’ servizz għalihom. Minħabba dawn iċ‑ċirkostanzi kellna nħassru l‑vaganzi li konna ser nagħmlu biex stajna nibqgħu qrib tat‑tifel u nagħmlulu kuraġġ. Minħabba f’hekk ħassejna li fl‑aħħar żgur li l‑imħabba kienet se tirbaħ. Ftit wara, Joao qalilna li xtaq jibqa’ jgħix magħna u staqsiena konniex għadna lesti li nibqgħu ngħinu lil sħabu. Hekk bdiet ħajja ġdida għalina. Anki jekk ma kellniex formazzjoni jew taħriġ speċjali, ħlief li konna qed nippruvaw ngħixu l‑Vanġelu konkretament, waqqafna grupp ta’ sapport fil‑belt fejn konna noqogħdu bl‑isem: “Families Anonymous”. Illum nistgħu ngħidu li dan il‑grupp għen ħafna żgħażagħ joħorġu mill‑vizzju tad‑droga u jgħixu aħjar. (O.P. Portugall)
Alla jaf it-triq li għandna nieħdu f’kull mument ta’ ħajjitna. Għal kull wieħed u waħda minna huwa rranġa orbita fis-sema fejn il-kewkba tal-libertà tagħna tista’ tivvjaġġa. Imma hemm bżonn li aħna nintelqu f’idejh; il-Kreatur tagħna. Kull wieħed minna għandu l-orbita tiegħu, il-ħajja tiegħu, li ma tidħolx u taħbat mal-orbiti li hu għamel għall-billjuni t’oħrajn, li lkoll ħriġna mill-istess Missier.

Nafdaw f’Alla
Hekk kif qalulna li konna qed nistennew tewmin,
jiena u r‑raġel intlaqna f’idejn Alla. Diġà kellna sitt itfal u r‑raġel ma kellux paga kbira. Ftit wara ġara li ħabiba tiegħi, li hi wkoll kienet tqila, kienet għaddejja minn problemi finanzjarji. Tajtha xi affarijiet tat‑tfal tiegħi. Ftit wara rċevejt rigal ta’ żewġ ‘baby‑care kits’ mingħand iz‑zija tiegħi. Ġara wkoll li hekk kif twieldu t‑tewmin, ir‑raġel irċieva promozzjoni li ġabitlu żieda konsiderevoli fil‑paga. Dan kollu għamlilna ħafna kuraġġ biex nafdaw dejjem fil‑ħniena u l‑providenza t’Alla. (A.M. Brażil)

Temmen fil‑ġenerożità tal‑oħrajn
Qomt filgħodu u peress li bħal dakinhar il‑posta ma taħdimx, ma kinitx se taslilna l‑providenza li s‑soltu taslilna. Imma ma kienx hekk għaliex Alla, Missierna, ma jikkondizzjonax ruħu mill‑posta, għax fuq kollox hu dejjem imiss il‑qlub tal‑bnedmin u permezz tagħhom dejjem jaħseb fina. Aħna wkoll nistgħu niktbu l‑Vanġelu, almenu mill‑esperjenza ta’ din l‑avventura divina bejn il‑Missier u wliedu. (Anon)
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
RIEDA LI TAGĦTI

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra. Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt