Kurrenti - Ħarġa Numru 29 (04/2013)

Page 1

F’DIN IL-ĦARĠA

ĦARĠA 29 | SETTEMBRU 2013

F’DIN IL-ĦARĠA... LC ST MSSP IL-KEBBIES

MAGIC MOMENTS ĠURNATA FIL-ĦAJJA L-ISTURANT FATTI KURJUŻI ESPERJENZI – Brothers ta’ l-MSSP... Volontarjat 2013... ĊAMKamp 2013 AROUND THE WORLD

OPPORTUNITAJIET UE VRUM!

RITRATTrakkont ĊY goes FACEBOOK! FIL-JIEM LI ĠEJJIN…

NAGĦTU ĦARSA LEJN...

ARTIKLI ĠODDA...

MESSAĠĠ TAL-LC L-ĠDID p.2 >> ESPERJENZI VARJI... p.13 >>

VRUM!...

FATTI KURJUŻI... L-ISTURANT… ĊAMKamp 2013... >>

EDITORJAL | Xemx u sħana... Ħbieb, It-temp beda jiksaħ xi ftit, l-għalliema daħlu lura l-iskola, l-istudenti waslu biex u Konnekxins wasal bilħarġa l-ġdida ta’ Kurrenti. Il-ħarġa li fiha se taqraw ftit fuq uħud mill-esperjenzi li għaddew minnhom ftit minn sħabkom, fuq karozza sabiħa (u nadifa tazza) oħra u kif ukoll fuq ĊAMKamp u ĊAMKamp Bash 2013.

Nixtieq nirringrazzjakom kollha kemm intom tal-appoġġ li tagħtu lilna t-tim ta’ Konnekxins u filwaqt li nirringrazzja lit-tim kollu tax-xogħol siewi li jagħmlu, nixtieq nilqa’ fostna lil Rowena Caruana (Takara’) li se tingħaqad madDesign Team.

Bħal dejjem, jekk tixtiequ tibagħtu xi kumment, feedback jew anke kritika kull m’għandkom tagħmlu hu li tibagħtulna fuq kurrenti@camyouths. com. Narakom u l-ħidma ttajba lil kulħadd

GERALDINE POWELL


LC |Leadership Committee Iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd. Xtaqt nuża dan il-proverbju Malti bħala spunt għall-artiklu tiegħi. Għalkemm huwa minnu li ż-żmien jibqa' għaddej u ma nistgħu nagħmlu xejn biex inwaqqfuh, però fortunatament għandna ċ-ċans li ninfluwenzaw ilmod kif jgħaddi dan iż-żmien u naħseb li fl-aħħar mill-aħħar huwa dak li verament jagħmel iddifferenza. Bħala LC ilna madwar ħames xhur u għalkemm dan iż-żmien jaf forsi jidher qasir filkuntest tal-proverbju Malti, però kif għidt aktar kmieni – il-mod kif jgħaddi dan iż-żmien huwa liktar importanti.

Relatat ma’ Dar ĊAMYouths, nimmaġina li f’dan l-istadju kulħadd sema’ bis-sitwazzjoni finanzjarja tal-Good Causes Fund u għalkemm sa issa dawn il-fondi li ġejna mwiegħda s-sena loħra sabiex ikopru lispejjeż li saru fiċ-ċentru

għadhom ma waslux għandna, aħna ħa nkunu qegħdin nagħmlu dak kollu li hu possibli biex nassiguraw li dan iseħħ mill-aktar fis. F’okkażjonijiet oħra jkollna aktar ċans nidħlu fid-dettal ta’ din ssitwazzjoni u nitkellmu fuq x’sar u x’għad irid isir fuqha. Matul dawn l-aħħar ġimgħat iffinalizzajna wkoll il-ħames membri li ħa jkunu qegħdin jaħdmu filkariga ta’ Support Team u li ġew ukoll imħabbra b’mod uffiċjali waqt ĊAMKamp – Shaun, Rowena, Julian, Josephine u Marie Claire. Lirwol li jaqdi Support Team fi ħdan ĊAMYouths huwa wieħed importanti ħafna u għalhekk ninsabu ċerti li lenerġija ta' dawn il-ħames membri flimkien malkreattività u l-entużjażmu tagħhom ħa jkunu lingredjenti tar-riċetta

sigrieta għal tliet snin ta’ attivitajiet sbieħ u ta’ suċċess. Nagħlaq dan l-artiklu billi nsemmi u nirringrazzja grupp zgħir ieħor li għalkemm ilħidma tiegħu kienet relatata ma’ proġett partikolari, irriżultat finali wera l-kwalitajiet u t-talenti li għandna filmembri tagħna. Mhu qed nirreferi għal ħadd aktar għajr Denyse, Rowena u Katia fejn flimkien ippjanaw u organizzawlna ĊAMKamp ieħor ta’ suċċess. Xhieda ta’ dan kienet l-atmosfera li kien hemm u li laħqet il-quċċata tagħha fl-attività tas-Sibt filgħaxija u l-quddiesa talĦadd filgħodu. Grazzi kbira mill-qalb tal-ħin li nvestejtu fih u grazzi ikbar lil ĊAMYouths li bħala organizzazzjoni dejjem ħarset lejn nies b’realtajiet differenti bħala opportunità aktar milli theddida. SIMON PACE EQUINOX

KURRENTI page 2

Fejn tidħol Dar ĊAMYouths, bdejna naħdmu fuq linji gwida dwar l-użu tal-post millkomunitajiet u l-membri tagħna kif ukoll sistema ta' kif nistgħu nagħmlu laħjar użu minnu u nieħdu ħsiebu. Fil-fatt fil-ġimgħat li ġejjin ser ikunu qed jintgħażlu żewġ membri li ħa jkollhom l-irwol li jikkordinaw dan kollu malkomunitajiet u l-membri li jkunu jridu jagħmlu użu miċ-ċentru tagħna. Filġimgħat li ġejjin ser tkunu qegħdin tisimgħu aktar dwar dan.


ST |Team ġdid... Kif ħafna forsi jafu f’April li għadda beda l-ħidma tiegħu l-Leadership Committee il-ġdid. Is-Support Team il-ġdid illum huwa iffurmat minn ħames membri, li lkoll jiġu minn komunitajiet differenti: Shaun Cassar (Lynks) se jkun qiegħed jikkoordina dan it-team, MarieClaire Cremona (Crossroads) inħatret bħala segretarja, Josephine Borg (Shamaya) se tkun qed isservi bħala Activity Team Coordinator, Julian Bonnici (Zero6) ħa jkollu l-irwol ta’ teżorier u Rowena Caruana (Takarà) se tkun qed tieħu ħsieb il-koordinazzjoni ma’ Konnekxins.

KURRENTI page 3

Dan it-team ikun qiegħed jgħin lil-LC fil-ħidma tiegħu għal ĊAMYouths filwaqt li wkoll jieħu ħsieb l-Activities Team biex flimkien norganizzaw diversi attivitajiet matul issena li permezz tagħhom jgħinu lil membri talkomunitajiet differenti biex jibqgħu f’kuntatt bejniethom. Support Team s’issa iltaqa’ tliet darbiet, fejn wara li ddiskuta l-ħatriet li tqassmu fi ħdanu, beda jaħdem bla heda għallattività li normalment tagħlaq is-sajf għal ĊAMYouths: il-Post-CK Bash. Din l-attività isservi ta’ laqgħa għal dawk innies kollha li jkunu attendew ĊAMKamp ilġimgħa ta’ qabel. Din iddarba, peress li konna għadna fil-bidu, ma stajniex nikkollaboraw ma’

l-Activity Team għal din lattività. Il-preparamenti għal attività bħal din inkludew; diskussjonijiet fuq it-tip ta’ attività, evalwazzjoni ta’ postijiet differenti u kuntatti varji. Meta ġew konklużi affarijiet loġistiċi, bdejna nikkuntattjaw nies differenti li setgħu jagħtuna daqqa t’id fejn jidħol sound u mużika, BBQs, xorb, bookings etc.

Din is-sena it-temp inzerta wieħed favorevoli u għalkemm kien daqxejn riħ, ħafna nies attendew bi ħġarhom għal din l-attività. Just Kul (l-isem li tajna lillattività għal din is-sena) kien kemmxejn differenti mis-soltu. Il-bajja kienet pjuttost għalina biss u ħadna wkoll l-opportunità li nestendu l-party fit-triq ta’ maġenb il-bajja wkoll!

F’isem Support Team nixtieq nirringrazzja lil kull min għen biex din l-attività kienet suċċess u lil kull min attenda. Nisperaw li n-numri jibqgħu jiżdiedu ma’ kull attività biex kemm jista’ jkun inżommu ambjent ta’ ħbiberija bejn ilkomunitajiet. Kif diġà aċċennajna waqt ĊAMKamp, nixtieq nerġa’ infakkar li dawk kollha li jixtiequ li jingħaqdu fl-Activity Team jistgħu jibagħtulna email fuq st@camyouths.com.

ROWENA CARUANA TAKARA’


MSSP | “Il-fidi tiġi mis-smiegħ” Imma kif tagħmel biex takkwista dan ir-rigal? Kif tagħmel biex tikber fil-fidi? L-ewwelnett jibqa’ rigal – irid jingħatalek. M’hemmx mod kif taħtfu għalik. L-aktar li tista’ tagħmel huwa li tiddisponi lilek innifsek biex tirċievi dan ir-rigal.

Ċertament il-fidi hija rigal imprezzabli. Hija bħal dawl li permezz tiegħu tista’ tara f’dinja mudlama; tista’ issib sens f’dak li mad-daqqa t’għajn ma jagħmilx sens. Meta tiltaqa’ ma’ persuna li għandha dan ir-rigal, itik li tgħir għaliha, għax tħares lejha nnifisha u lejn iddinja ta’ madwarha b’mod differenti, b’mod mimli ħajja, ferħ u entużjażmu.

Biex nużaw tixbieħa li uża Ġesù, trid tipprepara lgħalqa biex fiha tinżera’ żżerriegħa. Minn din lgħalqa trid tneħħi l-ġebel u l-ħaxix ħażin li jistgħu joħonqu liż-żerriegħa talfidi milli tikber. Dan ifisser li b’onestà magħna nfusna irridu nwarrbu dak kollu li jaljena l-ħajja tagħna, dak kollu li jżommna ngħixu b’mod superfiċjali u mhux fil-fond tar-realtà. Minn daqshekk il-Mulej stess jagħtina daqqa t’id għax lesperjenzi li jgħaddina minnhom diversi drabi fihom stedina biex nakkwistaw iktar profondità.

KURRENTI page 4

Il-ħajja tippreparana imma huwa s-smiegħ tal-Kelma t’Alla li jiżra’ l-fidi. “Il-fidi tiġi mis-smiegħ, u s-smiegħ mix-xandir tal-kelma ta' Kristu,” jgħid San Pawl (Rum 10, 17).

Il-Kelma t’Alla, l-Aħbar itTajba, għanda l-qawwa tmiss il-qalb tal-bniedem u tixgħelu bin-nar tal-fidi. Xi ħadd irid iħabbarlek lAħbar it-Tajba li misset ilħajja tiegħu. Bħal ma ġara f’Ġesù diversi drabi ilKelma t’Alla trid titlaħħam f’xi ħadd - għalhekk ħidma mportanti fil-Knisja hija lpredikazzjoni. Biss imbagħad huwa wkoll importanti li tgħaddi ħin waħdek tirrifletti fuq ilKelma t’Alla fid-dawl talesperjenza tal-ħajja tiegħek. Qisu il-Kelma t’Alla tixbaħ lil nuċċali li tilbsu u permezz tiegħu tara aktar iffokati lesperjenzi ta’ ħajtek.

Għalhekk l-istedina hija waħda. Jekk trid dan irrigal meraviljuż, ir-rigal talfidi, iftaħ qalbek għallKelma t’Alla. Fittex ambjent li jlaqqek ma’ din il-Kelma, sib ħin regolari li fih tixtarr il-Kelma u tara kif ħajtek tieħu xejra differenti. FR.MARTIN GALEA mssp


Il-KEBBIES |Umanita’ waħda Wara t-tema li ġiet diskussa fiċ-ĊAMKamp din is-sena, ma nistax ma niktibx dwar li s-sens kollu tal-ġustizzja soċjali ġej mill-fatt li Ġesù ġie biex iġib għaqda bejn lumanità kollha. Aħna lkoll fiH. Qal, “Jien hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja” (Ġw. 14,6). Għal xi raġuni ħafna interpretaw din is-sentenza biex jikkonfermaw li l-Kristjaneżmu hu l-unika reliġjon tajba, li hi aħjar minn kull reliġjon oħra u li Alla jħobb lilna biss u li aħna biss sejrin il-ġenna. Imma l-punt talmessaġġ ta’ din is-sentenza hu eżattament il-maqlub.

KURRENTI page 5

Fil-Vanġelju ta’ San Ġwann il-mistoqsija li tqum hi: fejn hu Ġesù? Il-Vanġelji l-oħra forsi jsaqsu aktar: min hu Ġesù? Imma l-Vanġelju skont San Ġwann inkiteb wara l-oħrajn, meta l-Insara ta’ żmienu ma kienux raw lil Ġesù. Għalhekk ilVanġelju jibda bilmistoqsija: Fejn tgħammar? (1,38). Imbagħad lejn laħħar tal-Vanġelju nsibu lil Madalena ssaqsi: Ma nafux fejn qegħduh (20,13). Kien hemm is-sens tat-telfa tal-preżenza u f’San Ġwann naraw modi diversi kif insibu l-preżenza ta’ Kristu. Insibuh fil-Kelma li saret Ġisem (1,15), fid-dawl (8,12), l-ilma (14,10), il-fidi (20,27), fil-fejqan (6,2)...

imma l-aktar fl-unità (matul ilVanġelju kollu). Ġesù hu lmisteru tal-komunjoni: hu uman u divin fl-istess ħin; hu materjali u spiritwali fl-istess ħin. Allura fil-persuna li tirrapreżenta dawk li jiddubitaw, insibu lil San Tumas li jsaqsi: Ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu ttriq? (14,5). Fi kliem ieħor qed jistaqsi: tina xi formula, xi mod, xi talba li twassalna għandek. Allura Ġesù jmur fuq livell ieħor: mhemmx ebda formula, teknika, metodu. “Dak li jien jien, kunu intom. Jien u l-Missier, aħna ħaġa waħda. Imxu warajja. Din hi t-triq. Din hi l-verità. Din hi l-ħajja.” Fejn hemm il-koeżistenza talmaterja u l-ispirtu, fejn luman u d-divin jaħdmu id f’id, hemm il-preżenza ta’ Ġesù etern. Dan ifisser li kull min jgħix f’għaqda – jekk hux Nisrani jew Musulman, iswed jew abjad, raġel jew mara, żagħżugħ jew anzjan – jgħix magħqud ma’ Kristu.

U dak li mhux jgħix f’għaqda mal-oħrajn, anke jekk ikun mgħammed, għadu ma sabx it-Triq, ma sabx il-Verità, ma sabx il-Ħajja. Għalhekk Ġesù jinsisti li hu filMissier “u l-Missier fija, u intom fija u jiena fikom, u lMissier hu fikom” (ara kap. 17). Meta nkunu nafu dan, aħna fi Kristu, ngħixu realtà oħra. Hu uġiegħ għalija li ħafna nsara mhux jgħixu f’unità. F’kull quddiesa taċ-ĊK bqajt ninsisti li f’kull tqarbina, inti qrib kull persuna, għax kull persuna hi Kristu. Dan hu Kristu li qed jgħidlek li bħalma hu divin, hekk hi divina kull persuna, hi x’inhi r-reliġjon tagħha, s-sess tagħha, limġieba tagħha, ir-razza tagħha, il-kulur tagħha. Ejjew naħdmu għal din lgħaqda.

FR.KARM DEBATTISTA mssp


Aqra iktar f’paġna 28 >>>


EQUINOX – Kif beda? Il-komunità tagħna bdiet lura fl-2002, il-grupp dak iż-żmien ma kellu l-ebda isem u l-ebda

KURRENTI page 7

gwidi assenjati. Huwa kien jinkludi prinċipalment ex-studenti tal-Form 5 li kienu parti millkomunitajiet iżgħar mmexxija minn Fr Martin Galea u xi ħbieb tagħhom. Fis-snin ta’ wara lkomunità bdiet tifforma billi ġew assenjati l-ewwel guides. Il-komunità bdiet tiltaqa’ darba kull ħmistax u torganizza live-ins flimkien fejn bdejna nitgħallmu naqsmu l-esperjenzi talħajja tagħna flimkien. F’live-in partikolari ġewwa Buġibba tajna isem lilna nfusna. Wara ftit dibattitu qbilna fuq l-isem Equinox biex ikun l-isem tal-komunità. Equinox huwa l-jum fejn iċċentru tax-xemx iqatta’ ammont kważi ugwali ta ' ħin fuq u taħt l-orizzont u għalhekk il-jum u l-lejl ikunu twal indaqs. U barra minn hekk ħassejna li jinstema’ sabiħ! Fil-bidu konna ngħoddu madwar 25 iżda biż-żmien ħafna ħadu triq differenti.

X’DIFFERENZA JAGĦMEL F’ĦAJJET IL-MEMBRI EQUINOX? Equinox huwa grupp ta’ ħbieb li qishom estensjoni tal-familji tagħna. Huma ħbieb li jisimgħuk dejjem u huma dejjem hemm għalik. Wara 11-il sena ta’ esperjenzi flimkien tgħallimna fuq xulxin u sirna hafna iktar qrib ta’ xulxin, għalkemm dejjem hemm x’titgħallem u x’ittejjeb fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna. Illum ilgurnata sirna iktar maturi u meta nitkellmu fuq issues li għaddejjin minn ħajjitna, sirna iktar kapaċi nifhmu u nkunu hemm għal xulxin. Permezz ta’ Equinox u tad-diversità li hemm filkomunità jirnexxieli nara ċertu perspettivi illi qabel ma kontx narahom u wisq anqas nifhimhom. Napprezza ħafna l-preżenza tagħhom f’ħajti u nixtieq nirringrazzjahom talli dejjem kienu hemm għalija anke meta jien ma ndunajtx.


WIEĦED MILL-MUMENTI ĦELWIN TA’ BEJNIETNA... Waqt irtir li kellna fi Frar ta’ l-2009 ġewwa San Ġużepp, il-guides Nathan u Gilbert ħasbu biex is-Sibt wara nofsinhar sa filgħaxija nagħmlu sessjoni ta’ meditazzjoni u qari millBibbja fl-inħawi tal-Imtaħleb. Aħna u nnatura... u l-Mulej! Il-ħsieb kien li wara mbagħad nibqgħu hemm għal cook-out. Ġarrejna l-barbeques u l-ikel sal-post u kollox kien sew inkluż sessjoni tajba ħafna ta’ meditazzjoni. Ġejna biex insajru! Kulħadd ħareġ l-ikel u x’naf jien. Iżda Gilbert ma sabx il-ħuta li ġab għall-ikel! Gilbert kien ċert li ġabha miegħu fil-mixja mill-karozza sa fejn konna. Fittixna kullimkien u ma sibnihiex. Sa llum il-ġurnata il-misteru tal-ħuta għadu ma ssolviex. Biex inkunu għidna kollox, waqt li konna mixjin iltqajna ma’ lapida li kienet tfakkar persuna mitlufa fl-inħawi... inħalli f’idejkom biex tiġġudikaw x’seta’ ġara! JONATHAN SAMMUT DIANE MIFSUD SARA VASSALLO COLIN FRENDO EQUINOX


|Ġurnata fil-ħajja ta’... REEL TIME

MASTRUDAXXA Nibda billi nara xi fthemna mal-klijent: x’qies u disinn ried. Nibda mbagħad npinġi l-bieb, bid-daqs u dettalji kollha, fuq biċċa plywood. Kif nara li kollox hu kif suppost u jogħġobni kif jidher, ġeneralment inċempel lill-klijent biex jiġi jara li jogħġbu, pero’ f’dan il-każ ħalla kollox f’idejna. Ix-xogħol ikompli billi niġbdu l-injam kollu għal ħxuna waħda u nibda nħożż ittoqob tal-minċotti biex ikunu lesti għal gurnata ta wara għat-titqib li nagħmluh permezz ta magna (dan ilproċess fiż-żmien kien isir kollu b’martell u furmatur). Isir il-ħin biex inżarmaw għall-ġurnata, dejjem ikunu Lestejt il-qtugħ kollu u nibda nillavra (nġib l-injama għal ħamsa u nofs pero’ ildritta). Dan il-proċess jieħu ġurnata tispiċċa skont kemm naqra ħin għax hu l-bażi ta’ ikollna rassa ta xogħol. kollox; jekk ma jkollokx ix- Nerħilha bil-mod lejn id-dar fejn nieħu ħasla ħa nneħħi txogħol dritt u kartabun o (90 ) il-quddiem inbati biex trab tal-garaxx. Niekol u nerħilha s’għand it-tfajla biex nagħmel il-minċotti. naraw x’ħa nagħmlu għal Għal xis-siegħa nieqfu filgħaxija…jekk ma nkunx nieklu naqra tuna salad li tkun ħawritli t-tfajla, pero’ għajjien u nispiċċa norqod…bħal ħafna millġieli tintilef max-xogħol u ġranet! tispiċċa tiekol iktar tard. U imbagħad jibda x-xogħol ta’ tfassil. Nibda nistronkja (meta tofroq) it-twavell li kien ġa xtara missieri. Eh għax insejt dettall: għal ħabta tal-għaxra nieqfu għal pawsa żgħira u nieħdu xi banana biex inkomplu mad-dieta.

għal ħabta tas-sitta ta’ filgħodu fejn nieħu ponn ċereali u balgħa te’. Nipprepara u nlesti biex għal ħabta tas-sebgħa nisbaħ il-garaxx. Bħala ġurnata ta’ ħidma ma hemmx rutina pero’ dejjem nibda billi nitma’ lgħasafar ta’ missieri u naraw fejn ħallejna ilġurnata ta’ qabel. Deher li illum għandna biċċa xogħol ġdida fejn klijent irid bieb ta’ barra tal-iroko (google it :P).

ANDREW VASSALLO aka. Il-Bubun ZER06

KURRENTI page 9

Il-ġurnata tiegħi tibda


REEL TIME

|GĦALL- ARJA TAL-BAĦAR... THE CLIFFS (ĦAD-DINGLI) Is-Sibt Mela wara l-laqgħa ta’ LC Sibt minnhom, Renzo ġie għalija r-Rabat u kellna aptit xi ħaġa tajba u differenti u ddeċidejna li mmorru The Cliffs Ħad-Dingli.

L-ewwel lejl lura milPakistan...tistgħu timmaġinaw lemozzjonijiet li kellna u kemm konna mitlufin. Pero’, avolja xtaqt li naqbad ajruplan għal Pakistan, kont mejta għal pizza! U għidna mmorru Cargo, Birgu waterfront, għal kwiet. Jien ordnajt Chicken Pizza u Renzo ħa Penne Chicken. Servizz kien tajjeb ħafna u il-pizza ma tantx damet ma ġiet. Overall Cargo huwa restaurant li nħobbu mmorru matul il-ġimgħa meta jkollna aptit xi ħaġa sempliċi, forsi flixkun inbid u atmosfera sabiħa. Naturalment hemm positijiet irħas għal pizza, pero qed tħallas għallatmosfera sabiħa wkoll, kif ukoll dik il-passiġġata ħelwa mal-waterfront qabel ma tmur lura dar.

Ili biex immur u xtaqt immur x’imkien ġdid, mingħajr problema ta’ parking, u b’veduta sabiħa. Kont smajt li sservizz naqra ‘slow’ mhux ħażin pero mort with an open mind. Wasalna r-restaurant u taf int, meta tidħol restaurant u timxi sal-mejda toqgħod tħares lejn il-platti tal-oħrajn (jien inkun qed nara l-portions) u bdejt nara ħafna platti kbar u sbieħ, allura lil Renzo għidtlu biex ma nieħdux starters filkaż. Il-menu huwa varjat, hemm laħam, ħut u għaġin, inkluż ravjul li mid-dehra huwa speċjalita’ tagħhom għax beda joħroġ ħafna minnu. Jiena ordnajt fillet medium u Renzo ħa tiġieġa (għax beda ‘dieta’). Ordnajna x’nixorbu, u wara li fakkart lill-waitress darbtejn li kelli sprite, wasal. Ejja ngħidu li m’għandux l-iktar servizz tajjeb tad-dinja...imma jgħaddi. L-ikel ġie wara 10 minuti u mill-ewwel ħadt gost bil-portion tiegħi. Fillet kienet vera medium filwaqt li r-roasted potatoes u veg kellna biex nitimaw mejda oħra. Overall, dan irrestaurant huwa worth it meta jkollok aptit post kwiet u x’imkien differenti, u meta għandek ħafna ġuħ, għax nassigurakom li platti huma enormi. Rajt platt ravjul ħiereġ u kien hemm mara li filfatt qaltlu għandha wisq filplatt (kif tista’ tgħid li jkollok wisq fil-platt! Imma nsomma). Prezzijiet huma diċenti ħafna, speċjalment għal platt daqs dinja. >>

KURRENTI page 10

CARGO (Birgu Waterfront) Matul il-ġimgħa


CARGO Service - 8, Food - 7, Ambience - 8

THE CLIFFS Service - 5, Food - 7, Ambience - 8 MELITA Service - 6, Food - 6, Ambience - 6

KURRENTI page 11

MELITA (ĦAL BALZAN) Il-Ħamis

varjat, qisni ma nistax neħles minnu! Filfatt ilĦamis li għadda Equinox kien imissna social, u biex Ehh, dan huwa post li kieku inkunu vicin ta’ kulħadd nista’ ma nersaqx lejh. Kelli morna Melita. ħafna esperjenzi ħżiena, burger undercooked, pizza qas Nammetti li jien mort tard ħafna (tort tal-futbol!) u naf x’fatta hi, biċċa kejk niexfa, cappuccino kiesaħ silġ. jien u Renzo wasalna hemmhekk fl-10.30pm. Imma peress li huwa post Malli poġġejna fittixna ċentrali u għandu menu waiter ħa nordnaw qabel ma tagħlaq il-kċina u Renzo għamel sinjal lil wieħed u qallu li ġej. Dan mar fuq mejda oħra biex jaqdihom u baqa’ jparla magħhom għal xi kwarta. At this point, mort fuqu u saqsejtu

jekk nistgħux nordnaw u ġie ħdejna. Renzo saqsa jekk ilkċina kinitx għadha miftuħa u qalilna li għalqet fl10.30pm...u naturalment issa kien magħluq. Pero’ bilħiliet ta’ persważjoni ta’ Renzo dan qallu li ħa jerġa’ jiċċekja mal-kċina. Jiena ordnajt cappuccino u tlabt lighter. Waiter ġie lura u qallu li jista’ jaqdih u jtih pizza. Renzo ordna Quattro Formaggi, u biex inkun għidt kollox, kienet tajba ħafna. Minbarra hekk, dan il-waiter għamel min kollox biex jaqdih. Il-lighter qatt ma tfaċċa’.

RENZO KERR CUMBO – JOVENES SARAH PACE – EQUINOX


2. Li kieku possibli nerġgħu inwelldu lil John Lennon, leġġenda tal-mużika u exmembru ta’ The Beatles, ħafna nies li dejjem xtaqu jarawh u jiltaqgħu miegħu jitilgħu fis-seba’ sema. Hu propju dan li se jipprova jagħmel it-tabib Dr. Micheal Zuk. Dan id-dentist Kanadiż xtara sinna li John Lennon kien ta lis-seftura tiegħu ftit żmien qabel ma ġie maqtul fl-1980 għall-prezz ta’ 30elf dollaru fl-2011, u minn dak iż-żmien ‘l hawn beda proġett biex joħloq clone ta’ John Lennon permezz ta’ DNA meħud missinna. Min jaf jekk jirnexxilux?


ESPERJENZI | Volontarjat 2013 NAPOLI 2013

Nibda’ billi ngħid li l-esperjenza li kelli għallewwel darba ġewwa Napli, kienet esperjenza li ġegħlitni nibda’ naħseb iktar ta’ mara! Niftakar li minn dejjem xtaqt nagħmel volontarjat barra minn Malta, dejjem dik kienet il-ħolma tiegħi! Iżda bejn il-kliem u l-fatti hemm il-baħar jikkumbatti.

KURRENTI page 13

Qatt ma naf li tħallejt insiefer waħdi, iżda malli għalaqt it-tmintax-il sena ħtaft l-opportunità, għax xi kultant fil-ħajja jkollok tiddiżappunta lil ħaddieħor biex tkun kuntenta int. Għalkemm għall-bidu il-ġenituri ma ħallewnix immur, wara li tkellimna sew, indunaw li ma kontx għadni t-tifla ta’ 4 snin li ridt immur biss fejn joħduni huma ! U hawnhekk bdejt naħdem fuq il-ħolma tiegħi. Ilpreparazzjonijiet bdew minn qabel tlajna Napli u niftakar l-ewwel darba li mort għal-laqgħa vera ħassejtni ħuta barra millilma, peress li ma kont naf

lil ħadd. Għall-bidu, għalkemm kont ċerta li rrid nagħmel l-esperjenza kollha, għax nemmen li jekk ħa nagħmel ħaġa nagħmilha mill-bidu salaħħar, kont ftit imbeżża’. Ilfatt li ma kontx għadni drajt lill-voluntiera sew u lillcoordinators bdiet iddejjaqni ftit, iżda kif jgħidu li kollox irid iż-żmien tiegħu. Wara li għamilna lpreparamenti kollha, kien wasal il-mument tant mistenni: il-ġurnata li fiha kelli nitlaq lill-familja biex inwettaq dak li dejjem ħlomt. Nassigurakom li għalkemm ħassejt ħafna nnuqqas tal-familja, ma jiddispjaċini xejn li mort. Issorijiet vera laqgħuna u ttfal vera kienu ħelwin. Bqajt impressjonata kif kemm is-sorijiet u anke ttfal dejjem kienu jkunu bi tbissima fuq fommhom għalkemm neqsin minn ħafna affarijiet bażiċi.

It-tfal stess għallmuni kemm jiena għandi kollox u ma napprezzax, u huma m’għandhom xejn u dejjem jitbissmu. Esperjenza li ġġiegħlek tidhol f’qoxortok u tirrealizza kemm f’qalb dawn it-tfal hemm ħafna imħabba u apprezzament, u aħna nibżgħu ngħidu il-kelma nħobbok jew grazzi. Apparti t-tfal, kien hemm ilvoluntiera u l-coordinators li għamlu differenza f’ħajti wkoll. Il-laqgħat u l-ħinijiet li kien ikollna flimkien, meta ma konniex inkunu mat-tfal, għinuni nsaħħaħ il-karattru tiegħi. Kien hemm dawk ilmumenti fejn waqaft u għidt iva, din il-ħaġa nista’ napplikaha għalija nnifsi. Xejn m’hu perfett fil-ħajja, iżda qatt ma naf li kelli xi ngerger minnhom. Anzi, vera għenuni biex drajt u stajt inħossni komda. Tgħallimt xi ħaga minn kull persuna li telgħet Napli, u dejjem sibna lil xulxin fejn kien hemm bżonn.


KURRENTI page 14

Illum, grazzi għall-voluntiera kollha, b’mod speċjali għallcoordinators Diane u Corinne, li fdawni mat-tfal u għenuni biex inwettaq ilħolma tiegħi, qed nghix aktar bi tbissma fuq fommi. Tlajt Napli tfajla u nżilt lura mara. Mhux biss, imma kelli familja waħda u inżilt bi tnejn! LARISSA ZAMMIT VOLUNTIERA


BLARNEY – IRELAND 2013 Din is-sena ĊAMYouths ħadna esperjenza ġdida ta’ volontarjat ġewwa l-Irlanda, preċiżament ġewwa Blarney, raħal ftit ‘l bogħod mill-Belt ta’ Cork. Ix-xogħol tagħna mat-tfal kien qieghed issir ġewwa r-raħal ta’ Mallow. Ilpost kien spazzjuż ħafna u minbarra l-kamra li kellna, stajna wkoll nużaw indoor court u anke spazju kbir fuq barra. Għal dan is-‘Summer Camp’ konna ħames voluntiera u attendew malħamsin tifel u tifla, bejn sitta u għaxar snin. It-tfal inqassmu fit-tlett gruppi, bniet żgħar, bniet kbar u ssubien.

KURRENTI page 15

Apparti katekeżi, crafts u logħob, lit-tfal ħadnihom jgħumu u anke żewġ ħargiet ta’ ġurnata. Ħaġa li personalment laqtitni ħafna kienet li t-tfal kienu ġejjin minn pajjiżi differenti. Apparti tfal Irlandiżi kien hemm Afrikani u Indjani. Issabiħ ta’ dan kollu kien meta tarahom jilagħbu u jaħdmu flimkien.

Konvint li x-xogħol li għamilna kien tajjeb u kulħadd kien kuntent bina. Ħaġa oħra sabiħa ta’ din lesperjenza għixniha ġewwa l-kunvent. Biswit il-kunvent kien hemm dar għarriabilitazzjoni mill-vizzji tad-

drogi u alcohol. F’din d-dar kien hemm madwar 17 –il raġel. Aħna l-volontiera subien konna qed ngħixu magħhom f’din id-dar u għalkemm kellna x-xogħol tas-‘Summer Camp’, konna nqattaw xi ħin magħhom speċjalment filgħaxija meta t-tfajliet kienu jmorru għand il-familja li kienet qed tospitahom. Dawn l-irġiel qasmu l-esperjenzi tagħhom magħna b’mod vera miftuħ qisna konna ilna nafu lil xulxin għal ħafna snin. Tiskanta meta tisma’ li kienu nies li ma kien jonqoshom xejn u kif spiċċaw f’dan l-istat.

Tkompli tistgħaġeb meta tara dawn l-irġiel jitolbu flimkien u jattendu għalladorazzjoni u jipparteċipaw fiha. Dawn l-irġiel sabu l-imħabba bla qis tas-sorijiet u lilna tawna esperjenza qawwija x’inġorru magħna għal dejjem. Kull fejn immorru, dejjem ngħidu li s-sorijiet ta’ Madre Tereża huma sorijiet speċjali u xejn inqas għas-sorijiet li hemm ġewwa Blarney. Sorijiet mimlijin entużjażmu għallproxxmu. Sorijiet li jassistu lir-residenti fil-ġlieda tagħhom kontra l-vizzji. Sorijiet li jorganizzaw attivitajiet għat-tfal. Din issena kienet l-iktar darba li rajt is-sorijiet jagħmlu affarijiet żgħar b’imħabba kbira, għax ħafna drabi, b’affarijiet vera sempiċi tefgħu tbissima fuqna u fuq kull min kien hemm madwarhom. WAYNE JOSEPH DIMECH AMISTAD


TUNISIA – LA GOULETTE 2013 Kif tista’ ma tħobbhomx? Emozzjonijiet, ħbiberiji, xogħol volontarju... La Goulette 2013! Minn fej taqbad tibda? Peress li l-esperjenza ta’ La Goulette issir f'Awwissu, ilpreparazzjonijiet għaliha jibdew kemmxejn iktar tard minn dawk ta' esperjenzi oħrajn ta' ĊAMYouths. Fil-fatt il-preparazzjonijet irrankaw mill-Pasta Night u min hemm ma waqafniex! Ilpreparazzjonijiet minn Malta kienu bosta: crafts, lessons tal-Ingliż u general knowledge, il-famuż żfin li

KURRENTI page 16

ngħallmu lit-tfal, live in u fund raising activities - fosthom ilMuffin Sale. Bi pjaċir ngħidu li din is-sena l-muffin sale reġa’ kien suċċess kbir! Grazzi kbira tmur lil grupp nisa li minn qalbhom offrew li jaħmulna mat-300 muffin u jagħtuhomna b'xejn biex aħna inbigħuhom, u lil Lisa Camilleri li għenitna ħafna biex inġibu l-kuntatti

Tul il-preparazzjonijiet għal din l-esperjenza skoprejna ħafna x'jiġifieri l-providenza t’ Alla. Kien hemm bosta drabi li spiċċajna daharna mal-ħajt u wara ftit jiem jitfaċċa xi proxxmu li jsolvilna l-problema billi jagħtina dak li għandna bżonn.

Mill-ewwel darba li jarawk jiġu jiġru jilqgħuk u jbusuk, uħud minnhom mingħajr lanqas biss ma jkunu rawk qabel. Filgħaxija meta konna noħorġu kien ikun hemm uħud minnhom jilagħbu fit-toroq, u kif jarawk

Għalkemm din kienet ittielet darba li tlajt itTuneżija, din is-sena kienet differenti mis-snin ta’ qabel peress li l-format tal-gruppi tat-tfal kien kemxejn differenti minn tas-soltu u peress li kellna jumejn fejn ma ġewx tfal (konna hemmhekk fil-jiem tal-Għid tal-Għarab li ħabtu f’nofs ilgimgħa) u li fihom għamilna xi xogħol manwali għassorijiet. L-ewwel ħaġa li tolqotni kif nasal La Goulette hi l-kalma ġenerali tan-nies u l-ħajja iktar bil-mod tal-post li ttik ċans tapprezza iktar ilmumenti li tkun qed fihom. It-tfal…meta niftakar fihom frażi waħda tiġi f’moħħi: Kif tista’ ma tħobbhomx?

tarahom kollha ġejjin jiġru lejk biex jgħidulek hello u jgħannquk u jimxu ftit miegħek. Mument millisbaħ kien meta tara xi tfal li kienu qed jiġu s-summer camp u oħrajn kbar li kienu jiġu fis-snin ta’ qabel jiġu ħerqanin, mingħajr ħadd ma talabhom, biex jgħinuna niżbgħu l-ħajt taz-zuntier tal-knisja – proġett ta’ xogħol manwali għassorijiet li għamilna. Issorijiet...nies tal-ġenn li jgħixu l-ħajja b’tant sempliċità u dejjem b’daħka lesta għalik li ħafna drabi nibda nsaqsi lili nnifsi kif jirnexxielna nikkumplikaw il-ħajja daqshekk. >>


L-esperjenza bl-ebda mod ma kienet tkun l-istess mingħajr il-grupp tal-ġenn li konna! Kellna ċertu dinamika bejnietna li għenitna naħdmu tajjeb ħafna flimkien biex nadattaw ruħna għal dak li ġġib magħha l-esperjenza, kif ukoll kellna ċ-ċans nitfgħu barmil jew tnejn ilma fuq xulxin…mhux fuq is-sorijiet imma e! Grazzi lilkom kollha! ROBERT FACCIOL CROSSROADS PAKISTAN 2013 'Il-Pakistan?'

KURRENTI page 17

Ir-risposta tiegħi tkun dejjem, 'differenti hux, dinja oħra'. U nwieġeb hekk propju għax diffiċli mmens nispjega xi jfisser il-Pakistan u xi tfisser l-esperjenza għalija. Nammetti li esperjenzajt ħafna affarijiet ġodda fil-Pakistan.

Kultura Islamika, kultura eastern, lingwa li bl-ebda mod ma nista’ nirrelata magħha, użanzi li anqas qatt ma ħlomt bihom, faqar, ngħix ma’ Fr Gerard u Fr Bernard, nies li ħabbewna mingħajr ma jafuna, realtà sabiħa fejn djar ta' xjuħ

(1) Kif aħna l-westerns, speċjalment il-media tagħna, tpoġġi dawn ilpajjiżi f'sitwazzjoni agħar milli hi; (2) Kemm hu diffiċli għal dawn in-nies joħorġu minn din ir-realtà li qed jgħixu fiha; (3) Kemm hi sabiħa u serena

kważi ineżistenti u ħafna realtajiet kulturali li nasal nifrustra ruħi jekk ma nkunx miftuħl għal--bidla - jew inkun iktar kawt u nagħraf x'sabiħ jista’ joħroġ minnhom (ukoll). Ejja ma nemmnux li lPakistan hu pajjiż tant ikrah u tant negattiv, minkejja lħafna negattiv li nisimgħu fuqu. Imma ejja ma nitqarqux lanqas u naħsbu li għax aħna li ġejna minn hemm u tant qed nesprimu mħabba lejn il-post, naħsbu li dan hu xi ġenna tal-art. Jekk għandi nitkellem fuq xi affarijiet importanti, li esperjenzajt fil-Pakistan, dawn huma;

l-ħajja sempliċi (konfuża) li jgħixu u l-imħabba li jafu juru lil min iżurhom. Peró qiegħed ninduna li minkejja li din tinħass introduzzjoni għalija, filverità diġà semmejt ħafna affarijiet u kollha jieħdu fit-tul biex tispjegahom. Kull punt fih filosofija għalih. Ibda minn Fr Gerard! :). Nistħajjel li għal fini ta' Kurrenti l-ispazju hu limitat, għalhekk nagħlaq ngħid li l-aħjar għalina wkoll l-aħwa, meta b'xi mod ikollna IMPRESSJONI fuq NIES, KULTURI jew PAJJIŻI oħra, ejja nieqfu ftit u nifhmu li f'kull kultura hemm is-sabiħ. >>


Il-musulman li dawwar ilfann fuqi biex ma nħossx sħana ma ninsieh qatt għaliex anke jien kelli impressjonijiet (u probabli għad għandi ħafna minnhom) li kienu ħafna ħżiena.

IS-SENA D-DIEĦLA, Honeymoon fil-Pakistan għalija u għal Sarah. PERÓ id-dinja mimlija pajjiżi bħal Pakistan, u aħna f'ĊAMYouths ċert li għandna l-abiltà nkomplu nduru lirkejjen tad-dinja. Mhux biex nibdluhom, u anqas biex ngħinuhom għax m'għandomx bżonna mingħajrna għixu eluf ta' snin! - imma biex nikbru aħna.

KURRENTI page 18

RENZO KERR CUMBO JOVENES


ATTIVITAJIET | ĊAMKamp 2013 ĊAMKAMP 2013 kien avveniment kbir li qatt ma mmaġinajna ser jsir realta'! Il-preparamenti għall-ĊAMKAMP ta' din is-sena bdew f'Lulju, forsi kemmxejn iktar tard mis-soltu. Bdejna billi flimkien mal-LC u l-guides għażilna ttema tal-Ġustizzja Soċjali, taħt l-isem ta' 'JUST RIGHT'.

KURRENTI page 19

Ta’ spiss din il-frażi tintuża b’mod ħażin u hija pjuttost deskrizzjoni ambigwa. Għall-bidu, sibniha daqsxejn diffiċli sabiex niddeċifraw eżattament il-punti li xtaqna noħorġu minn din it-tema. Pero’, wara ħafna diskussjonijet u riċerka kkonkludejna li tema bħal din setgħet tkun ta' benefiċċju għalina lkoll ghaliex permezz tagħha stajna niġu iktar konxji ta’ nġustizzji li qegħdin iseħħu madwarna fuq bażi regolari. Matul it-tlett ijiem rajna eżatt il-frażi ‘Ġustizzja Soċjali’ xi tfisser għalina minn lentijiet u perspettivi diversi u

f'liema oqsma tas-soċjeta' tinħass l-iktar. Iktar importanti minn hekk, rajna x’nistgħu nagħmlu aħna bħala ĊAMYouths sabiex intaffu ftit minn dawn l-inġustizzji li qegħdin iseħħu. Grazzi għallkelliema rappreżentanti ta' komunitajiet barra minn ĊAMYouths, kellna wkoll lopportunita’ li nitkellmu ma’ nies minn sferi differenti tas-soċjeta’ maltija, li jaffaċċjaw din ittip ta' nġustizzja ta’ kuljum. Apparti l-laqgħat kellna wkoll ħin fejn permezz ta’ logħob u attivitajiet varji kellna ċ-ċans nsiru nafu aħjar nies minn komunitajiet differenti, kif ukoll dawk li attendew ĊAMKAMP għall-ewwel darba din is-sena. Kienet tassew esperjenza sabiħa

fejn tara l-ħidma ta’ diversi nies titwettaq u l-membri tal-gruppi jagħmlu ħilithom u jieħdu sehem b‘ħafna enerġija u entużjamu waqt lattivitajiet li ġew ippreparati. Ovjament m'hemmx ghalfejn ngħidu li dan kollu m'għamilnihx waħedna bħala co-ordinators ta' ĊAMKamp 2013. Xejn minn dan ma kien ikun possibli mingħajr l-għajnuna ta' dawk il-ftit nies li aċċettaw jippreparaw laqgħat u attivitajiet ta' filgħaxija kif ukoll lil dawk kollha li aċċettaw ikunu f'xi equipe partikolari. L-għajnuna, ilħidma u d-dedikazzjoni tagħhom kienu kruċjali sabiex jittella avveniment annwali bħal dan, f'ħin rekord! >>


KURRENTI page 20

L-aħħar u mhux l-inqas nixtiequ nirringrazzjaw lil-LC preċedenti tal-fiduċja li urew fina u lil-LC t'issa ta’ lgħajnuna u l-kliem ta' kuraġġ tagħhom. Nixtiequ nirringrazzjw ukoll lil kull min b’xi mod jew iehor ta daqqa t’id sabiex dan iċ-ĊAMKamp ikun ta' suċċess. Nisperaw mill-qalb li kull min attenda, issa għandu ideja iktar ċara

ta’ xi tfisser il-ġustizzja soċjali u kif nistgħu nevitaw li iktar nies jibqgħu jew isiru vittmi tagħha. Mela ejja naħdmu id f'id bħala ĊAMYouths sabiex inħallu impronta anki f'dan irrigward għaliex leħinna jista' jagħmel differenza! KATIA CORTIS, ROWENA CARUANA, DENYSE CALLEJA TAKARA’


ESPERJENZI | Missjunarju... kurżita’, tfitxija u Esperjenza li kienet tidher u tinħass tant il-

skoperta’

bogħod issa ilha għaddejja għal xahrejn. Li qiegħed nagħmel esperjenza fil-Perù xorta għadha tinħass bħala ħolma u kull filgħodu meta niftaħ għajnejja irrid infakkar lili nnifsi li m’għadniex Malta fejn kollox kien familjari, innies, il-lingwa, ir-ritmi u ħafna dettalji żgħar oħra. Din l-esperjenza fil-Perù, bħal ma kienu lesperjenzi f’Napli u t-Tuneżija li kelli magħkom ĊAMYouths, hija parti mill-mixja formattiva flMSSP u sservi biex niskopru iżjed l-identità tagħna bħala missjunarji.

KURRENTI page 21

Din id-darba però qiegħed ngħix esperjenza iktar fit-tul li qed ittini l-possibbiltà li ngħix iktar mill-qrib il-ħajja tan-nies, il-kultura tagħhom, imma fuq kollox lili nnifsi jien u ngħix din l-esperjenza. F’dawn it-tmien xhur li għandi fil-Perù qiegħed nakkumpanja lil Fr Alex, li hu ukoll MSSP li ilu jgħix hawnhekk fil-Perù għal dawn l-aħħar tmintax-il sena. Ilħidma speċifika ta’ Fr Alex, u li qiegħed ikolli l-possibbiltà li ngħix jien ukoll, tikkonsisti fi preżenza u ħidma ma’ nies li jgħixu fil-periferija tal-belt ta’ Arequipa.

Ħafna minn dawn in-nies huma persuni li telqu minn postijiet oħra fil-Perù biex ifittxu possibbiltajiet ta’ ħajja u xogħol aħjar għalihom imma iktar u iktar għal uliedhom. Din it-tip ta’ ħidma, jew forsi aktar preżenza, qed ittini lpossibbiltà li niltaqa’ ma’ ħafna nies fl-iktar mumenti ta’ fraġilità umana li tista timmaġina. L-istejjer li nisimgħu u naraw iseħħu quddiem għajnejna mhumiex dejjem sbieħ imma huma qawwija ħafna, tant li jibdew iħottu ħafna kastelli li jkollok f’moħħok meta tibda isserraħ saqajk mal-art firrealtà konkreta ta’ ħafna minn dawn il-persuni.

U forsi huwa dan il-proċess intern li tant qiegħed jagħmel din l-esperjenza tiegħi fil-Perù sinjura u profonda qalb il-faqar u ttbatija li niltaqgħu magħhom kuljum. Għalkemm vjaġġajt il-bogħod ħafna minn dak li jien dejjem ħassejtu bħala ‘dari’, din l-esperjenza qed tkun fl-aħħar mill-aħħar vjaġġ tal-qalb li jwasslek biex tagħraf iktar min inti meta tħalli l-ħajja ta’ dawn il-persuni tnaqqax fil-qalb tiegħek.

ALEX ZAMMIT MSSP BROTHER


|Inżuru l-AMERKA

F’Marzu 2011, wara xhur kbar naħsbu nibbukkjawx jew le, fl-aħħar kienet waslet ‘l ġurnata li fiha nsiefru lejn l- Amerka. Jien flimkien ma’ tliet sħabi oħra, erħejnilha lejn Londra filgħodu kmieni, biex minn hemm qbadna ajruplan għal New York għal vjaġġ ta’ seba’ sigħat. New York, naħseb huwa liktar post li dejjem xtaqt mmur f’ħajti għax magħrufa bħala l-belt talħolm u mal-ewwel impatt magħha kienet straordinarja ta’ vera.

Ħajja mgħaġġla mmens u dejjem għaddejja, lejl u nhar. Kull ħaġa jagħmluha bi kbir; sempliċiment espresso li jiġi servit f’tazzina żgħira tani tazza sħiħa mimlija…bqajt nħares lejn il-wejter! Żorna l-iktar postijiet famużi ġo New York, bħal Empire State Building, Rockeffeler Centre, Central Park etċ. Wara 6 t’ ijiem fil-kesħa, qbadna vjaġġ lejn Orlando, Florida. Minn kesħa spiċċajna fi sħana tiżreġ, u mill-ewwel qbadna l-karozza u tlaqna gas down lejn stabilliment biex naraw is-show ‘La Nouba’ ta’ Cirque du Soleil. Niftakar wasalna ħames minuti qabel bleżatt għax il-GPS bgħatna kullimkien, barra fejn kellna immorru. Imbagħad ghaddejna ħamest t’ijiem induru il-parks ta’ Orlando: Disneyland, Universal Studios u Sea World fejn għalkemm qabel tmur tiddubita intiex ħa tieħu gost minnħabba li taħsibhom tat-tfal, l-esperjenza kienet waħda indimentikabbli. Wara seba’ t’ijiem Orlando qbadna l-karozza u inżilna Miami.

Wara sewqan ta’ madwar ħames sigħat morna fillukanda tagħna u qalulna li kellna double booking u għalhekk bagħtuna lIntercontinental u ħallsulna kollox huma, ma stajniex nibdew l-esperjenza ġo Miami aħjar minn hekk. Ġo Miami qattajna erba’ t’ijiem talġenn, fejn rajna wkoll logħba basketball li għal min jifhem kienet top game ta’ dak sseason bejn Miami Heats u Dallas Mavericks. Għal persuna bħali li ma tantx jifhem fil-basketball kienet esperjenza sabiħa ukoll fejn rajna uħud mill- aħjar plejers amerikani. Għal min qatt ma tħajjar jagħmel btala bħal din personalment nissuġġeriha hafna bhala safra. Ħajja differenti, imma l-esperjenza tibqa’ ġġorrha ħajtek kollha ! MARK SPITERI CROSSROADS KURRENTI page 22

REEL TIME


|Opportunitajiet UE ISEM PAJJIZ Making the Difference: Portugal a North-South Partnership Building Activity Making the Difference: Portugal a North-South Partnership Building Activity

KURRENTI page 23

‘Learn for your Malta lifetime... through youth work’ (Quality Youth Work)

DESKRIZZJONI TAGHLAQ Make a difference for your youth group - find 06/10/2013 a partner from the other side of Europe!

Make a difference for your youth group - find 06/10/2013 a partner from the other side of Europe! This Partner Building Activity (=PBA) aims at creating concrete partnerships – by preference between North and South of Europe, so that they can develop youth exchange projects and apply in 2014 under the new Programme Erasmus+. It is organized inside a small village where during the PBA, the involvement of and contact with the local community serves as a concrete and practical example on how this can be done during youth exchanges, hereby multiplying the outcomes and impacts of your projects. Summary: The purpose of this seminar is to 07/10/2013 help youth workers to articulate, examine and discuss their youth work practices. The seminar aims to help youth workers to assess and enhance the quality of service and support they provide to the young people with whom they work. The seminar will also provide youth workers with the opportunity of considering how the organisations in which they operate can assure and improve quality youth services. In particular, the seminar will focus on: • support and development tools for youth workers, projects and organisations • quality standards for the provision and practice of youth work • effective use of resources in ensuring quality youth work • assessment and evaluation of youth work practice


Use of New Technologies Turkey in Improving the Quality of Youth Work and Safer Internet UNETECH-SINT 2013

The proposed training course aims to provide 12/10/2013 ideas and skills for using new technologies, mainly in communication and infor-matics, to improve the quality of the work carried out by their organizations and, increasing the awareness of the safer internet for the youth workers. Before the application process, it should be clearly understood by the applicant that UNETECH is not designed for corporate environment personnel: specifically explained, it is not for technology specialists, such as help desk experts, or any other type of IT professionals who heavily use technology/database systems/information systems in the corporate environment. This TC is actually for individuals in non-profit areas: it is for Youth workers, Youth leaders, Coaches (in non-profit Youth), Project Coordinators/Project Managers, Junior trainers, and non-profit Mentors who are working/volunteering in small to mid-size youth organizations or working/volunteering in youth organizations that are active in rural areas of their country. In order to reach the aims of TC, the focus will be laid on three possible issues that new technologies can be utilized most efficiently in a youth organization; networking, recruiting and inclusion of young people, and promoting the using safer internet for children and youngsters.

KURRENTI page 24

Zviluppa fik il-kapacita tat- Malta tmexxija | Leadership Skills -Training Course

16/10/2013 Summary: The aim of this training course is to help you develop your leadership skills. The training course will help become more aware of the different styles of leadership and how to overcome obstacles you will encounter while acting as a youth leader. It will also help you recognise situations where you need to take positive risks and to develop creative solutions when facing difficult situations.

Activity date: 25-27 October 2013 (Based on a live-in weekend)


Is-Sahha u s-Sigurta – Health and Safety

KURRENTI page 25

Training Course on healthy behaviour and physical activity

Malta

Bulgaria

Summary: This training course aims to provide awareness about preventive measure that need to be observed in order to safeguard the health and safety of young people. It will also provide basic first aid skills. This course is aimed for youth worker and leaders that organise activities for young people and need to know how to act in situations of emergency. Activity date: 22-24 November 2013 (Based on a live-in weekend) The training will focus on healthy behaviour and physical activity from three different perspectives - the relevance of physical activity for physical health as well as mental and social well-being, Human Rights perspective, and Preventive perspective.

25/10/2013

01/11/2013

MARIE CLAIRE TESTA NRG


|Review tal-karozza… REEL TIME

PEUGEOT 206 cc Karozza ftit differenti din id-darba, coupe u convertible. Il-Peugeot 206, Malta naraha komuni fil-mudell hatchback, pero jeżistu wkoll mudelli saloon u station wagon, li ma ġewx Malta. Naħseb parti mir-raġuni hi li dawn iż-żewġ mudelli huma tnejn mill-aktar mudelli koroh fid-dinja tal-karozzi. Għall-kuntrarju, it-206 coupe convertible, karozza żgħira, b’dehra sabiħa, li toffri l-viżibilità ta’ sema blu, speċjalment fis-sajf.

STIL Ovvjament, karozza coupe jew convertible, wieħed ma jistax igerger mill-istil talkarozza. Bis-saqaf magħluq il-karozza tagħti dehra ta’ waħda akbar u ta’ valur ogħla. Personalment, jien daqsxejn xettiku fuq karozzi żgħar convertible, għarraġuni li jkollhom windscreen għoli ħafna u

boot kbir iżżejjed. Biss, ilPeugeot għandha wara li mhux kbir ħafna u li jagħmilha kemmxejn isbaħ mill-mudelli tal-istess stil. Il-windscreen xorta huwa ftit kbir, kważi jasal sa nofs is-saqaf. Fuq ġewwa għandha ftit buttuni, li jagħmluha faċli biex tużaha, u display ieħor żgħir fin-nofs li juri lekonomija tal-karozza, listazzjon tar-radju, l-ħin u t-temperatura. Laqatni ħafna l-fatt li l-glovebox hija miksija bl-istess drapp tas-seats. Fuq barra laqatni ħafna l-istil, fejn għandek speċi ta’ żewg handles fuq il-boot u fog light waħda fin-nofs, fuq wara. KWALITA` Nammetti li dejjaqni daqsxejn il-fatt li fl-iskossi tisma’ xi ċekċik. Ovvjament, wieħed jifhem li karozza mingħajr saqaf se tkun ftit inqas robusta >>

KURRENTI page 26

KUMDITA` Ikolli nammetti, ftit huma lkarozzi li rkibt fihom li huma daqshekk komdi. L-iskossi li huma komuni fit-toroq Maltin, ma jinħassu xejn f’din il-karozza. Il-problema hi li xorta tinduna li għaddejt minn xi skoss minħabba ċċekċik fil-karozza. Veru li lkarozza issa għandha disa’ snin, pero ma tantx wieħed jistenna dawn il-ħsejjes filkarozza. Il-karozza suppost takkomoda erba’ persuni, biss dawk li jirkbu wara, ħa jkunu ftit limitati bħala spazju. Barra minn hekk isseats fuq wara m’humiex komdi. Fuq quddiem, għalkemm sibta ftit diffiċli nsib posizzjoni tajba fissewqan, l-ispazju huwa tajjeb ħafna. Bl-istess mod, il-boot huwa tajjeb ħafna għad-daqs tal-karozza. Dan ladarba ma tniżżilx is-saqaf, għax bis-saqaf imniżżel ilboot tat-206 cc jigi kważi mingħajr użu.

PERFORMANCE Kont sorpriż bil-ġibda li toffri din il-karozza. Ilmudell li soqt armat b’magna 1.6 petrol, li joffri prestazzjonijiet tajba ħafna. Fis-sewqan il-karozza tagħtik pjaċir, u fiċċirkustanza li taqbeż karozza, dan tagħmlu mingħajr ebda problema. Pero wieħed irid joqgħod ftit attent għax b’velocita kemmxejn għolja u bissaqaf imniżżel, il-karozza ma tinħassx daqshekk soda, biss bis-saqaf imtella din il-problema ma teżistix.


minn karozza normali, biss mill-bqija ftit hemm xi tmaqdrilha. Dashboard sempliċi u buttuni li jidhru tajbin u jinħassu l-istess. Forsi wiehed ikollu xi ftit tad-diffikultà jagħżel karozza bis-saqaf jinżel, minħabba ħsarat li karozza bħal din tista’ ġġib magħha. Biss, nista’ ngħid li s-saqaf jinżel malajr u mingħajr ħoss. U dan fuq karozza tal-2004. Dejjaqni ftit il-fatt li fuq karozza Franċiża ma sibtx ilkwalità normali Ewropea bħal soft touch plastics u ġilda, għajr listeering u l-gear lever. Biss dawn huma gosti personali. PRATTIĊITA` Naħseb hija ħaġa ovvja li jekk wieħed irid karozza għal familja b’ xi boot kbir, mhux sejjer jagħżel it-206 cc. Biss din hija karozza żgħira, li faċli tipparkjaha u bi spazju sostanzjali fil-boot meta l-karozza tkun mgħottija. Mill-bqija, tnejn min-nies jistgħu joqogħdu komdi u jammiraw l-akbar veduta li tista’ toffri karozza. Apparti żewg postijiet fil-bibien fejn terfa l-affarijiet, ilkarozza fiha biss cup holder waħda quddiem u ftit spazju fin-nofs għallaffarijiet li normalment wieħed ikollu fil-karozza. Għalkemm din ilPeugeot għandha magna potenti, xorta hija ekonomika mhux ħażin. SIGURTA` Il-karozza fiha żewġ airbags quddiem, bil-faċilità li dak tan-naħa tal-passiġġier jista’ jintefa’ jekk wieħed ipoġġi car seat għat-trabi. Ilkarozza ġabet erba’ stilel fil-Euro Ncap rating, li huwa tajjeb ukoll.

Ovvjament karozza mingħajr saqaf ma tistax tkun l-iktar karozza sigura jekk il-vettura tinqaleb, pero it-206 għandha pilastru b’saħħtu fuq il-windscreen. Barra minn hekk, fuq wara, il-karozza għandha speċi ta’ żewg head restraints talħadid li jitilgħu ‘l fuq biex jipproteġu l-passiġieri f’każ li lkarozza tinqaleb. Jekk wieħed iqis iż-żmien tal-karozza, ċerti difetti bħal ċekċik u n-nuqqas ta’ spazju fuq wara u fil-boot, il-karozza hija rakkomandata ħafna. Apparti minn hekk, wieħed irid biss iżomm f’moħħu s-saqaf li jinżel u l-veduta mill-isbah mill-karozza u ċertament jinsa’ d-difetti kollha tal-karozza, għax wara kollox, huwa s-saqaf li jagħmel din il-karozza speċjali fuq oħrajn. MARK SPITERI LYNKS


2013 Il-kelb mitiku ta’ Fr.Silvio ‘Springy’ li fiċĊAMKamp ta’ din is-sena kien protagonist kbir.


http://www.facebook.com/groups/ camyouths/


ĊAMYOUTHS SATURDAY MASS 8:00PM DAR ĊAMYOUTHS

A NEW BEGINNING Photographic Exhibition 05/09/2013 - 20/10/2013 CAVALIERI HOTEL – Malta IMPRESSIONS An Art Exhibition by Godwin Cassar 06/09/2013 - 31/10/2013 HILTON MALTA – Malta THE INDIAN FILM FESTIVAL Part of Days of India 01/10/2013 - 06/10/2013 St. James Cavalier Centre for Creativity – Malta 60 HOUR DIVE CHALLENGE & SCUBA DEMO Diving event in aid of charity 03/10/2013 - 05/10/2013 Starfish Diving – Malta SPECTACULESQUE Malta's ultimate evening out 04/10/2013 Chateau Buskett – Malta NOTTE BIANCA A mix of history, culture and entertainment 05/10/2013 Valletta – Malta L-IMQABBA - BISS BILHILA 06/10/2013 Imqabba - Malta

MDINA GRAND PRIX 2013 The annual event of competitive motorsport 10/10/2013 - 13/10/2013 Mdina – Malta BIRGUFEST The city of Vittoriosa relives its past 11/10/2013 - 13/10/2013 Vittoriosa (Birgu) – Malta MALTA VS CZECH REPUBLIC International football match 11/10/2013 Ta' Qali National Stadium – Malta STRUMMIN' THE ELEMENTS Annual live music concert 11/10/2013 Sir Temi Zammit Hall – Malta ILJIELI SKALIN Re-enactments, exhibitions, music and food 19/10/2013 - 20/10/2013 Marsaskala - Malta MALTA INTERNATIONAL CHOIR FESTIVAL An outstanding event for local and international choirs 31/10/2013 - 03/11/2013 Valletta - Malta



Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.