Kurrenti - Ħarġa Numru 30 (05/2013)

Page 1

F’DIN IL-ĦARĠA

ĦARĠA 30 | DIĊEMBRU 2013

F’DIN IL-ĦARĠA... LC ST MSSP IL-KEBBIES

MAGIC MOMENTS ĠURNATA FIL-ĦAJJA L-ISTURANT FATTI KURJUŻI ESPERJENZI AROUND THE WORLD OPPORTUNITAJIET UE VRUM!

RITRATTrakkont ĊY goes FACEBOOK! FIL-JIEM LI ĠEJJIN…

NAGĦTU ĦARSA LEJN...

ARTIKLI ĠODDA...

IS-SUPERJUR REĠJONALI L-ĠDID p.5 >> ESPERJENZA FILFILIPPINI p.18 >>

VRUM!...

FATTI KURJUŻI... L-ISTURANT… >>

EDITORJAL | It-30 –il ħarġa... Ħbieb, Erġajna aħna Konnekxins b’ħarġa oħra ta’ Kurrenti. F’dawn ix-xhur ixxogħol ma waqafx! Minnbarra x-xogħol fuq din il-ħarġa, Konnekxins diġa beda jaħdem biex jipprepara l-ħarġiet tassena 2014! Għaddiet sena oħra u flimkien mal-memorji sbieħ u koroh, għaddew ukoll ħafna jiem ta’ ħidma (u xi naqra stress ukoll) biex noħorġu ħames ħarġiet ta’ Kurrenti.

Esperjenzi, komunitajiet ġodda, membri ġodda, ĊAMKamp (ieħor reġa’ ġie....u mar), u issa wasal ukoll il-Milied fejn ukoll se nkunu nistgħu inqattgħu ftit ħin fil-kumpanija ta’ xulxin! Nwegħdkom li d-dedikazzjoni ma tonqosx! F’isem it-tim kollu nixtiqilkom ilMilied it-tajjeb mimli paċi f’qalbkom u tbissim fuq wiċċkom u sena mfawwra bissabiħ kollu li tixtiequ.

Barra minn hekk nawgura lillkoordinatur ta’ Konnekxins, Nathan Gatt, u lit-tfajla tiegħu Sharon Vassallo li dalwaqt jibdew ħajja ġdida flimkien. Narakom u tantx tieklu qagħaq talgħasel!

GERALDINE POWELL


LC |Ħidma wara l-kwinti... Kważi għaddiet l-ewwel sena ta’ ħidma tagħna filLeadership Committee u aktar ma nimxu l-quddiem f’ din l-esperjenza, aktar naffaxxina ruħi bil-ħidma l-kbira li ssir minn wara l-kwinti li żżomm lillorganizzazzjoni tagħna ħajja. Kultant inqabbilha ma’ magna bil-varji partijiet tagħha li jingħaqdu flimkien għal għan wieħed. Magna mimlija materjal uman mill-isbaħ li jippermetti li ĊAMyouths jibqa ħaj; il-guides, s-support team, l-activities team, il-varji co-ordinators talesperjenzi u anke tal-komunitajiet, eċċ eċċ. Jien u sħabi nemmnu bi sħieħ li wieħed mill-irwoli prinċipali tagħna bħala Leadership Committee huwa li mhux biss nibżgħu għal dan il-materjal uman iżda wkoll li nindukrawh sabiex jiżviluppa u jikber. Ħaġa oħra li laqtitni hija meta nkunu avviċinati minn individwi li joħorġu b’ xi inizjattiva jew idea minn jheddhom. Punt li xtaqna nwasslu u li kellna l-opportunita’ li niddiksutu bejnietna f’ uħud mil-laqgħat tagħna huwa, l-importanza li lkoll inkunu miftuħin għal xulxin u għar-realtajiet differenti tagħna. Niftakar lil Fr. Karm jgħid fil-quddiesa ta’ ĊAM kamp li aħna bħala ĊAM Youths qatt ma bżajna jew iddejjaqna mmorru fejn forsi ħaddieħor iddejjaq jew beża jmur. Dejjem konna miftuħin għal ħaddieħor barra millorganizzazzjoni tagħna jew barra minn pajjiżna.

B’hekk tiġini spontanja li nistieden lil kulħadd sabiex dak li qegħdin nagħmlu ma’ ħaddieħor nagħmluh bejnietna wkoll. Ejja ma noħolqux sitwazzjonijiet filkomunitajiet tagħna jew waqt esperjenzi fejn permezz tal-kliem jew talaġir tagħna nkun qegħdin noħonqu lill-ħaddieħor milli jesprimi l-individwalita’, lideat, il-valuri tiegħu. Ejja nibżgħu għal dak l-element uman li rreferejt għalih filbidu ta’ dan l-artiklu, dak lelement uman varju u sabiħ li jagħmilna dak li aħna, li jagħmilna ĊAMYOUTHS. Fl-aħħar f’ ismi u f’ isem sħabi tal-Leadership Committee nixtieq nawguralkom Milied hieni u s-Sena t-tajba. CHRISTOPHER FORMOSA AMISTAD

KURRENTI page 2

Fl-aħħar xhur konna għaddejjin b’ ħidma sabiex insibu persuni addattati sabiex jokkupaw lir-rwolijiet ta’ coordinators tal-esperjenzi u anke biex jaqdu r-rwol ta’ guides. L-entużjażmu u ssens kbir ta’ servizz li rajna mill-persuni li avviċinajna kien wieħed li jimlina b’ kuraġġ kbir u b’determinazzjoni kbira li nkomplu għaddejjin bilħidma tagħna. Minn hawn nixtieq nagħmel appell lil kulħadd biex fil-mument li jkun imsejjaħ sabiex jagħti s-servizz tiegħu lejn ĊAMyouths ma jibżax u jidħol għall-isfida li tiġi mpoġġija quddiemu. Millesperjenza personali nista’ ngħid li kull meta offrejt is-servizz tiegħi, dak li ħadt lura kien bil-wisq aktar minn dak li jien tajt.


ST |L-ewwel ftit attivitajiet... Għeżież ĊAMYOUTHS, Wara li l-ewwel attività tas-Support Team il-ġdid kienet suċċess kbir, kien imiss li nibdew naħsbu għall-jum tant importanti għalina ċ-ĊAMYouths; MISSION SUNDAY. Peress li għal dawn l-aħħar ftit snin, f’jum il-missjoni kienet qed issir biss quddiesa, ħsibna li għal din is-sena norbtu magħha attività li permezz tagħha ngħaqqdu iktar lill-membri ta’ ĊAMYouths flimkien.

KURRENTI page 3

Iltqajna bħala Support Team biex niddiskutu xi ideat u wara dan għamilna wkoll laqgħa malActivities Team. Din kienet l-ewwel laqgħa għal dan it-tim, li bħala xogħol ħa jkun qed jgħin lis-Support Team f’attivitajiet varji li jiġu organizzati matul issena. Kien hemm ħafna ideat tajbin li ħarġu minn din il-laqgħa, pero l-iktar idea li ntogħġbot kienet dik li jsir picnic! Membri minn Activities Team ħargu bl-idea li jinbiegħu ukoll xi cakes, tè jew kafè.

It-temp kien favorevoli ħafna għal din l-attività. Kulħadd iltaqa’ għal quddiesa ir-Rabat. It-tema magħżula għal din is-sena kienet il-missjoni ta’ ĊAMYouths lil hinn minn xtutna. Waqt l-istess quddiesa kien hemm diversi nies minn ĊAMYouths kif ukoll oħrajn li telgħu f’isem ĊAMyouths, li qasmu magħna lesperjenza tagħhom filpajjiż li marru fih. Din issena gruppi differenti żaru Napli, it-Tunezija, ilPakistan, Sqallija, il-Kenja u l-Irlanda. Lejn l-aħħar talquddiesa saret ukoll ilwegħda uffiċjali talkomunità l-ġdida lejn ĊAMYouths.

Wara l-quddiesa erħejniela lejn Ta’ Qali fejn hemmhekk irrilassajna xi ftit waqt li kilna biċċa kejk tajba u naqra kafe’ filwaqt li għidna kelmtejn bejnietna. Għall-attività kien hemm attendenza ta’ madwar 50 ruħ millkomunitajiet varji. Kien hemm mumenti fejn intfajna nilagħbu xi logħob bejnietna, fejn serva ukoll ta’ mezz biex insiru nafu iktar nies minn ĊAMYouths. F’isem Support Team u l-Activities Team nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min għen f’din l-attività, kif ukoll lil min għoġbu jattendi. >>


KURRENTI page 4

Min-naħa tagħna bħala Support Team, bħalissa qegħdin nippjanaw attività għal wara l-quddiesa talMilied. Nafu li għal xi żmien din l-attività kienet nieqsa mill-kalendarju ta’ ĊAMyouths għalhekk nixtiequ li minn din is-sena terġa’ tkun waħda millattivitajiet annwali.

Apparti minn hekk, qegħdin ukoll niddiskutu attivitajiet u proġetti varji għas-sena lġdida. Minn hawn nixtieq inħeġġeġ lill-individwi jew komunitajiet li jixtiequ jorganizzaw xi attività fissena li ġejja, sabiex jagħmlu kuntatt magħna permezz talemail fuq st@camyouths.com

ROWENA CARUANA TAKARA’


MSSP | is-Superjur Reġjonali... FR. FRANKIE CINI - SUPERJUR REĠJONALI

Ir-rwol ta' Superjur Reġjonali jimplika li persuna millkomunità MSSP tiddedika iktar ħin għall-qadi tal-aħwa filkomunitajiet MSSP. B'komunitajiet MSSP ma nifhmux biss il-patrijiet imma wkoll ħafna nies li b'xi mod huma parti mill-familja kbira ispirata minn Mons. Ġueppi De Piro u lħolma tiegħu għall-evanġelizzazzjoni. Kif tafu jiena involut ukoll fil-ħidma mat-tfal ta’ Dar San Ġużepp. Kemm minħabba t-tfal kif ukoll minħabba l-fatt li għadd ġmielu ta' gruppi taċ-ĊAMYouths jużaw idDar bħala l-post tallaqgħat tagħhom jew spazju fejn jista’ jsir volontarjat fix-xena lokali, waħda mill-ewwel laqgħat tiegħi kienet mal-LC tagħkom.

KURRENTI page 5

Is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl qiegħda tgħix mument ta’ transizzjoni partikulari ħafna: fejn 30 sena ilu l-uniku nies li kienu jmorru l-missjoni

kienu l-missjunarji brothers jew saċerdoti, membri tasSoċjetà, illum in-numru ta’ żgħażagħ u adulti lajċi li qed isiru parti mill-ħolma tagħna anke barra minn Malta kiber ġmielu. L-istess hawn Malta, ħafna millħidmiet tagħna huma mmexxija b’entużjażmu mill-lajċi. F’dan is-sens nara li anke r-rwol tal-membri tal-MSSP qiegħed jinbidel: il-membri mhumiex iktar id-Diretturi, jew is-Superjuri li jmexxu kollox huma, imma l-animaturi, il-ħmira ta’ gruppi diversi ta’ nies li qed ifittxu li jgħixu aħjar ilkariżma missjunarja filKnisja. F’dan il-kuntest inħoss li għandi ħafna x’nitgħallem minn ĊAMYouths. Intom kontu minn tal-ewwel li ħaddantu mudell ta’ tmexxija li huwa differenti minn dak tas-soltu għalina. Xorta nħoss li huwa mudell li għadu qiegħed jevolvi u li jista’ jitjieb, imma nħoss li

bħal f’ĊAMYouths, is-Soċjetà tagħna f’Malta dieħla fi żmien fejn l-istil tat-tmexxija tagħna kollu qiegħed jinbidel. Nieħu din l-opportunità biex inħeġġeġ liċ-ĊAMYouths kollha għal impenn ġenwin biex il-gruppi kollha jħossu li huma parti minn ħolma sabiħa. Bil-kwartieri il-ġodda tar-Rabat, (Dar ĊAMYouths), issa għandkom ukoll il-bejta tagħkom. Fuq kollox nawgura li tibqgħu tagħrfuni fir-rwol il-ġdid tiegħi! Kelma tal-aħħar. Anke ĊAMYouths jista’ jidħol filkumdità “tas-soltu”. Ilmument partikulari li qed ngħixu fil-Knisja, bil-preżenza tal-Papa Franġisku, huwa challenge anke għal ĊAMYouths biex ma nissetiljawx, imma nibqgħu infittxu orizzonti ġodda fejn il-gruppi tagħna jsiru wkoll postijiet li minnhom noħorġu u mmissu ma’ dawk l-iktar fil-bżonn fis-soċjetà. FR.FRANKIE ĊINI mssp


MSSP | Il-Fidi –

Alla msallab miegħi Dan il-qari kien jirrakkonta il-ġrajja ta’ meta lil Ġesù fuq is-salib bdew jisfidawh biex jekk verament kien is-Sultan tal-Lhud, kellu jinżel minn fuq is-salib u hekk kulħadd jemmen fih. Inkluż magħhom kien wieħed millħallelin li kien msallab miegħu.

Novembru, festa ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu, ġiet magħluqa sSena tal-Fidi. Huwa interessanti l-Evanġelju li kellna f’din il-festa li għalija jesprimi ħafna x’jiġifieri temmen.

Imma Alla tagħna għażel li jagħmel xi ħaġa bil-bosta ikbar. Hu ddeċieda li jsir wieħed minna, jidħol flistorja tagħna, jittrasforma t-tbatija minn ġewwa. Li tagħtik ir-rigal tal-fidi huwa dak li ra il-ħalliel ‘it-tajjeb’ – irrealizza li Alla huwa msallab miegħu. Irrealizza li fit-tbatija, tbatija li ġabha hu stess b’idejh, Alla ma abbandunahx imma kien hemm ħdejh.

U mhux hekk biss, imma għaraf li b’Alla miegħu dik it-tbatija setgħet ‘issalvah’, jiġifieri toffrilu ħajja ġdida. Hekk tfisser temmen: tirrealizza li l-Mulej kapaċi joħroġ il-ġid mill-iżbalji tagħna, mill-inġustizzji li nsofru, mit-traġedji li nġarbu. U dan għaliex hu qiegħed magħna, u b’hekk kapaċi jgħinna nbidlu ilmument f’għotja ta’ mħabba. Quddiem it-tbatija dejjem għandna għażla – jew nisħtu ’l Alla bħall-ħalliel ‘ilħażin’ jew insiru għajn ta’ ħajja għall-oħrajn bħallħalliel ‘it-tajjeb’. Forsi diġà kellna l-grazzja nkunu qrib nies ta’ fidi fit-tbatija tagħhom u allura nistgħu nifhmu dan il-kliem. Issa forsi jmiss lili li nitlob ilgrazzja li jinfetħuli għajnejja u nagħraf lil Alla msallab miegħi, u allura fit-tbatija tiegħi nsir sors ta’ barka għall-oħrajn.

FR.MARTIN GALEA mssp

KURRENTI page 6

Il-Ħadd, 24 ta’

Din it-tip ta’ sitwazzjoni hija simili ħafna għall-attitudni li diversi minna jħaddnu fejn tidħol il-fidi. Huma jirraġunaw li kieku Alla jeżisti ma jippermettiex tant diżastri u attroċitajiet iseħħu. Bħall-ħalliel ‘ilħażin’ kien jgħidlu ‘Salva lilek innifsek u lilna.’ F’kelma waħda – urina li teżisti u għamel xi ħaġa. Diversi minna jemmnu f’Alla tal-maġija li jxejjer ilbanketta maġika u jsolvi lproblemi.


Il-KEBBIES |L-Avvent… ejja Mulej Ġesu’ Meta taqra dan nittama li jkun għadu l-Avvent u allura ż-żmien li jeħodna sal-Milied, iż-żmien meta għadna nistennew il-“bambin Ġesù”. Kemm iddejjaqni din ilfrażi. Hemm wisq sens vag u sentimentali mal-frażi. Allura ħsibt li noħodkom ftit lil hinn minn dan. Ħsibt fuq dan aktar, għax fit-teoloġija Franġiskana, flInkarnazzjoni (Ġesù jieħu l-laħam) hemm diġà issalvazzjoni. Bħallikieku meta Ġesù ħa l-laħam kien biżżejjed biex isalvana għax sar uman. Jiġifieri, issa li sar bniedem qed jgħidilna li diġà ok magħna, mhux kontra tagħna, ħa is-‘side’ ta’ l-umani, tal-kreazzjoni.

KURRENTI page 7

Tant nara bżonn ta’ sens adult fil-Kristjaneżmu li ma rridx li din il-festa tal-Milied tiġi preżentata fuq livell vera baxx u sempliċi. Ma ġiex b’forma ta’ tarbija, vera fraġli u debboli, biex aħna niggustawh u forsi anki nitħassruh. Imma ġie biex, mill-bidu nett, jurina li waslet is-Saltna t’Alla, kif kien iħobb isejħilha hu. Sa mill-bidu qed jgħidilna li ġie biex ibiddel kif naħsbu u nifhmu u nċedu għal dak li hu ġdid.

Allura jekk mhux ser naraw li l-Avvent qed jippreparana għal bidla ta’ vera, inkunu qed nitilfu l-messaġġ kif ġralna filpreparazzjonijiet tal-Avvent fil-passat. Fl-inkarnazzjoni, Ġesù daħal għall-istorja li kull bniedem jidħol fiha fejn ittbatija, l-inġustizzja u t-tkissir huma parti mill-ħajja u allura ma nistgħux inġibu l-messaġġ tal-Vanġelju bħallikieku wieħed infantili kif nagħmlu bil-“bambin Ġesù”. It-talba kontinwa tal-Avvent hi: Ejja Mulej Ġesù! Hekk talbu l-ewwel Insara. Imma ma talbux għal Ġesù żgħir, ċkejken, dgħajjef, infantili. Imma għal Ġesù, jew għal Kristu, il-Mulej ta’ kollox, qawwi u rebbieħ. L-Avvent hu s-sejħa għal Alla kbir, b’saħħtu, trionfali.

Dak li qed nistennew mhux aktar Ġesù tal-istorja, dak li twieled 2000 sena ilu, imma għal Kristu li diġà għadda għar-rebħa li ġabilna. F’dan Kristu hemm ir-rebħa fuq kollox, fuq kull kreatur, anzi, kull kreazjoni. Dan hu dak li kollox jinsab fiH. Allura tajjeb tiftakar li lAvvent hu dejjem, sakemm din id-dinja tibqa’ teżisti. FR.KARM DEBATTISTA mssp


Aqra iktar f’paġna 25 >>>


CROSSROADS – Storja li bdiet tmien snin ilu… Mill-Welcome Group mimli nies ġodda għal grupp ta’ ħbieb - familja kkulurita u mżewqa b’karattri differenti. Nolqtu kull tip ta personalità - mill-kwiet ghall-istorbjuż, mill-artist għallistudjuż! L-individwalità tispikka f’kull persuna partikolari, però għalkemm m’hemm l-ebda karattru li hu bħall-ieħor, flimkien nibnu komunità b’saħħitha li kapaċi tmur kontra l-kurrent u tissaħħaħ ma’ kull dulluvju li jolqotha. Għaddejna minn ħafna mumenti sbieħ, mumenti ta’ niket, ta’ dubju, ta’ ċertezza, ta’ ferħ, ta’ unur u minn ħafna mumenti ta’ mħabba!

KURRENTI page 9

U xi ngħidu għall-guide mitika tagħna, Doreen Saliba!!! Ma nistgħux ma nsemmuwhiex u nirringrazzjawha minn qalbna ta’ kemm rawwmitna tajjeb! Għalkemm il-Malti jgħid li ’l bogħod mill-għajn, ‘il bogħod mill-qalb, ma naqblu xejn mal-qawl!! In-nuqqas tagħha jinħass ħafna u għalkemm nixtiqulha kull ġid ġewwa lFilippini, nisperaw li jkollna ċ-ċans ngħannquha u nisimgħu l-istejjer mimlijin animazzjoni tagħha malajr kemm jista’ jkun. Mingħajr l-appoġġ kontinwu ta’ Doreen kieku żgur maħniex ilkomunità magħquda li aħna llum! >>


Insomma, hemm ħafna aktar x’nistgħu ngħidu dwarna, speċjalment minħabba l-fatt li n-numru ta’ nies fil-komunità huwa kbir mhux ħażin. Filfatt bħalissa qegħdin sbatax-il membru b’kollox! Żgur nimlew aktar faċċati milli suppost kieku nkomplu niktbu dwarna, allura aħjar nieqfu hawn! L-istejjer ikomplu jiġru, iċ-ċajt ikompli jintqal, id-diskussjonijiet ikomplu jseħħu, l-argumenti ma jonqsux u l-komunità tkompli tikber, tissaħħaħ u tisbieħ. Dik hija l-istorja tagħna lCrossroads. CROSSROADS


|Ġurnata fil-ħajja ta’... REEL TIME

ARTISTA Fis-sekondarja kont għażilt l’arti bħala option subject u bqajt f’din il-linja minn dak iżżmien. Kien hawnhekk li jien indunajt li dan is-suġġett għandu tifsira specjali għalija u llum il-ġurnata ma nimmaġinax il-ħajja tiegħi mingħajr element krejattiv.

Pniezel. Tili. Kotba. Dawn huma ftit mill-ħafna affarijiet li ssib fl-istudio tiegħi fejn inqatta’ ħafna ħin mill-ġurnata tiegħi. Ilni nipprattika l-arti għal żmien twil. Sa minn meta kont tifla zgħira kont nieħu ħafna pjacir fillezzjoni ta’ l-arti u sħabi kienu jħeġġuni npinġilhom fid-djarju tagħhom.

Fil-ħin li jifdal nagħmel xi xogħol tad-dar, tisjir u affarijiet oħra li nkun involuta fihom minn żmien għall-ieħor. Il-ġranet itiru pero l-iktar ħin li nirrilassa huwa waqt li nkun qed naħdem fuq xi kwadru. Nista ngħid li nkun f’dinja ohra! Ninsa l-ġuħ, ninsa l-għajja, u x’ħin ikun! Infatti fl-istudio kelli nagħmel żveljarin biex ifakkarni l-ħin! Inħobb naħdem waqt li nisma’ lmużika u nħoss li hija element importanti fixxogħol tiegħi. >>

KURRENTI page 11

Lapsijiet. Linka. Żebgħa.

Maż-żmien, l-esperjenza li studjajt l-arti l-Universita’ ta’ Malta, taħt id-direzzjoni ta’ diversi artisti influwenzat ħafna il-mod ta’ kif naħseb u nipprattika. Illum il-ġurnata jiena ngħallem l-arti lil studenti żagħżagh kif ukoll nipprattika bħala artista. Ma nistax ngħid li għandi ħafna rutina fil-ġimgħa tiegħi għaliex kważi kull ġurnata hija differenti milloħra. Filgħodu, wara li nqum b’ħafna sforz, nħobb nippjana x’inkun se nagħmel dakinhar waqt li nieħu ftit kafe biex forsi nistenbah! Iktar hemm ċans issibni naħdem tard bil-lejl milli kmieni ħafna filgħodu! Il-ġurnata tiegħi tkun imqassma bejn li naħdem fuq xi xogħol ta’ pittura għal xi klijent jew għal xi wirja, naħdem fuq listudju u r-riċerka li qiegħda nagħmel bħalissa, u li mmur biex nagħti llezzjonijiet.


KURRENTI page 12

Meta nkun se nibda kwadru ġdid nħobb nesplora lkunċett li nkun se naħdem fuqu. Nagħmel riċerka u nibda niddokumenta l-idejat tal-bidu kif ukoll nibda nagħmel xi sketches. Meta nkun kuntenta bl-idejat nibda nesperimenta ftit fuq l-isketches u f’dan l-istadju nagħmel ċertu deċiżjoniijiet rigward komposizjoni,

kuluri, teknika, etc. Huwa wara dan il-pass li nibda xxogħol propju fuq it-tila, karta, jew injam. Fl-aħħar tal-ġurnata nħobb niżbarazza l-istudio u għalkemm ħafna jaħsbu li biex tkun artist trid tgħix fil-ġenn u l-imbarazz, fil-kas tiegħi dan mhux minnu għaliex xorta nħobbha ħafna l-ordni! Bħala stil nħoss li qed jibqa’ jiżvilluppa matul iż-żmien u nħossni influwenzata ħafna minn dak li nkun għaddejja minnu. Dawn l-aħħar ftit snin bdejt ukoll nesperimenta bl-arti diġitali allura din il-forma t’arti inħossha tinfluwenzani wkoll.

Nħobb kuluri nodfa u hard edge pero ma jfissirx li ma napprezzax stili oħra anzi minn żmien għall-ieħor nħossni li rrid naħdem b’żebgħa ħoxna u iktar espressiva u anke b’mixed media. Xi ħaġa li nħobb nagħmel hija li nżur wirjiet tal-arti u li nsegwi xogħlijiet ta’ artisti oħra. Dan l-aħħar organizzajt wirja kollettiva flimkien ma’ grupp ta’ artisti u kienet esperjenza pożittiva hafna li naħdmu flimkien għal għan wieħed. Il-ħolma tiegħi hija li xi darba jkolli lopportunita’ nistudja f’xi akkademja ġewwa Firenze imqar għal ftit żmien! CHRISTINE LOFARO SIN FRONTERAS


DON BERTO (Birgu Waterfront) Is-Sibt filagħxija

Equinox kellna live-in u bħas-soltu xtaqna mmorru ristorant biex nieklu ftit flimkien is-Sibt filgħaxija. Għażilna li nagħmlu booking għal 23 persuna f’Don Berto li jinsab filBirgu Waterfront. Ma kienitx l-ewwel darba li mort, fil-fatt għalija huwa dejjem first choice ta’ ristorant meta nkunu l’hemmhekk, peró qatt ma kont mort ma’ grupp daqshekk kbir. Peress li aħna komunità ta’ ħafna karattri differenti, ovjament, kull ħaġa differenti li hemm fuq ilmenu ordnajnieha..iva, anke salad (Nathan boring). Il-menu fih innifsu jogħġobni għax hemm affarijiet mhux tas-soltu u allura jtik ħafna varjetà. Għal min ħa pizza, l-għaġina tajba ħafna u li ħadt jien calzone bil-gorgonzola u għasel - kienet tal-ġenn!

Għal ħafna Equinoksjani, il-pizza bil-papra u plum sauce għamlet hit, peró kollha qalu li kienu qed jistennew xi ħaġa itjeb. Min ħa laħam kien kuntent. Servizz kien tajjeb ħafna, u avolja stennejna ftit mhux ħażin għall-main course, offrewlna bruschetta biex ma nistennewx bil-ġuħ. Għalija dik ħaqqa naqra point ukoll. Prezz xejn esaġerat, u għal min jinteressah il-kafé kien tajjeb ukoll (peró meta tkun waqt live-in fejn il-kafé qisu tarmac b’naqra ilma..il-kafé kollu ttogħmu tajjeb naħseb). Huwa post casual; tmorrux għal lejla romantika biex tkunu waħedkom għax emmnuni tiltaqgħu ma’ ħafna nies li tafu.

TASTE – FORTINA HOTEL & SPA (TIGNE) Is-Sibt filagħxija Peress li Diane u Mark għandhom il-Gusto, ġieli jċemplulna u jgħidulna mmorru nduqu xi ristorant ġdid. Din d-darba kien imiss Taste li jinsab ġewwa l-kumpless tal-Fortina Hotel. Lanqas ideja ma kellna ta’ dan il-post peró skont Diane, kellu reviews tajbin ħafna. Morna u nammetti li avolja ma kontx looking forward għal ristorant ġewwa hotel (niddejjaq immur ma nafx għala - Sarah), il-post kien ħelu. Parking ġewwa Tigne Point, mixja ħelwa sal-bieb tallukanda, mixja ħafna itwal ġewwa l-lukanda, sakemm tasal f'kumpless - pjazza kbira ġo nofs il-lukanda. Poġġejna barra fejn il-pool u kien hemm atmosfera ħelwa ħafna. Ġabilna menu u wara 0.2 seconds Sarah għażlet il-ħaruf. Kont ili għal ħaruf ma nafx kemm il-xahar u malli rajtu hemm lamb fillet – iddeċidejt (Sarah). >>

KURRENTI page 13

REEL TIME

|GĦALL- ARJA TAL-BAĦAR...


DON BERTO Food - SARAH 7.5, RENZO 7.5 Service - SARAH 8, RENZO 8 Ambience - SARAH 9, RENZO 9 TASTE Food – SARAH 8, RENZO 8 Service - SARAH 8, RENZO 7.5 Ambience - SARAH 7, RENZO 7 BROWNS Food - SARAH 6.5, RENZO 6 Overall dining experience SARAH 6, RENZO 6

KURRENTI page 14

Kulħadd iddeċieda li ma jieħux starter; Diane ħadet duck u Mark u Renzo ħadu ribeye. Malli ġie l-wejter, Sarah qaltlu li xtaqet lamb fillet..u hu qalilha li m’għandux fillet peró għandu rack of lamb. Għal Sarah dan ma kienx tajjeb u bi sforz biddlet l-order tagħha għal veal. Peró..wara żewġ minuti, il-wejter ġie lura u qal li ħa jaqdiha!

L-ikel kien tajjeb ħafna, illaħam kien imsajjar kif suppost u kulħadd kien kuntent. BROWNS (VALLETTA WATERFRONT) Il-Ħamis Browns, Waterfront Wara l-book fair ftit minna ddeċidejna mmorru nieħdu xi ħaġa x’nieklu f’Browns, Valletta Waterfront. Kelli ħafna ġuħ u kelli aptit xi ħaġa comforting u tas-soltu u ħadt pizza capricciosa u loħrajn ħadu jew chicken burger, jew special burger (ħanżirata li kiel Mark Sammut!), jew salad li kien interessanti bil-figs u parma ham.

Ikkumparata ma’ ħafna pizez tajbin f’Malta (Cibo, Bianco’s, Café Cuba), din il-pizza ma kellha xejn x’taqsam, u kiltha għax kiltha. Salad kien pjuttost tajjeb u burgers dehru diċenti. RENZO: Jien bħal dejjem kont tard għal din il-mawra matul il-ġimgħa , minħabba ttraining. Sarah ordnatli x'ħin tlaqt għall-Belt, u kif wasalt hemm insib li l-pizza kienet diġà lesta. B'mod sabiħ ħafna l-wejter iddeċieda li jżommhieli fil-forn sħuna, u malli wasalt mill-ewwel induna u ġabli l-pizza flimkien mal-pinta lager. Servizz ħelu pizza wisq inqas! RENZO KERR CUMBO – JOVENES SARAH PACE – EQUINOX


Kif kulħadd jaf il-Milied dalwaqt magħna u għalhekk ħsibt biex f’din il-ħarġa, lejliet festa daqshekk importanti, ngħaddilkom ftit fatti relatati ma’ din il-festa hekk speċjali.

2. Karattru assoċjat ċertament malMilied, speċjalment ma’ dawk żgħar fl-età, hu dak ta’ Santa Klaus…raġel pjuttost xiħ li ta’ kull sena jqassam ir-rigali lit-tfal kollha tad-dinja fil-lejl tal-Milied. Dan il-karattru ħareġ minn ħrafa olandiża dwar il-qaddis San Nikolal. Studju li sar fl-Amerka juri li biex Santa Klaus jirnexxilu jqassam ir-rigali fid-djar kollha tad-dinja, irid idur 822 dar fissekonda filwaqt li jivjaġġa b’veloċità ta’ 650 mil fis-sekonda. Żgur li jingħata l-ħaddiem tas-sena wara biċċa xogħol iebsa bħal din!

4. Mid-diski kollha tal-Milied li jeżistu, id-diska White Christmas ta’ Bing Crosby hi liktar diska popolari li qatt eżistiet s’issa. Id-diska tant popolari Jingle Bells ma nkitbitx għall-Milied iżda għall-festa ta’ ringrazzjament (Thanksgiving). Din id-diska filfatt tant saret popolari li fl-1965 kienet lewwel diska li tkantat fl-ispazju mill-astronawti Tom Stafford u Wally Schirra.

Nawguralkom il-Milied it-Tajjeb, lilkom u lill-familji tagħkom :)


ESPERJENZI | Awguri Fader! Issa li għaddew il-festeġġamenti u ntesew l-awguri, spiss ikolli bżonn infakkar lili nnifsi li jien qassis. Mhux għax ninsa, u lanqas għax “ma rridx nemmen li ilħaqt qassis!”, iżda forsi għaliex għadni ma drajtx. Tifhmunix ħażin – ma dħaltx għal xi ħaġa li ma nafx x’inhi, iżda hemm realtajiet li wieħed jagħraf ‘minn barra’, u oħrajn biss ‘minn ġewwa’ frott esperjenza personali. Xi tfisser għalija li tkun qassis? X’sens fiha l-vokazzjoni li qiegħed ngħix? Nistqarr li għal dawn ilmistoqsijiet, insib ruħi nġorr biss biċċiet minn tweġiba sħiħa. It-tweġibiet ħafna drabi niġborhom mat-triq, jien u miexi f’din it-triq ġdida. Xtaqt naqsam magħkom xi uħud.

KURRENTI page 16

F’dawn il-ftit xhur li ilni qassis irrealizzajt kemm ħafna drabi sibt ruħi fil-qalba ta’ mumenti partikolari filħajja ta’ ħafna – anke kultant ta’ persuni li ma nafhomx ħafna u ma jafunix. Quddiem impenn ta’ ħajja miżżewġa; mewt ta’ xi ħadd għażiż; rigal ta’ ħajja ġdida; żmien diffiċli ta’ prova - bħala qassis spiss issib ruħek fiċ-ċentru ta’

mumenti kritiċi fil-ħajja ta’ ħafna. Dan il-fatt issorprendieni mhux ftit u xi daqqiet ħasadni xi ftit ukoll. Iżda il-Mulej urieni li kapaċi jinqeda bija anke meta insib ruħi quddiem sitwazzjonijiet li dehruli li kienu akbar minni u ħallewni bla kliem. Huwa unur kbir u responsabiltà kbira li tkun preżenti u takkumpanja persuni f’mumenti kruċjali. Huwa unur akbar li tara lillMulej jużak permezz tassaċerdozju. Bħala qassis, ħafna drabi ħassejt il-bżonn li bilpreżenza u x-xhieda tiegħi nkun sinjal u infakkar min hu il-bniedem verament. Faċli ninsew li l-bniedem mhux sempliċiment biċċa laħam sħuna, annimal intelliġenti, imma li il-bniedem huwa imfassal fuq Alla. Ninsew min aħna – ninsew li il-flus huma bżonjużi daqs kemm huma inutli; li ż-żmien li għandna f’idejna huwa limitat imma li l-ħajja mihiex;

li l-ħajja tibda tgħixha meta tgħix għall-oħrajn, u li kull darba li tipprova taħliha fuqek innifsek issir imrar. Fi kliem sempliċi: il-bniedem huwa ukoll ruħ. Ruħ li hija ħajja, u bħal kull ħaġa oħra ħajja għandha bżonn l-ikel; tieħu ż-żmien biex tikber; teħtieg lingwaġġ partikolari, spazju, ħin u attenzjoni; tista’ timrad u anke tmut. Inħoss li bħala qassis imsejjaħ inġorr din l-“X-ray” ta’ min verament hu l-bniedem, billi nkun l-ewwel wieħed li nħares lejja nnifsi u lejn loħrajn kif iħares lejna lMulej. >>


KURRENTI page 17

F’waħda mil-ewwel omeliji ta’ Papa Frangisku, f’Ħamis ix-Xirka, waqt li xebbah lillqassis ma’ ragħaj, żied jgħid – “il-qassis irid ikollu r-riħa tan-nagħaġ!” Tul dawn ixxhur bħala qassis kienet din it-talba tiegħi – li permezz tal-grazzj tiegħU ma nitbiegħed qatt min-nagħag li magħhom imsejjaħ nimxi.

FR. BERNARD FALZON MSSP


ESPERJENZI | 4 xhur ġewwa l-Filippini Wara erba' xhur fil-Filippini inħossni li llum bdejt nadatta xi ftit jew wisq. Din l-esperjenza resqitni lejn ħafna realtajiet li qatt ma kont konxja tagħhom. L-esperjenzi li ngħaddi minnhom jgħinuni nagħraf aktar lili nnifsi u t-tip ta' ħajja li numru minn dawn in-nies huma ddestinati li jgħixu. Ma nistax ngħid li kull Filippin għandu l-istess stil ta' ħajja. Bħal ma ssib f'kull pajjiz, tara livelli differenti. Biss lambjent rari tħossu li huwa differenti, tkun fejn tkun filFilippini. It-traffiku bħal donnu qiegħed kullimkien. Jeepneys, roti u tricycles ssib kemm trid.

KURRENTI page 18

Dan l-artiklu bdejt niktbu filgħodu kmieni qabel ma’ bdejt il-ġurnata tiegħi. F’dawn il-jiem ninsab Cebu nosserva programm ta' mużika simili għal dak ta' Orkestra Kabataan li jinstab f'Pagalanggang, Bataan. Qed ngħix għand il-familja talcoordinator ta' din linizjattiva. Familja sinjura ħafna imma din it-tfajla, li tiġi t-tifla ż-żgħira tagħhom, iddeċidiet li tagħti ħafna mill-ħin tagħha lil Sistemang Filippina. Wieħed mixxogħlijiet tagħha għal-lum kien li jdoqqu lill-grupp ta' nies minn Tacloban li qed isibu refuġju ġo ċentru ta' knisja f'Cebu, wara li tilfu

kollox fl-aħħar maltempata kbira, Yolanda, li ħakmet bi kbir kemm lil Leyte kif ukoll lil Tacloban. Dawn iż-żewgt ibliet qegħdin 30 minuta lbogħod minn Cebu bl-ajru. Xi ftit minn nies li tilfu kollox u ingħataw iċ-ċans ta' refuġju, għamlu lejl sħiħ fuq vapur sabiex waslu Cebu. Kif dħalt rajt ħafna siġġijiet f'forma ta' kaxxi fejn fin-nofs tagħhom joqogħdu familji differenti. Ftit kienu dawk li stajt nara li kellhom affarijiet oħra apparti l-ħwejjeg ta' fuqhom. Dawn huma nies li dak kollu li kellhom tkaxkar ma’ l-istess ilma li seraq ħafna ħajjiet, fosthom trabi. F'nofs is-serata poġġejt fejn waħda li kellha tarbija ta' 6 xhur. Qaltli li fi ftit siegħat hi, flimkien mar-raġel u t-tifel, ħa jibdew vjaġġ ta' 14-il siegħa vapur lejn Ilo Ilo fejn hemm familjari min-naħa ta' missierha ma' min għalissa jistgħu joqogħdu. Kemm f'Leyte kif ukoll f'Tacloban għad fadal madwar sena

 Filippini-omm tgħannaq lil binha millqalb. min jaf kemm hasbet li ser titifu filpaniku u t-taqlib li rat fil-maltempata

biex jkollhom lura s-servizzi tad-dawl u l-ilma. Apparti li din il-familja trid iġġemma' kemxa flus biex terġa' tibni dar mill-ġdid, li din id-darba trid tkun ta' żewġ sulari ġalli jekk terga' tagħmel xi maltempata simili ma jiġux affetwati żgur. L-omm qaltli li x-xita bdiet fis-1am, imma kienu saru l5am sakemm il-villaġġ tagħhom fi ftit minuti spiċċa taħt l-ilma. Ir-riħ kien għaddej 300km fis-siegħa. Lanqas biss nista' nimmaġina. Il-familja tagħha salvat għax l-unika dar fil-villaġġ li għandha ttieni sular mibni, fetħet ilbieb tagħha għal kull min ma kellux mod ieħor. Qaltli li kienu madwar 300 ruħ flistess żewġt ikmamar, tant li beżgħu li ffrankaw iddulluvju imma kienu ser jintraddmu kollha f'daqqa li kieku ċeda s-saqaf bihom. >>


 Filippini-Missier u tifel tal-istorja

Fit-tifrik ta' darhom u qalb mijiet ta' iġsma mejtin, din ilfamilja, kellha tgħaddi 8 iljieli sakemm giet trasferita għal Cebu. Li għandhom din ittarbija hija barka għax setgħu jingħataw refuġju immedjat. Biss l-omm ma waqfitx tibki meta bdiet taħseb fuq il-familjari kollha li ħalliet warajha. Ma tafx għadhomx jorqdu barra, ma tafx għandhomx x'jieklu, biss taf li kulħadd

KURRENTI page 19

salva. Dawn il-familji kellhom djarhom mibnija fuq xatt ta' baħar. Dan huwa mod irħis ta' kif familja fqira jkollha saqaf fuq rasha. Imbagħad maltempata bħal Yolanda ssib ferm x'teqred fi ftit sekondi. L-istess mara stqarret miegħi li kif tisma' qatra xita qalbha tieqaf. Millewwel taħseb li ħa terga' tara ħerba sħieħa. It-tifel

 Filippini- tfal jilgħabu qalb munzell ħwejjeġ mibgħut b'donazzjoni għall-istess familji li qegħdin għar-refuġju f'dan iċ-ċentru.

 Filippini-bord aħdar li juri kemm familji u kemm membri neqsin jinstabu għall-kenn f'dan iċ-ċentru

tagħha, li waqt il-paniku talmaltemp ma tniffisx, ilu dawn l-aħħar jiem iqum jibki għalxejn b'xejn f'nofs ta' lejl. Tħossha ttraduta milluffiċjali tal-villaġġ tagħha li ma qalulhomx bil-maltemp li kien ser jolqothom. Li kieku kienu jitilqu mid-djar tagħhom u jilħqu jsalvaw xi affarijiet li kellhom, apparti li ħafna ħajjiet ta' nies ma' kienux jiġu mitmuma ħesrem. Ma tantx huwa possibli li tgħix f'Tacloban bħalissa 'l għaliex bosta ħabsijiet spiċċaw bil priġunieri maħruba minnħabba l-ħsarat li kissru l-bibien li kienu jżommu listess priġunieri maqfula.

B'hekk is-serq żdiet u ħadd minn dawk li għandhom ilħwienet m'huma qed jiftħu l-ħwienet tagħhom għax jibżgħu li jiġu misruqa. B'hekk hemm ġuħ kbir. Fil-ħin li qed nikteb dawn lerba' kelmiet din il-familja tinstab fi triqitha lejn Ilo Ilo. J’Alla ssib il-mistrieħ u rrefuġju mistħoqq lilha. J’Alla jirnexxielhom isibu mezz ta' kif jibnu ħajjithom mill-ġdid. Sa issa għadni ma nistax inneħħi minn quddiem għajnejja board kbir aħdar li tara kif tidħol fis-sala fejn kienu dawn in-nies. Fost xi ritratti ta' dawk li għadhom ma nstabux kien hemm miktub li f'dan iċ-ċentru hemm 17-il familja għallkenn li għandhom 65 membru tal-familja tagħhom neqsin sa issa. Fi kliem ieħor, kull familja tilfet 4 membri minn tagħha. DOREEN SALIBA STRIPES


|Inżuru Cousy-Franza

RESTAWRAR TA’ KASTELL ĠEWWA COUCY.

Bħala studenti ta’ larkitettura, aħna jkollna ħafna opportunitajiet biex insiefru ħalli nkomplu nitgħallmu u nesperjenzaw kulturi differenti ta’ arti u ta’ arkitettura. Din is-sena jien kont fortunat ħafna għaliex sirt naf b’esperjenza ta’ restawrar ġewwa Coucy, li huwa post fit-tramuntana ta’ Franza. Din l-esperjenza kienet tikkonsisti minn restawr tal-kastell ta’ Coucy kif ukoll ta’ ħafna żjarat ta’ mużewijiet ġewwa Pariġi.

Din is-safra kienet utli ħafna għalija, lewwelnett peress li jien nixtieq nkompli nistudja fuq restawr u konservazzjoni allura kelli l-opportunita’ li nitkellem ma’ ħafna nies mil-lokal li ilhom ħajjithom kollha jitgħallmu u jtejbu s-snajja tagħhom. Kien hemm ukoll min jispeċjalizza f’xogħol ta injam, ħadid u dawk li kelli x’naqsam magħhom jien kienu jispeċjalizzaw tal-ġebel. Il-persuna nkarigata bixxogħol ta’ bennej kien għaref ħafna f’xogħlu u għallimni ħafna ta’ kif taħdem il-ġebla tagħhom li hija simili mhux ħażin tal-ġebla Maltija.

ħfief fuq faċċata minnhom biex din tidher maħduma minn għodda antika. Il-bqija tal-faċċati kienu jiġu mtaqqbin ħalli meta nitfgħu il-mortar ta’ bejniethom ikollu fejn immur u ma jiġix miżmum. Hekk kif il-ġebel ta’ filliera sħiħa tkun Ix-xogħol li aħna kellna lesta konna nieħdu x-xogħol nagħmlu huwa li nerġgħu kollu lejn s-sit ta’ fejn ħa jitla’ ntellaw parti minn ħajt li l-ħajt u nibdew ntellaw kull ġie mwaqqa’ fit- Tieni ġebla waħda waħda f’posta. Gwerra Dinjija. Ix-xogħol li Ix-xogħol kien intensiv għaliex għamilna kien intensiv kull ġebla kienet tqila mhux għaliex bdejna naħdmu ħazin u konna ndawru kollox b’metodi medjevali biex b’idejna. L-aħħar parti millnkomplu ma’ l-istil talħajja ta’ din il-ġebla kienet li, kastell li ġie mibni fisbilli nużaw metodi antiki, seklu tlettax. Ix-xogħol nallinjaw kull ġebla malkien jibda’ l-ewwel billi faċċata. nippreparaw l-faċċati talġebla. Li konna nagħmlu Parti minn din il-‘Youth huwa li nagħtu daqqiet Exchange’ kienet biex kulħadd jesperjenza kultura ġdida. Kienet interessanti li aħna konna Coucy għax il-kultura tagħhom hija ferm differenti mill-kultura tan-nies li nisbu Pariġi. Dawn in-nies jgħixu f’villaġġ pjuttost żgħir u maqtugħ, allura jgħixu bhala kommunita’. >>

KURRENTI page 20

REEL TIME


KURRENTI page 21

L-ikel kien tipiku Franċiż, b’ħafna ‘quiches’ u l-platt tipiku tagħhom li huwa ‘Ratatouille’. Coucy bħala post huwa miftugħ ħafna, mdawwar b’foresti u muntanji, qisu post tal-ħolm. Il-villaġġ jikkonsisti min xi elf ruħ biss u dawn jew jgħixu fil-kastell jew fil-periferija tal-vilaġġ.

Li qegħdin jippruvaw jagħmlu, huwa li jerġgħu jġibu l-kastell lura ghal l-istat fejn hu kien meqjus bħala wieħed mill-isbaħ fil-pajjiż. Ħafna nies qabel it-Tieni Gwerra Dinija kienu jgħidu li Coucy huwa wieħed millisbaħ postijiet ġewwa Franza u anki kienu jmorru jżuruh nies ta’ ċertu klassi bħal ma huma rejiet u nies nobbli. Ftit jsiru attivitajiet f’dan ilpost imma ħaġa li jagħmlu kull sena hija l-irwol tażżmien medjevali fejn jinġabru ħafna nies għal xi ġimgħatejn u jirrestawraw ilkastell waqt li jkunu qegħdin lebsin ħwejjeġ ta’ dak iżżmien.

Nispera li meta nerġa nsir naf b’xi esperjenża oħra bħal din naħtafa ghax hija esperjenza mhux biss interessanti iżda l-fatt li tkun għamilt ċertu żmien ma’ nies ta’ kultura differenti tgħini biex nkompli nikber u nġib iktar ideat ta’ arti u nitgħallem snajja ġodda.

ROBERT PACE LYNKS


Opportunitajiet UE L-Unjoni Ewropea qiegħda tħares ‘il quddiem biex taħdem fuq politika biex tagħmel il-ħajja tal-irġiel, nisa u tfal aktar ferħana u d-deċiżjonijiet li dawn għandhom jieħdu aktar faċli. Illum qiegħdin f’sitwazzjoni fejn il-familji Ewropej qed ikollhom b’xi mod, mhux dejjem faċli, isibu bilanċ bejn il-familja u x-xogħol. Huwa proprju għalhekk li l-2014 ġiet imsejħa bħala s-sena Ewropea tal-bilanċ bejn ilfamilja u x-xogħol. L-2014 taħbat ukoll is-sena fejn fiha n-Nazzjonijiet Uniti ħa tkun qed tiċċelebra l-20 Anniversarju tas-Sena Internazzjonali tal-Familji.

KURRENTI page 22

Matul is-sena d-dieħla ħa tipprova tingħata lopportunita li tinħoloq politika li tipprovdi bilanċ xieraq bejn il-ħajja familjari u d-dinja taxxogħol. Affarijiet bħal inugwaljanza, ezklużjoni soċjali kif ukoll nuqqas ta’ effiċjenzja ekonomika ifissru li l-politika fuq ilbilanċ bejn ix-xogħol u lfamilja għandha tkun fuq quddiem f’kull qasam soċjali bħal pereżempju fil-qasam tal-impjiegi, sigurta soċjali u kif ukoll fledukazzjoni. Dan għandu jsir mhux biss fuq livell Ewropew imma wkoll nazzjonali.

Il-politika dwar il-bilanċ bejn il-familja u x-xogħol trid tingħata aktar importanza peress li permezz tagħha jkun hemm il-promozzjoni talugwaljanza bejn is-sessi u tippermetti lin-nisa jipparteċipaw fis-suq taxxogħol b’mod aktar faċli. Issena Ewropea tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja ser ikollha 4 temi prinċipali; • Tizgura bilanċ bejn ixxogħol u l-familja • Ittejjeb l-integrazzjoni soċjali • Tindirizza il-faqar filfamilja • Tipprovdi xogħol ta’ kwalita Is-sena Ewropea 2014 ser tkompli taħdem fuq politika li diġa kienet imħaddna qabel bħal dik tas-sena Ewropea 2010 li kienet iddedikata għallġlieda kontra l-faqar u lesklużjoni soċjali,

is-sena Ewropea 2011 iddedikata għall-volontarjat, is-Sena Ewropea 2012 iddedikata għall-anzjanita attiva u s-solidarjeta bejn ilġenerazzjonijiet u s-Sena Ewropea 2013 iddedikata liċ-ċittadini. Biex tħaddan ittemi msemmija, is-Sena Ewropea 2014 ser tkun qed taħdem biex tilħaq dawn loġġettivi; • Tqajjem aktar għarfien dwar il-politika eżistenti dwar il-bilanċ bejn ilfamilja u x-xogħol • Tfittex aktar impenn politiku lejn l-isfidi li lfamilji għandhom • Ikun hemm tixrid ta’ prattiċi tajbin ta’ politika fuq il-bilanċ bejn ixxogħol u l-familja • Tevalwa u tinkoraġġixxi prattiċi family-friendly u tizgura li dawn il-prattiċi jiġu mwettqa.

MARIE CLAIRE TESTA NRG


|Review tal-karozza… REEL TIME

MITSUBISHI L200 Storm 4WD Dan l-aħħar esperjenzajna temp xitwi, fejn kif jiġri normalment ma’ ftit xita, nofs ittoroq Maltin jegħrqu. U forsi konna għaddejjin minn xi triq mimlija ilma u xtaqna li kellna vettura għolja biex tkun iktar faċli ngħaddu. Din id-darba għandna pick-up, verżjoni limitata u esklussiva mill-Mitsubishi, xi ftit differenti mill-vannijiet li mdorrijin naraw.

KWALITA` Normalment, fuq pick-up, mhux se ssib l-istess kwalità bħal ta’ karozza. Iżda għax din hija verżjoni limitata, id-ditta ddeċidiet li tuża l-istess kwalità bħal ta’ SUV. B’hekk insibu sistema avvanzata ta’ 4WD u

kumdità ta’ karozza, bħal arja kundizzjonata, arm rest u head rests fuq quddiem u wara. Apparti dan, l-art fuq wara hija ċatta biex it-tielet passiġier xorta joqgħod komdu. Ħaġa li għoġbitni hi d-display li qiegħda weħidha, ftit ‘l fuq fiddashboard li turi ttemperatura, il-vultaġġ tal-batterija u speċi ta’ invell li juri kif u kemm hu maqlub il-vann - ħaġa utli ħafna jekk wieħed imur off-road bil-vann. L-iStorm joffri kumdità ta’ karozza bir-robustezza ta’ vann. PRATTICITÀ L-ewwel li wieħed jiġih f’moħħu hu n-nuqqas ta’ spazju fejn wieħed iżomm l-affarijiet msakkrin. Din ilprattiċità l-pick-up ma’ joffrihiex. Biss, illum hawn alternattivi fejn wieħed jista’ jagħlaq u jsakkar ilkaxxa. Din toffri spazju kbir fejn wieħed jista’ jerfa

KURRENTI page 23

KUMDITA` Meta wieħed jaħseb f’xi vann għoli, il-kumdità tkun daqsxejn diffiċli. Hawn qed nitkellmu fuq vann li apparti għat-toroq normali, armat ukoll għall-imħarbat, fejn m’hemmx toroq iżda blat, ramel u silġ. Biss, ilMitsubishi irnexxielhom joħolqu vann li hu komdu kemm fit-toroq normali kif ukoll fl-imharbat. Minn ġewwa kbir biżżejjed biex ħamsa min-nies joqogħdu komdi, għalkemm l-ispazju għal saqajn il-passiġġieri ta’ wara hu xi ftit ristrett. Personalment, nahseb li biex tirkeb huwa iktar komdu minn karozza għax m’għandekx għalfejn titbaxxa biex tinżel ġos-seat. Ovvjament vann pick-up m’għandux boot, biss filkaxxa wieħed jista’ jgħabbi li jrid.

PERFORMANCE Vann mhux se joffri l-istess ġibda u speed daqs karozza, biss huwa ferm qrib. Il-vann għandu magna 2.5 diesel, b’sistema Di-D intercooler turbo bi trasmissjoni 4speed automatic. Fissewqan, ma tindunax li qed issuq vettura kbira, biss meta wieħed jaqleb għassistema 4WD, billi juza ttieni gear lever, tonqos ilveloċità u tiżdied il-qawwa u l-ġibda tal-magna. Għaldaqstant, l-ekonomija fuq dan il-kobor ta’ magna mhix xi ħaġa li faċli titkellem fuqha, magna kbira naturalment se taħli aktar minn karozza normali.


l-affarijiet, u ankè affarijiet tqal hafna. Biss, din l-estensjoni tal-kaxxa tnaqqas xi ftit mill-istil u s-sbuħija tal-vann. Apparti hekk, fil-kabina wieħed isib spazji varji fejn tista’ terfa l-affarijiet żgħar ta’ kuljum. Id-dashboard għandu stil partikolari fejn wieħed jista’ jitfa’ xi kotba jew karti bla ma joqogħdu jiġru. Dan huwa fattur importanti jekk wieħed juża din it-tip ta vettura biex iġorr xi affarijiet jew jekk jagħmel xogħol manwali. B’hekk, pick-up b’erba’ bibien joffri l-prattiċità ta’ vann tax-xogħol u kif ukoll karozza tal-familja. SIGURTA` Il-fatt li vann huwa għoli u jidher b’saħħtu huwa fattur importanti fissigurtà. Jekk tkun involut f’inċident, pożizzjoni għolja fil-vettura u robustezza ta’ vann huma importanti. Għalkemm ilvann ma fihx airbags, xorta joffri sistema ta’ ABS għal brejkijiet u sistema ta’ traction control. Il-problema finnuqqas ta’ sigurtà daqs karozza normali hi li vannijiet ta’ dan it-tip ma jsirilhomx testijiet fuqhom bħal Euro Ncap rating, allura s-sigurtà ma tingħatax daqshekk importanza Għalhekk, permezz ta’ vann pick-up, wieħed għandu l-kumdità ta’ vann taxxogħol u karozza normali speċjalment jekk wieħed għandu l-passatemp ta’ xi dgħajsa u jrid xi ħaġa biex jiġbidha. Avolja, id-daqs tal-vann huwa kemmxejn akbar, ankè minn ta’ karozza kbira. Peress li qegħdin fi żmien ilMilied, din it-tip ta’ vettura hija utli ħafna għal Father Christmas għax jista’ jgħabbi aktar min-nofs tunnelata mingħajr problemi u bil-verzjoni 4WD jista’ ankè jgħaddi mis-silġ mingħajr problemi. Biss, għandi d-dubji tiegħi kemm żewġ tunnelati u nofs vann jista’ jtir .... MARK SPITERI LYNKS


2012 Dan ir-ritratt jismu ‘Lucy @ Playmobil’. Din kienet waħda mill-ħarġiet li saru f’ĊAMKamp (jew aħjar Mind the Gap) ta’ din is-sena fejn il-parteċipanti marru fil-fabbrika tal-Playmobil sabiex jgħinu lil Father Christmas f’attivita’ mat-tfal.


http://www.facebook.com/groups/ camyouths/


ĊAMYOUTHS

RAMPUNZELSTILTSKIN Christmas Pantomine 21/12/2013 – 05/01/2014 Malta BAY MUSIC AWARDS 21/12/2013 Bay Arena THOMAS SMITH CHRISTMAS CHARITY SWIM In aid of community chest fund. 29/12/2013 Tas-Sliema Malta THE GREAT GATSBY NYE Dinner Dance 31/12/2013 Corinthia Palace Hotel and Spa AN EVENING OF ITALIAN OPERA Donizetti, Bellini and Puccini 31/01/2014 Manoel Theatre Malta ARCHAEOACUSTICS CONFERENCE The archaeology of sound 19-22/02/2014 Corinthia Palace Hotel and Spa THE VOCA PEOPLE Singers and Beat box performers. 21-23/02/2014 MFCC THE VODAFONE HALF MARATHON Marathon, Hal-marathon and walkathon 23/02/2013 Mdina – Malta

FRAR

VALLETTA CHRISTMAS TRAIN A spectacular sightseeing tour of Valletta. 01/12/2013-31/01/2014 Valletta THE CRIB IN THE PRIORY Exhibition of cribs and baby Jesus statues 07/12/2013-15/12/2013 Rabat - Malta BEYOND THE BODY…THE SOUL Art exhibition by Ray Piscopo 08/12/2013 – 07/01/2014 Corinthia Palace Hotel and Spa THE HOBBIT EXHIBITION Artwork, Models and props from the movie 12-15/12/2013 The Granaries - Malta THE NUTCRACKER Live from the Royal Opera House 12/12/2013 Eden Cinemas PARSIFAL Live from the Royal Opera House 18/12/2013 Eden Cinemas CARLO MUSCAT AND JOE DEBONO Live at St. James Cavallier 20/12/2013 St. James Cavallier LITTLE RED RIDING HOOD AND YOU KNOW WHO.. Christmas Pantomine 21/12/2013 – 05/01/2014 Manoel Theatre

ATTIVITAJIET TALMILIED Attivita’ wara lquddiesa ta’ l10:00pm

JANNAR

CAROL SINGING Il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru 8:30am MATER DEI

DIĊEMBRU

SATURDAY MASS 8:00PM DAR ĊAMYOUTHS



Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.