
2 minute read
Messaġġ Mid‑Direttur
(Atti 1:8)
Xhud huwa dak li jkun lest li jgħid dak kollu li ra jew dak kollu li sema’ jew dak kollu li għadda minnu. Bħala Nsara, aħna lkoll msejħa biex inkunu xhieda ħajja tal‑Mulej Ġesù. Ġesù stess, qabel tela’ s‑sema, qalilna: “Intom xhieda tiegħi.” (Lq. 24:48) Dan ma jfissirx li aħna rajna b’għajnejna lil Ġesù jew smajnieh jitkellem bħalma rawh u semgħuh l‑appostli. Aħna llum nkunu tassew xhieda ta’ Ġesù daqskemm lesti li nilqgħu x‑xhieda tal‑appostli u bħalhom inħallu lil Ġesù jibdilna fih. San Ġwann, fl‑ewwel ittra tiegħu jgħidilna: “Qegħdin inxandrulkom dak li aħna rajna u smajna, biex intom tissieħbu magħna, u l‑għaqda tagħna tkun mal‑Missier u ma’ Ibnu Ġesù Kristu.” (1:3)
L‑appostli kollha ssiġillaw ix‑xhieda li taw tal‑Mulej bit‑tixrid ta’ demmhom għaliex kif stqarr Pietru quddiem is‑Sinedriju (li heddewhom bil‑forza biex ma jkomplux ixandru l‑qawmien ta’ Ġesù): “Li ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” (Atti 4:20) Li tkun xhud ta’ Ġesù ma jfissirx li bilfors trid ixxerred demmek għalih. Lanqas ma jfisser li kollox ser ikun lixx u faċli. Id‑dinja llum ma tridx tisma’ biss, imma trid tara biex temmen. Papa Pawlu VI, fl‑eżortazzjoni ‘Evangelii Nuntiandi’ jagħmel dan ċar meta qal li: “Il‑bniedem modern jisma’ iżjed bil‑qalb lix‑xhieda milli lill‑għalliema, u jekk jisma’ lill‑għalliema, dan jagħmluh għaliex huma xhieda.” (Nru. 41) Kull Nisrani għandu d‑dmir u r‑responsabbiltà li jħabbar lil Kristu kemm b’ħajtu u kemm bil‑kelma. Aħjar wieħed ma jgħidx li hu Nisrani milli jgħid li hu Nisrani imbagħad iġib ruħu ta’ pagan.


minna lkoll huwa li nħallu l‑Evanġelju jinfluwenza l‑ħajja tagħna ta’ kuljum, kemm fil‑familja, fuq il‑postijiet tax‑xogħol, fil‑postijiet tal‑mistrieħ u kull fejn inkunu. Dan jeħtieġ li nagħmluh biex inkunu tassew dawl fost il‑ħafna dlam li bih ninsabu mdawrin. Kristu mhux jitlob minna l‑impossibbli, imma dak li huwa possibbli bil‑grazzja tiegħu. Kristu jistenna li nkun xhud tiegħu mhux biss fl‑affarijiet il‑kbar, imma fuq kollox fl‑affarijiet l‑aktar żgħar u sempliċi, bħal jekk tisma’ lil xi ħadd iqatta’ b’ilsienu lil xi ħaddieħor, minflok tkompli miegħu, toħroġ it‑tajjeb tiegħu u tkun lest li titlob għalih. Tipprova taħfer lil min weġġgħek jew tirbaħ il‑ħażin bit‑tajjeb. Dawn jistgħu jidhru affarijiet żgħar, iżda fl‑istess waqt huma kbar għaliex jiftħu l‑bieb ta’ qalbek biex jidħol Kristu.
Aħna lkoll msejħa biex nirriflettu d‑dawl ta’ Kristu li hu tassew id‑dawl tad‑dinja bil‑kelma msaħħa bl‑għemejjel tagħna. L‑ewwel Insara b’hekk irnexxielhom jirbħu d‑dinja pagana għal Kristu u hekk ukoll aħna nistgħu nirbħuha mill‑ġdid bix‑xhieda tagħna għalih. (Atti 2:44‑7)

MISSJONI DONAZZJONIJIET B’RIS Q IL
sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99
B’SMS ta’ €6.99 tkun qed B’SMS ta’ 6.99 tkun qed tixtri l‑kotba għal tifel jew tifla tixtri l‑kotba għal tifel jew għal sena skolastika. tifla għal sena skolastika.
B’SMS ta’ €2.33 tkun qed titma’ B’SMS ta’ 2.33 tkun qed 7 t’itfal għal ġurnata. titma’ 7t itfal għal ġurnata.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
(VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel 21236962
