
3 minute read
Editorjal
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm
Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg
Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il-ħarġa:
2 Editorjal 4 Messaġġ Mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Iċ‑Ċentru Kidist Mariam 12 Iċ‑Ċentru Deberety Għat‑Trobbija Tal‑Mogħoż 14 Messaġġ mill‑Arċisqof ta’ Malta 14 Messaġġ mill‑Isqof t’Għawdex 16 Programm Għall‑Jum Dinji Missjunarju 22 Il‑Qaddisa Tax‑Xahar 24 Esperjenzi Reali 26 90 Sena Ta’ Storja 32 Dehriet Tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni U Ċajt 39 Nitolbu Għall‑Mejtin Tagħna
Ritratt tal‑faċċata: Il‑powster tal‑Jum Dinji Missjunarju 2022.
In‑Nisa u l‑Impjieg fl‑Etjopja
L‑Etjopja huwa pajjiż bla baħar fil‑Qarn tal‑Afrika li jaqsam il‑fruntieri mal‑Eritrea, mal‑Ġibuti, mas‑Somalja, mal‑Kenja, mas‑Sudan t’Isfel u mas‑Sudan. L‑Etjopja għandha firxa art ta’ 1,100,000 kilometru kwadru. Il‑popolazzjoni hija ta’ madwar 123.5 miljun abitant, li jagħmilha t‑12‑il pajjiż l‑aktar popolat fid‑dinja u t‑2 l‑aktar popolat fl‑Afrika wara n‑Niġerja. Il‑belt kapitali u l‑akbar belt tal‑Etjopja hija Addis Ababa. Fost id‑diversi lingwi uffiċjali nsibu l‑Afar, l‑Amaharic, l‑Oromo u s‑Somali. Issib ħafna gruppi etniċi fosthom l‑Oromo, l‑Amhara, is‑Somali u t‑Tigrayan. Ftit aktar minn 67% tal‑popolazzjoni jħaddnu reliġjon Kristjana.
Xi bidliet fil‑mod kif in‑nisa fl‑Etjopja jiġu ttrattati jistgħu jiġu nnotati fiż‑żoni urbani, fejn dawn jistgħu jaċċessaw għall‑kura tas‑saħħa, impjieg u edukazzjoni. Madankollu, anki meta n‑nisa jkunu impjegati, xorta għandhom impjiegi b’paga estremament fqira.
200,000 mara jħallu l‑Etjopja ta’ kull sena biex jaħdmu bħala ħaddiema domestiċi f’pajjiżi bħal‑Libanu u l‑Arabja Sawdija.
mentali u fiżika severa minħabba l‑esperjenza tal‑migrazzjoni tagħhom.
Għaliex in-nisa jfittxu xogħol barra l-pajjiż?
Għal ħafna nisa, l‑għażla li jemigraw hija kaġun tal‑faqar. Bi ftit jew xejn edukazzjoni l‑opportunitajiet għax‑xogħol fl‑Etjopja huma skarsi. Dan l‑ostaklu huwa aktar aggravat minħabba l‑kultura u l‑ġeneru tal‑inugwaljanzi li jillimitaw l‑aċċess tagħhom għar‑riżorsi, għall‑edukazzjoni u għat‑taħriġ.
X’inhi l-kundizzjoni esperjenzata ladarba
jemigraw? Mal‑wasla, ħafna drabi l‑ħaddiema domestiċi migranti ma jkunux protetti la mil‑liġijiet nazzjonali u lanqas minn dawk ta’ pajjiżhom. Bħala riżultat, il‑migrazzjoni tista’ żżid il‑vulnerabbiltà għat‑traffikar tal‑bnedmin, l‑abbuż, l‑isfruttament, l‑ambjenti tax‑xogħol inumani u impjiegi informali.
Kif jgħin iċ-Ċentru Kidist Mariam Centre biex jindirizza din il-kwistjoni?
Dan jipprovdi lin‑nisa fl‑Etjopja b’opportunitajiet lokali sabiex jaċċessaw it‑taħriġ li jippermettilhom jużaw il‑ħiliet tagħhom biex jiġġeneraw dħul ħalli jipprovdu għalihom infushom u għall‑familji tagħhom. Iċ‑ċentru ma jipprovdix biss post għall‑edukazzjoni, iżda wkoll ambjent sikur biex iħossuhom kunfidenti.
*Statistika minn studju ta’ nisa migranti li rritornaw mill‑Arabja Sawdija bejn l‑2017 u l‑2020. *Organizzazzjoni Internazzjonali tax‑Xogħol 2016. *Ċentru ta’ Migrazzjoni Imħallta 2021. Matul ix‑Xahar Dinji Missjunarju kif ukoll fil‑Jum Dinji Missjunarju, li din is‑sena se jaħbat nhar it‑23 t’Ottubru, nitolbu b’mod speċjali għall‑Knisja batuta fil‑missjoni u għall‑missjunarji kollha. Il‑kura tal‑Papa għall‑knejjes kollha hija espressa permezz tat‑talb u tas‑solidarjetà inkoraġġuti minn Missio. Permezz tal‑Kattoliċi Maltin u Għawdxin, Missio jippermetti li knejjes f’djoċesijiet missjunarji jilħqu l‑komunitajiet tagħhom bl‑imħabba u l‑kompassjoni ta’ Ġesù Kristu. Ejjew ilkoll ningħaqdu flimkien biex nuru solidarjetà ma’ dawn ħutna anqas ixxurtjati minna li jgħixu f’pajjiżi tat‑Tielet Dinja. Kull talba u kull donazzjoni huma apprezzati, żgħar kemm huma żgħar. Aktar tagħrif jinsab f’din ir‑rivista jew żur www.missio.org.mt jew ċempel 2123 6962.
