Kurrenti - Ħarġa Numru 32 (02/2014)

Page 1

Ħarġa Nr. 32

Mejju/Ġunj

u


ritratt RAKKONT L-ISTORJA TA’ WARA R-RITRATT...

ġna a p ’ f r a t k i Aqra

17


KONTENUT RITRATT RAKKONT................................................ 2 LEADERSHIP COMMITEE....................................... 4 SUPPORT TEAM..................................................... 5 Hello ħbieb,

MILL-MSSP............................................................ 6

Waslet ħarġa oħra ta’ Kurrenti, l-‘online magazine’ li jżomm lill-membri kollha ta’ ĊAMYouths aġġornati b’dak kollu li jkun għaddej. Is-sajf wasal ukoll u miegħu jġib l-esperjenzi ta’ volontarjat mill-membri tagħna. F’din il-ħarġa ħa ssibu ftit informazzjoni fuq il-bidu ta’ dawn l-esperjenzi, li iktar ma jmur iktar qed jikbru. Fost l-artikli tas-soltu, din id-darba introduċejna wkoll artiklu li, f’kull ħarġa, ħa jkun qed jagħtina ftit informazzjoni fuq aspetti differenti ta’ pajjiżna! Bħal dejjem nirringrazzja lil kull min ta il-kontribut tiegħu biex din il-ħarġa tasal għandkom. Nixtieq nawgura ukoll lil Renzo (Jovenes) u lil Sarah (Equinox) li kull ħarġa joffrulna ftit informazzjoni fuq fejn għandna mmorru nieklu jew le, li dalwaqt se jingħaqdu flimkien għall-ħajja miżżewġa! Awguri mingħand it-tim kollu ta’ Konnekxins. Min jixtieq jibgħatilna xi ‘feedback’ jew xi kummenti jista’ jagħmel dan billi jibgħatilna fuq kurrenti@ camyouths.com. Awguri lil dawk kollha li bħalissa għaddejin milleżamijiet - tinkwetawx daqt jgħaddu! :-) Narakom Geraldine Powell [Crossroads]

IL-KEBBIES............................................................ 7 KOMUNITA’............................................................. 8 ESPERJENZI........................................................ 10 ĠURNATA FIL-ĦAJJA TA’..................................... 18 SAFAR................................................................... 22 FUQ ERBA’ ROTI................................................... 24 RESTAURANT REVIEW......................................... 26 BEAUTY TIPS........................................................ 28 FATTI KURJUŻI..................................................... 29 AVVIŻI................................................................... 30 MALTA.................................................................. 30

JEKK GĦANDEK XI RITRATT INTERESSANTI U TIXTIEQ LI JKUN UŻAT BĦALA RITRATT GĦALL-COVER PAGE, IBGĦATULNA FUQ: kurrenti@camyouths.com

Kordinatur: Nathan | Editur: Geraldine | Vici Editur: Shaun | Disinn: Rowena, Diane, Bob


minn SIMON PACE [equinox]

Sena ta’ Ħidma Flimkien

I

ż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd. Hekk bdejna r-rapport ta’ ħidma ta’ LC u jagħmel sens li nibda dan l-artiklu bl-istess mod. Dan għaliex diġà għaddiet sena minn meta ġejna magħżula biex naħdmu flimkien bħala LC u għalkemm tnax-il xahar jaf jidher żmien qasir, il-mument li tieqaf u tħares lura tinduna kemm filfatt saru affarijiet f’dawn it-tnax-il xahar. Kellna diversi mumenti matul din l-aħħar sena fejn ridna navviċinaw membri minn ĊAMYouths biex jaħdmu f’diversi rwoli. Nieħdu gost ninnutaw li dawn il-membri laqgħu l-offerta tagħna b’entużjażmu u b’sens ta’ servizz kbir. Minn hawn inkomplu nħeġġu lill-membri sabiex meta msejħa, ikunu miftuħin għal dawn l-opportunitajiet. Mument importanti fis-sena ta’ ĊAMYouths huwa ż-żmien ta’ preparazzjoni għall-esperjenzi ta’ volontarjat li nagħmlu fixxhur tas-sajf. Din is-sena se nkunu qed noffru ħames esperjenzi ta’ volontarjat - La Goulette, Napli, Blarney, Pakistan u Dublin. Ninsabu kuntenti ħafna bin-numru sabiħ ta’ membri ta’ ĊAMYouths li applikaw għal dawn l-esperjenzi. Dan jawgura tajjeb ħafna fid-dawl tal-viżjoni tagħna, fejn nixtiequ noffru l-ikbar numru possibli ta’ opportunitajiet lill-membri tagħna. F’Settembru reġa ġie organizzat ĊAMKamp bit-tema ‘Just Right’. Dan kellu suċċess kbir fost il-membri tagħna, fejn xhieda ta’ dan kienet l-atmosfera li laħqet il-quċċata tagħha fl-attività tas-Sibt filgħaxija u l-quddiesa tal-Ħadd filgħodu. Grazzi kbira lil ĊAMYouths li għal darb’oħra wera li dejjem ħares lejn nies b’realtajiet differenti bħala opportunità u mhux bħala theddida. Minbarra l-flus li ĊAMYouths għad irid jirċievi mill-Fond għall-Kawżi Ġusti, bħala organizzazzjoni applikajna għall-Overseas Development Aid li huwa fond għall-iffinanzjar ta’ proġetti minn NGO’s Maltin f’pajjiżi tat-tielet dinja. ĊAMYouths applika b’suċċess għal żewġ proġetti, fejn irċivejna fondi għall-iżvilupp ta’proġett diġà eżistenti ġewwa l-Filippini li jinkludi kostruzzjoni u żvilupp ta’ Multi-Purpose Hall ġewwa Bataan, kif ukoll irċivejna fondi oħra li marru għal proġett ġewwa l-Pakistan li jirrigwarda l-installazzjoni ta’ sistema ta’ solar power back-up ġewwa skola f’ Lahore. Nagħlaq dan l-artiklu billi f’isem sħabi l-membri ta’ LC nirringrazzja lilkom lkoll, membri ta’ ĊAMYouths, li permezz tal-enerġija, il-ħin u l-kreattività tagħkom jirnexxilna lkoll flimkien noħolqu xi ħaġa tant sabiħa kemm għalina l-membri kif ukoll għal dawk li jaħbtu magħna filħajja ta’ kuljum. Ejja nieħdu ħsieb din id-diversità u naħdmu sabiex dan il-messaġġ tant sabiħ inġorruh magħna kull fejn inkunu.

“Nieħdu gost ninnutaw li dawn il-membri laqgħu l-offerta tagħna b’entużjażmu u b’sens ta’ servizz kbir.”


SUPPORT TEAM

minn ROWENA CARUANA [Takara`]

L-Agape u Dar ĊAMYouths

M

inn xahar għall-ieħor, Support Team niltaqgħu biex nippruvaw dejjem naraw kif nistgħu nlaqqgħu iktar lillmembri ta’ ĊAMYouths flimkien filwaqt li nkunu kemm jista jkun ta’ għajnuna għall-LC. L-aħħar attivita’ li ġiet organizzata u li bla dubju kienet suċċess kbir, kienet l-agape, li saret bħala parti millĠimgħa Mqaddsa. Il-Ġimgħa Mqaddsa bdiet bl-eżerċizzji minn Fr. Karm Debattista. Dawn servew ta’ tħejjija għallkumplament tal-ġimgħa. Din is-sena t-tema ta’ dawn l-eżerċizzji kienet ‘Min jitwieled tond ghandu jmut kwadru’.

Din is-sena ħsibna biex nerġgħu nibdew norganizzaw l-AGAPE biex il-komunitajiet kollha ikunu parti minn ċelebrazzjoni wara l-quddiesa ta’ Ħamis ix-Xirka. “Ftit snin ilu konna wasalna għall-għażla ta’ Jum Ħamis ix-Xirka bħala jum il-festa spiritwali ta’ ĊAMYouths. Hija l-ġurnata fejn il-komunità tieħu s-sens sħiħ tagħha fis-servizz u l-imħabba li nagħtu lil xulxin, li hi aktar ċara fil-ħasil tar-riġlejn” - Fr. Karm Debattista. Bħala Support Team iddeċidejna li kull komunita` għandha ġġib xi ikel biex jinqasam bejn in-nies preżenti. Nistgħu ngħidu li din is-sena naħseb li kien hemm ammont rekord ta’ nies li attendew għal din l-attivita’ u m’għandniex xi ngħidu…l-ikel ma naqasx, pero b’sodisfazzjon nixtiequ nserrħu raskom li ftit li xejn intrema ikel u ovvjament ikompli tajjeb mas-sens ta’ din iċ-ċelebrazzjoni. Kellna rispons vera tajjeb minn kull min kien preżenti u naħseb li l-atmosfera waqt din l-attivita’ kienet xhieda ta’ dan. B’diżappunt pero ma nistgħux ngħidu l-istess għas-sibt filgħodu. Tlabna biex min jista’, jiġi jagħti daqqa t’id biex jitnaddaf iċ-ċentru, imma konna biss 3 min-nies. Minn din nixtieq nieħu spunt biex ngħid li Dar ĊAMYouths hija ta’ kullħadd, mhux biss ta’ Support Team jew tal-Leadership Committee u għalhekk nemmen li kulħadd għandu jgħin biex kemm jista’ jkun nibżgħu għal dan il-post.


mill-mssp minn Fr.MARTIN GALEA

L e c tio Di v ina

G

ħal darb’oħra, f’din il-ħarġa ta’ Kurrenti, nixtieq noffri skema ta’ Lectio Divina li tista’ tintuża kemm fuq livell individwali, kif ukoll f’xi laqgħa ta’ komunità. Anzi, jagħmel ħafna sens li l-ewwel issir fuq livell personali, imbagħad tingħax flimkien fil-komunità.

Ġwanni 10, 1-10 Ta’ kull sena, fir-raba’ Ħadd tal-Għid, ikollna qari millEvanġelju ta’ San Ġwann li jitkellem fuq Ġesù bħala r-Ragħaj it-Tajjeb. Fis-silta li għandna din is-sena, li ħa tinqara l-Ħadd 11 ta’ Mejju, Ġesù jippreżenta ruħu bħala dak li n-nagħaġ jagħrfu leħnu, kif ukoll il-bieb li minnu tista’ tidħol u toħroġ bil-libertà kollha, u li minnu tgħaddi biex tiskopri “ħajja, u ħajja bil-kotra.” Bħal dejjem, importanti li wieħed l-ewwel jinġabar f’post adattat, jikwieta ftit, jitlob l-Ispirtu Qaddis t’Alla biex imexxieh hu, u imbagħad jaqra is-silta bil-mod, għal darba, darbtejn.

Riflessjoni Forsi qabel nirriflettu fuq is-silta, ftit mistoqsijiet: Inħoss li ħajti bħalissa hija sabiħa, hija “ħajja bil-kotra”? Liema vuċi tmexxi ħajti? Insib ħin biex nisma’ l-vuċi ta’ Ġesù għax nemmen li jista’ jagħtini ħajja bil-kotra? Xi kultant naqgħu fin-nasba li nemmnu li jekk inħallu lill-Mulej imexxina, ħajjitna se jonqsilha xi ħaġa, se tkun inqas minn dak li tista’ tkun. Hemm vuċi fina li tgħidilna li jekk tagħti kas Alla, dan il-ħin kollu se jgħidlek x’ma għandekx tagħmel, il-ħin kollu se jillimitak. Fil-verità, ħajja immexxija mill-Mulej hija aktar ‘ħajja.’ Jekk inħallu lill-Mulej ikun is-Sid tagħna, aħna nsiru aktar bnedmin, aktar kapaċi ngawdu d-don tal-ħajja. Għax ħafna drabi, dak li jisirqilna dan id-don huwa d-dnub, id-dnub li jagħmilna inqas umani, inqas bnedmin. Ħares ftit x’jiġri kull darba li tħalli d-dnub jirrenja fil-ħajja tiegħek. Tispiċċa mkisser, sfigurat. Hemm xi ħadd li lili jafni sewwa, li l-vuċi tiegħu tolqotni fil-profond, għax kien hu li ħalaqni. Biss ħafna drabi l-vuċi tiegħu tindifen qalb ħafna vuċijiet oħra, għax ma nsibx biżżejjed ħin u ambjent fejn nismagħha. Allura jien inbati, għax ħajti tispiċċa disorjentata, mitlufa, maħkuma mill-biża u s-solitudni. Meta ħa nikkonvinċi ruħi li għandi bzonn nagħti kas din il-vuċi?


IL-KEBBIES minn Fr. KARM DEBATTISTA

Is-Sinjal ta’ Ġona

S “Kemm ikun

jagħmel aktar sens li kieku ma tgħammidnix daqshekk żgħar u għamilna l-mixja vera nisranija, dik li mmutu ma’ Kristu biex ngħixu miegħU, jew fiH.”

akemm tkun ħarġet din il-ħarġa jkun għadda l-Għid, imma jien qed nikteb l-għada ta’ din l-akbar festa fil-Knisja. Din il-festa mhix eżatt dwar Ġesù li jirritorna lura fil-ġisem tiegħu imma hi stedina biex nikkopjaw dan il-passaġġ importanti li nsejħulu Mysterium Paschale: il-Misteru tal-Għid. F’Sibt il-Għid ta’ din is-sena kellna żewġt itrabi għall-magħmudija u allura ħsibt li, peress li nitgħammdu meta nkunu żgħar, probabli naħsbu li issa l-magħmudija seħħet, u m’hemmx wisq aktar x’nagħmlu. La issa mgħammda u l-Ispirtu t’Alla niżel fuqna, allura, ġejna meħlusa middnub tan-nisel u xogħlna lest. Kemm ikun jagħmel aktar sens li kieku ma tgħammidnix daqshekk żgħar u għamilna l-mixja vera nisranija, dik li mmutu ma’ Kristu biex ngħixu miegħU, jew fiH. Darba l-iskribi u l-Fariżej talbu ’l Ġesù sinjal u r-risposta ta’ Ġesù kienet li hemm sinjal wieħed biss għal dan in-nisel ħażin: is-sinjal tal-profeta Ġona. Bħalma Ġona għamel tlett ijiem f’żaqq il-balena biex imbagħad ġie mibżuq fuq ix-Xatt ta’ Ninwe, hekk ukoll kien ser jagħmel Ġesù. Hekk ukoll għandu jagħmel kull min hu nisrani. Dan hu dak li, fil-verità, l-magħmudija tfisser. Għandna bżonn tlett ijiem, 3 xhur, 3 snin, jew anke 30 biex nagħmlu din il-mixja sħiħa u nsibu ruħna fuq xatt ġdid, kif sab ruħu Ġona. Il-ħajja fiha nnifisha toffri dawn il-mumenti ta’ dlam ġo żaqq il-ħuta, mumenti ta’ tbatija fejn tiskopri li m’għandekx kontroll, kif ħsibt. Huma mumenti neċessarji, imma ħafna minna naħarbuhom, ninjorawhom, jew neħduha kontra t’Alla minħabba fihom. Nirrabjaw li, bħal Ġona, xi ħadd jitfana barra mill-vapur imma hu biss b’dan il-mod li naslu fuq ix-xatt it-tajjeb. Il-probabilità hi li mhux aħna ser nagħżlu li nintefaw fl-ilma, imma niġu b’xi mod sfurzati minn xi ħadd, jew mill-istorja u ċ-ċirkustanzi, jew bil-grazzja t’Alla. Tkun taf li dan kollu kien rigal għalik wara li ssib ruħek fuq ix-xatt ilġdid, wara li tgħaddi mill-istorja kollha. Hu hemm li tifhem kollox u tagħraf xi jfisser il-Misteru tal-Għid, il-mewt u l-qawmien, il-mixja middlam għad-dawl, il-libertà wara li titlaq kull kontrol, il-Magħmudija.


komunit ZERO6


ta’

B

il-għajnuna ta’ isimna, wieħed malajr jista’ jikkalkula li l-komunita’ ilha tmien snin parti minn ĊAMYouths. Bħall-maġġoranza tal-komunitajiet fi ħdan ĊAMYouths, iltqajna fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, fejn ilkoll kemm aħna konna studenti. Apparti l-epilogu xejn nieqes mill-mistħija – Zer06 beda minn ħerba ġuvintur qas jafu x’ser jagħmlu b’ħajjithom, fejn anke konna nagħtu xi ftit ta’ nkwiet... madanakollu ma tistax ma tħobbniex! Dawn l-aħħar tmien snin għalina, kien żmien fejn il-membri u l-karattru talkomunita’ raw ħafna tibdil u maturita’. Matul dan iż-żmien il-preżenza tal-komunita’ f’ħajjet il-membri kienet tinħass kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin.

“dejjem nibqgħu komunita’ magħquda”

Grupp bħal tagħna ma jonqosx milli jkun iggwidat mill-idejn preċiżi ta’ kirurgu u l-għajnejn t’ajkla ta’ linesman bħal Kenneth u Alan rispettivament. Dan kollu taħt id-direzzjoni tal-qdusija tiegħu Fr. Karm. Infatti, nieħdu l-opportunita’ biex nirringrazzjawhom tas-sagrifiċċji li għamlu biex sawwruna fil-grupp daqshekk tal-ġenn li aħna llum, minkejja l-impenji straordinarji tagħhom. Kif xi wħud jafu, Kenneth ħa jkun qiegħed il-bogħod minnha msiefer fuq xogħol. Ghalhekk nieħdu l-opportunita’ biex nawgurawlu suċċess fil-pass il-ġdid li se jkun qiegħed jagħmel fil-karriera tiegħu. Nieħdu l-opportunita’ biex nitolbu l’Alla jżomm idejh fuq il-pass atletiku t’Alan, biex ikompli jġib riżultati tajbin fil-ġiri. Illum il-ġurnata in-nies naqsu, imma l-għaqda żdiedet. Kulħadd kiber, u żdiedu l-impenji! Min qed jaħsiblu għaż-żwieg, min jisker fix-xoghol u kif ukoll xi tnejn li għadhom studenti. Dan, kultant jagħmilha diffiċli li niltaqgħu u ġieli innutajna li għadda xahar u kien hemm min bilkemm rajnieh u n-nuqqas ħassejnieh sew! Għalhekk, dejjem naħdmu biex inżommu din l-għaqda u minn sena għal sena naraw x’hemm bżonn biex dejjem nibqgħu komunita’ magħquda.


ESPERJENZI N

apoli 2014! Kienet ix-xewqa tat-tnejn li aħna li nerġgħu nagħmlu esperjenza ta’ volontarjat wara li niżżewġu, imma qatt ma bsarna li se nkunu magħżula bħala koordinaturi. Ma tantx domna biex aċċettajna, għalkemm id-deċiżjoni ma kinitx faċli. Issa bħala koppja miżżewġa għandna iktar impenji u responsabbiltajiet iżda la ġiet is-sejħa ħassejna li għandna naċċettaw. Diġa’ bdejna xi preparamenti u issa għandna ġenn biex nirrankaw sew. S’issa kellna l-ewwel laqgħa ta’ preparazzjoni għall-esperjenza mal-voluntiera u sakemm jiġi ppublikat dan l-artiklu suppost illi tkun saret it-tieni laqgħa wkoll. Ftit tas-siegħat ilu għadna kif ġejna nfurmati li n-numru ta’ voluntiera ħa jiżdied għaliex kien hemm iktar nies interessati jagħmlu volontarjat f’Napli.


Il-bidu ta’ l-esperjenza ġewwa Napli

minn christine u clifton calleja [onyx]

Fl-ewwel laqgħa li saret ftit tal-ġimgħat ilu, il-grupp beda jsir jaf daqsxejn iktar lil xulxin. Qegħdin grupp ta’ voluntiera imżewwaq sew b’varjetà ta’ nies b’delizzji differenti u għandna anke Għawdxija! L-enerġija pożittiva fost il-voluntiera tinħass sew u minn kif jidhru l-affarijiet għandu jkollna esperjenza tal-ġenn! Meta Diane (Equinox) ikkuntattjat lis-sorijiet biex tintroduċina magħhom spjegawlna li kollha ħlief waħda inbidlu mis-sena l-oħra ‘l hawn. Avżajna lill-Madre li konna se nkunu Napli għal żmien l-Għid u aċċettat li tiltaqa’ magħna. Kien feeling ftit stramb - business meeting mas-soru!! Pero’ kienet laqgħa utli ħafna fejn tkellimna fuq ħafna affarijiet! Il-Madre tidher dħulija u approachable. Iltqajna ukoll ma’ Sister Dolores li kienet Napli fl-2009, l-aħħar sena li għamilna l-esperjenza aħna u selliet ħafna għal kull min jafha. Issa ż-żmien qed jagħfas u f’inqas minn 70 ġurnata se nkunu bdejna l-esperjenza ta’ Napli 2014. Nixtiequ li nkunu ta’ servizz għas-sorijiet u għat-tfal li se niltaqgħu magħhom, li l-voluntiera jgħixu esperjenza sabiħa li tgħinhom jikbru u fl-aħħar u mhux l-inqas li nagħmlu isem tajjeb għal ĊAMYouths.


La Goulette 2014....iġri jasal!

minn LISA CAMILLERI u ROWENA CARUANA [CROSSROADs u TAKARA`]

I

l-preparazzjonijiet bdew ftit ġimgħat ilu meta ltqajna aħna t-tnejn bħala koordinaturi ta’ La Goulette 2014 għall-ewwel darba. Kellna ħerqa kbira biex infittxu nibdew u naraw x’se nħarbxu għall-ewwel laqgħa mat-23 voluntier li applikaw. 23...bqajna mbellħin għax kienet l-ewwel darba li applikaw daqshekk nies għal din l-esperjenza. Ovvjament għen ħafna l-fatt li din hija pjuttost esperjenza li ġiet f’idejn ĊAMYouths riċentament, u din is-sena se tkun l-ewwel darba għall-maġġoranza assoluta tal-voluntiera li ħa jkunu parti minn din l-esperjenza.


Fit-13 t’April, iltqajna għall-ewwel darba mal-voluntiera kollha u nistgħu ngħidu li l-ewwel laqgħa kienet suċċess għax mhux biss iltqajna ma’ kull min applika imma wkoll sirna nafu lil xulxin aħjar bħala grupp permezz ta’ logħob żgħar li kienu ppreparati. Kollha jidhru ottimisti li din l-esperjenza ser tħalli togħma tajba f’ħalq kulħadd. Mill-bidu tal-preparazzjoni għal din l-esperjenza bdejna niġu assistiti millPDT u minn hawn nixtiequ nirringrazzjawhom kemm tal-għajnuna li qed jagħtuna w anke tal-mod effiċjenti li bih mexxew il-proċess tal-għażla tal-voluntiera. Kellhom jintgħażlu biss 16-il ruħ u issa wara din il-biċċa xogħol xejn faċli ninsabu kuntenti u iġri tasal l-laqgħa li jmiss nhar il-Ħadd, 4 ta’ Mejju biex nibdew niffukaw aktar dwar x’ser toffrilna din l-esperjenza. Il-Madre, Sr. Pierina, tidher ħerqana aktar minn kulħadd u mill-ftit li kellimniha fuq Skype jidher li hi persuna effiċjenti u li lesta tilqagħna b’idejha miftuħa. Eh! u bilħaqq...ma ninsewx ngħidu...daqt ser tibdew tisimgħu mingħandna [u tafu kemm naf inkun fitta jiena fejn jidħlu affarijiet hekk - Lisa....:)], biex tattendu u tieħdu sehem fl-attivitajiet ta’ fundraising li ser ikollna! Nitolbukom tgħinuna ngħinu...bħal dejjem kull qatra tgħodd! Irridu li nitilgħu La Goulette preparati għal kull ostaklu li nistgħu naffaċċjaw u ċerti li bid-dedikazzjoni u l-ħerqa li wrew s’issa l-voluntiera kollha, ser tkun esperjenza li ser iġġib ferħ, imħabba u tagħlim lit-tfal li ser niltaqgħu magħhom ġewwa t-Tuneżija. Daqshekk għalissa ...naġġornawkom ftit qabel intiru għal La Goulette...


minn Danielle farrugia [onyx]

G

ħat-tieni sena konsekuttiva, ĊAMYouths ħa jerġa jitla’ Blarney dan is-sajf mill-20 ta’ Lulju għal ġimgħatejn. Din s-sena għandna ħafna iktar affarijiet li nistgħu ngħidu li aħna iktar ċerti minnhom. Peress li nafu lis-sorijiet u l-fatt li nafu l-post, jgħinu ħafna biex inkunu iktar ippreparati għal din l-esperjenza. Bħala post ħa nerġgħu niġbru t-tfal ta’ Mallow, li huwa nofs siegħa bogħod minn Blarney. Ġo Mallow hemm ċentru li jingħata għall-użu tagħna biex inkunu nistgħu nagħmlu dan il-kamp għat-tfal. Għalkemm is-sena l-oħra jien kont waħda mill-voluntiera , kull esperjenza hija ġdida fiha nnifisha. Din is-sena ħa tkun differenti wkoll peress li LC afdawni bir-rwol ta’ co-ordinator tal-esperjenza. Nħossni onorata u ferħana li nista’ nagħti s-servizz tiegħi f’dan ilqasam. M’għandix dubju li din s-sena ħa jkollna esperjenza sabiħa mat-tfal li se jqattgħu dawn ilħmistax magħna. Il-ġurnata tagħna tibda b’mument ta’ talb li jieħu forma ta’ assembly u wara nagħmlu attivitajiet differenti bħal crafts u logħob. L-ingredjent li naħseb li huwa l-iktar importanti f’dan l-qasam pero’ hija l-imħabba li nistgħu nagħtuhom u nuruhom anke f’daqshekk żmien qasir. Din tinħass ħafna millpreżenza tas-sorijiet li huma xempju ta’ kif aħna nippruvaw inkunu mat-tfal. Għalkemm l-esperjenza tagħna hija mat-tfal, is-sorijiet ukoll jilqgħu f’darhom u jaħdmu ma’ rġiel li qegħdin jirkupraw minn xi vizzju tad-droga u alkoħol. Ħerqana biex flimkien malbqija tal-voluntiera nkomplu bil-ħidma tagħna qabel ma’ nitilgħu l-Irlanda biex nippreparaw u nagħmlu xi “fundraising activities” biex nagħtu ftit għajnuna ukoll lis-sorijiet u lit-tfal.

Bla rn ey


Il-Bidu ta’ l-esperjenza tal-Irlanda

I

s-sena l-oħra kont parti minn esperjenza ta’volontarjat f’Napli. Din ħalliet fija impatt ta’ xewqa li għal darba oħra nerġa nkun parti minn esperjenza oħra. Din is-sena erġajt applikajt bl-intenzjoni li nkun parti minn waħda mill-esperjenzi volontarji organizzati fi ħdan ĊAMYouths. Ġejt offruta biex nieħu ħsieb l-esperjenza ġdida li se ssir għallewwel darba ġewwa Dublin. Flimkien mal-grupp ninsab eċitata u anzjuża fl-istess ħin, minħabba l-fatt li din l-esperjenza qatt ma saret ġewwa Dublin. Din se ssir għallewwel darba, u allura l-grupp flimkien mas-sorijiet qegħdin nibnu struttura biex noħolqu l-attivitajiet flimkien. Il-grupp li se nkun nagħmel parti minnu għal din l-esperjenza huwa magħmul minn seba’ persuni. Id-dinamika ta’ grupp żgħir tista’ tintuża b’mod tajjeb, fejn ħafna mid-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu flimkien. Qegħdin f’kuntatt kontinwu mas-Soru biex nkunu nistgħu nippjanaw l-attivitajiet li se nkunu qegħdin nattwaw fis-Sajf mat-tfal. Bħalissa għaddejjin sensiela ta’ laqgħat fejn isiru diversi attivitajiet sabiex nsiru nafu lil xulxin u biex il-grupp jiżviluppa flimkien biex nkunu nistgħu naħdmu flimkien b’mod produttiv u tajjeb. Qed isiru ħafna preparazzjonijiet biex il-gruppi kollha tal-volontarjat jagħtu s-sehem tagħhom fil-Fund Raising ewlenija li hija il-Pasta Night. Nirringrazzja lill-PDT għas-sapport kontinwu offrut u tal-għajnuna kull meta tiġi mitluba u fejn jkun il-bżonn. J’Alla li l-preparazzjonijiet għal din l-attività twassal biex tkun waħda ta’ suċċess bejnietna, mas-sorijiet u mat-tfal biex tkun opportunita ġdida ta’ volontarjat fejn tkun tista’ terġa issir fis-snin li ġejjin.

minn Angela vella [onyx]

D u b l i n


id-djakonatIMĦABBA U QADI...

N

iftakar li meta kont qed nipprepara għall-ordinazzjoni tad-djakonat ġiet persuna u talbitni biex wara l-ordinazzjoni mmur u nqaddes quddiesa fil-komunita tagħha. Jien ħarist lejha, tbissimtilha u għidtilha: “Jien djaknu ser insir u mhux qassis!” Naħseb hija xi ħaġa komuni ħafna li n-nies iħalltu ż-żewġ ministeri fil-knisja minħabba l-fatt li waħda mill-irwoli li għandu d-djaknu hu li jassisti lill-qassis waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija. Ma ntihiex tort! Fil-qosor, id-djakonat huwa l-aħħar stadju qabel ma’ wieħed jiġi ordnat saċerdot (għalkemm tajjeb li ngħidu wkoll li hawn djakni li huma permanenti). Fost l-irwoli oħra ta’ djaknu hemm li mhux biss jaqra l-Vanġelu, imma li flimkien mal-komunità, jaqsam u jfiehem kif il-Kelma ta’ Alla għadha tagħmel sens u tagħti direzzjoni għal ħajjitna fil-ġurnata tal-lum. Barraminhekk, id-djaknu jista wkoll jassisti u jbierek iż-żwieġ nisrani, kif ukoll jgħammed. Pero id-djaknu għandu rwol importanti ieħor fil-Knisja. Id-djaknu hu dak li bħal Ġesù “ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi.” (Mat 10:45) Permezz tal-ministeru tiegħu, d-djaknu ifakkar lill-komunità fid-dmir importanti tagħha hi li msejħa biex sservi, speċjalment f’dinja fejn il“jien” hu ħafn’aktar importanti mill-“aħna”. Bħala insara, s-sejħa biex naqdu mhix separata mill-ħajja ta’ kull komunità nisranija. Anzi komunità li taqdi biss il-bżonnijiet tagħha, mhix komunità nisranija. Għaldaqstant, id-djaknu għandu jkun dak li jżomm lill-Knisja saqajha ma’ l-art, li jkun ‘on the lookout’ għar-realtajiet ta’ tant batuti, fqar, nies mwarrba u fil-konfini tas-soċjetà.

minn CLINTON FARRUGIA [mssp]


Il-Papa Franġisku f’ħafna mid-diskorsi tiegħu jħeġġiġna u jistedinna bħala komunità nisranija nkomplu niskopru s-sejħa tagħna li nkunu il-knisja tal-fqar. Filfatt iħobb jitkellem ħafna fuq il-bżonn li aħna mmorru fil-periferija – mhux biss filperiferija ġeografika, imma fil-periferija ta’ l-umanità - lejn dawk li s-soċjetà twarrab. Alla tagħna hu Alla li mhuwiex magħluq fih nnifsu, imma Alla, li frott l-imħabba li hu jwassal lilna, jistedinna biex immorru oltre ċ-ċrieki u d-dinja żgħira li ħafna drabi ingħalaqna fiha. Jien nemmen li s-sejħa għas-servizz twasslek biex l-ewwelnett, titgħallem tħobb. Li tkun tħobb tfisser li tasal fil-punt fejn tinduna u tifhem li int mintix iċ-ċentru tad-dinja u li l-ħajja ta’ ħaddieħor hi importanti u ta’ valur. Li tħobb tfisser li int qed tiftaħ qalbek għal ħaddiehor u tħallih jgħallmek. Li tħobb tfisser ukoll li temmen f’dak li tkun tagħmel għal ġid ta’ ħaddiehor anke jekk forsi fl-għajnejn tad-dinja jidher li ma jagħmilx sens jew li hu irrilevanti. Barraminhekk is-sejħa għas-servizz twasslek biex titgħallem tkun umli. Tasal biex tinduna li dak kollu li għandek huwa għandek għax ingħatalek, anke jekk ħdimt għalih. Ġwanni fl-ewwel ittra tiegħu jgħidilna, “Aħna nħobbu ghax kien hu li ħabbna l-ewwel.” Li tkun umli tfisser ukoll li tkun konxju tan-nuqqasijiet tiegħek imma tibqa temmen li Alla qed jaħdem f’dak in-nuqqas tiegħek. Huwa meta taqdi, meta tingħata, meta tagħti ħajtek li ssir taf iktar min int verament u tinduna li Alla kontinwament qed jistiednek għal affarijiet ġodda u ikbar f’ħajtek. Fil-ministeru tiegħi dejjem qed ninduna iktar li fid-dinja tagħna llum, in-nies ma jridux la affarijiet materjali u lanqas soluzzjonijiet biex isolvu l-problemi li jaffaċjaw. Ħafna drabi jridu nies li jieqfu u jimxu magħhom. U propju l-ministeru jpoġġini f’post fejn nkun nista’ nagħmel dan. Li turi kompassjoni tfisser li tkun lest li tismagħhom u taqsam il-mumenti tat-tbatijiet jew anke ta’ ferħ magħhom. Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq kompassjoni vaga quddiem r-realta’ ta’ sħabna, imma determinazzjoni biex nikkommettu lilna nfusna għal għan wieħed – għal ġid ta’ l-ieħor għax aħna responsabbli ta’ xulxin. Tinsewx, il-kbir fostna hu dak li neża minn ilbiesu, libes il-mantar u beda jaħsel saqajn sħabu. J’Alla l-esperjenza ta’ l-appostli tkun l-esperjenza tal-komunitajiet tagħna: esperjenza ta’ qadi u ta’ kompassjoni li ġejja mill-qalb.

ritratt RAKKONT ĊAMYouths, kull fejn imorru jġorru l-ikel! Dan kien wieħed mill-ħafna kejkijiet tajbin li ppreparaw xi membri minn tagħna dakinhar ta’ Mission Sunday tal-2013. Dakinhar wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija erħejnilha lejn ilBuskett għal daqxejn ta’ piknik. M’għandniex xi ngħidu, xi ftit (jew ħafna) ħlewwiet u belgħa tè binnagħnieh ma naqsux.


gurnata fil minn IVANA PACE [Takara`]

RADIOGRAPHER

“J

ekk qed taħsbu li xogħli jinvolvi xi programm fuq ir-radju jew xi ħaġa li għandha x’taqsam mal-ġeografija sejrin ‘l bogħod ħafna. Aħna r-radiographers jew nkella kif iħobbu jgħidulna tal-X-rays, naħdmu l-isptar u nipprovdu kull tip ta’ immaġini li tobba, konsulenti, professuri u nies oħra fil-qasam mediku jkollhom bżonn biex tgħinhom jaslu għall-dijanjosi tal-pazjenti tagħhom. Apparti minn hekk, nipprovdu ukoll terapija permezz tar-raġġi biex tfejjaq lill-pazjenti. Kien William Conrad Roentgen li skopra l-X-rays fl1845 ġewwa l-Ġermanja u minn dakinhar, żviluppi kontinwi fil-magni kif ukoll fit-teknoloġija tal-Xrays ma waqqfux. L-X-rays bdew jintużaw f’oqsma differenti fosthom: fil-mediċina, fil-forensika, firrestawr, fl-industrija għal xi inspezzjonijiet fil‘welding’, kif ukoll fl-ajruporti. Aħna r-’radiographers’ li naħdmu l-isptar naħdmu ħafna mar-radjoloġisti li huma tobba speċjalizzati fuq l-interpretazzjoni talimmagini li nipprovdulhom. B’hekk ikunu jistgħu joħorġu rapport uffiċjali biex ikunu jistgħu jgħinu lillkonsulenti, tobba eċċ jaslu għad-dijanjosi tal-pazjenti li jkunu marru għandhom bi problema li ma tistax tissolva b’eżami fiżiku biss. Ili naħdem ġewwa Mater Dei dawn l-aħħar sena u nofs u biex ilħaqt ‘diagnostic radiographer’ studjajt erba’ snin l-universita’. Il-kors tiegħi kien jinkludi suġġetti differenti fosthom: anatomija, ħafna teorija rigward teknika ta’ kif tpoġġi l-pazjent għall-X-ray (skont liema parti jkollu bżonn li tittieħed), informazzjoni biżżejjed biex nifhmu l-eżamijiet differenti li nistgħu nagħmlu, nitgħallmu metodi differenti kif nistgħu nnaqsu d-doża lill-pazjenti u xi naqra fiżika ma tonqosx ukoll. Minn tlett snin ilu ‘l hawn l-kors inbidel ftit għax minn barra li tiggradwa u ssir ‘diagnostic radiographer’, isir ukoll ‘therapeutic radiographer’. Fil-fatt, studenti ta’ dan il-kors jitilgħu 6 xhur Wales għal prattika f’dan il-qasam, biex b’hekk meta fix-xhur li ġejjin, ladarba jiftaħ l-isptar tal-Onkoloġija ikunu jistgħu jaħdmu hemm.


fil-hajja ta’... Ix-xogħol tiegħi ma jinvolvix ħin twil ma’ pazjent individwali għalhekk huwa ta’ importanza kbira li fi ftit ħin nibnu relazzjoni tajba mal-pazjent billi nispjegaw x’qed nagħmlu u ngħidu kelma ta’ kuraġġ. Dan għaliex ħafna drabi, il-persuna tkun mbeżżgħa mir-riżultat li tista’ tirċievi jew saħansitra l-persuna tkun mweġġa’ u jkollha ċertu limitazzjonijiet biex timxi u għalhekk inkunu rridu niggwwidawha kif għandha toqgħod għallX-ray bl-iktar mod faċli għaliha. Il-każijiet li jkollna mhux dejjem jippermettu li tikkomunika mal-pazjent, speċjalment waqt xi inċident ta’ natura gravi jew xi pazjent fl-ITU, madanakollu, hu dejjem importanti li nirrispettaw id-dinjità ta’ kull pazjent li jiġi quddiemna.

“Ix-xogħol tiegħi ma jinvolvix ħin twil ma’ pazjent individwali għalhekk huwa ta’ importanza kbira li fi ftit ħin nibnu relazzjoni tajba mal-pazjent billi nispjegaw x’qed nagħmlu u ngħidu kelma ta’ kuraġġ.”


24h

Id-dipartiment tagħna magħruf bħala ‘Medical Imaging Department’ u jikkonsisti f’sezzjonijiet differenti li jinkludu: - General x-rays Dawn jinkludu l-X-rays komuni li jittieħdu l-iktar biex niddeterminaw hemmx ksur fl-għadam. Jeżisti ukoll dak li jissejjaħ ‘fluoroscopy’ li huma serje ta’ X-rays li jittieħdu wara xulxin biex tara per eżempju l-kulur li jingħata lill-pazjent waqt li jkun dieħel fl-istonku. - CT scan Dan l-eżami juri ‘slices’ tal-post li jkun qed jiġi eżaminat għalhekk ir-radjoloġista jkollu iktar dettall sabiex joħrog riżultat għall-problema li jkollu l-pazjent. Ħafna drabi jiġi injettat kulur minn ġol-vina biex b’hekk joħroġ iktar dettall. Fil-fatt dan l-proċess isir ħafna bħala ‘follow-up’ ta’ pazjenti morda bil-kanċer għax ikunu jistgħu jaraw fejn hu eżatt it-tumur u jekk ikunx infirex f’postijiet oħra. - Nuclear Medicine Il-pazjent li jattendi għal dan it t-tip ta’ eżami jingħata ‘isotope’ fil-vina li mbagħad jiġi interċettat minn gamma camera. Dan l-isotope ġeneralment jiġi assorbit f’partijiet fil-ġisem li jkun hemm tumur jew inkella fejn ikun hemm xi ksur fl-għadam. - PET Scan Din it-teknoloġija tinkludi l-gamma camera (nuclear medicine) u CT scan flimkien sabiex tipproduċi immaġini 3D flimkien mal-post ta’ fejn ikun ġie assorbit l-’isotope’. - MRI Dan huwa simili għas-CT scan bid-differenza li ma jużax radjazzjoni (X-rays) biex jipproduċi l-immaġini, iżda bis-saħħa ta’ kalamiti kbar li jaffetwaw il-molekuli li għandna f’ġisimna, jipproduċu sinjal li jiġi mibdul f’immaġini dettaljata tal-parti li qed tiġi eżaminata. - Mammografija Dan huwa eżami speċifiku tas-sider li juża doża żgħira ta’ raġġi għalhekk jista’ jsir ta’ spiss (breast screening) biex b’hekk telimina l-possibiltà li l kanċer li jinstab jilħaq jinxtered. - Ultrasound Dan l-eżami ma jużax X-rays biex jipproduċi l-immaġini iżda juża ‘sound waves’. F’Malta dan l-eżami għadu jsir mir-radjoloġisti. Għalkemm ma joffrix dettal daqs CT scan jew MRI huwa eżami tajjeb biex jelimina lewwel possibilitajiet ta’ patoloġija li jista’ jkollu l-pazjent. -Bone Density Dan l-eżami isir biex jindika l-osteoporożi fl-għadam. Ġeneralment dan l-eżami jagħmluh nisa li għandhom iktar minn 50 sena jew inkella persuni li jkollhom xi kundizzjoni jew marda li taffetwalhom is-saħħa talgħadam. - Anġografija Dan it-tip ta’ eżami juża’ X-rays kontinwi (fluoroscopy) biex jipproduċu immaġini tal-arterji u l-vini talpazjent. Dan l-eżami isir sabiex issir dijanjosi kif ukoll trattament fl-arterji li jkunu irqaqu jew ġew blukkati. Għalkemm ma spjegajtx ġurnata tipika tiegħi peress li dan jiddependi ħafna fuq il-pazjenti li jkollna, xogħli nista’ ngħid huwa vast ħafna u joffri bosta sfidi fejn tiġi biex tieħu X-ray, speċjalment meta l-pazjent ikun magħdur. Nispera li issa forsi għandkom idea aħjar dwar x’jinvolvi xogħli...u kif rajtu aħjar, ma nieħdux Xrays biss :)



W

i l - KENYA

ageni Wakaribishwa (Visitors are welcome)

Ix-xahar li qattajt fil-Kenja f’Awissu tal-2013 hija esperjenza li għallmitni ħafna. Kont ma grupp Salesjan u l-ħin tagħna qassamnieh bejn compound tas-Salesjani li kien jinkludi skola tas-snajja, skejjel primarji u sekondarji, klinika u parroċċa ġo zona rurali ġo Makuyu, u ċentru li jilqa’ tfal abbużati ġo Naivasha. Kellna wkoll l-opportunità li nagħmlu żjara fi slums madwar Nairobi, kif ukoll nagħmlu tlitt ijiem safari ġol-Masai Mara National Reserve. Inqerr illi dakinhar li wasalna morna is-suq fiċ-ċentru ta’ Makuyu u ħassejtni ħuta barra mill-ilma. Iċ-ċentru hu kompost minn kmamar żgħar bil-ħitan tal-corrugated metal u art tal-ħamrijja imballta, u ħafna nies tal-post jippruvaw ibiegħu ilprodott tagħhom. Il-brother Salesjan Malti li kien jghix fil-post u kien qed jakkompanjana kien qisu mhux hu, issellem lil dak u lill-ieħor, u xi kultant jieqaf jitkellem ma’ xi hadd. “Mambo Poa” hi tislima li kien qed juża ħafna u li hija ekwivalenti ta’ “Hello”. Iktar tard kelli ċans nerġa’ mmur f’dan iċ-ċentru u ħassejtni aktar komdu.


minn JOSEPH SPITERI [A-Teens]

SAFAR

Ġo Makuyu iktar konna involuti f’xogħol manwali bħal żbarazzar ta’ kmamar u tibjid, pero’ kellna opportunità wkoll li norganizzaw sessjoni ta’ formazzjoni fuq tmexxija għall-ġuvintur li kienu qed jattendu Boarding School sekondarja fil-compound. L-età li jkollu ġuvni meta jispiċċa l-iskola sekondarja tvarja bejn it-18 u l-25, minħabba li mhux kulħadd ikun jista’ jibda l-iskola tal-istess età. Kienet ġurnata li fiha sirt naf żgħażagħ Kenjani b’isimhom. Niftakar lil John li xtaq ikompli l-istudji tiegħu fl-elettriku u lil Peter li kellu talent għat-tpinġija u kien qed jaspira li jkompli l-istudji tad-disinn. L-esperjenza f’Naivasha ġo St Therese Development Centre kienet ma’ tfal ta’ etajiet bejn l-4 u t-12-il sena. Dak iż-żmien inzertaw bil-vaganzi u l-grupp tagħna kien janima Ma ninsa qatt l-għajjat ta ferħ u qbiż meta t-tfal raw roti li l-ġurnata tat-tfal. Kien jimpressjonani il-feeling ferrieħi ta’ xtrajnielhom minn flus li konna ġbarna permezz ta’ funddawn it tfal u l-entużjażmu għal-kant, krafts u attivitajiet raising ġo Malta. Dan iċ-ċentru kien iffinanzjat minn NGO sportivi li konna nagħmlu flimkien. Kanadiża: Canadian Hearts and Hands. Ġimagħtejn f’dan il-post rajthom għaddew malajr wisq. Kawangware hija slum area madwar Nairobi. Wieħed milleaders kien jaf persuna li tgħix fi slum. Daniel stedinna f’daru u stajna insiru nafu ftit fuq l-familja tiegħu. Huwa kien f’kuntatt ma’ Care for Kenya; NGO Maltija li tgħin biex jinġabru fondi biex jintużaw għall-edukazzjoni tat-tfal f’din iz-zona. Aħna u nitkellmu ma’ Daniel sirt naf li l-art f’din iz-zona mihiex b’xejn, u wieħed irid iħallas ammont sostanzjali għall-kera anke jekk wieħed jarma kamra żgħira bil-corrugated metal sheets. Hija realtà diffiċli. Il-belt ta’ Nairobi tattira nies mill-irħula għall-ħajja iktar komda pero’ meta jaslu Nairobi u ma jsibux xogħol jispiċċaw fl-islums fejn huwa diffiċli biex wieħed jaqla’ l-għixien u jġemma’ biżżejjed biex joħroġ mis-sitwazzjoni. Sakemm konna l-Kenja ma naqasx ukoll li nagħmlu żjara lil “Simba” (l-iljun bis-Swahili) fin-National Reserve talMasai Mara. Il-park kien miżgħud xeni impittrin - veduti sbieħ ta’ orizzonti li ma jispiċċaw qatt. Għamilna jumejn norqdu fit-tined u tul il-ġurnata konna noħorġu ġo vann ma’ xufier nippruvaw naraw l-annimali tal-post. Fost l-oħrajn, rajna l-iljun, l-iljunfant, ix-xadini, iż-żebra, il-ġiraffa u l-ippopotamu. Hemm ħafna iktar x’nista’ ngħid dwar osservazjonijiet u tagħlim li ħadt mil-Kenja, pero’ f’dan l-artiklu se jkolli nieqaf hawn. Li hu żgur, kienet esperjenza li saħħet fija t-twemmin li irrelevenati l-pajjiż li wieħed jgħix fih, flaħħar mill-aħħar kulħadd għandu l-ħolm tiegħu u kulħadd qieghed fi tfittxija għall-kuntentizza.


fuq minn MARK SPITERI [Lynks]

erba’ roti

M

udell mingħand ditta magħrufa sewwa. Forsi mudell sinonimu daqxejn aktar maż-żgħażagħ għall-isportivita’ tadditta Honda u għall-mod ta’ kif dawk dilettanti tal-karozzi jistgħu jkomplu jarmaw iċ-Civic għall-ġosti tagħħom. Dan il-mudell ilu joħroġ mill-2006 u ġibed xi ftit tal-attenzjoni minn kulħadd.

Kumdità

Stil

Karozza magħmula biex tkun komdu u tieħu pjaċir issuqha. Id-dehra tagħha mis-siġġu tax-xufier tagħtik impressjoni ta’ agressivita’ u sportivita’. Id-dashboard qiegħed imqassam b’mod li jurik l-ispeed tal-karozza f’numri diġitali, u r-revving tal-magna ċentrali taħtu. Il-karozza għandha sistema ta’ bozoz li jixgħelu ħomor jekk wieħed isuq b’mod aggressiv jew ħodor f’sewqan normali. Fuq wara l-karozza takkomoda 3 adulti, forsi bi ftit spazju ristrett minnħabba l-pożizzjoni tas-saqaf. Filfatt mhix l-ewwel darba li taħbat rasek sakemm tidra l-ispazju ristrett tal-bieba ta’ wara.

Għall-bidu li ħarġet din il-karozza, ħafna laqqmuha bħala space shuttle. Kien stil xi ftit avant garde li jolqot l-għajn mill-ewwel u forsi ma jogħġobx lil dak li jkun. Forom talexhaust trijangulari u l-pumi tal-bibien ta’ wara moħbijin (li kien ilħom ma jidhru ftit fuq il-karozzi). Dan il-mudell malajr sar magħruf għall-grille magħluq ta’ quddiem li jagħti l-impressjoni ta’ ħġieġa sħiħa fuq quddiem u fuq wara. Dan l-istil pero’, ma tantx niżel tajjeb u ħafna biddlu x-xibka għal waħda tradizzjonali. L-istess ħaġa fuq ġewwa, b’dashboard mimli buttuni u stil modern ħafna. Tliet skrijns differenti, wieħed bil-veloċita’, ieħor bir-revving tal-magna u informażżjoni bħal temperatura u effiċjenża u skrijn ieħor li jagħti informażżjoni fuq ir-radju tal-karozza u l-arja kkundizzjonata.


Hon da Ci v i c S p ort i-CDTi Kwalità

Prestazzjoni

Karozza Ġappuniża u allura ħafna jeħduha for granted li l-kwalita tajba ħafna u li karozza mibnija għal dejjem. Kif inhi n-norma fil-karozzi Ġappuniżi, wieħed mhux ħa jsib soft touch plastics, biss il-karozza toffri ambjent sabiħ. Apparti l-affarijiet li issa ssib f’kull karozza, il-Honda Civic armat b’gearbox b’sitt gerijiet, arm rest quddiem u wara u arja kkundizzjonata fejn ix-xufier jista’ jagħżel ittemperatura.

Magna diesel fuq mudell sportiv, ħaġa li jien personalment ma tantx togħġobni. Speċjalment ilmudell partikolari li jiġi bħala sport. Biss stenna sakemm tirkeb jew issuq il-karozza u tbiddel fehmtek immedjatament. Magna 2.2 diesel li toffri ġibda u aċċelerazzjoni li ftit karozzi jistgħu ilaħħqu magħha. Ovvjament ma’ magna bħal din tbati xi ftit l-ekonomija tal-fuel. Biss hija raġonevoli sakemm ma ssibx ruħek fit-traffiku.

Prattiċità Bla dubju fuq il-kobor tal-karozza, mudell hatchback li joffri spazju adekwat fil-boot u sistema fejn tagħżel tniżżilx id-dahar tas-sijts ta’ wara jew ittella’ l-biċċa t’isfel biex iġġorr kull ma’ tiġi bżonn. Ħafna spażju fejn terfa l-affarijiet ġewwa li tant huma postijiet remoti, li kultant tinsa x’poġġejt fihom u fejn jinsabu. Għalkemm kbira, ilkarozza faċli ssuqha. Forsi mhux daqshekk faċli tikkalkula minnħabba l-istil tal-karozza. Is-Civic twasslek fejn trid fi żmien qasir, biss mhux fil-kumdita’ li tixtieq. Peress li huwa mudell sportiv, is-suspension hija iebsa ħafna u kultant iddejqek. Fl-opinjoni tiegħi setgħet kienet ftit iktar komda u sportiva fl-istess ħin.

Sigurtà Ħafna airbags, immobiliser tal-magna, l-aqwa sistemi ta’ brejkijiet u struttura b’saħħitħa ħafna. Naħseb l-affarijiet kollha li wieħed jippretendi minn karozza ta’ ċertu kalibru u sportivita’. Karozza li tipprova tagħmlek kuntent fiha u kuntent li ssuqha, filwaqt li toffri l-għola livelli ta’ kwalita’ u sigurta’.


RESTAUR minn RENZO KERR CUMBO u SARAH PACE [Jovenes u Equinox]

HUGO’S LOUNGE Sarah u Renzo: Wara l-laqgħa tal-Jovenes (Renzo) u Equinox (Sarah), il-Ħadd wara nofsinhar kien sabiħ wisq biex ma tinżilx tiekol xi ħaġa u tieħu cocktail jew tnejn mal-ħbieb tal-komunità. Kien riesaq il-birthday ta’ Ġonġi u allura iktar u iktar kien bix-xieraq. Ftehmna niltaqgħu Hugo’s, għalhekk jien u Sarah għaddejna għal xulxin wara l-laqghat rispettivi tagħna u tajniha għal Hugo’s (taħt Shadows għidt bejni u bejn ruħi) sakemm wasalna hemm u skoprejna li HUGO’S saret tfisser kważi Paceville kollu. Hugo’s hekk u Hugo’s hekk - wara telefonata ndunajna li fissret Hugo’s Terrace - li qieghed flex-bitħa ta’ ħdejn Fuego għal dawk li huma daqsi fl-età u ilhom daqsi ma jinżlu ‘l hemm. Il-post meraviljuż, filfatt kien lok tajjeb biex niddiskutu d-design li nistgħu nadattaw għad-djar tagħna. Id-disinn tal-ikel, wieħed uniku wkoll – u hawnhekk fejn jieqfu l-kumplimenti. L-ikel jidher sabih... pero, it-tjubija mhix aħjar minn ta’ xi gabbana tal-festi, avolja qed tħallas it-triplu tal-prezz. Ħafna minna ħadu burgers, u avolja tħallas ħafna flus, it-togħma ma kinitx wisq tajba. Ma nistgħux ninsew lil waiters irġiel, gustużi, b’dik in-naqra dirty shave, bis-sidrija u biċ-ċoff - all the single ladies! Bażikament, jekk għall-looks biss, għandu kollox perfett, pero fejn jidħol ikel u prezz, għall-ewwel darba nikklassifikaw dan l-isturant ‘diżastruż’.

ELIA - Greek food Renzo u Sarah: Minn tant reviews li ktibt, nixtieq nenfasizza li DAN HUWA POST TAL-ĠENN. Filfatt diġa mort darbtejn inżuru. Ħadd fost l-oħrajn, jien u Renzo ltqajna ma’ ħabib kbir sfortunatament Belti - Pawlu Mizzi. It-tlieta li aħna ddeċidejna mmorru nieklu għand il-Grieg ta’ Merchant street il-Belt. Post vera ħelu li tieħu pjaċir fih. Menu kien varjat ħafna, u ddeċidejna naqsmu tlett starters u tlett main courses. Bdejna bi starter ta’ feta cheese bil-honey u sesame seeds u fried aubergines rolled in feta cheese. Iva..tajbin daqs kemm jinstemgħu. Għadni qed noħlom b’dik it-togħma tajba ta’ għasel u feta cheese. Bħala main course ħadna mixed grill, moussaka, platt tipiku grieg li qisu shepherds pie, u l-favorit tiegħi, ħaruf u patata msajjrin ġol-foil flimkien mal-feta cheese mdewweb fuqhom - l-ikel kien vera vera tajjeb. Għidt li aħjar ma ħadtx starter għax main course ma flaħtx nieklu kollu. Pero, it-tieni darba li mort, erġajt ħadt starter, u erġajt għidt li main course biżżejjed. Inkella nissuġġerixxi tieħdu main wieħed bejn tnejn.

T w k t


RANT REVIEW

Tmorrux jekk mgħaġġlin ħafna għax l-ikel idum ftit, pero worth the wait u dan hu ristorant li għandek tgawdi fil-kalma tal-jum b’kumpanija kalma, kreattiva u sabiħa. Jekk taħsbu li tistgħu ssiru tħobbu inbid toghma ta’ fjuri, nissuġġerixxi tieħdu l-house wine tagħhom.

IL-VERDETT! IKEL: 3 AMBJENT: 9 VALUR: 3

IL-VERDETT! IKEL: 9.5 AMBJENT: 8 VALUR: 8


mirror, mirror... minn CHRISTINE CALLEJA [Onyx]

IL-WIĊĊ, L-ISTESS BĦALL-KANVAS

G

ħeżież ħbieb qarrejja ta’ Kurrenti, permezz ta’ din ir-rokna ġdida tiegħi nixtieq naqsam magħkom xi ftit affarijiet li tgħallimt u qed nitgħallem fuq kif tapplika l-make up għal okkażżjonijiet differenti. Qabel ma tapplika il-make up, tajjeb li tkun taf x’inhi t-tip tal-ġilda tiegħek, biex tkun tista’ tixtri prodotti adattati u b’hekk il-make up joqgħodlok aħjar. Ftit mill-karatteristiċi li minnhom tagħraf il-ġilda tiegħek x’tip hi huma dawn:

Mature Skin (‘il fuq minn 45) - Tkun xotta ħafna u t-tikmix ikun iktar evidenti. Iktar ma tkun kbira iktar jistgħu jidru tbajja kawżati mill-pigmentation, magħrufa wkoll bħala tbajja tax-xemx. Acne and Pustules Skin - Komuni ħafna fost iżżgħażagħ. Min ikollu din it-tip ta’ ġilda jista jieħu parir ta’ tabib tal-ġilda biex jingħata trattament adekwat bħal xi kors pilloli. Tkun anki żejtnija ħafna, bil-ponot u bil-black heads.

Dry Skin - Ikkawżata minn nuqqas ta’ sebum (żejt). Ġeneralment tkun ġilda fina u tinħass bħallikieku Fil- ħarġa li jmiss nkomplu naraw kif l-aħjar nippressikkata għax ma tkunx elastika, tiħmar malajr u l- paraw wiċċna għall-applikazzjoni tal-make up. pori jkunu żgħar. Hemm tendenza li min ikollu din ittip ta’ ġilda jitkemmex qabel iż-żmien. Oily Skin - Din it-tip ta’ ġilda tkun żejtnija ħafna għax tipproduċi sebum iktar milli suppost. Tkun tidher tleqq u tinħass tiżloq. Il-pori ikunu ikbar, u ħafna drabi ikun hemm black heads, filwaqt li jkun iktar komuni li jkollok ponot. Peress li jkun hemm iktar sebum hemm tendenza li titkemmex iktar tard mis-soltu. Combination Skin - Ġeneralment ikun hemm it-T Zone (il-moħħ, l-imnieħer u l-geddum) żejtni u l-wardiet xotti. Normal Skin - Din it-tip ta’ ġilda jkollha texture fina, unita u kulur sabiħ. Tkun tider nadifa u ma jkunx hemm areas żejtnija jew xotti filwaqt li rari jitilgħu ponot. Dehydrated Skin - Simili ħafna tad-Dry Skin iżda, tkun nieqsa mill-ilma u mhux miż-żejt. Sensitive Skin - Suxxettibli ħafna għal xi allerġija, u ġeneralment tkun tiħmar malajr. Ġieli jinħass ukoll bħal tingiż u ġeneralment din it-tip ta’ ġilda tkun irqieqa u delikata ħafna.


FATTI KURJUZI minn SHAUN CASSAR [Lynks]

IS-SA JF

Ħ

bieb is-sajf dalwaqt magħna, il-ġranet bdew jitwalu u ix-xemx diġa bdiet taħraq ġmielha. Għalhekk iddeċidejt li din id-darba naqsam magħkom ftit fatti kurjużi dwar dan l-istaġun, tant maħbub minn ħafna minna li jistrieħu ftit permezz ta’ xi safra jew xi ftit ġranet mingħajr xoghol jew studju u forsi mhux tant maħbub minn dawk li ma’ jħobbux wisq is-sħana li tkun ftit kiefra ġo din il-gżira. Persuna li żgur l-istudenti u l-għalliema għandhom għalfejn jirringrazzjaw f’dan iż-żmien tas-sena hu l-edukatur Amerikan Horance Mann li bejn wieħed u ieħor fis-sena 1840 ħareġ bl-idea li l-istudenti għandhom bżonn ta’ waqfa mill-istudji tagħhom f’ dawn iż-żminijiet u għalhekk kien fi żmienu li bdew ilfamużi vaganzi tas-sajf. U għall-dawk kollha li jħobbu vaganzi twal, wieħed mill-iktar pajjizi li għandu vaganzi tas-sajf twal hu l-Amerka. Normalment dawn huma twal madwar 14-il ġimgħa ġewwa dan il-pajjiż. Persuna oħra li għandna għalfejn nirringrazzjaw f’dan iż-żmien tas-sena hu Frank Epperson li fl-1905 b kumbinazzjoni ħalla tazza bil-luminata u stikka ġo fija f’temperatura kiesħa. L-għada filgħodu sab din ittazza iffriżata forma ta’ silġa u jidher li tant għoġbitu l-idea li baqgħet għaddejja sal-lum il-ġurnata.Infatti ġol-Amerka biss fix-xhur tas-sajf jiġu ikkunsmati madwar 5.5 miljun gallun ta’ ġelati differenti.

Xi ħaga li zġur iddejjaq ħafna minna f’dan iż-żmien tas-sena hi in-nemus. Permezz ta’ dan l-insett, l-isbaħ BBQ mal-ħbieb fuq xi bajja jew ftit siegħat ta’ mistrieħ fil-bitħa kapaċi jinbidel f’attakk infernali ta’ ħakk. It-tama li xi darba neħilsu minn dan l-insett hi xi ftit batuta, dan għaliex ilu madwarna għall-madwar 30 miljun sena. Għal dawk kollha li jħobbu il-mużika, f’dan iżżmien tas-sena jsiru xalata ta’ festivals madwar iddinja kollha mimlijin bl-aqwa artisti ta’ kull tip ta’ ġeneru. Wieħed mill-ikbar festivals li jsiru hu dak ta’ Glastonbury ġewwa l-Ingilterra li jiġbor madwar mitejn elf ruħ kull ġurnata ġo post wieħed biex igawdu kull tip ta’ mużika flimkien. Warajh insibu Rock in Rio ġewwa l-Brazil b’folla ta’ madwar mija u ħamsin elf kull ġurnata u fit-tielet post Roskilde ġewwa idDanimarka b’madwar mitt elf ruħ. Fatt ieħor interessanti u li nixtieq nagħlaq bih u li ġo pajjiżna ta’ kull sena eluf ta’ żagħżagħ jagħtu parti mill-ħin tagħhom għall-volontarjat. Ġest sabiħ ferm u li ħafna minna bħala membri ta’ ĊAMYouths għandna nkunu kburin li niffurmaw parti minn dan l-ammont. Għalhekk nixtieq nawgura l-ħidma t-tajba lil kull min se jagħmel xi ġranet ta’ volontarjat kemm f’Malta kif ukoll barra - j’Alla dak li se tagħmlu jsarraf ta’ ġid. Is-sajf it-tajjeb ħbieb.


MALTA minn ANDREW SPITERI [Companeros]

IL-BANDIERA MALTIJA

H

uma ħafna t-teoriji li jdawru l-istorja tal-Bandiera Maltija. L-aktar waħda li tissemma hija dik li ġejja minn żmien il-ħakma tal-Konti Ruġġieru I ta’ Sqallija, li ħa l-gżejjer minn taħt l-Għarab fl-1090. Dan, qabel ma reġa’ lura lejn Sqallija, ta biċċa mill-istandard tiegħu lill-Maltin li min-naħa tagħhom ħalfu fedeltà lejh. Iżda mhux din biss. Storja oħra tirrakonta li l-ambaxxaturi ta’ pajjiżna marru quddiem ir-re Alfonzu ta’ Aragona fl-1428 biex iqiegħdu quddiemu l-qagħda ta’ pajjiżna taħt id-diversi ħakkiema li f’idejhom kienet fdata Malta. Wara li sema b’dan, irRe wera d-dispjaċir tiegħu u għalhekk l-ambaxxaturi talbu li jagħti lill-gżejjer tarka. Hu ippunta lejn sidru (ilbiesu kienu bojod) u lejn il-mantell (li kien aħmar), żewġ kuluri li kienu tal-familja tiegħu. Hu tahom iljedd li jużaw dawn iż-żewġ kuluri f’bandiera ta’ Malta.

EVENTS MEJJU U ĠUNJU WORKS ON PAPER

S olo ex h ib it io n b y Gab rie l Caruana 03 /0 5 / 2 0 1 4 - 0 1/0 6 /2 0 1 4 B A S IL ICA M U SEU M - GOZ O

Insibu li l-kuluri tal-Università li kellha s-sede fl-Imdina kienu sa minn żmien is-seklu ħmistax l-abjad u l-aħmar, fl-istess seklu li r-Re ta’ Aragona ta lill-Maltin iż-żewg kuluri li semmejna. Fil-Katidral hemm diversi emblemi żgħar u kbar li jixhdu l-abjad u l-aħmar. Wieħed għandu jkun jaf li sal-lum it-tarka tal-Imdina hi dik oriġinali, jiġifieri blabjad u bl-aħmar. Il-bandiera li użaw il-Maltin kontra l-għedewwa ma kinitx dejjem dik li nafu biha illum. Dun Gejtanu Mannarino, fir-rewwixta tal-qassisin, għamel użu minn żewġ bnadar, waħda bi xbieha ta’ San Pawl u l-oħra bi tpinġija ta’ zkuk ta’ palm u żebbuġ (it-tarka tar-Repubblika ta’ Malta tal-lum għandha wkoll dawn iż-żewg pjanti). F’pittura ta’ Du Cros (1748-1810) il-bandiera tperper fuq Sant’ Anġlu hi ħamra. Francesco Zahra, fil-pittura tiegħu li turi

EU FA EU ROPEAN UNDER-17 CHAMPIONSHIP 09-21/05/2014 M ALTA

MALTA DESIGN WEEK

Sh owcasin g in n ovation an d cre ati vi ty i n design 17-24/05/2014 FORT ST.EL MO, MALTA


lill-Maltin jiddefendu l-iswar tal-Imdina kontra l-attakki tal-Barbari fl-1429, il-bandiera hi bajda u ħamra iżda l-kuluri huma invertiti, bl-aħmar mal-arblu. Wara s-Sette Giugno l-bandiera saret uffiċjali mal-Maltin u wara l-1921 bdiet tperper ma’ dik Ingliża fuq il-bjut tal-uffiċji tal-Gvern. Fiċ-ċerimonja tal-Indipendenza l-bandiera bdiet tperper waħedha, din iddarba biż-żieda tal-George Cross, mogħti lilna mir-re Ġorġ is-Sitta fl-1942, fil-kantuniera ta’ fuq tax-xellug tal-abjad tal-bandiera.

MALTA FASHION WEEK A w h o le we e k o f fashio n 2 4 -3 0 / 0 5 / 2 0 1 4 VA L L E T TA

MALTA INTERNATIONAL FOOD FESTIVAL 31/05/2014 HAZ-ZABB AR, MALTA

GRAND HARBOUR FORTIFICATIONS TOUR S uns e t c r u is e o rg anise d b y He ritage M a l ta 3 0 /05 / 2 0 1 4 V I T TO R IO S A - BI RGU

MFCC MALTA TRADE FAIR 26/06 - 06/07/2014 M FCC


http://www.camyouths.com https://www.facebook.com/groups/camyouths/


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.