Kurrenti - Ħarġa Numru 33 (03/2014)

Page 1

Ħarġa Nr. 33

Ottubru/No

vembru


ritratt RAKKONT L-ISTORJA TA’ WARA R-RITRATT...

ġna a p ’ f r a t k i Aqra

36


KONTENUT RITRATT RAKKONT.............................................. 2 LEADERSHIP COMMITEE.................................... 4 Ħbieb,

SUPPORT TEAM.................................................. 5

fl-aħħar waslet l-aħħar edizzjoni ta’ Kurrenti għas-sena 2014. Niskuża ruħi tad-dewmien imma peress li ħafna mill-kollaboraturi kif ukoll membri ta’ Konnekxins kienu msiefrin fuq esperjenzi varji ma stajniex nagħmlu mod ieħor. Pero’ waslet ukoll! Bħal kull ħarġa li tikkonkludi s-sajf, se ssibu artikli fuq l-esperjenzi li għamlu uħud millmembri ta’ ĊAMYouths. Esperjenzi li bla ebda dubju iħallu marka fuq il-ħajja ta’ dak li jkun. Tistgħu ssibu wkoll artikli fuq #ck14 (ĊAMKamp għal min ma attendiex u ma fehmniex), kif ukoll l-artikli li issa żgur drajtu u li ssibu ħarġa wara ħarġa! Jekk hawn xi ħadd li jixtieq jingħaqad magħna bħas-soltu kemm tibgħatulna fuq kurrenti@ camyouths.com. Bħalissa qed infittxu ukoll min jixtieq jagħti l-kontribut tiegħu b’artikli nteressanti u ġodda għas-sena li ġejja! Tinsewx, Kurrenti mingħajrkom m’hu xejn! Narakom u nagħmel l-kuraġġ lil dawk kollha li se jispiċċawlhom il-vaganzi!

MILL-MSSP.......................................................... 6

Narakom Geraldine Powell [Crossroads]

FATTI KURJUŻI.................................................. 35

IL-KEBBIES......................................................... 7 KOMUNITA’.......................................................... 8 ESPERJENZI...................................................... 10 MALTA................................................................ 20 ĊAMKAMP.......................................................... 22 ĠURNATA FIL-ĦAJJA TA’................................... 27 SAFAR................................................................ 28 FUQ ERBA’ ROTI................................................ 30 RESTAURANT REVIEW...................................... 32 BEAUTY TIPS..................................................... 34

AVVIŻI................................................................ 36

JEKK GĦANDEK XI RITRATT INTERESSANTI U TIXTIEQ LI JKUN UŻAT BĦALA RITRATT GĦALL-COVER PAGE, IBGĦATULNA FUQ:

kurrenti@camyouths.com Koordinatur: Nathan | Editur: Geraldine | Vici Editur: Shaun | Disinn: Rowena, Diane, Bob


minn CHRIS Formosa [Amistad]

Tfal tal-Periferija...

G

ħal min bħali din is-sena attenda ĊAMKamp, żgur li f’xi mument jew ieħor sibtu lilkom infuskom tirriflettu fuq il-kelma periferija, kelma, li tant intużat waqt dan iċ-ĊAMKamp. Ċert li din il-kelma għandha tifsira differenti għal persuni differenti, imma hawn ha naqsam magħkom dak li jiġi f’moħħi wara 16 il-sena f’ ĊAMYouths. ĊAMYouths tal-llum m’għadux dak li kien 16 il-sena ilu meta dħalt membru fih jiena, u mhux biss għax issa qegħdin ħafna aktar membri, jew għax għandna statut jew ‘premises’ tagħna, jew inkella għax nibgħatu kważi 75 żgħażugħ/a jagħmlu esperjenzi ta’ volontarjat. Tifhmunix ħażin, dawn huma kollha kisbiet importanti ferm fil-mixja tagħna bħala organizzazjoni, imma nemmen li illum il-ġurnata hemm għarfien akbar ta’ xi jfisser li tkun ĊAMYouths…...teżisti għażla konxja tal-membri tagħna li jgħixu b’ ċertu valuri u f’ ċerta direzzjoni. L-aktar element li jolqotni huwa li dan l-ispirtu jew karizma, sejjaħlu kif trid, huwa wieħed komuni bejn ilmembri ta’ komunitajiet differenti. Kulħadd jaf li għalkemm ĊAMYouths huwa bbazat fuq il-famuzi prinċipji ta’ ħbiberija, spiritwalita’, u missjoni, ħadd qatt ma mar jimponi dawn il-prinċipji fuq il-komunitajiet tagħna, la l-guides jew wisq inqas il-Leadership Committee. Iz-zmien li fih ĊAMYouths kien fi stadju fejn infittxu l-identita’ tagħna spiċċa, nemmen li tezisti identita’ ċara u ħajja u mhux stagnata, izda li tevolvi u tikber aktar ma nimxu fil-mixja tagħna bħala organizzazjoni. Il-mument li din l-identita’ tieqaf tevolvi, immutu. Min iħares lejn dan iċ-ĊAMKamp bħala okkazjoni oħra fejn nippruvaw niskopru l-identita’ tagħna, sejjer żbaljat, naħseb li għamilna mixja aktar profonda. Pruvajna nisfidaw din l-identita’ tagħna kemm bejnietna kif ukoll ma’ nies li jaħbtu magħna fil-ħidma u fil-ħajja tagħna. Aħna t-tfal tal-periferija, li ġejjin b’ bagalji ta’ esperjenzi totalment differenti minn ta’ xulxin, imma li b’ xi mod dawn l-esperjenzi kollha jikkonverġu flimkien, jikkonverġu ġo ĊAMYouths. Jien mhux espert teoloġiku, imma nasal ngħid li huwa Alla li qiegħed iwassalna biex nikkonverġu flimkien. Ejja ma nieqfu qatt nikbru, ejja ma nieqfu qatt nistaqsu jekk dak li aħna hux biżżejjed, ejja ma nieqfu qatt inkunu miftuħin għall-esperjenzi ta’ xulxin, ejja ma nieqfu qatt inkunu preżenti, ejja ma nieqfu qatt inħossuna skomdi nimxu biż-żraben li s-soċjeta ta’ madwarna tagħtina biex nimxu bihom. Nagħlaq dan il-messaġġ qasir billi nirringrazzja lil Ivana Pace (Takara’), Darren Portelli (Zero6), Daniel Busuttil u Silvan Chetcuti (Lynks) li organizzaw CAMKamp tal-ġenn. Grazzi wkoll lil Angela Vella, Danielle Farrugia, Clifton Calleja, Christine Calleja (kollha Onyx), Lisa Camilleri (Crossroads) u Rowena Caruana (Takara’) li kienu l-coodrinators ta’ l-esperjenzi tagħna matul dan is-sajf. P.S. Grazzi wkoll lil Geraldine Powell li minn għandha issellift l-espressjoni tfal tal-periferija


minn ROWENA CARUANA [Takara`]

SUPPORT TEAM

F’

dawn iż-żminijiet ħafna min-nies ta’ ĊAMYouths ikunu missew ma’ xi esperjenza ta’ volontarjat barra minn Malta. Min-naħa ta’ Support Team konna 3 li morna għal esperjenza ta’ volontarjat barra minn xtutna. Marie Claire marret l-Irlanda filwaqt li Rowena u Josephine għamlu l-esperjenza tat-Tuneżija. Dan wassal biex fix-xhur tas-sajf ftit kellna ċans niltaqgħu bħala Support Team, u għalhekk kif kulħadd reġa’ lura Malta ħtafna l-okkażjoni u ltqajna biex flimkien nibdew nippreparaw għall-PostĊamKamp Bash. Iltqajna bejnietna, imbagħad ħsibna li nagħmlu laqgħa mal-Activities Team waqt ĊAMKamp. F’din il-laqgħa stedinna anke nies li mhumiex uffiċjalment parti minn AT imma li xtaqu joffru l-għajnuna tagħhom għall-PostĊKBash. F’din il-laqgħa nvolvejna nies differenti, uħud minnhom li qatt ma kienu għenu f’attivitajiet ta’ ĊAMYouths qabel. B’impenn minn ST u min-nies mill-AT, ikkolaborajna flimkien biex għamilna attivitá li fl-opinjoni ta’ ħafna kienet suċċess. Permezz talPostĊKBash kull sena jirnexxielna nżommu ħaj l-ispirtu li jkun inħoloq f’ĊAMKamp u li forsi xi kultant għandu mnejn jintilef matul is-sena. Min-naħa ta’ Support Team nixtiequ għalhekk infakkru li min ikollu ideat għal attivitajiet li jistgħu jsiru, jibgħatilna fuq st@camyouths.com.


mill-mssp minn Fr.MARTIN GALEA

L e c tio D i v ina

F’

din il-ħarġa ta’ Kurrenti nixtieq għal darb’oħra noffri skema ta’ Lectio Divina fuq qari li se jinqara f’dawn il-Ħdud. Għażilt l-Evanġelju li jinqara il-Ħadd, 28 ta’ Settembru, li jaħbat is-26 Ħadd matul is-sena. Nittama li dawn ir-riflessjonijiet qed iservu ta’ għajnuna kemm fuq livell personali kif ukoll komunitarju.

Mattew 21: 28-32 Il-kuntest li fih Ġesù qed jgħid din il-parabbola huwa wieħed ta’ tensjoni. L-awtoritajiet reliġjużi kienu qed jisfidaw l-awtorità ta’ li biha kien qed jgħallem Ġesù, li f’għajnejhom kien bniedem ribelluż u li ma kellux ilpreparazzjoni u l-istudju li kellhom huma. Mill-banda l-oħra Ġesù kien qed jisfida lilhom li baqgħu bierda u indifferenti quddiem is-sinjali li Alla bagħtilhom, fosthom il-persuna ta’ Ġwanni l-Battista. Għalhekk Ġesù jippreżenta din il-ġrajja ta’ dawn iż-żewġ ulied, wieħed li jgħid li sejjer u ma jmurx u l-ieħor li ma jridx imur imbagħad jagħmel dak li jitolbu missieru.

Riflessjoni Il-punt prinċipali li Ġesù jixtieq jagħmel b’din il-parabbola huwa l-importanza li jien nibqa’ miftuħ għal modi kif Alla qiegħed jitkellem fil-ħajja tiegħi, u qatt ma nkun wisq ċert mit-tjubija u l-qdusija tiegħi. Huwa għalhekk li Ġesù jgħid li l-pubblikani u n-nisa tat-triq, fi kliem ieħor, dawk li jafu u huma konxji li huma midinbin, jidħlu fis-Saltna t’Alla qabel dawk li huma aljenati fir-reliġjożità tagħhom. Min jaf li hu midneb qiegħed f’pożizzjoni aħjar biex jaqbad mal-id t’Alla li trid issalvah, minn dak li mhux konxju tal-miżerja tiegħu. Ġesù qed jgħidilna li jippreferi lil dawk li, għax onestament ma jħossuhomx lesti biex jilqgħu s-sejħa t’Alla f’ħajjithom, jieħdu iż-żmien tagħhom sakemm fil-fatt jaslu, minn dawk li jaljenaw lilhom infushom b’risposta mgħaġġla li fil-verità ma ssarraf xejn. L-importanti, allura, li jien ngħix f’onestà miegħi nnifsi, u nisfida lili nnifsi kemm fil-fatt qiegħed ngħix dak li ngħid li nemmen. Mill-banda l-oħra, irrid noqgħod attent li ma naqax fl-estrem l-ieħor, li nibqa’ nagħlaq għajnejja għas-sinjali li Alla qiegħed jibgħatli f’ħajti u ma nirrispondix għar-rigal tal-fidi li l-Mulej irid jagħtini. Forsi ftit mistoqsijiet li nista’ nistaqsi lili nnifsi huma: Qed ninduna kif il-Mulej qed jipprova jirbaħ ilfiduċja tiegħi, jew qed inwebbes qalbi quddiem is-sinjali tiegħu? Jien kuntent li sempliċiment qed nobdi l-kmandamenti, jew qed nirrealizza li l-Mulej irid aktar minni, jiġifieri, li jrid ikun hu li jmexxini fl-għażliet tiegħi? Nifhem li jien għandi missjoni x’naqdi li għaliha jien ġejt maħluq?


IL-KEBBIES minn Fr. KARM DEBATTISTA

Preżenti f’kollox u f’kulħadd

F

l-ewwel ġurnata tagħha wara li telqet mill-kunvent, Mother Tereża ltaqgħet mal-ewwel pazjent tagħha, raġel qed imut fejn il-kanal tad-dranaġġ u ħaditu fejn kriet biex toqgħod. U qalet, iltqajt ma’ Kristu wiċċ imb’wiċċ. Kemm għamilniha diffiċli tiltaqa’ ma’ Alla jew ma’ Kristu fil-ħajja. Probabli l-ewwel post li jiġina f’moħħna biex niltaqgħu miegħU tkun il-knisja. Bħallikieku Alla qiegħed hemm biss. Ommi spiss kienet tirrepeti dak li kienet tisma’ mingħand xi saċerdot: Għaddi l-knisja agħmel vista, għid xi talba. Bħallikieku l-preżenza t’Alla hi biss f’post wieħed, x’imkien qaddis, qalb id-deheb u d-damask (għax hekk jixraqlu Alla), fejn hemm issagru.

Anke meta nitolbu, probabli ngħollu ħarsitna ’l fuq, bħallikieku qiegħed fis-sema biss. Insejna li niżel f’nofsna. Dak li kien spirtu, sagru u qaddis, ħa l-laħam u daħal flistorja, fil-konkret, f’dak li hu materjali. Alla kbir, setgħan, omnipotenti, perfett, sar ordinarju, dgħajjef, limitat bħal kulħadd. U dan biex jurina li hu f’kollox u f’kulħadd. “Dak li tagħmlu mal-iżgħar fost dawn ħuti, tkunu qed tagħmluh miegħi” (Mt. 25,40). Trid ftit umiltà biex tasal s’hawn. U jien spiss nipriedka dwar din l-umiltà li mingħajrha ma timxix wisq spiritwalment, imma xi drabi ninsa li l-akbar umiltà mhix tiegħi imma t’Alla. L-umiltà ta’ Alla ma tantx hu suġġett li nitkellmu spiss dwaru. Imma Alla hu umli. Alla umilja ruħu f’din id-dinja materjali u dan jidher ċar meta umilja ruħu f’Ġesù, wieħed minna f’kollox. Tkellimna ħafna matul is-sekli dwar id-divinità ta’ Ġesù imma lili taffaxxinani l-umanità ta’ Ġesù. Mela Alla hu kullimkien, f’kulħadd u f’kollox. U jekk f’dalmument li qed taqra dan l-artiklu ċkejken mhux possibli għalik li tkun fil-preżenza t’Alla issa, fir-realtà ta’ madwarek, allura mhux ser ikun faċli tkun fil-preżenza t’Alla meta tkun quddiem il-fqir, u meta jinqala’ xi ħaġa u għandek bżonnu, f’xi kriżi. Jekk kapaċi tkun fil-preżenza t’Alla issa u hawn, allura kullimkien hu tempju, kullimkien hu knisja, kullimkien hu sabiħ, qaddis, sagru. Alla hu preżenti f’kollox u f’kulħadd.


komunita’ T

8 snin f lim k i e n u i k tar !

akara’ hija komunitá magħmula minn tfajliet biss, apparti l-“guide” tagħna Sergio, li tajjeb li ngħidu li anki d-dar huwa mdawwar b’nisa biss! Matul is-snin ħafna nies saqsewna l-isem xi jfisser; Takara’ hija kelma bil-Ġappuniż li tfisser “teżor” (...almenu skont is-sorsi li sibna!). Ilna niltaqgħu kull nhar ta’ Tlieta mis-sena 2006. Ħafna ukoll stagħġbu għaliex aħna waħda mill-ftit komunitajiet li niltaqgħu darba fil-ġimgħa, peró aħna nħossu li għalina ħadmet tajjeb ħafna. Il-bidu uffiċjali tagħna kien meta Sergio organizzalna ġurnata attivitajiet ġewwa l-“Youth Centre” tar-Rabat fis-16 ta’ Ġunju 2006. Kull sena nippruvaw niċċelebraw l-anniversarju tagħna billi nqattgħu xi ġurnata flimkien għalkemm mhux kull sena possibli li jkun f’Ġunju. Ċertu snin ukoll għamilna xi souvenirs ta’ Takara’ ukoll bħal “T-Shirts” u “mugs”, li dawn tal-aħħar kienu impenġijin minna stess. Bdejna il-komunitá bi tlettax-il tfajla mill-iskola “Our Lady Immaculate” bis-saħħa ta’ Sergio Morana li kien jgħallimna l-Istudju Soċjali. Wara ftit inqasna għal tnax-il membru u ftit snin ilu erġajna nqasna b’waħda, imma din is-sena għall-ewwel darba lqajna Takarina ġdida – lil Nadia =). Il-komunitá damet magħluqa għal ħafna snin għal membri ġodda sakemm fl-aħħar sibna persuna ideali għal mad-dinamika tal-komunitá. Bħala komunitá il-ħolma tagħna hi li nibqgħu tfajliet biss u li nibqgħu magħqudin anki jekk fil-futur nibdew familja. Is-sena l-oħra kellna ukoll avveniment mhux mistenni, fejn l-għarus ta’ waħda mill-membri tagħna ddeċieda li jinkludi lil Takara’ biex nagħtu sorpriża lil Deborah sabiex jipproponila għaż-żwieġ. Ovvjament il-komunitá daħlet fiha bi ħġara u f’ħakka t’għajn kellna t-T-Shirts iddisinjati u ppersonalizzati għas-sorpriża. Wara il-gradwazzjoni tagħha Deborah sabitna nistennewha l-Universitá bix-xemgħat u bit-“T-Shirts” jgħidu “Deborah Will You Marry Me?” fejn imbagħad l-għarus tagħha niżel għarkubtejh biex jistenna r-risposta. Kienet okkażżjoni ħelwa li żgur nibqgħu niftakruha! Nisperaw li okkażżjonijiet ħelwin bħal din u oħrajn dejjem jibqgħu jitkattru tul is-snin li ġejjin :)


“Ovvjament il-komunitá daħlet fiha bi ħġara u f’ħakka t’għajn kellna t-T-Shirts iddisinjati u ppersonalizzati għas-sorpriża.”

ta k ara `


ESPERJENZI L-Esperjenza fi Blarney

N

għid id-dritt ma kontx bi ħsiebni nsiefer volontarjat dan is-sajf, imma meta ġiet l-opportunitá għal ħmistax volontarjat ġewwa l-Irlanda, ħassejt li għandi mmur u nerġa’ ngħix il-missjoni. Xejn xejn inżomm mattradizzjoni li nsiefer għall-volontarjat kull tliet snin. Din kienet it-tieni darba li tela’ grupp permezz ta’ ĊAMYouths fi Blarney, raħal ċkejken fin-nofsinhar talIrlanda. L-iskop prinċipali ta’ din l-esperjenza kien s-Summer Camp li jsir ġewwa Mallow, raħal ieħor żgħir, u kienu jiġu tfal minn irħula oħra fil-viċin. Il-kamp kien jitmexxa minna u mis-Sorijiet ta’ Madre Tereża, bl-għajnuna ta’ xi voluntiera oħra barranin. Dan għalhekk kien jirrikjedi li qabel nsiefru nippreparaw għall-crafts, laqgħat, u logħob li konna ser nagħmlu. Kull ġimgħa kellna tlett ijiem nużaw materjal li ppreparajna minn Malta, ġurnata nieħdu t-tfal fil-pool tal-lokal stess, u ġurnata ħarġa. Fl-aħħar nett tal-kamp, għamilna party kif tmiss il-liġi. Konna nibdew bit-theme song, wara nirreċtaw rakkont mil-Bibbja, ftit żfin, u mbagħad il-crafts u logħob talġurnata. It-tema magħżula din is-sena kienet il-frażi ta’ Madre Tereża: “Peace Begins With a Smile.” Frażi vera addattata għall-esperjenza u rajt il-frott minnha, speċjalment meta jkollok xi tifel bil-geddum u kulma trid tagħmel tipponta lejn il-flokk u titbissem. Jew inkella f’nofs ġurnata iebsa f’ħidma mat-tfal, tieqaf, tiftakar fil-frażi magħżula li qed ngħixu, titbissem, tiftakar fir-rikkezzi żgħar imma tant importanti li għandek, u terġa’ ssib il-paċi fik stess. Ħa ngħidilkom, kellna Summer Camp ta’ suċċess. Kellna ukoll kuntatt mar-residenti li jgħixu għand isSorijiet. Dawn huma persuni li jkunu waqgħu f’vizzji u jkunu qed ifittxu li jbiddlu ħajjithom permezz tat-talb u komunitá li lesta tifhimhom. Ma konniex obbligati li ngħinuhom, imma meta tkun qed tgħix f’komunitá, ma tistax ma tkunx parti minnha. Hekk sirt naf persuni oħra, l-istejjer tagħhom, u kif ikampaw fil-ħajja. Ngħid għalija din kienet parti importanti mill-esperjenza tiegħi u minnha ħadt iktar milli stennejt. U l-ħajja mingħajr mistrieħ żgur li mhix kompluta.


minn SAMUEL ATTARD [Crossroads]

Allura żorna Killarney Park, Muckross House, Garnish Island, u kif konna Blarney morna sa Blarney Castle fejn hemm ġebla esposta għall-bews tan-nies. Jingħad li din il-ġebla tati l-abbiltá li wieħed jitkellem b’kumditá u b’faċilitá la jbusha. Mhux ta’ b’xejn ma nistax nieqaf nikteb dan l-artiklu! Għalhekk nagħlaq billi nirringrazzja lil sħabi voluntiera li għext magħhom din l-esperjenza: Danielle: għad-direzzjoni u attenzjoni għall-polz tal-grupp; Karl: għall-ħbiberija ġenwina u l-jogging li morna ta’ kull filgħodu (xemx u xita); Marie Claire: għas-sapport li dejjem ipprovdiet; Mark: għall-ġenerożitá u l-għajnuna tiegħu; u, Kim: għad-dedikazzjoni f’dak li tagħmel. Ma nistax ma nirringrazzjax ukoll lil ĊAMYouths għall-opportunitajiet kollha li joħloq għalina. Tgħid nikser it-tradizzjoni s-sena d-dieħla? :)


ESPERJENZI L-Esperjenza f’DUBLIN

minn Marie Claire Cremona [Crossroads]

E

sperjenza ġdida mingħajr aspettattivi ġġib magħha ħafna bidliet u ferħ. Bħal kull esperjenza, diffiċli tispjega kif tħossok wara esperjenza u tinduna x’effett ħalliet fuqek. Din l-esperjenza saret l-ewwel darba allura kellna ħafna mistoqsijiet li ma kellniex risposti għalihom qabel ma naslu hemmhekk. Minn dawn l-esperjenzi tgħallimt ħafna nieħu l-affarijiet kif jiġu u nħallihom jieħdu l-ħin tagħhom, u li bħala grupp stajna naffaċċjaw kollox flimkien. Kienet esperjenza differenti għalija - qabel kont nagħmel xahar sħiħ u fi grupp akbar, b’aktar ħin mat-tfal. Dis-sena ridt nirriskja aktar, ridt bidla u break minn dak kollu li kont drajt bih. Ġurnata tipika f’Dublin kienet li nqumu xi 7am. Ftit minna kienu jmorru xi mixja u fit-8am konna nieħdu kolazzjon flimkien. Wara kulħadd ilesti fi tliet kwarti u mmorru knisja qrib mas-sorijiet. Wara konna nirritornaw il-kunvent u nippreparaw ilkrafts tal-ġurnata, il-katekeżi u żfin. Fis-2pm kienu jibdew ġejjin it-tfal, dawk li jieħdu ħsiebhom jiffirmaw għalihom u jħalluhom magħna. Fis2.30pm konna nibdew b’assembly fejn konna nkantaw it-theme song li kienet ‘Small things with great love’, katekeżi konna nagħmlu xi reċta żgħira li minnha toħroġ tagħlima, imbagħad konna nagħmlu żfin. Wara konna ninqasmu fiż-żewġ gruppi li konna, u mmorru fi kmamar differenti. Konna nagħmlu krafts, logħob u xi provi għaż-żifna tal-aħħar fejn isir festin żgħir quddiem kulħadd. Wara kienu jieklu xi ħaġa żgħira u noħorġu fil-bandli żgħir tal-kunvent u xi l-4.30pm kienu jibdew ġejjin għalihom.


Wara li jitilqu t-tfal konna nnaddfu l-kmamar u nagħmlu ftit sharing, u wara kien ikollna ftit ħin liberu. Imbagħad konna insajjru u nieklu. Hemmhekk idum ħafna ma jidlam allura konna nkunu għadna b’ħafna enerġija u t-8pm kienu jkunu qishom l-4pm ta’ Malta. Wara konna innaddfu u jerġa’ jkollna ħin liberu sa qabel norqdu.

Bħala grupp konna mmorru tajjeb ħafna. Il-fatt li konna sebgħa sirna nafu lil xulxin sewwa u kulħadd kien jirispetta lil kulħadd. Ma kienx hemm bżonn regoli u rosters ta’ min imiss isajjar, inaddaf u jgħin għax kulħadd kien jagħti daqa t’id minn jeddu. Konna naħdmu ħafna bħala grupp wieħed u Angela kienet koordinatriċi tajba ħafna wkoll. Ħadmet ukoll ħafna l-idea li ħadd ma kien leader allura kulħadd ħass irresponsabbiltà u kulħadd kien ikun jaf x’qed jiġri u x’suppost jagħmel. It-tfal kienu parti sabiħa minn din l-esperjenza wkoll għalkemm skont jiena, f’sagħtejn biss kuljum ma tantx irnexxieli nsir nafhom ħafna. Peress li din kienet l-ewwel darba li għamilna dan is-summer camp bħala ĊAMYouths, kemm it-tfal u anke’ s-sorijiet mill-ewwel draw is-sistema tagħna. It-tfal kienu jieħdu gost bil-kraft u ħarġiet bħal f’xi park jew farm, imma l-aktar li rajt bidla kienet meta bdew jidrawna u rawna bħala ħbieb tagħhom.

Din għalija kienet esperjenza ġdida u differenti fejn rajtha wkoll li kienet break għalija mill-ġranet mimlijin ta’ hawn Malta. Apparti l-grupp tajjeb li konna u t-tfal, is-sorijiet u r-residenti wkoll għamlu parti mill-esperjenza. L-istejjer u l-esperjenzi tagħhom, kif ukoll id-daħka u t-tama tas-sorijiet jibqgħu f’moħħi.”


ESPERJENZI S

piss waqt xi attività ta’ ĊAMYouths issib xi grupp ta’ nies li jibdew jitkellmu fuq Napli. Jibdew jissemmew postijet bħal Castello u Vesi, ilwaterfights u anke xi ismijiet ta’ tfal u sorijiet. U min bħali qatt ma jkun tela’ Napli ma jibdiex jifhem kif hemm daqsekk memorji u emozzjonijiet marbutin ma’ kelma jew isem. Għalhekk dan is-Sajf ħtaft iċċans u tlajt; u fhimt! Applikajt u ftit wara sirt naf li l-kordinaturi huma koppja vera simpatika: Clifton u Christine Calleja. Beda jkollna l-laqgħat mimlijin b’informazzjoni fuq il-Colonia, u beda ġej ixxogħol: il-ġbir ta’ flus (inkluża l-pasta night tradizzjonali), preparazzjoni ta’ krafts għal mat-tfal, l-innu tal-grupp u bosta affarijiet oħra. Fiha x-xogħol Napli! Kellna ċans


L-Esperjenza TA’ NAPLI

minn Silvan chetcuti [Lynks]

insiru nafu lill-xulxin bħala voluntiera, u mill-ewwel indunajt kemm konna ħa nkunu grupp tal-ġenn b’ħafna karattri differenti; u l-eċitament biex nitilgħu beda jiżdied. Fl-aħħar il-ġurnata waslet u, wara titjira kemmxejn raffa u l-ewwel togħma tal-ġenn fit-toroq ta’ Napli, wasalna l-kunvent. Mill-ewwel jolqtok is-sens ta’ paċi u kwiet f’nofs belt storbjuża. Eżatt wara jolqtok ilferħ u l-ġenn tas-sorijiet li laqawna b’entużjażmu kbir. L-għada li wasalna kienet l-ewwel ġurnata mattfal u kellna noħduhom jgħumu ġo pixxina. Kont mas-subien il-kbar u malli waslu għarfuni u daru miegħi jintroduċu ruħhom u jgħiduli dwarhom. Din l-ewwel għodwa kienet waħda mill-isbaħ mumenti. Il-ħmistax li kelli għaddew u spiċċaw malajr bħalma spiċċa l-limitu li tawni għal dan l-artiklu. Mill-krafts li preparajna ma sar xejn, għax is-subien moħhom biss biex jilgħabu futbol u monopoly. Imma mas-sorijiet titgħallem tieħu kollox kif jiġi u ma tinkwetax, lanqas meta tmur il-baħar u ma tkunx tista tgħum minħabba r-riħ... noqgħodu nagħmlu l-kastelli! Il-Colonia ssir għat-tfal, imma l-esperjenza ta’ Napli issir l-aktar għall-voluntiera u żgur li kollha kemm aħna ħadna xi ħaġa li ħa tibqa’ magħna. Mhux ta’ b’xejn li kulħadd jibqa jsemmiha u jkun irid jerġa’ jmur!


ESPERJENZI L-Esperjenza fil-pakistan

A

fter more than 5,000 kilometers in the air, I was finally there. Stepping off the plane at Lahore International airport, I was present in Pakistan, or so I thought. Baking heat engulfed our group of volunteers as we made our way out of arrivals towards our reception party of missionaries, and the mobile sauna that would transport us to our new home for the summer. I looked up at the smog-filled sky; a white mist blanketed the heavens as far as the eye could see, sealing us inside a torturous furnace. Just like the indigestible dough that bakes just long enough to transform into tasty fresh bread, I wondered what would become of my raw soul in this unforgiving place. I could barely take a full breath of air in the suffocating temperature, which wasn’t necessarily a bad thing, considering the everlooming foul stench of drainage. To the distorted symphony of constantly hooting horns, our driver negotiated a series of dual carriageways and pothole-ridden lanes with some masterful driving skills. Three-wheelers and motorbikes carrying up to five or six passengers darted around us from all conceivable directions. It appeared to us as total chaos, but it was just another day out for the inhabitants of Yuhannabad. Graffiti, trash, and free-flowing sewage dominated the scene around us. A herd of buffalos bathed in the sewage-filled canal among joyously frolicking stray dogs, while a little girl sat lost and alone in the middle of the lane, tears running down her cheeks, motorbikes darting around her. To see something that breaks your heart, only to turn your head and only metres away and see something that makes you laugh, struck me just as apowerful piece of art might; wholly emotive, with perfectly counterbalanced forces locked in constant play, happiness and sadness, beauty and ugliness.


It seemed that if something wasn’t already broken, it was getting there. Many buildings were nothing more than carcasses. There was collapsed rubble everywhere, along with neatly stacked piles of bricks, indicating the urban landscape was in a constant state of break-down and repair, a constant state of change, perhaps just like the cycle of life itself. I felt a surge of pity for the people living in this broken system. To wade daily through poverty and hardship; what sort of a life is this? But just like the road-side buildings, this feeling and many others conceived of a Western heart would quickly crumble to the ground over the coming days and weeks. Meeting the people face to face would be our most profound demolition of condition, and Pakistan would faithfully provide the fresh pile of bricks on standby. I had total faith in my fellow volunteers: Renzo, a teacher, college lecturer in sport and football coach and his wife Sarah, a product manager and voluntary organisation director, Diane a secondary school geography teacher, Tony a nurse and head of department at Mater Dei hospital, and his wife Louise, a midwife. We were being led by Father Karm, and a dedicated team of priests based in Pakistan including Father Gerard, Father Pierre and Father Bernard. As we visited our Christian friends in the surrounding villages we were bowled over by a welcome beyond my wildest expectations. Celebrations, laughter, singing, dancing, pure joy.There they stood so clearly visible; our barriers and limitations constructed over a lifetime of conditioning, suddenly far less stable in the midst of hands and feet flailing around, beaming smiles, and banging drums. This was not dancing, it was a total loss of physical and emotional control. It was a demolition of inhibition. To live and to love so fearlessly, it appears our Pakistani brothers and sisters had something to give us perhaps of far greater value than the medicine and education we came equipped to give them. It was much clearer to me now. It took more than stepping off a plane to become present in Pakistan. Cess pits and open sewers might seem like the last place to look, but here we found love. Out of the ashes of this scorched earth appears to rise a sense of optimism, positivity. It is more than happiness I have felt rejoicing with the Pakistani people, because they don’t live in Yuhhanabad, or Margasar; they live in the Present. To be positive in thought and word, to live and love fearlessly and beyond inhibition as they do, is to live truthfully and together, in the same place, wherever we may find ourselves.


ESPERJENZI L-Esperjenza f’La Goulette t-tuneŻija minn JOSEPHINE BORG u ANDREA AXISA [Shamaya u Companeros] Din il-ġimgħa ommi staqsietni “kieku kellek terġa tmur it-Tuneżija issa, tmur?” Domt ftit biex fhimt x’riedet tfisser bil-mistoqsija tagħha. Domt ftit biex irrealizzajt li kienet qed titkellem fuq il-ġrajjiet kurrenti, u l-periklu li tista’ tiltaqa’ miegħu meta tkun ġewwa l-pajjiż…jew aħjar, fin-naħa ta’ fuq tal-Afrika. Fil-verita’, meta kont La Goulette mal-grupp talesperjenza, ma nistax ngħid li ltqajna ma’ periklu. Anzi, ikolli ngħid li n-nies pjuttost laqgħuna. Flimkien u mas-sorijiet Tgħix mas-sorijiet ta’ Madre Tereża hi esperjenza fiha nnifisha. Il-paci li tħoss ġewwa l-bitħa tal-kunvent diffiċli tiddiskriviha. Is-sempliċità tal-ħajja li jgħixu fiha, minna nnifisha wkoll kienet esperjenza li tinkuraġġik tfittex fik innifsek u tistaqsi x’inhuma l-valuri li qed tħaddan, u x’ġid qed tagħmel f’’ħajtek. Fin-nuqqas ta’ aljenazzjonijiet materjali li drajna niddependu fuqhom fil-ħajja mgħaġġla, kienu prinċiparjament ir-relazzjonijiet ta’ bejnietna, u l-ħidma tagħna, li fuqhom evalwajna l-ġurnata. Kienet esperjenza li tgħallmek kemm kull mument u kull għaġir jista’ jferraħ u jħalli mpatt fuq il-ħajja tal-individwu.


L-Esperjenza ta’ Volontarjat “Għajnejhom espressjoni ta’ mħabba u apprezzament” – dak hu l-ewwel u l-aħħar ħsieb meta niftakar fluċuħ daħkana tat-tfal. Tfal li għallmuna ħafna. Tfal li apprezzaw kull attivita’ li ppreparajna għalihom kemm jekk kienu lezzjonijiet tal-Ingliż, kif ukoll jekk kienu crafts jew attivitajiet ta’ sport. Tgħallimt ħafna. Filwaqt li nispera li tajt daqs kemm irċivejt, l-esperjenza ma waqfitx malli rfist lura Malta. Ir-Reliġjon fl-esperjenza ta’ La Goulette Bħala Malti, trabbejt f’kultura li tħaddan ħsieb, premessi, valuri Kristjani. Qatt ma kont espost għal ambjent fejn żewġ reliġjonijiet, fit-totalita’ rispettivi tagħhom jiltaqghu, daqs kemm kont matul l-esperjenza f’ La Goulette. Għall-ewwel darba, stajt nosserva wħud għarkupptejhom quddiem statwi u, ħames passi ‘l bogħod, oħrajn fuq twapet, iħarsu lejn Mekka. L-iktar ħaġa interessanti, u forsi allarmanti, hija l-mod ta’ kif dawn iż-żewġ gruppi, f’ambjent fejn huma forsi ‘wisq qrib’ ta’ xulxin, jasserixxu t-twemmin tagħhom mhux biss fih innifsu, pero’ iktar bħala dak li huwa differenti minn tal-ieħor, li ovjament huwa dejjem il-ħażin, jew dak li jinsab fi żball. Huwa faċli tinnota wkoll kemm għall-Għarab, ir-reliġjon Musulmana m’hiex sempliċiment twemmin pero’ mod ta’ ħajja: ir-Reliġjon jiddetermina kollox.


MALTA...

U DAK KOLLU LI JAGĦMILHA

I

l-forma tas-Salib ta’Malta hija magħġuna minn erbgħa elementi bil-forma ta’ ‘‘V’’, fejn kollha jagħqdu f’punt wieħed ċentrali u jħallu l-ponot l-oħra maħruġin ‘l barra b’mod simettriku. Id-disinn huwa bbażat fuq is-slaleb użati sa mill-Ewwel Kruċjata. Is-Salib ta’ Malta, huwa s-salib li jirrapreżenta lill-gżejjer Maltin. Iżda barra minn hekk, speċjalment ġewwa l-Italja, huwa l-aktar magħruf bħala s-Salib t’Amalfi. Barra milli jintuża mill-Ordni ta’ San Ġwann, anke sal-ġurnata tal-lum, huwa magħruf ukoll li kien hemm ħafna organizzazzjonijiet madwar id-dinja illi saħansitra użaw verżjonijiet oħra tiegħu. Tajjeb ngħidu li fir-Repubblika żgħira ta’ Amalfi, li hija ta’ żmien il-ħdax-il seklu, huwa ukoll is-simbolu taghħom. Qabel mas-salib ta’ tmien ponot beda jintuża, naraw illi l-Ordni ta’ San Ġwann, sa mill-oriġini tagħha, kellha tal-inqas żewġ verżjonijiet oħra tas-salib.


IS-SALIB TA’ MALTA, JEW LE? Filfatt naraw illi s-salib ta’ tmien ponot beda jintuza wara li l-ordni mxiet għal Rodi. Id-disinn originali kien salib sempliċi, magħruf bħala s-Salib Grieg, li biż-żmien ġie mibdul għas-Salib Formée, u jekk tosserva ż-żewg disinji tinnota illi l-forma bi tmien ponot hija assenti. Huwa biss meta l-Ordni mxiet għal Malta illi naraw is-salib jevolvi u jiġi mibdul għal dak li nafu illum u huwa għalhekk illi baqa’ magħruf bħala s-Salib ta’ Malta. Filfatt deher għall-ewwel darba fuq iż- 2 Tarì u fuq l-4 Tarì magħmula mir-Ram, li kienu tal-GranMastru Jean Parisot de Valette (1557–1568). Dawn iż-żewġ muniti huma datati għal1567, li dan jipprovdi evidenza li fiha turina l-introduzzjoni tas-Salib ta’ Malta. Is-Salib ta’ Tmien Ponot huwa magħruf għat-tmien rappreżentazzjonijiet, li jirrappreżentaw it-tmien voti li jieħdu l-Kavallieri u fuq kollox irridu jiġu obduti: Onesta’, Fidi, Ndiema mid-Dnubiet, Umilta’, Ġustizzja, Ħniena, Sinċerita’, u Persekuzzjoni Dejjiema. Illum-il ġuranta nużaw is-Salib ta’ tmien ponot bħala s-Simbolu ta’ Malta, fejn fost l-oħrajn huwa użat kemm fuq il-Bandiera Marittima Maltija, mill-kumpanija tal-ajru AirMalta, kif ukoll fuq il-muniti, kemm dawk tal-Lira, fejn kien s-simbolu użat għaż-2 Mils, kif ukoll illum-il ġurnata fuq l-1 Ewro u ż-2 Ewro, li kienu introdotti f’Jannar 2008.

minn ANDREW SPITERI [companeros]


minn

CAMKamp

Ivana Pace (Takara) Darren Portelli (Zer06) Silvan Chetcuti (Lynks)

#kontinejters #ck14 Wara ħafna laqgħat, ħsibijiet, preparazzjonijiet, emails u posts fuq faċebook, ĊAMKamp 2014 għadda wkoll. Naħseb is-suċċess u l-pozittivita ta’ din is-sena kienet ġejja mill-fatt li konna erba’ persuni differenti minn xulxin - b’karattri u ħsibijiet differenti li finalment kull wieħed u waħda minna kellna għan wieħed - dak li ĊK ikun differenti iżda li xorta nwasslu l-messaġġ tatttema li kellna filwaqt li nieħdu gost flimkien. Din is-sena bdejna bl-introduzzjoni talkortinejters fejn spjegajna t-tema u introduċejna l-maskot li kien jismu SIDD. L-astronawt kien jirrapreżenta l-membru ta’ ĊAMYouths u d-dinja tirrapreżenta liċ-ĊAMYouths innifsu. SIDD

iddeċieda li jitla’ fl-ispazju biex jieħu perspettiva oħra tad-dinja b’mod differenti. Bis-selfie, apparti li qed iġib id-dinja fil-background, qed ukoll jirrifletti l-identità tiegħu stess. L-isem ġie mill-erba’ ismijiet tal-kortinejters: Silvan, Ivana, Darren u Daniel. Nerġa’ nfakkarkom li din issena il-badges għamilniehom minn kumpanija li l-profitt kollu jmur għal għajnuna esterna (FAIRTRADE) . Wara ħafna aħbarijiet fuq selfies din is-sena iddeċidejna li nkomplu mal-folla u ntroduċejna l-kunċett tas-selfies bil-hashtag #CK14, fejn ikolli ngħid kienet suċċess! Ittieħdu kull xorta ta’ selfies: waqt l-attivitajiet, il-laqgħat u saħansitra fis-showers ukoll! Ma nistgħux ma nsemmux ilFacebook Attack li nieżel għasel minn kulħadd


2014

ĊA M YO U T H S U LIL HINN MINNA speċjalmemt fl-aħħar meta kulhadd jintefa’ jgħid kelma huwa ħin importanti daqs kull mument ieħor fil-ġurnata. Hu f’dan il-mument li issir taf in-nies bejn xi birra jew ġelat, u b’hekk l-għaqda ġo ĊY tikber. Pero’ għamilna ċert li kulħadd (bis-sewwa jew bid dnewwa) iqum filgħodu bil-ħorn li bdejna ndoqqu filkuruturi! Finalment, naħseb li kienet suċċess għax kien hemm nies bdew jistennew il-ħorn flok l-alarm personali tagħhom!

speċjalment minn Darren. Wara komplejna b’naqra kant minn ĊAMStrings u żfin minn ĊAMDans li millvideos li telgħu facebook ikolli nghid li għandna talenti kbar ġewwa ĊAMYouths. Grazzi immens għat-tim li ħa ħsieb il-laqgħat u l-workshops li kienu kollha differenti iżda li wasslu messaġġ qawwi ħafna u taw l-opportunità biex nitgħallmu minn xulxin. Staqsejna u skoprejna l-identità ta’ ĊAMYouths minn tliet perspettivi differenti: rajna x’jaħsbu l-membri tagħna stess, smajna x’jaħsbu dawk il-persuni viċin tagħna bħallfamiljari, partners u kollegi tax-xogħol, u fl-aħħar u mhux l-inqas rajna x’jaħsbu persuni li b’xi mod ħadmu direttament magħna bħall-MSSP. Din issena nstemgħet ħafna l-idea li ma kienx hemm ħafna restrizzjonijiet ta’ ħinijiet u ħafna regoli. Għamilna hekk mhux biex nidhru tajbin imma nemmnu li

Finalment ma nistgħux ma nsemmux l-attivitajiet bis-sens li kellna matul dawn l-erbat ijiem. Għalkemm ma gawdejniex daqshekk il-logħob, xorta għamilna mezz li f’xi ħin jew ieħor dħalna fihom. Il-logħba talCompañeros tibqa’ mfakkra għall-cocktail delizzjuż li preparaw għalina bil-pastizzi onthe-side biex jinżel tajjeb iktar. Kien hemm ukoll Takara li organizzaw il-logħba tas-Sibt, li tibqa’ mfakkra għal waqgħa ta’ waħda mill-membri ta’ Takara, Snickers mingħajr lewża u turnament ta’ Prisoners li kulħadd daħal fih biex jirbaħ. Imbagħad il-Ħadd filgħaxija għalaqna bl-aqwa festa ta’ din issena grazzi għall-Crossroads li rnexxielhom joħolqu atmosfera ta’ festa biż-żewġ kazini ta’ Sant’ Għana u San Grija jimpikaw min hu l-aħjar każin. Aħna il-kortinjeters nixtiequ nirringrazzjaw lilkom kollha li attendejtu! Nixtiequ nirringrazzjaw ukoll l-LC, lil Nathan, Kamp-Leaders, it-timijiet tal-finanzi, tal-bar, tal-kċina, tal-loġistika, tal-ispiritwalità u taddisinn u media. GRAZZI TALLI GĦAMILTULNA DIN L-ESPERJENZA “WORTH ALL THE TIME AND EFFORT”!


minn

CAMKamp

Isaac Zammit [SPMC14]

D

in is-sena jien attendejt l-ewwel ĊAMKamp tiegħi u ġejt mitlub naqsam l-esperjenza tiegħi f’dan l-artiklu. Wara li spiccajna mill-iskola, Fr. Karm qalilna li jekk nixtiequ aħna nistgħu nsiru parti minn ĊAMYouths, u li f’ Settembru kien ser ikun hemm dak li jissejjah CAMKamp u li jekk konna interessati stajna nattendu biex nsiru iktar konxji ta’ x’inhu dan ĊAMYouths. Huwa tana wkoll deskrizzjoni żgħira ta’ u spjegalna kif fi ftit kliem, ĊAMYouths hija kontinwazzjoni ta’ dak li bnejna fil-ħames snin ta’ skola flimkien sabiex nsaħħu r-relazzjoni tagħna ma’ xulxin u ħafna iktar minn hekk.

Għaliex dak li ksibna matul dawn il-ħames snin, fejn tidħol ir-relazzjoni tagħna ma’ xulxin, jiena flopinjoni tiegħi huwa xi ħaġa prezzjuża għalhekk ddeċidejt li nattendi dan ĊAMKamp. Għalkemm kont entużjast ħafna sabiex immur ĊAMKamp, għaliex ma kontx naf x’kien ser jinvolvi eżatt u għaliex ma kontx naf ħafna minn nies, l-ewwel ftit ħin li kont hemm, ħassejtni daqxejn mistħi. Iżda wara ftit ġew ikellmuni xi membri minn ĊAMyouths u wara li tkellimt ftit magħhom ħassejtni iktar milqugħ u inqas mistħi. Matul dawn l-erba t’ijiem għamilna hafna attivitajiet differenti u kull wahda minn dawn


#1

L-EWWEL ĊAMKAMP TIEGĦI... li dak li taqsam magħhom jibqa’ għandhom u int ma tkunx iġġudikat fuq dak li taqsam, u b’hekk wieħed ikollu fejn jaqsam it-toqol tal-ħajja u jkun kapaċi jsib il-ferh veru. U huwa għalekk li jien nixtieq nkompli l-mixja tiegħi f’ĊAMYouths għaliex nixtieq li jkolli din l-opportunita li nsib ilferħ veru.

l-attivitajiet b’xi mod jew iehor għoġbitni, iżda l-iktar mument li laqatni matul ĊAMKamp kollu kien l-ewwel workshop li għamilna għaliex waqt dan ilworkshop jien sirt naf aktar x’inhu ĊAMYouths u fiex jikkonsisti, u dan kien l-għan prinċipali tiegħi; li nsir naf iktar x’inhu ĊAMYouths sabiex nkun nista nieħu deċiżjoni jekk ĊAMYouths huwiex xi ħaġa li nixtieq nkun parti minnha, u biex nkun nista’ ngħid lil sħabi li ma setgħux jiġu, ĊAMYouths x’inhu u b’hekk inħajjarhom sabiex nibnu komunita flimkien. Matul dawn l-erba tijiem jien tgħallimt li ĊAMYouths jgħinek tagħmel xi haga li fl-opinjoni tiegħi hija kolonna importanti sabiex ikollok ħajja ta’ ferħ, dik li tkun tista’ tiftaħ qalbek ma’ sħabek, u dawn jagħmlu l-istess miegħek, u tkun moħħok mistrieħ


minn

Audrey Falzon (A-teens]

G

CAMKamp il - l e nti ta x - ‘ x j u ħ ’

ħall-bidu nammetti li kont xettika fuq it-tema li ħarġu biha għal din is-sena. Kif fhimtha jien xi ftit xhur ilu, jidher li kien hemm reġa’ x-xewqa biex tiġi esplorata l-identita’ ta’ CAMYouths – mill-gdid! Il-punt tat-tluq tat-tfittxija u tal-mistoqsija baqa’ miegħi. Imma għaliex CAMYouths dejjem irid jistaqsi min hu u minn fejn ġej? Biex tgħaxxaqha, dawn iż-żgħażagħ l-iktar involuti bħalissa f’CAMYouths, issa jridu jistaqsu dwar l-identita’ tagħhom bħala CAMYouths mill-perspettiva ta’ dawk ‘barra’ minna bħal partner, ħbieb, u familja…!! Jekk donnu għadna ma wasalnix biex niddeskrivu min aħna, kif jista’ ħaddieħor apparti minna jagħti ġudizzju?! Hawnhekk moħħi tar fuq proċessi kontra proċessi li ppruvajna bħala CAMYouths: l-għażla ta’ isem ġdid, temi ta’ CAMKamp u Fusion fuq identita’, laqgħat talkomunita’…il-lista hi twila.

Imma hawn fejn mort kompletament żbaljata. Dan għaliex is-sabiħ f’CAMYouths hu li appuntu tiġi kkonfrontat fuq dak li mingħalik kont diġa’ taf. Dak li mingħalik issettiljajt. Jew saħansitra dak li mingħalik ilħaqt jew ħsibt li fhimt. CAMKamp 2014 għallimni li l-mistoqsija li staqsa l-membru ta’ sittax, għoxrin, tletin sena, hi l-istess mistoqsija li nsaqsu kontinwament kull wieħed u waħda minna f’kull laqgħa talkomunita’ li jkollna. ‘Aħna min aħna?’, sew mil-lenti tagħna stess, jew mil-lenti ta’ dawk qrib tagħna. ‘Aħna min aħna?’ hi mistoqsija li aħna bħala kariżma ta’ CAMYouths, għandna bżonn essenzjali li nistaqsu l-ħin kollu. Għaliex? Mhux għax konfużi dwar l-identita’ tagħna imma għaliex aħna l-ħin kollu ninbidlu! Ninbidlu fl-eta’, ninbidlu b’li jiġrilna, ninbidlu f’dak li nħossu…Għaliex f’kull ġimgħa jew ħmistax li l-komunita’ tiegħi tiltaqa’ ħa ssaqsini dejjem: int fejn int? Fhiex wasalt f’ħajtek? Fhiex wasalt miegħek innifsek u ma’ ta’ madwarek? Fejn wasalt m’Alla? … Kull CAMKamp itina mistoqsija minn lenti differenti. Għal min irid, apparti l-komunita’, CAMKamp jibqa’ post għal kulħadd fejn tkompli ssaqsi u tisma’ ‘l ħaddieħor jaqsam b’reverenza u rispett kif jara l-ħajja tiegħu jew tagħha. Huwa vera li f’CAMKamp ma jiġix kulħadd. Imma skond jien jiġu biżżejjed biex min jiġi jmur lura jxerred iż-żerriegħa li hemm bżonn fil-komunitajiet biex din ilmistoqsija ta’ ‘jien fejn jien’ u ‘jien min jien’ tibqa’ tiġi mistoqsija. J’Alla nibqgħu nsaqsu, nibqgħu nfittxu ħalli nibqgħu nikbru u nibqgħu ħajjin.


gurnata fil-hajja ta’... 24h

minn KATIA CORTIS [Takara`]

L E A R N I N G S U P P O R T A SS I S TA N T

F

i ftit kliem, l-irwol ta’ LSA (Learning Support Assistant) huwa li tipprovdi sapport lil tifel jew tifla, jew grupp ta’ tfal, li għandhom diffikultajiet biex jitgħallmu. Dan isir b’kollaborazzjoni mal-għalliema kif ukoll mal-enituri u entitajiet li jkunu qed jieħdu ħsieb il-progress tat-tifel jew tifla. Biex inkun onesta, qabel dħalt għal dan ix-xogħol kont nibża’ minħabba l-fatt li f’idejja kien ħa jkolli responsabbiltá kbira għax kont nifġhem li jien kont ser naffettwa ħajjet persuna. Iżda llum inqisha bħala waħda mill-aħjar deċiżjonijiet li ħadt f’ħajti u li kabbritni ħafna. Meta niddeskrivi xogħli dejjem ngħid x’sodisfazzjon itini dan ix-xogħol. Li tara tifel imur għall-aħjar u tara d-differenza li inti tkun għamilt mat-tfal, hija xi ħaġa sabiħa ħafna. Dejjem ngħid kemm tgħallimt affarijiet u kemm għallmuni t-tfal li ltqajt magħhom. L-iktar żmien diffiċli għalija jkun il-bidu tas-sena sakemm nidra t-tfal li nkun ser inqatta’ sena magħhom. Dan sakemm jirnexxilek tempatizza magħhom u tifhem x’ikunu qed iħossu, x’jistgħu jikkontrollaw u x’ma jistgħux. L-ewwel perjodu nsejjaħlu perjodu ta’ trial and error fejn dejjem tipprova metodi ġodda sakemm dak li jkun isib l-aħjar metodi li bihom t-tfal ikkonċernati jitgħallmu u jifhmu l-aktar. Il-preġudizzju fuq it-tfal huwa wieħed mill-iktar emozzjonijiet li persuna, meta taħdem bħala LSA, trid tiġġieled. Huwa faċli ħafna li taqa’ f’dik in-nassa meta ma tkunx taf lit-tifel jew tifla, speċjalment meta tisma’ l-kundizzjoni li jkollhom jew l-istorja tagħhom. Peró tajjeb li żżomm f’moħħok li kull individwu huwa differenti u għax it-tfal ikollhom l-istess kundizzjoni ma jfissirx li kollha jaqgħu taħt l-istess kappa. L-ewwel semmejt il-ġenituri għax inħoss li

r-relazzjoni bejn l-LSA, l-għalliema u l-ġenituri taffetwa ħafna il-progress tat-tfal ikkonċernati. Minnaħa tal-LSA trid tifhem li mhux faċli għall-ġenituri li jafdaw lit-tfal tagħhom ma’ LSA, speċjalment meta t-tfal ma jkollhomx l-abiltá li jitkellmu u jirrakkontaw kif marret il-ġurnata tagħhom fl-iskola. Dejjem għandna nżommu f’moħħna wkoll li l-ġenituri huma l-iktar persuni li jafu lit-tfal tagħhom u għalhekk dejjem inkunu lesti li nisimgħu dak li għandhom jgħidulna u mhux nissuppervjaw u ngħidu li aħna nafu iktar. F’dan ix-xogħol qatt ma tista’ tgħid li sirt taf biżżejjed. Trid tidħol għal dan ix-xogħol b’moħħok miftuħ u tkun lesta li titgħallem kif ukoll taħdem f’tim biex b’hekk tħalli impatt pożittiv f’ħajjet il-persuna :)


QAMAR ILGĦASE L


minn SARA VASSALLO [Equinox]

SAFAR

G

ħall-qamar il-għasel fittixna ambjent differenti mill-vaganzi l-oħra li kellna u fl-istess ħin ridna xi ħaġa avventuruża li tibqa’ tiftakar. Fl-aħħar iddeċidejna li nżuru Costa Rica u l-Panama. Costa Rica għall-avventuri u l-Panama għax hemm sibna l-verżjoni rħisa ta’ Bora Bora. Costa Rica qattajna għaxart ijiem. Sebgħa minnhom viċin tal-baħar u tlieta fil-foresta fuq muntanja. F’dawk is-sebat ijiem tgħallimna nisserfjaw, morna tur bir-rota, rajna l-fkieren ibidu l-bajd u morna tur bil-quad bike. Xejn minn dawn l-attivitajiet ma kienu sempliċi… speċjalment għal Sara! Bdejna l-mawra tagħna minn villaġġ żgħir turistiku jismu Tamarindo, magħruf ukoll bħala sit ta’ serfing. Filgħodu mimli serfbords u filgħaxija jinbidel f’villaġġ ta’ klabbing. Il-bajja ta’ Tamarindo li għandha xmara tagħti għal ġo fiha, għan-nies tal-lokal kienet żgħira iżda għalina kienet enormi (it-triplu tal-Għadira). Bix-xieraq għamilna żewġ lezzjonijiet ta’ serfing anka għax bil-kurrent li kien hemm ma stajtx sempliċiment tgħum fiha. Li tmur tur bir-rota ma tinstemax attivita perikoluża pero ġo Tamarindo dan jinvolvi li tgħaddi mill-foresti b’toroq imħarbta, tiltaqa’ ma’ howler monkeys, tgħaddi minn ġo xmajjar, għadajjar u tajn. Mhux ta’ b’xejn li Sara weġġgħet l-ewwel darba li pruvajnieha (forsi anka għax libset ballerina shoes). Insomma dik il-gimgħa ġo Tamarindo kienet tassew speċjali pero l-avventuri ma jieqfux hawn. Fi vjaġġ ta’ erbgħa siegħat biddilna kompletament l-ambjent u wasalna fuq il-cloud forest ta’ Santa Elena. Konna norqdu ġo kabina għal rasna fuq il-propjeta talhostel. Ovvjament hawnhekk filgħaxijiet ma kienx hemm daqstant attivita bħal Tamarindo. Konna nsibu ristorant kwiet u mmorru lura. Bħala attivitajiet apparti xi zip

lining, l-iktar ħaġa iebsa għal Sara kienet tarzan swing u Ian kellu l-kuraġġ saħansitra jagħmel bungee jumbing għax la tkun qiegħed fiż-żifna, għaliex le? Għamilna wkoll Don Juan Coffee, Chocolate and Sugar Cane Tour u b’hekk ikkonkludejna l-vjaġġ tagħna ġewwa Costa Rica. Panama kellha tkun il-parti rilassanti tal-qamar il-għasel tagħna imma ma kenitx nieqsa mill-avventuri lanqas. L-ewwelnett biex tasal sal-hostel minn Panama City trid taqbad ajruplan li kellu riħa ta’ ġobon tat-tursin taqsam imbagħad għandek bzonn vjaġġ bid-dgħajsa fejn in-nies tal-lokal jippruvaw jisirqu u jżommu għoli lit-turisti. Qadna ġo overwater bungalow u kellna veduta tal-ġenn. Din kienet l-iktar parti romantika tal-vjaġġ kollu. Kolazzjon fis-sodda, diski romantiċi, fjuri friski eżotiċi, u branda (hammock) fuq barra kif ukoll taraġ privat li jwasslek direttament għal-baħar. Madanakollu xorta kien hemm xi perikli f’dan l-ambjent tant rilassanti. L-ewwel nett minn Malta kellna nieħdu xi titqib u xorta kellna kontinwament nindilku bi krema apposta kontra l-malajra. Darba minnhom kien hemm insett kbir idur fil-kamra u Sara pruvat ittajru ‘l hemm filwaqt li Ian assiguraha li dak mhux perikoluż. Iktar tard minn nies tal-lokal sirna nafu li dawk kienu insetti velenużi li huma stess bdew jibzgħu minnhom! Darba minnhom iddeċidejna li nidħlu fr-riserva natura li kien hemm maġenb il-hostel u bla gwida xejn sibna ruħna fl-isbuħija tan-natura bi fjuri eżotiċi u anka b’sorpriża kbira sibna l-kukkudrilli! Ħadd ma kien qalilna li stajna nsibuhom u tassew bżajna. Fl-aħħar ġurnata morna dawra bil-kenura (canoe) madwar il-gżejjer tal-viċin. U ħin minnhom meta rsaqna viċin tax-xatt anka hemmhekk rajna ras ta’ kukkudrill tħares lura lejna u tgħidx kemm qdifna ngħaġġlu. Fl-istess ħin rajna wkoll delfini għaddejjin ftit -il bogħod minna. Din l-avventura kien verament fiha minn kollox u fl-istess ħin nħossuna xxurtjati li kollox mar tajjeb u erġajna ġejna lura qawwijin u sħaħ… u lesti biex nippjanaw vaganza talġenn oħra. Xi darba!


fuq minn MARK SPITERI [Lynks]

erba’ roti

K

arozza żgħira li issa waslet fir-raba’ ġenerazzjoni tagħha. Karozza li hi popolari mhux ħażin f’pajjiżna sa mill-bidu tal-ġenerazzjoni fl-1990. Mudell xi ftit jew wisq bażiku li jaqdi l-bżonnijiet tas-sewwieq mingħajr ħafna affarijiet żejda.

Kumdità

Performance

Karozza żgħira li lesta taqdi lix-xufier bħala kumdità u prattiċità. Spazjuża minn ġewwa, komda u faċli ħafna biex issuqha. Għalkemm żgħira, kapaċi takkomoda ħames adulti b’mod faċli. Il-karozza toffri l-affarijiet essenzjali li wieħed jiġi bżonn, bħal numru ta’ airbags, arja kkundizzjonata u central lock. Ma kontx qed nippretendi affarijiet kbar millkarozza, iżda laqtitni ħafna l-buttuna tat-traction control u l-istil sempliċi tad-dashboard.

Karozza li se tintuża l-aktar fl-ibliet jew għal distanzi qosra bħal fil-każ ta’ Malta. Magna żgħira, iżda b’qalb kbira. Magna 1.2 petrol bi tlett ċilindri. Din il-magna toħroġ b’turbo li jgħin fil-ġibda tal-karozza u jtik xi ftit tal-pjaċir fissewqan b’ekonomija mill-aqwa. Magna li tirrevvja malajr u tagħti prestazzjonijiet tajbin lil karozza ħafifa. Għalkemm magna żgħira kapaċi tagħti pjaċir raġonevoli fis-sewqan.


Ni ss a n M ic ra V is ia Stil

Kwalità

Ngħid għalija stil li forsi ma tantx jinżel tajjeb, lili personalment ma tantx jolqotni. Forsi jintogħġob xi ftit aktar mill-ġenerazzjoni femminili. Biss għoġobni ħafna l-istil tas-saqaf. żewg xwieki għat-tond fuq quddiem, li jagħmlu l-karozza differenti, forsi dnub li d-ditta ma komplietx bl-istess stil fil-kumplament tal-karozza. Minn ġewwa, il-Micra toffri stil ta’ dashboard bażiku bi ftit buttuni u facli biex tidrahom. Għoġobni l-fatt li l-fanali ta’ wara huma LED.

Kont sorpriż li din il-karozza tinbena l-Indja, u naħseb għamlitni ftit xettiku fuq il-kwalità. Biss hija karozza li tidher solida u b’saħħitha. Nazzarda ngħid li għandha kwalità tajba daqs il-mudelli antiki tal-Micra. Ma tantx laqatni l-fatt li l-karozza m’għandiex electric windows fuq wara, u dan fuq mudell tal-2013. Il-karozza fiha l-buttuni tar-radju replikati fuq l-isteering u għoġobni l-istil tal-handles tal-bibien minn ġewwa.

Prattiċità

Sigurtà

Karozza żgħira dejjem hija prattika f’pajjiżna. Faċli biex tipparkja, inklużi wkoll il-parking sensors fuq wara u faċli biex timmanuvraha. Minn ġewwa toffri spazju adegwat għall-passiġieri, iżda mhux l-istess fil-boot. Għad-daqs tal-karozza l-boot hu xi ftit iżgħar minn dawk ta’ karozzi tal-istess daqs, bħal ngħidu aħna l-Honda Jazz. Fuq quddiem imbagħad għandha hafna postijiet żgħar fejn terfa l-affarijiet. Naħseb ftit huma l-karozzi ta’ dan it-tip li huma komdi daqs il-Micra. Fil-karozza, l-iskossi kważi kważi ma tħosshomx u l-karozza toffri sigurtà anke meta ddur kantunieri bi speed eċċessiv.

Karozza moderna, mibnija biex tkun sigura kemm jista jkun. Ħafna airbags, sistema avvanzata ta’ brejkijiet u traction control. Fl-opinjoni tiegħi, il-buttuna tattraction control ma tantx fiha użu fuq magna żgħira, biss xi ħaġa sabiħa li jkollok.


minn SARAH u RENZO KERR CUMBO [Equinox u Jovenes]

RESTAUR

DEBBIE’S CAFE` Sarah: Pawlu Mizzi tal-Belt semmieli post li għandu ikel tajjeb x’imkien il-Mellieħa. Qalli li tajjeb għal breakfast għax għandu pancakes tajbin. Naturalment, ftit jiem wara kelli mmur nara x’inhu. Inzerta li mort ġurnata qabel it-tieġ tiegħi! U ħadt lil ħija miegħi. Morna fil-ħin tal-lunch allura kelli ftit panik fuqi biex nara jservix ikel li jissodisfa lili u lil ħija għall-ikla ta’ wara nofsinhar. Poġġejna bilqiegħda f’waħda mill-ftit imwejjed li kellu (ħamsa b’kollox) u sfortunatament jekk tpoġġi barra, kif għamilna aħna, qiegħed eżatt mat-triq prinċipali, u storbju galor..pero’ ġurnata qabel ma tiżżewweġ ma tantx tħalli affarijiet idejquk. Rajna li kellu għażla ta’ ħobż differenti għal lunch. Baguettes, ciabbattas, sandwiches eċċ., u jien u ħija tħajjarna nieħdu Philly Cheese Steak Sandwich, għax instemgħet Amerikanata tajba. Rajna wkoll li kellu għażla ta’ cakes u cupcakes għal wara, għal li jista’ jkun nibqgħu bil-ġuħ, allura ma kellniex inkwiet. Is-servizz vera ħelu, qisek ġo xi tea-house Inġliża. L-Ikel ġie wara xi għaxar minuti, u dan is-sandwich kien enormi! Ippanikjajt għax ftakart li kelli nidħol ġol-libsa dalwaqt, pero’ wara l-ewwel gidma insejt dan kollu, għax verament kienet tajba! Il-ħobż jagħmluh huma, u vera tajjeb, tant li fil-fatt infqajt! Wara ħadna cupcake u ħriġna min ħemm sodisfatti ħafna. Kollox homemade u l-pancakes qatt ma doqt bħalhom ħlief mill-Amerika: ħoxnin u fluffy. Il-brioche għandek ġurnata ma tiekolx jekk tispiċċaha kollha għax kbira mmens. Tikkunsidra kollox, dan huwa post ħelu ħafna. Ġimgħatejn wara, iddeċidejt nerġa’ mmur nieħu breakfast filgħodu, u mort ma’ Diane, Mark, Valerie u Johnny Borġ. Kull koppja ħadet kemm English Breakfast u kemm xi ħaġa tal-ħelu. Min ħa pancakes u min ħa brioche.

PEPE NERO Sarah: Donnu l-waterfront m’għadux moda ma’ ħafna minn taċ-ċirku. Pero ftakru li Pepe Nero hu għażla tajba għal ħarġa kwieta - anke’ xi waħda f’nofs il-ġimgħa. L-istess Pepe Nero fetaħ ħanut ieħor ġewwa l-Ibraġġ, eżattament flok Jessie’s Bar - jekk tkunu ġejjin s’għandna tiddejqux tieqfu ġġibulna take-away minn hemm! Jekk hawn pizza tajba Malta, kemm jien u kemm Sarah nemmnu li Pepe Nero għandu waħda millpizez it-tajbin. Barra minn hekk hu post fejn ‘normalment’ tinqeda malajr ħafna, għalhekk jista’ jkun tajjeb għal meta inti ftit mgħaġġel ukoll. Jaf jazzarda jkollu n-nuqqasijiet tiegħu. Pero’ ejja nammettu li morna wisq Pepe Nero fl-aħħar snin, sabiex xi darba jew oħra ma ssiblux xi ħaġa ħażina. Darba morna matul il-ġimgħa - it-Tnejn biex inkunu eżatti - u l-pizza ma kienetx eċċellenti bħas-soltu. L-inqas ħaġa apprezzabli li għandu l-ġdid tal-Ibraġġ huwa l-fatt li jaħdem b’sistema ta’ bookings biss. Għalhekk kull meta tmur ftit kmieni (xi 7pm għal pizza ta’ malajr) jgħidulek li fully-booked anke’ jekk ikun għadu vojt. Pero meta niftakru l-ammont ta’ drabi li morna nieklu għandu, għandna nagħrfu li


RANT REVIEW Jiena erġajt ħriġt min ħemm sodisfatta mmens. Idealment ma tmurx peak-times. Issa ħa nżommu f’moħħi għax-xitwa; xi ġurnata xita tmur hemmhekk titgezzez ma’ xi ‘bumbu’ te’ u biċċa sandwich jew cupcake! Fuq Facebook rajt li bdew jagħmlu New York cheesecake ukoll...nom nom nom nom. Bħala prezzijiet mħux irħis bħal meta tmur tieħu pastizz u te’. Tħallas għal dak li tiekol skont jien. Renzo : X’naħseb jien! Din hi l-ewwel darba li qiegħed nikteb wara li sirt żewġha. Issa mur merieha! Mela, naqbel ħafna ma Sarah fuq li qalet: ikel tajjeb, esperjenza ħelwa tmur s’għand Debbies, speċjalment bħala breakfast qabel xi ġurnata baħar kif għamilna dan is-sajf. Pero’ ħbieb, attenti kemm tħallu l-Saraħ taffetwalkom l-aptit. Tagħmlux bħali, tarawx wisq kbir mill-ewwel. L-ikel hu eżaġeratament kbir u xi ftit ‘ġoff’ iżżejjed. Faċli toħroġ minn hemm bl-istonku ser jixpakka, jew b’nofs l-ikel fil-platt. Għalhekk ikkunsidraw Debbies, pero’ bilqies!

IL-VERDETT! IKEL: 9 AMBJENT: 9 VALUR: 9

allura, Pepe Nero huwa post li wieħed għandu jikkonsidra bis-serjeta’. Il-menu tiegħu hu varjat sew. Għalkemm aħna nikkunsidrawh l-iktar għal pizza, wieħed isiblu wkoll għaġin, laħam u ħut. Pepe Nero talIbraġġ jista’ jiġi kkunsidrat ukoll biex wieħed jieħu snack żgħir u jieħu drink mal-ħbieb fuq l-imwejjed għoljin li għandu fuq in-naħa ta’ ġewwa - dejjem jekk mhux ‘fully-booked’!

IL-VERDETT! IKEL: 8 AMBJENT: 7 VALUR: 8


mirror, mirror... minn CHRISTINE CALLEJA [Onyx]

TONALITAJIET DIFFERENTI...

G

ħeżież ħbieb qarrejja ta’ Kurrenti, kif wegħdtkom fl-aħħar ħarġa, illum ser inkun qed nikteb dwar iddiversi tonalitajiet tal-ġilda li jeżistu. Sabiex tkun tista’ tapplika make-up adattat, importanti li tagħraf x’tip ta’ wiċċ għandek quddiemek. Wara li rajna kif tagħraf it-tip ta’ ġilda, il-pass li jmiss hu li nagħrfu x’kuluri nistgħu naddattaw għall-tonalitajiet ta’ ġilda partikolari. Ivory Complexion: Persuni b’dan it-tip ta’ karnaggjon għandom tendenza li jkunu bajdana, mingħajr ebda ħjiel ta’ ħmura. Idejalment, il-foundation li tintuża f’dan il-każ tkun ta’ tonalita’ Ivory. Beige Complexion: Dan it-tip ta’ karnaggjon hu wieħed mill-iktar komuni għalina l-Mediterranji. Għalkemm hu xorta wieħed ta’ tonalita’ bajdani, jkun fih ftit iktar kulur. Il-foundation adatta għal min għandu dan it-tip ta’ karnaġġjon tinqasam f’shades differenti bħal per eżempju: Fair, Medium u Dark.

Ebony Complexion: Persuni b’dan it-tip ta’ karnaġġjon ikollom ġilda skura ħafna. Ġeneralment in-nisa ta’ kulur ikollom ton iktar ċar fin-naħa ta’ ġewwa tal-wiċċ u iktar skur fuq barra. Idejalment jintużaw żewġ tonalitajiet ta’ foundation biex il-karnaġġjon joħroġ isbaħ. Minbarra l-għażla fil-kulur, hemm diversi tipi ta’ foundation li wieħed jista’ jixtri; Liquid foundation hija iktar adattata għall-użu ta’ kuljum u biex tiġi applikata filgħodu. Dan għaliex għandha texture ħafifa u ma ddejqekx. Compact foundation ġeneralment tintuża għallmake-up tal-okkażżjoni bħal per eżempju għal tieġ. Dan għaliex din tgħatti iktar difetti u żżomm iktar fittul minn tipi ta’ foundations oħra. Mousse foundation tajba għal min għandu ġilda matura. Tinħass iktar fina allura iktar komda biex tiġi applikata fuq persuni li għandom ftit tikmix. Biex il-foundation tagħlaq sew, tajjeb li jintuża l-powder. Hemm żewġ tipi ta’ powder; dak loose li jkun trab fin li jiġi applikat b’pinzell oħxon u dak compact li jkun trab magħqud li jiġi applikat bi sponza xotta. Il-powder jagħti finish unit u b’hekk il-bażi tal-kanvas tagħna tkun lesta biex nibdew inpittru!

Pink Complexion: Dan il-karnaġġjon bil-Malti nirreferu ghalih bil-kelma ruxxan; ikun fih ħafna tonalitajiet ta’ roża. Importanti li il-foundation li tintuża pero’ ma jkunx fiha ħafna roża. Dan għaliex il-ħmura ixxejjaħ id-dehera u għax Nispera li l-informazzjoni tallum kienet ta’ nteress l-għonq ġeneralment ma jkunx roża. Il-foundation għalikom. trid tagħti kulur unit lill-wiċċ u anki l-għonq. Bronze Complexion: Karnaġġjon samrani ta’ dan it-tip ikollu tonalitajiet skuri fuq skala oranġjo. Foundations għal nies somor ivarjaw fit-tonalita’ skond kemm tkun qawwija is-smurija. Fis-sajf hemm tendenza li jkollok tuża foundation b’tonalita’ iktar skura biex il-kulur ikun iktar naturali jekk tkun ħaditek ix-xemx.


FATTI KURJUZI minn SHAUN CASSAR [Lynks]

Atti v itaji e t saj f in u t - Ta z z a tad - D inja

K

ollox jgħaddi u jasal u fi tmiemu u daqs tant ieħor l-istaġun tas-sajf li issa wasal fit-tmiem tiegħu ukoll. Hekk ukoll jaslu fi tmiem ħafna esperjenzi, attivitajiet u anke dik l-imbierka sħana!! Għalhekk għażilt li f’dan l-artiklu nikteb ftit dwar affarijiet li ġraw madwarna f’ dan l-istaġun li għadu kif intemm din is-sena. Żmien is-sajf hu żmien fejn ħafna nies jistrieħu xi ftit permezz tas-safar u mhux l-ewwel darba li meta tkun imsiefer tiddeċiedi li tmur ġo xi park tal-avventura. Biss. dan is-sajf fetaħ park ġewwa l-Amerka li ta’ min taħsibha sew qabel iżżuru! Dan il-park li fetaħ ġewwa Vernon fi New Jersey, kien ilu magħluq mill- 1996 u hu l-iktar park ġewwa l-Amerka li matul is-snin weġġgħ, u saħansitra mietu, nies fih. Pero’ issa, is-sidien qed jaċċerta l-klijenti li s-sigurta hi l-ewwel prijorita’ ta dan il-park. Ġewwa l-Amerka, din is-sena wkoll, għal min iħobb ikun avventuruż, ġiet inawgurata l-itwal żurżueqa ġewwa Kansas City. Din iż-żurżieqa twila 17-il sular u fiha tista’ ittella speed ta’ 65mph. Minjaf min se jkun kuraġġuż biżżejjed li jippruva dawn iż-żewġ parks?! Dan is-sajf kien ukoll is-sajf tat-Tazza tad-Dinja, festa ta’ futbol għal kull min iħobb dan l-isports. Żgur li bħal kull edizzjoni oħra din is-sena kin fiha ħafna sorpriżi. Din issena ġew skurjati 171 gol, iġifieri l-għola ammont ta’ gols f’ tazza tad-dinja baqa ma inqabiżx, għaliex dan kien l-istess ammont ta’ gols skurjati fl-edizzjoni tal-1998. Kienet sena ukoll ta’ ħafna sorpriżi fejn il-Brażil qalgħu l-akbar ammont ta’ gols fl-istorja tagħhom tal-futbol-7. Fil-każ tal-Ingilterra, din l-edizzjoni kienet l-inqas darba li qatt ġabu punti fil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, filwaqt li t-Taljani, (biex żgur ħadd ma jieħu għalih) għattieni darba konsekuttiva inqalgħu fil-fażi tal-gruppi, xi ħaġa li kienet ila ma tiġri mill-edizzjonijiet tat-62 u 66. Ilplayer tat-tim rebbieħ Muller, kopra distanza ta’ 83857m tul l-edizzjoni kollha, l-ekwivalenti ta’ żewġ maratoni, filwaqt li Rodriguez tal-Kolombja skurja l-akbar ammont ta’ gols-6. Fatt interessanti ħafna u li se nagħlaq bih hu, li din l-edizzjoni segwewha kważi erba’ biljun ruħ, li jfisser li għal xahar sħiħ, parti sostanzjali mid-dinja inagħqdet biex isegwi dawn il-logħob u tiċċelebra festa ta’ ħajja. Grazzi u saħħa ħbieb.


ritratt RAKKONT Peress li dan l-aħħar intfajna nkunu nostalġiċi, hawnhekk għandna ir-ritratt klassiku tat-tmiem iċĊAMKamp tal-2002 li kellu t-tema ta’ Livin’ it out! Dan kien iż-żmien fejn l-Assembly Hall kienet għadha ma ħaditx innar u kienet ftit differenti minn kif nafuwha llum. Ovvjament niskużaw ruħna talkwalita` tar-ritratt imma fl-2002 ilkameras tagħna mhux li kienu wisq professjonali...

EVENTS

OTTUBRU U NOVEMBRU BIRGUFEST

Th e c i t y o f Vi t tor iosa rel ives its p ast 10/ 10 /2 0 1 4 - 1 2/ 10/ 2014 V itto ri o s a

TH E MALTESE SUMMER FOLKLORE NIGHT

C u l tu re , fo lk lore and c uisine at its best ! 10/ 10 /2 0 1 4 L imesto n e H e r itag e- Siġ ġ iew i

IL TROVATORE

One of Verdi’s hot test operas! 11/10/2014 Aurora Opera H ouse - Goz o

L-IMQABBA - BISS BIL-HILA

Music, food, entertainment, games and traditions 12/10/2014 Imqabba

LEJL F’CASAL FORNARO Bread Festival in Qormi 17/10/2014 Ħal Qormi


ara r-ri tra tti ta ’ ĊA MK A M P 2 0 1 4

tistgħu ssegwu l-link t’hawn taħt:

http://bit.ly/ZuyAGi

CHOCOLATE FESTIVAL

MALTA COMICS POP CULTURE EXPO 2014

FESTA FUHHAR - POTTERY FE STIVAL

THE VALLETTA BOAT SHOW 2014

NABUCCO

MALTA INTERNATIONAL CHALLENGE MARATHON

A chocoholic’s delight! 18/10/2014 Ħamrun - Malta

Cra f ts , fo o d, m u sic and enter tainment 1 8/ 10/ 2 0 1 4 Bi r kir k a ra

Ope ra by G i u s e ppe Verd i 2 3/ 10/ 2 0 1 4 - 2 5 /1 0/ 2014 Ast ra T h e a t re - Gozo

A celebration of pop culture 31/10/2014 - 02/11/2014 Mediterranean Conference Centre

A naut ical paradise 06/11/2014 - 09/11/2014 Royal M alta Yacht Club - M alta

Three Day s of Running 28/11/2014 - 30/11/2014


http://www.camyouths.com https://www.facebook.com/groups/camyouths/


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.