Kurrenti - Harġa Numru 34 (01/2015)

Page 1

Ħarġa Nr. 34

April/Mejju


ritratt RAKKONT L-ISTORJA TA’ WARA R-RITRATT...

ġna a p ’ f r a t k i Aqra

22


KONTENUT RITRATT RAKKONT................................................ 2 LEADERSHIP COMMITEE....................................... 4 Ħbieb,

SUPPORT TEAM..................................................... 5

Fl-aħħar waslet il-ħarġa ta’ Kurrenti! L-ewwel nett nixtiequ niskużaw ruħna li domna daqshekk biex ħriġna din il-ħarġa. Kemm il-membri ta’ Konnekxins kif ukoll dawk li jikkontribwixxu f’Kurrenti kienu u għadhom għaddejjin minn żmien pjuttost impenjattiv u huwa għalhekk li kellna nippostponu. Għalhekk ukoll hemm mnejn li jkollna nerġgħu nippostponu l-ħarġa li jmiss! Ma jimpurtax! Bħas-soltu qed inwasslulkom artikli interessanti mingħand sħabkom, fosthom l-artikli minn naħa talLeadership Committee u tas-Support Team, informazzjoni fuq karozzi u fejn għandkom tmorru tieklu u kif ukoll artiklu ġdid fuq gadgets interessanti. Bħal dejjem għal kull tip ta’ feedback jew kummenti ibagħtulna fuq konnekxins@camyouths.com. F’isem sħabi, nawguralkom Għid mimli paċi, għaqda u figolli! Narakom! Geraldine POWELL Crossroads]

MILL-MSSP............................................................ 6 IL-KEBBIES............................................................ 7 KOMUNITA’............................................................. 8 ĠURNATA FIL-ĦAJJA TA’..................................... 10 SAFAR................................................................... 12 FUQ ERBA’ ROTI................................................... 14 RESTAURANT REVIEW......................................... 16 GADGETS.............................................................. 18 AVVIŻI................................................................... 20

JEKK GĦANDEK XI RITRATT INTERESSANTI U TIXTIEQ LI JKUN UŻAT BĦALA RITRATT GĦALL-COVER PAGE, IBGĦATULNA FUQ: kurrenti@camyouths.com

Kordinatur: Nathan | Editur: Geraldine | Vici Editur: Shaun | Disinn: Rowena, Diane, Bob


minn Simon pace [Equinox]

Xi jfisser LC?

M’

għandi l-ebda dubju li l-ewwel tweġiba li ġiet f’moħħ ħafna minnkom hija Leadership Committee. Pero’ il-ħsieb ta’ dan l-artiklu m’huwiex biex nagħtikom spjegazzjoni tal-akronomi li jeżistu f’ĊAMYouths, iżda biex naqsam magħkom l-esperjenza tagħna fi ħdan l-LC, issa li ħa nagħlqu sentejn f’dan l-irwol. L-ewwelnett, xi ħaġa li żġur fhimt f’dawn s-sentejn ta’ l-LC hija l-fatt li aktar milli kumitat, l-LC isir qisu komunità żgħira fi ħdan ĊAMYouths. Komunità b’differenza, peress li tinħoloq għal żmien definit, fejn il-membri tagħha jaqsmu din l-esperjenza flimkien billi jamalgamaw l-kwalitajiet ta’ xulxin sabiex ikomplu jsaħħu dak li diġà jeżisti u jagħmlu differenza fil-ħajja tal-membri. U propju dan l-aspett iwassalni għat-tieni punt: li tagħmel differenza fil-ħajja ta’ ĊAMYouths u fil-ħajja tal-membri huwa wieħed mill-affarijiet li jagħmlu din l-esperjenza unika. Xi ħaġa li l-ħamsa li aħna qbilna u ntrabatna li nagħmlu f’dawn t-tlett snin ta’ l-LC hija li nagħmlu differenza billi noħolqu kemm jista’ jkun opportunitajiet għall- membri tagħna sabiex kulħadd iħossu dejjem aktar parti minn ĊAMYouths. Dan ma jinvolvix biss l-esperjenzi ta’ volontarjat ta’ matul ix-xhur tas-sajf iżda anki l-irwoli varji li jeżistu f’ĊAMYouths matul is-sena u li għalkemm ħafna minnhom ikunu għal żmien definit, xorta waħda ma jnaqqsux millimportanza u l-utilità tagħhom sabiex ĊAMYouths ikompli miexi ‘l quddiem. Dan l-irwol jagħtik iċ-ċans li tersaq aktar viċin tal-membri u l-komunitajiet varji u jgħinek tapprezza l-enerġija u l-entużjażmu li l-membri tagħna għandhom biex jagħmlu differenza u jkunu ta’ servizz. Dan narawh kull darba li navviċinaw lil xi ħadd biex joffri ħinu f’xi rwol speċifiku jew saħansitra meta jkunu l-membri stess li javviċinawna u jipproponulna xi ideat li lesti jagħtu s-sehem tagħhom fihom. Dan l-irwol jgħinek tintaqa’ ma’ diversi entitajiet oħra li jagħmlu xogħol simili f’Malta u permezz ta’ seminars u workshops li jsiru matul s-sena, ikollna l-opportunità li nwasslu l-messaġġ u l-ħsibijiet tagħna fuq diversi punti li jolqtuna, kif ukoll nisimgħu x’qed jagħmel ħaddieħor biex nitgħallmu minnu ukoll. Dan hu s-sabiħ ta’ l-LC, anki għaliex dan hu dak li jagħmel din l-esperjenza unika u differenti mill-oħrajn.

“li tagħmel differenza filħajja ta’ ĊAMYouths u fil-ħajja tal-membri huwa wieħed mill-affarijiet li jagħmlu din l-esperjenza unika.”


minn ROWENA CARUANA [Takara`]

SUPPORT TEAM

W

ara ftit żmien neqsin, bħala Support Team erġajna qed niktbu biex inżommu lilkom infurmati bl-aħħar attivitajiet li qed isiru jew għandna l-ħsieb li jsiru fi ħdan Ċamyouths. Kif tafu n-numru ta’ attivitajiet qisu naqas xi ftit, l-aħħar attivita li saret kienet dik tal-Milied li ukoll essaċċ ma kinitx organizzata totalment minn naħa tagħna. Dan in-nuqqas ta’ attivitajiet natribwixxuh għal diversi fatturi, pero’ naħseb l-iktar li affetwa kien in-nuqqas ta’ għajnuna u parteċipazzjoni li konna qed insibu minn Ċamyouths. Bħalissa wkoll ninsabu b’membru nieqes, minħabba li Marieclaire tinsab imsiefra u tkun lura magħna f’Mejju. Ovvjament ħadd minna ma azzarda jieħu l-irwol ta’ segretarja, wara li drajna bil-livell għoli tal-minuti ta’ Mariecliare :D Illejla qegħdin wkoll norganizzaw l-Agape, li bħala Support Team indunajna li kienet idea li ntlaqgħet ħafna s-sena l-oħra u nixtiequ li din is-sena jkun hemm ħafna komunitajiet li jipparteċipaw ukoll. Qed naħsbu ukoll biex fix-xahar ta’ Mejju norgannizzaw attivita li tolqot il-familja kollha, peress li issa kif nafu ħafna membri għandhom tfal u kważi tfal tat-tfal :P Din l-attivita’ qed nippreparawha b’ħerqa kbira u għalhekk nixtiequ li naraw ħafna minnkom hemmhekk :)


mill-mssp Preżenza siekta

minn Fr.MARTIN GALEA

Q

ed nikteb dan l-artiklu ftit wara li fil-medja internazzjonali ħarġet l-aħbar ta’ attakk suwiċida ieħor ġewwa il-Pakistan. Din id-darba ħafna qrib tal-komunità tagħna hemmhekk. Fil-fatt il-parroċċa affetwata, St John’s Parish, kienet f’idejna bejn l-1998 u l-2007, meta l-Isqof responsabbli qasam il-parroċċa fi tnejn u tana l-parti li fiha qegħdin naħdmu bħalissa. Aħbarijiet bħal dawn huma dejjem koroh, imma meta jiġru fuq l-għatba tad-dar tiegħek, jolqtuk iktar fil-laħam il-ħaj. Tiġi iktar reali l-possibiltà li xi darba tista’ tmiss anke lilna. Wieħed ma jiskantax li esperjenzi bħal dawn iqajmu reazjonijiet differenti. Ikun hemm min iħoss li ma jiflaħx għal din it-tip ta’ tensjoni, u jagħżel li jitlaq. Hemm min, iżda, jagħżel li jibqa’. Ta’ min jammira, per eżempju, id-deċiżjoni tal-Isqof ta’ Bengażi, Mgr Silvestru Magro, li quddiem Libja mfarka u mhedda mil-ISIS jibqa’ hemm ma’ ħutu l-Insara. Mumenti bħal dawn jikxfu t-tensjoni li ħafna drabi ħutna l-missjunarji jgħixu kontinwament meta jkunu qed jagħtu ħajjithom f’pajjiżi tat-Tielet Dinja. Is-sens ta’ insigurtà, l-ineffiċenzja fis-sistemi burokratiċi tal-pajjiż, il-fatt li dejjem tħossok barrani u qatt kompletament integrat fil-pajjiż, il-klima, il-kultura ... dawn u oħrajn huma kollha fatturi li jagħfsu ta’ kuljum fuq sħabna, u propju għax huma ta’ kuljum jaffetwawhom profondament.

Forsi tajjeb insemmu dan id-diskors għax diversi minna jista’ jkun għad għandhom impressjoni romantika ta’ xi tfisser taħdem fil-missjoni, speċjalment jekk kellhom xi esperjenza missjunarja qasira. Meta l-esperjenza missjunarja tkun iktar fit-tul, meta tkun stil ta’ ħajja, jibda jinħass aktar il-prezz li wieħed irid iħallas. Din hija waħda mill-veritajiet tal-ħajja. L-Imgħallem qalilna, “Jekk il-ħabba talqamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.” U din tapplika mhux biss għallmissjoni imma għal kull impenn ta’ veru fil-ħajja, kemm jekk inti msejjaħ biex tkun guide, kemm jekk għandek xi responsabiltà oħra f’ĊAMYouths, kemm jekk tixtieq tieħu d-dinja tax-xogħol tiegħek bisserjetà, kemm jekk inti msejjaħ għall-ħajja miżżewġa, kemm jekk inti msejjaħ biex tkun ġenitur ... Il-lista ma tispiċċax. M’hemmx triq oħra għal ħajja ħlief il-mewt. Lest tafda din il-verità u lil min wassalhielna?


IL-KEBBIES minn Fr. KARM DEBATTISTA

Ħajtek hi mprezzabbli u vojta fl-istess ħin

B “meta tkun taf li ħajtek, kif qed tgħixha hawn fuq din l-art, hi bla sens u vojta”

la dubju l-ħajja toffri ħafna affarijiet, sitwazzjonijiet differenti ħafna minn xulxin u kultant anke opposti minn xulxin. U naħseb li dan hu parti mis-sabiħ tal-ħajja, għax ma jistax ikollok nhar biss mingħajr il-lejl, bħalma ma jistax ikollok dejjem xitwa mingħajr is-sajf u lanqas mewt biss mingħajr il-ħajja. Imma kull żewġ opposti jibbilanċjaw kollox, speċjalment il-ħajja tal-bniedem fuq din l-art. Meta joħroġ dan l-artiklu nkunu viċin tal-Għid u ħierġin minn 40 jum tar-Randan. Dan hu żmien fejn nitkellmu mill-mewt u mill-qawmien, żewġ kunċetti opposti li jibbilanċjaw il-ħajja. Allanqas dejjem hekk fhimt l-iskop tagħhom. Parti minn dak li jfisser tkun uman hi li żżomm żewġ realtijiet opposti flimkien f’tensjoni. Hemm żewġ mumenti fil-ħajja li huma mportanti ħafna. L-ewwel mument hu meta tkun taf li għandek ħajja waħda u unika u allura hu imprezzabbli. Il-mument l-ieħor hu meta tkun taf li ħajtek, kif qed tgħixha hawn fuq din l-art, hi bla sens u vojta. It-tnejn huma mportanti u għandek bżonn iż-żewġ kunċetti biex tibqa’ miexi fiddirezzjoni t-tajba. U naħseb li dan hu l-iskop u s-sens taż-żmien tar-Randan u l-Għid. L-ewwel mument, li l-ħajja hi imprezzabbli, jagħtik enerġija sħiħa u ferħ vera li jgħinek tibqa’ f’kuntatt ma’ dak li nefaħ f’nifsejk meta ħalqek mit-trab tal-art. Ittieni mument, dak li ħajtek fuq din l-art hi vojta, jurik il-limiti ta’ dir-realtà u jħallik umli. Hekk tibqa’ tfittex minn fejn ser tirċievi l-Ħajja li tieħdok ’il barra miċ-ċokon tar-realtà tiegħek. Dan kollu jservi biex tiskopri min int, għax tirrealizza minn fejn tlaqt u fejn int sejjer. Risposta mmedjata ta’ min int tista’ tkun ħafna falza u f’sens żgħir. Imma dak li int fi stampa wisq akbar jgħinek tara min vera int fir-reatà. Dan hu dak li Santa Tereża t’Avila kienet tgħid: Aħna nsibu ’l Alla fina nfusna u nsibu lilna nfusna f’Alla. Meta tasal biex tifhem dan, taf min int u xejn ma jfixxklek jew ikissrek fil-ħajja. Nittama li l-mixja ta’ dan ir-Randan seħħet fik. Mhumiex biss ġranet partikolari tas-sena tal-Knisja imma huma hemm għal skop. U l-iskop aħħari hu li int issib lilek innifsek, dak kollu li int, mingħajr ma taħbi xejn. Għandna bżonn aktar minn Randan wieħed, bla dubju, biex naslu hemm. Nittama biss li qabel ma naslu għat-tmiem tal-ħajja fuq din l-art insiru nafu lilna nfusna aħjar u nikbru “fl-għerf, fil-maturità u fil-grazzja.” (Lk. 2:40)


komunit LY N K S


ta’

M

al-ewwel inkontri mal-komunita’ ‘Lynks’, mistoqsija li ġeneralment wieħed isaqsi hija: “Dawn x’jaħbtu?”. Pero’ apparti ċ-ċajt, li ħafna nies saru jassoċjaw ma’ din il-komunita’, żgur li dan il-grupp ta’ żagħżagh huwa ħafna aktar minn semplċiment grupp ta’ 9 rġiel (għax issa nistgħu insejħu lilna nfusna hekk) ċajtiera. Il-maġġoranza tal- membri ħriġna mill-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, seba’ minna nfatti, iżda mal-milja taż-żmien inftaħna għall- membri ġodda. L-ewwel ilqajna fostna lil Bob (mhux Bobby… Dak kien diġa’ hemm) li, biex ngħidu l-verita’ mhux mill-ewwel kien daqqilna (għax kien ftit bagħtut fil-Malti miskin) u riċentament (An)Drew li bil-mod qed isib saqajh fil-komunita’ (għax miskin jistħi).

“għandna diversita’ ta’ karattri xorta waħda; millaggressivita’ Żebbuġija u Żejtunija għas sofistikazzjoni tas-Swieqi.”

Wieħed jista’ jgħid li għalkemm qegħdin ftit, għandna diversita’ ta’ karattri xorta waħda; millaggressivita’ Żebbuġija u Żejtunija għas sofistikazzjoni tas-Swieqi. Pero’ minn hawn u minn hemm dejjem jirnexxilna regolarment niltaqgħu u niġbru dawn il-karattri varji ġo karma waħda biex flimkien naqsmu l-esperjenzi tal-ħajja. Dawn il-laqgħat għadna nagħmluhom Santa Venera għax sibnieh konvenjenti għal kulħadd (u għax niddejqu nbiddlu kemmxejn) taħt il-gwida astuta ta’ Marie Claire u Facciol (eħe għandna guide facciol). Kull laqgħa nibdewha bir-ritwal tal-kafe/te u 2 biskuttini għax l-ewwel żaqqna u s******* għax inkella ma’ tkunx laqgħa tal-Lynks. Ta’ min isemmi l-komunita’ Lynks hija ġeneralment intiża fiċ-CamYouths. S’issa kellna 3 coordinators f’ żewġ CamKamps differenti li meta wieħed jikkonsidra l-eta’ tenera tal-membri tal-komunita’ (bejn 21 u 23 sena) hija quite impressive. Għandna wkoll membri nvoluti fis-Support Team kif ukoll fl-Activities Team u għandna l’ Bruce ☺. Mal-medda taż-żmien, il-membri tal-komunita’ kollha konna nvoluti f’xi tip ta’ esperjenza ta’ volontarjat li kollha b’mod jew ieħor għenu biex jikber l-ispirtu tagħna ta’ komunita’. Riċentament ħafna mil-membri tal-komunita’ daħlu fid-dinja tax-xogħol fil-waqt li oħrajn għadhom għaddejin bl-istudi tagħhom. Dawn il-ħafna impenji xi kultant jagħmluha diffiċli biex insibu ħin għal-laqgħa pero’ tarf dejjem donnu sibna. Li huwa fiċ-ċert huwa li għalkemm is-sitwazzjoni dejjem tinbidel, u ser tibqa’ tinbidel, żgur li dak li bnejna bejnietna f’dawn l-aħħar snin ser ikompli jikber.


gurnata fil minn GILBERT GAUCI [Amistad]

PA E D I AT RI C P RACT I C E D EVE LO P M EN T N U THE PAEDIATRIC CONFERENCE WITH A DIFFERENCE

© PAEDIATRIC PRACTICE DEVELOPMENT TEAM

I

l-kariga tax-xogħol tiegħi hi ftit kumplessa għaliex tinkludi aspetti maniġerjali, kif ukoll aspetti ta’ prattika mal-kumplament tal-ħaddiema fl-isptar. Nagħmel parti minn tim ta’ tmienja fi ħdan l-isptar Mater Dei. Kull wieħed minna għandu sezzjoni taħt idejħ, u jiena nieħu ħsieb id-dipartiment tal-pedjatrija (tat-tfal). Bażikament, fi ftit kliem, xogħli hu dak li nara li l-infermiera li jaħdmu mat-tfal (madwar 130 infermier) qegħdin iwasslu l-aħjar servizz imqabbel ma dak li hu l-aqwa livell – li fis-settur tas-saħħa dejjem jogħla u jinbidel. Sabiex isir dan, l-infermier irid ikollu opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ

kontinwu, u hemmhekk fejn nidħol jien. Apparti dan, l-irwol tiegħi jinvolvi li nieħu ħsieb proġetti ġodda fid-dipartiment li ħafna drabi jkunu proġetti li jkun inħoloq il-bżonn tagħhom sabiex jinżamm il-livell għoli tas-servizz mogħti lit-tfal kemm minn infermiera u anke mit-tobba. Fis-snin li għaddew kien hemm ħafna inizjattivi fosthom konferenzi, għodod ġodda ta’ dokumentazzjoni, attivitajiet ta’ team building u ħafna oħrajn. Parti iebsa mix-xogħol li nħabbat wiċċi magħha kuljum hija l-bidla. Huwa diffiċli ħafna sabiex peruna li ilha ammont ta’ snin fisservizz, uħud aktar minni, tbiddel il-mod ta’ kif


fil-hajja ta’...

URSE

NOTICE TO STAFF ASEPTIC NON – TOUCH TECHNIQUE TRAINING PROGRAMME

topera! Apparti minn hekk jidħlu wkoll problemi ta’ nuqqas ta’ impjegati u l-istess ambjent tat-tfal li huwa delikat immens u li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar isir delikat. Ma dawn hemm ukoll il-fatt li fid-dipartiment tal-pedjatrija l-infermier irid jieħu ħsieb kemm lit-tifel/ tifla kif ukoll lill-familji tagħhom li kollha jġorru bagalja differenti u allura problemi ġodda. Hija kariga li ġġorr ammont ta’ responsabilita’, għax kull ma jsir se jaffetwa l-ħajja ta’ persuna ċkejkna. Kariga li fiha qatt ma taf biżżejjed, imma li trid iżżomm ruħek aġġornat u pass jew tnejn ‘il quddiem, speċjalment meta fl-era ta’ llum il-pazzjent iġib miegħu minjiera ta’ informazzjoni. Apparti kollox, hija kariga li tħallili sodisfazzjon.

19TH OR 22ND MARCH 2015 11:00 – 12:00 SEMINAR ROOM – GROUND FLOOR, BROWN FOYER

For more information, please contact the PRACTICE DEVELOPMENT TEAM on 2545 4948

24h


T R AVEL S U M MER U N IVE R S I TY

The Travel Summer University “FinEst Way to Push your Limits” was a myriad of colours so intense and interwoven that even now memories and feelings cannot record all the experiences of this TSU. I arrived in Tartu, Estonia on Sunday the 6th of July 2014 at 22.00 and was met by Raul Maesalu from Tartu who hosted me. On the 7th of July I met the Finnish and Estonian organisers and we spent a day at the river in Tartu. The TSU officially started in the evening at a pub. From then on... it is difficult to follow precisely the sequence of events – activities organised and places visited were many and varied. The first limit-pusher was an adventure park in Tartu, where organisers and participants demonstrated more than their normal monkey behaviour, climbing trees and ropes and performing balancing tricks, with the alcohol from the night before still running through their veins. This was followed by a city tour round Tartu and a first shock – organisers and participants stripped and jumped into the city fountain for refreshment. In the evening super/zero-hero party, the participants showed their true powers. Wakeboarding in ‘Rahinge Extreme Park’ was a first for most of the participants the next day. Ignoring this, they pushed their limits and rode above the surface, performing quite decent runs. In the evening, a ‘Vana Tallinn’ workshop was held, while the night was spent at club ‘Atlantis’ by the river. The next day we departed for Pärnu.


minn ALBERT BORG [NRG]

SAFAR

In Pärnu, I recall vividly and thankfully the Massage Workshop which brought some life back to my tired limbs, the ‘Tervise Paradiis’ SPA and the relaxing time at the beach and the lovely coloured houses, restaurants and clubs. On the second day, trampolines in a games arcade were tested to their limits as participants jumped and somersaulted. On Saturday we were off to Tallinn, where a short city tour was followed by a Military Workshop, a true demonstration of Estonian resilience. A city pub crawl was held at night. The beautiful old town of Tallinn was revisited the day after, prior to departure for Stockholm on the Baltic Queen, an amazing cruise ship, equipped with clubs, game arcades, stores, comfortable beds, anything your heart could desire. The world cup final was followed by a boat party, limited sleep and arrival in Stockholm Monday morning. Entering Stockholm’s harbour was entering heavens’ gates, beautiful landscape extended to as far as the eye could see. Small sailing boats spotted the crystal clear waters surrounded by wooded forests. In Stockholm we spent four hours going round the city, which was quite impressive with its massive palaces and squares. Then we caught the ‘Gabriella’ and headed to Helsinki. We arrived to Helsinki on Tuesday and ate some delicious salmon soup, had a dip at Hietanemi beach and finished the night with a 90’s party at the legendary Aegee-Helsinki Office. Lodging in Helsinki (or actually Espoo) included comfortable bunk beds complete with mattresses – Hurray! No more sleeping in sleeping bags in gyms! On Wednesday we visited much of Helsinki while taking part in a very thorough city rally. This was followed by delicious blue cheese salmon, a pub crawl and a massive foam party

at Vatican Club! The foam party was crazy!!! Another way of pushing limits. The following day we visited the fortress Suomenlinna, a picturesque fortress built by the Swedes against Russian invasion, which the Finns claim as theirs. A peculiar sitsit dinner was held that evening, the Finnish claiming its aim was socialising, though drinking, shouting and singing seemed the main issues. The next day they took us to paradise – Märkiö Cottage in Nurmijärvi, or more simply the cottage by the lake. The cottage was actually a number of huts which included: lodging quarters, partying and eating quarters, karaoke quarters, a shed holding kayaks and canoes and a sauna. The European Night was held at the cottage, which European night also included a piñata, a traditional Mexican game and a crazy game for the organisers improvised by Mr Panos, the Greek participant. A huge BBQ and Finnish Olympics which included boot throwing, wife carrying and canoeing were also held in the Cottage. The three days spent by the lake at the cottage are a fuming memory of hot Finnish sauna, canoeing, swimming, nude people, laughter, DJ Seppo music, alcohol and Ukulele and guitar music accompanied by the angelic voice of Maria, the Spanish participant. Unfortunately on Monday 21st July 2014, paradise was over, and we headed back to Helsinki. My last memories are at Seppo’s apartment and eating banana pancakes for breakfast at the Office before catching my flight to Malta.


fuq minn MARK SPITERI [Lynks]

erba’ roti

M

udell minn ditta li tipproduċi mudelli lussużi u ta’ klassi. Din id-darba stil coupe, forsi sinonimu iktar għal xi dawra mal-Ewropa. Karozza sportiva li għalkemm ilha ftit li ħarġet fis-suq, xorta għadha sabiħa u tiġbed l-attenzjoni fit-triq.

Kumdità

Stil

Naturalment, karozza Mercedes, toffri l-għola valuri u livelli ta’ kumdità u li tagħtik pjaċir issuqha. Dashboard iddisinjat biex jagħtik l-informazzjoni kollha fit-triq mingħajr ma taqla idejk mill-isteering. Għalkemm huwa mudell b’żewġ bibien, l-aċċess għal wara huwa tajjeb. Ilkarozza takkomoda erba’ persuni f’kumdità u kwalità li karozza ta’ dan it-tip taf toffri.

Mudell li ħareġ fl-2004 biss fit-triq xorta għadu jiġbed l-attenzjoni. Emblema kbira fuq quddiem li ġġiegħel ilkarozza tiftaħar li hija Mercedes, u xi ħaġa li anke x-xufier iħossu kburi biha. Fil-facelift ta’ dan il-mudell id-ditta neħħiet il-pilastru tan-nofs sabiex f’xi ġurnata xemxija tniżżel il-ħġieġ tal-ġnub u tagħtik eleganza li ftit karozzi joffru. Fuq ġewwa, il-karozza toffri spazju tajjeb anke fuq wara, biss il-karozza hija 4 seater. Il-boot naħseb li huwa l-ikbar wieħed li qatt rajt.

Performance

Kwalità

Id-ditta hija magħrufa li tibni karozzi li jidhru klassiċi imma fl-istess ħin joffru sportività meta tiġi bżonn. Jekk se jkollok karozza bħal din, ma tantx se tħares lejn l-ekonomija tagħha, għax għalkemm dil-karozza għandha waħda milliżgħar magni, xorta tbati ftit fl-ekonomija. Biss toffri pjaċir fis-sewqan kemm b’veloċità baxxa u anke meta tkun tixtieq issuq ftit iktar. Magna 1.8 petrol armata b’supercharger u gearbox b’six speed li tħallik bla kliem hekk kif tagħfas ilpedala

Karozza bħal din toffri l-għola livelli ta’ kwalità. Ġilda 2 tone fuq ġewwa kollu, bejn griż ċar u abjad li jagħmel ambjent sabiħ ħafna. Armrest kbar fuq quddiem u wara bi spazju fejn tpoġġi xi flixkun tal-ilma. Arja kkundizzjonata li b’sempliċiment għafsa ta’ buttuna waħda, il-karozza tista’ titfa arja sħuna jew kiesħa awtomatikament skont ittemperatura ta’ barra. Is-siġġu tax-xufier jiċċaqlaq b’mod elettroniku u joffri memorja għal 3 settings differenti. Dawl u wipers li jaħdmu waħidhom filwaqt li l-fanali ta’ quddiem


MERC EDES BE N Z CL K 200 KO MPRESSOR AVA N TGA R DE jinħaslu skont l-esiġenza. Peress li dan huwa mudell b’żewħ bibien, il-bibien tal-ġnub huma kbar mhux ħażin. Għalhekk meta tagħlaq il-bieba, mekkaniżmu minn wara s-siġġu jagħtik is-seat belt, biex ma toqgħodx tiġġebbed. Boot li jinfetaħ b’għafsa ta’ buttuna mill-bieba tax-xufier u sistema li ssakkar il-karozza malli tibda miexja. Saħansitra anke telefon, u dak kollu li wieħed jimmaġina

Prattiċità Il-Mercedes CLK mhuwiex mudell li fl-opinjoni tiegħi huwa l-aqwa karozza għal kuljum. Għalkemm bi spazju kbir quddiem u fil-boot, il-karozza hija kbira xi ftit. Il-karozza armata bil-parking sensors fuq wara, biss il-parking irid ikun daqsxejn kbir biex jakkomoda karozza ta’ ftit inqas minn 5 metri. Għaldaqstant, għalkemm twila u wiesa, ilkarozza xorta timmanuvraha b’mod faċli grazzi għal mod kif ir-roti ta’ quddiem iduru meta tikser. Barra min hekk, il-karozza mhux l-iktar waħda ekonomika. Biss min-naħa l-oħra, il-karozza hija perfetta għal xi dawra fil-weekend. .

Sigurtà Karozza Ġermaniża b’numru kbir ta’ airbags, sistema mill-aktar avvanzata tal-brejkijiet u sistema li tipprevjeni l-karozza milli tiskiddja, għax magna sportiva fuq karozza li tingrana wara hija xi ftit perikoluża. Alarm u sistema li tinforma lid-ditta f’ każ li jinfetaħ xi airbag jew jekk ilkarozza tinduna li ġiet involuta f’inċident. Karozza ta’ dan il-kalibru mhix irħisa biex tixtriha u żżommha iżda la darba tkun għandek ma jiddispjaċikx bl-għażla li tkun għamilt. Il-karozza toffri lussu, kumdità fis-sewqan u sigurtà li Mercedes biss taf toffri, apparti stil sabiħ li jħallik tħossok kburi u kuntent kull darba li tirkeb fiha jew issuqha


minn SARAH u RENZO KERR CUMBO [Equinox u Jovenes]

RESTAUR

CAFE` DELOS Sarah: Fil-festa ta’ San Pawl, peress li ħarġet ġurnata sabiħa, xtaqt immur niekol x’imkien b’veduta tal-baħar! Ċempilt lil Casa Pace, u flimkien ma’ Renzo, ommi, missieri, ħija u t-tfajla, ddeċidejna li nmorru Café Delos - il-cafeteria tad-Dolmen Hotel - bil-veduta tant sabiħa tal-Gżejjer ta’ San Pawl. Ġibna foccaccia fil-bidu ħalli nibdew ntaffu mill-ġuħ li kellna, u mnalla, għax kollha ordnajna platti differenti u l-ikel dam ftit ma wasal…pero..definitely worth the wait! Jien ħadt għaġin bil-curry, shrimp u spinaċi. Dan l-għaġin kien divin..it-togħma kienet wisq tajba. Ħija ħa għaġin nero seafood bix-shellfish. Dan il-platt kien number one ta’ fuq il-mejda…u kien kbir biżżejjed, li ħija għall-ewwel darba f’ħajtu, ħalla ftit fil-platt! Platti l-oħra kienu salad, pizza, risotto porcini u ravjul. Kulħadd kien ferm kuntent, u ma stennejniex li ħa nsibu ikel daqshekk tajjeb minn ġo cafeteria ta’ hotel. Apparti hekk, il-prezzijiet għal porzjonijiet li kellna kienu tajbin ħafna. Pizza, pasta u risotto għandek €9 il-platt. Għandu wkoll section ta’ grills bi prezz normali. Vera ħadna pjaċir, u jiena fraħt għax naf li meta jkolli aptit dik il-veduta tant sabiħa, hemm ristorant li ħa jpaxxili għajnejja u żaqqi.

FRATELLI LA BUFALA Sarah: Qabel ma żżewwiġt, dejjemkont niddejjaq li koppji miżżewġa ma jibqgħux joħorġu u jsiru boring..issa li żżewwiġt, nistħi ħafna ngħid li sirt l-iktar persuna boring li teżisti (ara x’paċenzja rrid nieħu biha - Renzo). Kien nhar ta’ Ġimgħa partikolari. Renzo wasal id-dar pjuttost kmieni mit-training (8.30pm) u avolja kont diġa lesta bil-pyjama u komda fuq is-sufan, ġiegħelni nqum, nilbes u noħroġ għal pizza. Bi dwejjaq kbar, fid-9.30pm konna bilqiegħda Fratelli La Bufala (parking faċli u b’xejn). Dan ir-ristorant kien għoġobni meta fetaħ, iżda matul iż-żmien qisu bdejt nisma’ reviews ħżiena fuqu u waqaft naħseb fih. Pero għidna ejja nerġgħu nippruvawh. 9.35pm ordnajna pizza..jiena ħadt waħda bil-blue cheese u truffle, u Renzo kellu aptit Capricciosa. Mingħajr esaġerazzjoni ta’ xejn, 9.40pm bdejna nieklu l-pizza! Kellhom nies mhux ħażin, pero għandhom forn daqs dinja (ejja ngħidu daqs Napli biex ma nesaġerawx) allura l-pizza tkun lesta litteralment f’ħames minuti. Malli bdejna nieklu, jien u Renzo ħarisna lejn xulxin, u tajna ħarsa li kienet tgħid..wow..insejt kemm kienet tajba din il-pizza! Skont jien, viċin ħafna tal-pizza ta’ Napli..pero hawn ħafna nies li din ma jaċċettawhiex! 10pm ħadna kafe u 10.30pm kont lura d-dar bil-pyjama ☺ Dan mhuwiex ristorant ta’ ħarġa twila. Emmnuni - jekk tordnaw pizza delivery ukoll iddumu iktar biex tieklu, pero pizza tal-ġenn


RANT REVIEW IL-VERDETT! IKEL: 9 AMBJENT: 8 VALUR: 9

IL-VERDETT! IKEL: 9 AMBJENT: 7 VALUR: 8


gadgets minn SHAUN CASSAR [Lynks]

Ħ

bieb, erġajna wasalna għal sena ġdida ta’ Kurrenti u għal din is-sena ħsibna biex l-artiklu ikun ftit differenti minn dak li kellna s-sena l-oħra fejn iddiskutejna xi daqxejn fatti strambi. Din is-sena se nkunu qed niddiskutu l-gadgets u t-teknoloġija li aħna mdawwrin biha. Ħsibt biex f’dan l-ewwel artiklu nsemmi ftit teknoloġija interessanti li se tkun madwarna f’din is-sena li għadha pjuttost fil-bidu tagħha u li tista’ tintuża fid-djar. Gadget interessanti u li żgur jagħmel ħajjitna iktar faċli hi l-magna tal-ħasil u għalhekk il-kumpanija LG se tkun qed toħrog mudell li jismu Twin Wash. Jismu hekk, għaliex tista’ titfa’ żewg loads fl-istess ħin ġo din il-magna, waħda kbira u waħda żgħira. Dan tista’ tagħmlu ovjament fl-inqas ħin u bl-iktar mod effiċjenti biex tibża għall-ambjent. Fl-istess ħin, il-kumpanija Dacor ħarġet forn bl-istess kunċett u apparti hekk, dan tista’ tikkontrollah kompletament bil-vuċi tiegħek, x’ħin jixgħel, b’liema temperatura tridu u liema forn mit-tnejn li għandek trid tuża. Mill-banda l-oħra, il-kumpanija Lynx ħasbet f’dawk in-nies li huma dilettanti tal-barbeques iżda mhumiex mill-aqwa fit-tisjir. Dawn ħolqu grill li permezz ta’ App apposta tista’ tkun taf kemm hemm bżonn issajjar dak l-ikel partikolari, fi x’ħin hemm bżonn li taqleb l-ikel u saħansitra t-temperatutri ta’ dak li tkun qed issajjar.


Il-kumpanija Oral-B se tkun qed tieħu iktar ħsieb tas-snien tagħna, dan għaliex għandha ukoll App assoċjata ma’ mudell ta’ xkupilja tas-snin. F’din l-App tista’ tara kemm ilek taħsel snienek, liema partijiet ta’ snienek ħsilt sew jew le u anke jekk intix tagħmel biżżejed pressjoni biex snienek tnaddafhom tajjeb. Il-kumpanija Archos ukoll ħarġet sistema interessanti li tagħmel il-ħajja ħafna iktar faċli, fejn din iżżomm kont tal-affariiet li tkun qed tuża minn ġol-fridge tiegħek u imbgħad meta jispiċċaw iżżidhom awtomatikament fil-lista tal-affarijiet li jkollok bżonn tixtri u b’hekk tkun ċert li qatt ma tħalli xejn barra. Żgur li permezz ta’ dawn il-ftit affarijiet nistgħu inżidu xi ftit l-effiċjenza fl-affarijiet li nagħmlu, għalkemm m’hemmx dubju li magħhom ibati ftit il-kont bankarju :)


ritratt RAKKONT Raqda tajba u twila wara Post-ĊAMKamp Bash 2014. Wara l-buzz kbira li nieħdu waqt ĊAMKamp dejjem ikun hemm ħafna entużjazmu bejn il-membri differenti talkomunitajiet għalhekk kienet ħarġet l-idea ta’ dan l-event biex kulħadd jerġa jiltaqa’ wara ĊAMKamp.

EVENTS A P R I L U M EJJ U AMP LOST & FOUND

3 D ay s o f M u s ic and Me rrymak ing 0 3 /04 / 2 0 1 5 - 0 5 /0 4 /2 0 1 5 A l l M a l te s e Is land s

FLYING SUPERKIDS

A tr u ly u n iqu e sh ow f rom De nm ark 04/04/2015 - 07/04/2015 MFCC

INTERNATIONAL SPRING ORCHESTRA Classical mu sic festival 07/04/2015 - 11/04/2015 Man oel Th eatre

PATCHES SPRING FAIR 2015

An exper ien tial an d u n iqu e c rafts fai r 12/04/2015 Valletta Cr u ise Ter min al


at tiv i taj ie t ta lġimgħ a m qa ddsa L-AGAPE Infakrukom li L-Agape se jkun qed isir wara il-quddies ta’ Ħamis ixXirka li tibda fit-8:00pm. Mistednin iġġibu ikel bħala komunita` biex imbgħad jinqasmu l-affarijiet kollha bejn kullħadd. Ibgħatu email blitems li se tkunu qed iġġibu fuq st@camyouths.com.

MALTA MECHANISED GROUND FIREWORKS FESTIVAL

1ST MALTAMUM PARTY For kids aged 1 - 7 an d th eir m um 26/04/2015 Fu n lan d

A nnu a l p y ro t h ec nic eve nt 1 8 /04 / 2 0 1 5 T h e Gra n a r ie s

FESTA FRAWLI

T h e A n n u a l S t raw b e rry Fe stival 1 9 /04 / 2 0 1 5 M ġa r r

MALTA INTERNATIONAL FIREWORKS FESTIVAL A s pe c ta c u l a r p yro te c hnic eve nt 2 5 /04 / 2 0 1 5 - 0 2 /0 5 /2 0 1 5

GOZO ULTRA TRAIL Gozo’s tou gh est race 02/05/2015 Nadu r - Gozo

GARMIN MALTA 113K TRIATHLON Swim, cycle an d r u n 17/05/2015 Bir żebbu ġa


http://www.camyouths.com https://www.facebook.com/groups/camyouths/


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.