Kurrenti - Ħarġa Numru 31 (01/2014)

Page 1

Ħarġa Nr. 31

Fra r / M a r z u


KONTENUT

ritratt RAKKONT

RITRATT RAKKONT................................................ 2

L-ISTORJA TA’ WARA R-RITRATT...

LEADERSHIP COMMITEE....................................... 4 SUPPORT TEAM..................................................... 5 Ħbieb,

MILL-MSSP............................................................ 6

bdiet sena ġdida u waslet l-ewwel ħarġa ta’ Kurrenti għall-2014! Kif tistgħu taraw bdejna s-sena b’dehra ġdida-ħsibna li nagħtu ftit arja friska lil dan il-magazin li jiġbor lilna l-membri ta’ ĊAMYouths flimkien. Prosit kbira lid-design team f’Konnekxins taxxogħol kollu tagħhom. Bdejna s-sena ukoll b’iktar artikli interessanti u b’għażla vasta ta’ suġġetti biex żgur nolqtu lil kulħadd. Bħal dejjem nistedinkom tibagħtu l-kummenti u l-feedback tagħkom fuq kurrenti@ camyouths.com. Nispera li tieħdu gost taqraw daqs kemm nieħdu gost naħdmu fuq dawn il-ħarġiet!

IL-KEBBIES............................................................ 7

Nispera li l-2014 bdiet b’mod tajjeb. Narakom Geraldine Powell [Crossroads]

ġna a p ’ f r a t k i Aqra

22

KOMUNITA’............................................................. 8 ESPERJENZI........................................................ 10 ĠURNATA FIL-ĦAJJA TA’..................................... 12 SAFAR................................................................... 14 FUQ ERBA’ ROTI................................................... 16 RESTAURANT REVIEW......................................... 18 BEAUTY TIPS........................................................ 20 FATTI KURJUŻI..................................................... 21 AVVIŻI................................................................... 22

JEKK GĦANDEK XI RITRATT INTERESSANTI U TIXTIEQ LI JKUN UŻAT BĦALA RITRATT GĦALL-COVER PAGE, IBGĦATULNA FUQ: kurrenti@camyouths.com

Kordinatur: Nathan | Editur: Geraldine | Vici Editur: Shaun | Disinn: Rowena, Diane, Bob


minn ANABEL MIFSUD [Sin Frontieras]

SUPPORT TEAM

minn ROWENA CARUANA [Takara`]

G

B

ħeżież ħbieb,

Nittama li tinsabu tajbin. Ma jonqosx li f’din l-ewwel ħarġa ta’ Kurrenti għal din is-sena, f’isem il-Leadership Committee nawguralkom xewqat sbieħ għas-sena l-ġdida. Kull bidu ta’ sena, xi ftit jew wisq, igib mieghu pjanijiet dwar dak li nixtiequ nwettqu matul dik is-sena, kemm fuq livell ta’ ħidma kif ukoll fuq livell personali. Għal dawn l-aħħar ġimgħat, ilmembri tal-Leadership Committee kienu impenjati jħejju għas-sena l-ġdida. Fost l-attivitajiet li kkunsidrajna u ħdimna fuqhom, ma naqsux il-preparamenti għall-esperjenzi ta’ volontarjat li noffru kull sajf. It-tħejjijiet għal dawn l-esperjenzi jinvolvu proċess sħiħ li eventwalment iwassal għall-pubblikazzjoni tal-applikazzjonijiet fuq il-websajt ta’ ĊAMYouths. Ix-xogħol fuq l-esperjenzi jibda ħafna xhur qabel, meta niltaqgħu mal-gruppi differenti li jkunu marru fuq waħda mill-esperjenzi dik is-sena, sabiex nagħmlu l-evalwazzjoni. L-informazzjoni li jgħaddulna l-voluntiera hija ferm siewja u tgħin sabiex insaħħu l-esperjenzi li ilna noffru għal dawn l-aħħar snin. F’dan il-perjodu nikkunsidraw ukoll esperjenzi ġodda li nħossu li huma addattati u ta’ benefiċċju li niftħuhom għal-ĊAMYouths. Wara l-għażla tal-esperjenzi nfushom, il-proċess ikompli bl-għażla tal-koordinaturi għalihom, ukoll bl-għażla tal-membri li jagħmlu parti mill-PDT. Din il-parti tal-proċess mhijiex dejjem faċli peress li teħtieġ li nfittxu u naviċċinaw membri minn ĊAMYouths li naħsbu li huma addattati li jmexxu l-esperjenzi jew li jakkumpanjaw il-gruppi fil-mixja ta’ preparazzjoni qabel l-esperjenza. Minkejja d-diffikultajiet li joffru dawn l-għażliet, ikolli ngħid li din is-sena ix-xorti daħqitilna, għax dawk il-membri li iddentifikajna kollha laqgħu b’entużjażmu l-istedina li poġġejnielhom! Wara dan kollu, jkun fadal l-aħħar pass, li nippubblikaw l-applikazzjonijiet, permezz talgħajnuna ta’ Nathan. Infatti s-sejħa għall-applikazzjonijiet ħarġet fil-bidu ta’ dan ix-xahar. Din is-sena qed nerġaw noffru dawn l-esperjenzi: Napli, La Goulette (it-Tuneżija), Blarney (l-Irlanda) u għall-ewwel darba ftaħna l-esperjenzi għall-Pakistan u għall-Irlanda. Minkejja ix-xogħol involut, huwa ta’ sodisfazzjon kbir li naraw l-applikazzjonijiet deħlin mingħand żgħażagħ interessati li jagħmlu l-esperjenzi. U hu ta’ sodisfazzjon akbar meta naraw membri minn ĊAMYouths jilqgħu din l-isfida. Dan hu mod ħaj ta’ kif aħna bħala ĊAMYouths ngħixu l-ispirtu ta’ missjoni bħala wieħed mill-pilastri li fuqhom hija msejjsa ĊAMYouths. Għaldaqstant inħeġġukom sabiex tagħtu titwila l-applikazzjonijiet li għadna kif ħriġna u tiddiskutuhom mal-guide tagħkom. Nagħlaq billi nixtieq lilkom u l-għeżież tagħkom sena mimlija paċi, ferħ, imħabba u missjoni lejn xulxin.

“Dan hu mod ħaj ta’ kif aħna bħala ĊAMYouths ngħixu l-ispirtu ta’ missjoni bħala wieħed mill-pilastri li fuqhom hija msejjsa ĊAMYouths.”

ħala Support Team kien imiss li apparti li niltaqgħu għal-laqgħat tas-soltu, peress li kien wasal Diċembru, ħsibna li nerġgħu norganizzaw xi attivitajiet għall-żmien ilMilied. Iltqajna flimkien mal-Activity Team, u ddeċidejna li apparti l-Christmas carolling, nerġgħu nagħmlu attività li tkun wara l-quddiesa ta’ Lejliet il-Milied. Għal dawn l-aħħar sitt snin kienet qed issir l-attività ta’ carolling ġewwa l-isptar Mater Dei u din is-sena ma kienitx eċċezzjoni. Inġbarna minn kmieni u flimkien mal-grupp organizzattiv rħejnielha nkantaw u nduru l-wards talisptar, filwaqt li Father Christmas iqassam ir-rigali lil kull min inżuru. Din hija l-unika ġurnata fis-sena li anke dawk li bħali huma dik il-ħarira stunati, jistgħu jkantaw ukoll! Matul il-ftit siegħat li għamilna nduru ġewwa l-isptar tinnota ħafna nies li, għalkemm jkunu għaddejin minn mumenti kemmxejn diffiċli fil-ħajja tagħhom, għal ftit sekondi rnexxielna nġibulhom tbissima. Nixtiequ nirringrazzjaw lil Dorianne Galea (Takara) li kull sena tagħmel il-kuntatti meħtieġa biex inkunu nistgħu ningħaqdu f’din l-attività. Wara din kien imiss l-attività ta’ Lejliet il-Milied li kienet tirrikjedi ħafna xogħol. Diversi persuni mill-Activity Team offrew l-għajnuna tagħhom għal din l-attività u l-preparamenti bdew mexjin ġmielhom. Dakinhar filgħodu ltqajna biex niffinalizzaw l-aħħar ftit affarijiet. Lejliet ilMilied kienu ħafna li attendew għall-quddiesa, u s-sena d-dieħla beħsiebna nniedu proġett ta’ rikostruzzjoni talkappella, biex jiġu akkomodati iktar nies! Għall-attività ta’ wara kien hemm madwar ħamsin ruħ, li kien ammont pjuttost sodisfaċenti għall-fatt li l-attività ta’ żmien ilMilied kienet ilha xi ftit ma ssir. Minkejja dan ħafna minnies li attendew dehru li ħadu gost waqt l-attività u kien hemm bosta li avviċinawna biex nerġgħu nibdew nagħmlu attivitajiet bħal dawn li għal raġunijiet varji kienu waqfu jsiru. Bħal ma tafu f’dawn l-aħħar ftit xhur qed jiġi organizzat ukoll il-film night. Kull xahar ikun hemm tema u permezz ta’ votazzjoni fuq facebook jiġi magħżul film. Din l-attività ssir ġewwa Dar ĊAMYouths u tkun okkażjoni fejn nistgħu niltaqgħu ma’ nies minn komunitajiet differenti waqt li naraw xi film interessanti. Nixtiequ nirringrazzjaw lil Justin Galea (Crossroads) li ta’ kull xahar jieħu ħsieb jorganizza din il-lejla. Bħala Support Team, nixtiequ nħeġġu lil kull individwu jew komunità li jkollhom xi ideja li jixtiequ li tiġi organizzata għal ĊAMYouths, biex jew javviċinaw lil xi ħadd minna jew jibgħatulna email fuq st@camyouths.com.


IL-KEBBIES

mill-mssp minn Fr.MARTIN GALEA

LECTIO DIVINA

minn Fr. KARM DEBATTISTA

il-prova vera tal-libertà

J

ien u naħseb x’jista’ jkun il-kontribut tiegħi għal Kurrenti din is-sena, ġieni f’moħħi li noffri skema għal Lectio Divina, il-metodu ta’ talb li diversi komunitajiet qed iħaddnu. Għalhekk, kull darba se nagħżel wieħed mill-Evanġelji li jkun se jinqara fil-Ħdud li ġejjin u naqsam magħkom ftit riflessjonijiet. Nispera li ssibuhom ta’ għajnuna.

J

Mattew 5: 38-48 Il-Ħadd, 23 ta’ Frar, is-Seba Ħadd Matul is-Sena, se naqraw dan l-Evanġelju. Huwa mportanti li wieħed jibda’ l-Lectio Divina billi kulħadd jinġabar fis-skiet u ssir talba lill-Ispirtu Qaddis t’Alla biex ikun hu li jdawwal lill-moħħ u l-qalb ta’ dawk preżenti. Wara jinqara bil-mod l-Evanġelju, u wara ħin ta’ skiet wieħed jista’ jirrepeti xi kelma jew frażi li jħoss li qed tolqtu f’dak il-mument.

Riflessjoni L-ewwelnett importanti nifhmu l-ispirtu li fih tinstab din is-silta. Hija parti mid-diskors tal-muntanja li nsibu flEvanġelju ta’ San Mattew, diskors li fih Ġesú jesponi mod ġdid ta’ għixien. Nagħmlu żball jekk nħarsu lejn dan il-kliem bħala kmand ta’ kif aħna għandna ngħixu, qisu xi obbligu, piż, li Ġesú qed ipoġġi fuqna. L-Aħbar it-Tajba ta’ Ġesú hija li hu ġabilna Spirtu li permezz tiegħu nistgħu nwettqu dan il-kliem, li ma jkollniex bżonn il-vendetta biex inħossuna aħjar. In-nisrani, għax jinduna li rċieva ħafna mħabba, huwa msejjaħ li jġib rivoluzjoni ta’ mħabba, għax l-imħabba biss hija dik li ġib bidla ta’ vera. Forsi jista’ jgħinna l-kliem ta’ Martin Luther King fuq din is-silta:

“The oceans of history are made turbulent by the flow of always insurrecting revenge. Man never raised above the commandment of the lex talionis: “Life for life, eye for eye, tooth for tooth, hand for hand, foot for foot.” In spite of the fact that the law of revenge does not solve any social problem, people continue to pursue his disastrous leadership. The story echoes the noise of the ruin of nations and individuals who have followed this self-destructive path. Jesus from the cross stated eloquently a higher law. He knew that the old law eye for an eye would make all blind, and did not try to overcome evil with evil: he won the evil with good. Crucified by hate he responded with aggressive love. What a wonderful lesson! Generations will rise and fall, man will continue to worship the god of vengeance and prostrate before the altar of retaliation, but then more and more this noble lesson of Calvary will be an urgent warning that only goodness can eliminate the evil and only love can overcome hate. “

Mistoqsijiet • Qatt irnexxieli naħfer xi ħsara jew inġustizzja li soffrejt? • Nemmen li l-maħfra hija bil-bosta aqwa mil-vendetta? • Nitlob għall-grazzja li jirnexxieli naħfer, u ninħeles minn xi piż li nġorr f’qalbi?

MAĦFRA:

ekk dan it-titlu jidher ftit paradossali għalik, tajjeb. Għax hekk hu, għallinqas mal-ewwel daqqa t’għajn. Imma llum qed ngħidlek li jekk trid tkun taf intix vera liberu jew libera, allura, għaraf kemm int kapaċi tiffaċċja sitwazzjoni ta’ maħfra.

“Jekk jirnexxielek taħfer irrealtà, allura jirnexxielek taħfer kollox.”

Interessanti tkun taf li żewġ terzi tat-tagħlim ta’ Ġesù hu dwar il-maħfra, direttament jew indirettament. Fil-fatt, il-konklużjoni tiegħi hi li t-tagħlim kollu ta’ Ġesù għandu żewġ aspetti: il-maħfra u l-inklussività. Dan ifisser li jekk l-Iben ta’ Alla ħa dilbattikata biex jinżel f’nofsna iwasslilna dan il-messaġġ, allura, tkun bluha li jien ninjorah. Il-maħfra mhix dwar persuna waħda jew storja waħda. Hi dwar l-attitudni sħiħa tiegħek. Hi dwar jekk taħfirx ir-realtà kollha ta’ madwarek li hi mkissra. Hu biss meta tasal biex taħfer dan kollu li tkun kapaċi taħfer ukoll lil min iweġġgħek. Jekk ma tagħmilx hekk, mintix ser issib raġuni loġika biex taħfer lil min jagħmillek ilħsara. Jekk jirnexxielek taħfer ir-realtà, allura jirnexxielek taħfer kollox. Meta naħfru, inkunu qed nagħżlu li ma nimxux fuq dak li nħossu, dak li jrid l-ego tagħna, fuq l-identità tagħna li ġiet imweġġa’, imma nsibu l-identità tagħna fuq livell kompletament differenti – il-livell divin. Fil-fatt, ma naħsibx li nistgħu qatt insiru nafu lil Alla barra mill-misteru tal-maħfra. Kull darba li Alla jaħfer (u Alla jaħfer dejjem), Alla qiegħed jgħid li r-regoli tiegħu stess mhumiex aktar importanti mir-relazzjoni li jrid li jkollu ma’ kull wieħed u waħda minna. L-esperjenza ta’ din it-tip ta’ maħfra assoluta hi biżżejjed biex twassalna nafdaw u nfittxu u nħobbu lil Alla. Anzi, hi biss il-maħfra li twassalna biex niskopru lil Alla fuq dal-livell. Ħafna spiritwalitajiet jitkellmu dwar li tkun kapaċi titlaq (letting go) kollox. Il-kelma reliġjuża għal dan hi “maħfra”. Kif? Int tara dan il-mument diffiċli u imperfett tassitwazzjoni, u titlaqha f’idejn Alla. Tirrifjuta li tħalli din il-parti negattiva tal-istorja tiegħek tikkontrollalek ħajtek, jew agħar, tiddefinixxi lil ħajtek. Dan hu mod differenti, anzi, ħafna differenti, ta’ kif tgħix. Ġesù ġie biex jilliberak fl-għixien sħiħ tiegħek. Fi kliem ieħor meta tara l-iżball, tiegħek u tal-oħrajn, il-parti mdallma tal-bniedem, ma tidentifikax lilek innifsek miegħu. B’dal-mod, int tkun verament liberu jew libera. Allura l-maħfra hi l-unika prova li int meħlus/a. F’dan il-mument tal-maħfra int tixbaħ lil Alla u tidentifika lilek innifsek miegħU.


komunita’

H

ekk kif intqalilna li għandna niktbu artiklu fuq il-komunità tagħna, ngħidu d-dritt, konna ftit perplessi, għaliex meta tkun parti minn komunità diffiċli toħroġ ’il-barra mill-grupp u tħares minn lenti ta’ barrani. Imma hekk ikollna nagħmlu. Agora, ċioè il-komunità, għax l-isem ġie wara peress li għamilna l-isbaħ tlett snin biex niddeċiedu l-isem, bdiet fis-sajf tas-sena 2007. Dak iż-żmien għall-ewwel laqgħa konna ntqajna sebgħa u erbgħin ruħ għax kulħadd kellu l-impressjoni li ċ-ĊAMYouths kien estensjoni tas-snin tas-sekondarja fejn kien se jkollna ċans nivvintaw paprati eżatt daqs kemm ħloqna f’dawk il-ħames snin ta’ qabel. Pero wara ftit żmien bdejna nintebħu li l-komunità hi xi ftit iktar minn hekk.

AG O R A “baqgħet issostni li din il-ħaġa għadha trid tiżvolġi”

Kieku l-komunità tagħna kienet kalamita, għid li dejjem konna naqilbu l-orjentazzjoni tagħna l-oppost ta’ dik tal-guide għaliex ma tantx kellna suċċess. Marie Claire kienet dik li rat xi ħaġa fina u baqgħet issostni li din il-ħaġa għadha trid tiżvolġi. Sew għamlet għax kien propju bis-saħħa tagħha li kbirna u ħadna il-forma ta’ komunità. Tant kien ta’ suċċess dan il-għan, li ħasset li issa kien iż-żmien li tista’ ittem dan l-impenn tagħha magħna. Hehe. Għax issa sirna komunità. U ngħidu d-dritt, naħseb bħal kull komunità oħra dan ikun naqra diffiċli biex iseħħ. Kulħadd bl-impenji tiegħu, biss biss dejjem tkun xi ħaġa eroika dik li jirnexxielna nintaqgħu. Imma fejn hemm ir-rieda... Bħalissa bħala komunità se nirħula fuq vjaġġ novel u mhux mirfus qabel, peress li wara dawn is-snin kollha b’guide wieħed, se jkollna tnejn. Id-dinamika trid tadatta, iċ-ċajt jrid jadatta, anke l-ammont ta’ siġġijiet fil-kamra tal-laqgħa jrid jadatta. Kbirna fin-numru u nittammaw li se nikbru bħala komunità wkoll. Għal dan il-vjaġġ tgħidx kemm aħna ħerqana iżda biex nkunu umli, flok avventura laqqamniha “mixja kajmana”. Aħna, iġifieri Kyle, Marco, Olaf, Francesco, Matthew, Daniel, Karl, Glenn u Kevin, qed nistennew din il-mixja b’ħerqa kbira u kull drink li qed nieħdu dan l-aħħar (li huma ħafna) qed nofruh għal futur!


ESPERJENZI

COOKIE BAKING B’RISQ ILFILIPPINI Għalkemm mhux kulħadd mill-komunità seta’ jattendi għall-cookie baking fil-ġurnata stipulata kulħadd ta s-sehem tiegħu b’mod jew ieħor. Ikkordinajna ma’ Fr. Frankie biex inkunu nistgħu nużaw il-kċina ta’ San Gużepp. Ħadna ħsieb li nagħżlu riċetta u li jinxtraw l-ingredjenti li kienu parti mis-suċċess ta’ din l-attività. Dakinhar li ltqajna bdejna nħawwru, nkejlu, nħalltu u nippruvaw nagħmlu dawn l-imberkin cookies għaliex skoprejna li kienet l-ewwel prova għal kull min kien preżenti. Bejn ftit stress, bejn ftit daħq u bejn ftit taħditiet ‘hekk suppost tkun il-konsistenza tat-taħlita, żgur?’ irnexxielna nkunu produttivi fejn f’temp ta’ sagħtejn irnexxielna nagħmlu tnax-il tilar cookies. Però f’dan l-istadju xorta konna xettiċi ta’ kif se jkun ir-riżultat aħħari. Blgħajnuna ta’ Fr. Frankie ħmejnihom fil-fran u ħallejnihom jibirdu biex ikunu jistgħu jiġu ppakjati sabiex jinbiegħu. Ippakjanihom u kulħadd ħa ħsieb li jbiegħ xi ftit boroż fuq ix-xogħol. Sad-disgħa tal-għada filgħodu kollox kien inbiegħ u kien sens ta’ ferħ kbir. Għalkemm is-somma miġbura kienet waħda żgħira ta’ €165, però kienet waħda minn qlub kbar. Inħeġġukom biex bħala komunitajiet toħorġu b’inċentivi simili fejn bħala komunità toħolqu attivitajiet fejn tkunu tistgħu tikbru bħala grupp kemm fiddinamika u kemm fil-ħbiberija u fl-istess ħin jintlaqat wieħed mill-pilastri fi ħdan iċ-ĊAM, dik ta’ missjoni.

F

il-komunità tagħna ħaddanna l-pilastru ta’ missjoni bħala wieħed mill-modi ta’ kif niddedikaw il-ħin tagħna f’laqgħat matul is-sena billi nagħmlu outreach kultant żmien. Bħala komunità dejjem nippruvaw nolqtu setturi differenti mis-soċjetà b’attivitajiet diversi li nagħżlu biex nagħmlu flimkien. Din id-darba Christine issuġġeriet biex nagħmlu attività ta’ cookie baking fejn il-fondi jmorru b’risq il-Filippini. Ir-raġunijiet li din id-darba ntgħażel li l-fondi jmorru speċifikament il-Filippini huwa minħabba li f’Diċembru li għadda il-pajjiż intlaqat minn maltemp kbir, u kif ukoll Doreen, li hija persuna mill-komunitajiet tagħna, qed toffri sena ta’ servizz fil-Filippini u għalhekk il-fondi setgħu jingħataw direttament lilha.

minn ANGELA VELLA [Onyx]


gurnata fil-hajja ta’... minn MAROUSKA ZAHRA [Jovenes]

24h

FULL-TIME MUMMY

Meta le, nagħti lil Luca yoghurt u frotta u noqogħdu nilgħabu jew joqgħod ‘jgħini’ inkompli dak li ma nkunx leħħaqt nagħmel. Xis-6.30 nieklu flimkien u wara nagħtuh banju. Il-ħin tal-irqad jikkonsisti fi storja minn ktieb li jagħżel Luca, song, bottle u iktar tiġbid tax-xagħar jekk ikun imiss lili li nraqqdu. Nerga’ noħroġ mill-bedroom, imqanfda u nibda nagħmel ix-xogħol ‘tiegħi’, bħal emails, preparation u corrections. Norqod xi nofs il-lejl, għajjiena mejta, waqt li nibqa’ nittama li jiġi lejl fejn ma jkollix inqum diversi drabi bit-tiġbid taxxagħar. M’hemm xejn isbaħ mill-mumenti li nkun ma’ Luca, u noqgħod nosservah kemm qed jitgħallem, kemm diġa’ jaf ikun assertiv, kemm iħobb jilgħab bl-affarijiet li għandu għal qalbu, kemm iħobb jittanta l-qattusa, kemm jaf jimmutettja, kemm ikun jidher kuntent meta jipponta lejja u jgħajjat ‘mama’, lejn Adrian ‘papa’ u meta nsaqsuh ‘U Luca fejnu?’ u bi tbissima jipponta b’subgħajh lejn imnieħru.

“M

a tarax... nieqaf naħdem full-time? U l-karriera?” Hekk kont naħsibha sa sena u nofs ilu. Imma hekk kif twieled Luca bdejt inbiddel l-idea. Iktar ma bdew għaddejjin il-jiem, il-ġimgħat, ixxhur... aktar ħassejt ix-xewqa, u l-bżonn, li nipposponi x-xogħol full-time bi ftit xhur oħra, mbagħad b’sena, mbagħad b’oħra, u issa d-deciżjoni hi li nistenna sakemm Luca jibda skola. Biex inkun eżatta, apparti li jien 24-7 mama’, naħdem xi 10 siegħat fil-ġimgħa, bejn lezzjonijiet tal-privat u bejn lectures. Dan jirrikjedi wkoll siegħat oħra ta’ preparazzjoni u corrections. F’ġurnata tipika, inqumu xid-9 ta’ filgħodu (għiru!!! Din sabiħa wisq u ser nimmissjaha ladarba nerga nibda nahdem full-time) Luca jeħodni sal-highchair

biex nieħdu l-breakfast: banana, cereals bil-ħalib u orange juice... Jiena wkoll nieħu l-istess breakfast għax jekk nażżarda noħroġ croissant addio c-cereals! Inbiddlu n-nappy u nilbsu ħwejjeġ sbieħ jekk ser noħorġu, jew ħwejjeġ inqas sbieħ jekk ser nibqgħu ġewwa. Waqt li Luca joqgħod jilgħab ftit, indur dawra l-kmamar u niżbarazza dak li jkun inqala’ fi kwarta (li ħafna drabi jkun jinkludi it-tibdil tal-lożor... min jaf għal xhiex!) Mbagħad tibda l-attivita’ tal-ġurnata. Daqqa mmorru flimkien ‘mum-and-baby club’ fejn jiltaqa’ ma’ toddlers oħra u nagħmlu attivitajiet li jinvolvu mużika u logħob; drabi oħra mmorru ftit sal-bandli. Darba fil-ġimgħa mmorru lezzjoni talgħawm. Xi drabi, nibqgħu d-dar u nagħmlu xi crafts, jew nilagħbu bil-blocks, kotba, puzzles ecc. Inħobb naqra fuq l-iżvilupp tat-trabi u toddlers, u nipprova

ninkludilu attivitajiet li jgħinu f’dan l-iżvilupp. Ġieli jiġi miegħi ndur fuq xi qadjiet, u l-hena tiegħu jaħrat ilħwienet u jistaħbali wara l-affarijiet. Drabi oħra, inkluż meta jkolli lectures, nieħdu playschool għal sagħtejn. Xi 12.30 ta’ wara nofs in-nhar insajjar xi ħaġa ħafifa u nieklu, mbagħad ikun wasal il-ħin tan-nap. Sfortunatament Luca jorqod billi jġebbed u jħarbat xagħri. X’ħin jorqod, inqum inkiss inkiss, xagħri mqanfed qisni ħadt xokk, u noħroġ mill-kamra tas-sodda biex nibda x-xogħol taddar. Nixgħel it-TV fuq TVpm, nagħmel mug te, u noqgħod naħsel, infarfar, naħsel il-ħwejjeġ eċċ eċċ... (din il-parti tal-housewife) X’ħin iqum Luca, li normalment ikunu xi 3.30 ta’ wara nofs in-nhar, ikun wasal Adrian. Meta jkolli l-privat, jumejn fil-ġimgħa, dan ikun il-ħin li nagħmlu c-changeover u nitlaq għall-privat u nasal lura xi 8 ta’ filgħaxija.


minn ROBERT FACCIOL [Crossroads]

SAFAR

G

ROAD TRIP Is-sabiħ ta’ road trip hu li jkollok ċans iżżur postijiet bħal irħula żgħar li kieku jkunu ftit difficli biex tilħaqhom. Hi opportunita sabiħa wkoll biex tqatta’ naqra ħin u ssir taf iktar lil sħabek li tkun sifirt magħhom (sakemm ma tinzertax dejjem dak li jsuq!), wara kollox il-kumpanija li tkun fiha hi l-parti l-kbira tal-pjaċir. Żgur li dan mhux se jkun l-aħħar road trip, u jekk qatt ma mortu nissuġġerilkom li xi darba tippruvawha!

ħalkemm kelli ċ-ċans insiefer bosta drabi f’dawn l-aħħar snin, kont ilni nixtieq immur fuq road trip, u flaħħar ġiet l-opportunita. Ħriġna bl-idea, ingħaqadna grupp ta’ nies, u bdiet l-avventura. Il-pjan mfassal kien jinvolvi li nżuru tliet pajjiżi: l-Awstrija, is-Slovenja u l-Italja. Tlaqna filgħodu kmieni lejn Vienna, ħallejna l-affarijiet fil-lukanda u bdejna induru bil-mixi, u nixtru u nduqu ftit ċikkulata u apple strudel tal-post - ma tistax ma tagħmilx hekk ġo l-Awstrija! Morna naraw l-Aida ta’ Verdi ġewwa l-Opera House ta’ Vienna. Din kienet l-ewwel esperjenza għalina kollha li morna naraw opera. Kien minn Vienna li ġbarna il-vann li konna se nivvjaġġaw bih, u l-avventura ta’ sewqan barra minn pajjiżna millewwel bdiet b’daħka. Dan għaliex il-GPS beda jgħaddina minn postijiet strambi, saħansitra ħin minnhom spiċċajna nsuqu wara tram! Wara ftit indunajna li l-imbierek GPS kien għadu ssejtjat fuq pedestrian-mode! Dħaknieha u (wara li rranġajna s-settings) soqna lejn Melk, raħal żgħir u kwiet, fejn qattajna lejl u żorna il-monasteru Benedditin tal-post.

L-għada filgħodu, wara tlett ijiem ġewwa l-Awstrija, soqna qalb ħafna rħula żgħar lejn Bled fis-Slovenja. Dal-post nimmaġinah post tal-ħolm, mill-ewwel jolqtok: għadira kbira bi gżira żgħira f’nofsha u kastell fuq irdum iħares għal fuq il-lake. Ġewwa Bled għamilna numru ta’ attivitajiet li kellna ibbukjati ġol-park nazzjonali Triglav. Ġie għalina il-gwida Jaka u għamel ġurnata jdawwarna bil-vann ġo dan il-park, joħodna f’postijiet ta’ interess u veduti spettakolari. Parti mil-ġurnata kienet tinvolbi sessjoni ta’ rafting fix-xmara Soča, fejn uħud minnha spiċċaw imxarrbin sew. L-għada morna canyoning ma’ gwida ieħor, attivita tal-ġenn li tinvolvi abseiling, climbing, għawm, qbiż u sliding fix-xmara, u li ttik rush kbira ta’ adrenalina, u xi kultant taqtagħlek nifsek ukoll bilkesħa tal-ilma li taqbeż fih! Minn Bled morna Ljubljana, fejn dorna ċ-ċentru tal-belt (li hu zona pedonali) bil-lejl fuq roti li krejna mil-lukanda. Għalija kien mod ġdid u interessanti kif nara l-post, għalkemm kelli bżonn ftit prattika fuq ir-rota sakemm qbadt sew. Minn Ljubljana morna Verona, fej qattajna l-aħħar lejl tal-btala qabel ma qbadna l-ajruplan lura minn Milan. Hawnhekk dorna l-belt bil-mixi, u fost oħrajn rajna il-famuża gallarija ta’ Ġuljetta mid-dramm ċelebri ta’ William Shakespeare.


MAZ DA D E MIO

fuq minn MARK SPITERI [Lynks]

erba’ roti

M

agħrufa wkoll bħala l-Mazda 2, hija l-iżgħar karozza tad-ditta Mazda li ssegwi fuq il-passi tal-Mazda 121, karozza li kienet għamlet suċċess kbir fis-settur tagħha. B’din il-karozza l-Mazda komplew bis-suċċess, u dan jidher ċar blammont ta’ karozzi ta’ dan it-tip fit-toroq Maltin.

Kumdità

Stil

Karozza żgħira imma komda ħafna fis-sewqan. IlMazda irnexxielhom jagħmlu l-karozza ħafna eħfef millkompetituri tagħha, b’hekk toffri aktar sportività fissewqan u tagħti pjaċir lix-xufier. Il-karozza tista takkomoda ħames persuni b’mod komdu, anke grazzi għall-ispazju kbir li toffri fuq wara. Il-bieba ta’ wara tinfetaħ għal kważi disgħin grad biex toffri aċċess tajjeb. Personalment ma tantx laqtitni n-naħa ta’ quddiem tal-karozza. Għalkemm il-karozza tagħti pożizzjoni tajba lix-xufier u l-passiġġier, personalment ħassejtni xi fti klawstrofobiku. Forsi l-istil tad-dashboard ma tantx jgħin.

Nazzarda ngħid li l-Mazda 2 hija waħda mill-isbaħ karozzi, jekk mhux l-isbaħ, f’dan is-settur. Il-linji tagħha, speċjalment mill-ġenb, jagħmilha attraenti ferm. Dawn il-karozzi joħorġu b’kuluri jgħajjtu bħal aħdar u oranġjo li jkomplu jagħtu dehra sportiva lill- karozza. Fuq ġewwa wieħed jolqtu l-gear-lever elevat u l-istil sempliċi taddashboard. Fattur ieħor li laqatni huwa l-glove-box. Mingħajr ma jiftaħha, wieħed jista’ jdaħħal jew joħroġ affarijiet żgħar bħal xi cd jew karti.

Performance Il-mudell li soqt kien armat b’magna 1.5 petrol, b’sistema DOHC 16-valve. Il-magna tagħti saħħa raġonevoli lillkarozza, speċjalment imbagħad karozza ħafifa bħal ma hi din. Il-karozza ttella’ veloċità adekwata u b’ekonomija raġonevoli.

Kwalità Dan il-mudell partikolari għandu d-dwal u l-wipers jixegħlu waħidhom meta jkun hemm il-bżonn. Għalkemm wieħed ma jsibx soft touch plastics fil-karozza, xi ħaġa normali minn ditti Ġappuniżi, ġewwa tal-karozza jidher u jinħass ta’ kwalità tajba. Apparti l-affarijiet essenzjali, wieħed isib ukoll radju bi screen tad-DVD. Il-problema hi li peress li l-karozza ġiet mill-Ġappun, is-sistema tarradju hija bil-Ġappuniż li s’issa għadni ma tgħallimtx. Dan pereżempju jagħmilha diffiċli li wieħed jirranġa l-ħin jew isib l-istazzjonijiet kollha tar-radju. Laqatni l-fatt ukoll li ċ-ċavetta tal-karozza tingħalaq, din issostni kwalità tajba mid-ditta Mazda. Ma tantx għoġobni l-fatt li l-bieba talboot mhux miksija bit-tapizzerija, li jħalli l-pjanċi u l-wires tal-heater tal-ħġieġa ta’ wara esposti.

Prattiċità Kont sorpriż hafna bl-ammont ta’ spazju li joffri l-boot talMazda 2. Għalkemm l-art hija xi ftit baxxa, li tagħmilha diffiċli biex wieħed joħroġ u jdaħħal affarijiet tqal ġol-boot tal-karozza, id-daqs huwa tajjeb ħafna. Apparti dan ilkarozza hija żgħira u għalhekk faċli biex wieħed jużaha u jipparkjaha.

Sigurtà Il-karozza għandha żewġ airbags, alarm u immobiliser għall-magna. Il-Mazda 2 ingħatat ħames stilel għassigurtà tal-passiġġieri u erba’ stilel għas-sigurta tat-tfal fil-karozza. Personalment ma tantx laqatni li s-seatbelt tat-tielet passiġġier fuq wara, il-Mazda ma għamluhx 3-point bħall-maġġoranza tal-karozzi moderni.


minn RENZO KERR CUMBO u SARAH PACE [Jovenes u Equinox]

RESTAURANT REVIEW

LORD NELSON Sarah: Wasal is-Sibt u xtaqna mmorru quddiesa r-Rabat u wara nieklu xi ħaġa fil-viċin. Kellna aptit x’imkien ftit poshy, biex insibu skuża nilbsu naqra pulit, u ħsibna li mmorru nieklu Lord Nelson ilMosta għax viċin u post ħelu u romantiku. Ibbukjajna mejda għal xi 9.30pm u tlaqna. Il-post waħdu huwa wisq ħelu. Farmhouse antika maqsuma f’kmamar differenti, fejn joqogħdu ftit imwejjed f’kull karma, allura l-ambjent huwa wieħed ħelu u intimu. Il-menu huwa varjat mhux ħażin, u hemm għażla ta’ laħam u ħut tajba. Jiena bħas-soltu xtaqt il-ħaruf. Kellhom platt jismu duo of lamb, li fih ħaruf imsajjar b’żewġ modi: lamb chops u ftit lamb mince. Jiena ħajjarni u Renzo ħa rib-eye. Ma konniex ħa nieħdu starter, pero’ ġie waiter ħelu żgħir u qalilna bis-sopop speċjali tal-ġuranta...u waqajna. Kellhom prawn and coconut soup, allura ovvjament kelli nduqu, u Renzo ħa French onion soup.

IL-VERDETT! SERVIZZ: 9 IKEL: 9 AMBJENT: 9 VALUR: 9

Dan huwa post fejn ma tmurx jekk int mgħaġġel u l-ikel dam ftit ma ħareġ...pero’ it’s worth the wait. Is-soppa tiegħi kienet tajba immens u ta’ Renzo wkoll, avolja ma kienx qed jistenna platt basal (ma nafx x’ħaseb li hu French onion soup)! Il-ħaruf tiegħi kien tajjeb ħafna. L-unika dispjaċir li ħadt starter għax bl-ebda mod ma stajt nispiċċah kollu...u b’niket kbir kelli nħalli ftit fil-platt!

29 - GŻIRA UNITED FOOTBALL CLUB Renzo: Spiss meta kont l-Università konna ninżlu sa Manoel Island bejn lecture u oħra nieħdu tnejn lager u ħobża bajd u laħam (jew minflok xi lecture li traqqdek!). Wara ftit, kont innutajt li dan il-post għalaq u kważi żdinga ruħu. Spiss ħlomt li kien post li xtaqt nieħdu f’idejja għax dejjem emmint li kellu potenzjal ta’ lokal li joffri esperjenza. Illum hekk ħasbu xi nies, u fil-fatt fetaħ 29. Nammetti li stennejt xi ħaġa aħjar. Xejn ħdejn l-idea li kelli f’moħħi jien. Sempliċiment ristorant kummerċjali. Madanakollu, minkejja li ma jilħaqx l-aspettativi tiegħi bħala lokal, nammetti li b’mod ħelu integraw il-football f’kull aspett ta’ dan il-lokal. Mal-ħajt storja ta’ dan l-isport, fil-menu ismijiet kalċistiċi u oħrajn. Menu varjat ukoll, li joffri ftit minn kollox. Allura nikkunsidrah post tajjeb biex tmur tiehu lager u pizza mal-ħbieb. Sarah: Meta jiġi f’moħħi Sliema jew Gżira għal pizza, kont dejjem immur Irrera minħabba parkeġġ (mhux ghax Irrera jagħmel xi pizza tal-ġenn, pero’ post ħelu). Issa nahseb dan ir-ristorant huwa għażla tajba fiċ-ċentru ta’ Malta u parkeġġ mhux problema. L-unika problema li tista toqtol xi papra

int u tipparkja. Ma kelliex aspettattivi għolja minn dan il-post ma nafx għalfejn, pero’ nammetti li l-pizza hija tajba ħafna. Pero li jagħmel dan ir-ristorant għażla tajba huwa l-menu. Hemm għażla ta’ pizez differenti minn tas-soltu li togħġobni ħafna, għax għall-inqas tipprova xi ħaġa differenti! Għaġin ukoll kien jidher tajjeb mill-platti li bdew ħerġin.

IL-VERDETT! SERVIZZ: 7 IKEL: 7 AMBJENT: 8 VALUR: 9


FATTI KURJUZI

mirror, mirror... minn CHRISTINE CALLEJA [Onyx]

IL-WIĊĊ, L-ISTESS BĦAL KANVAS

G

ħeżież ħbieb qarrejja ta’ Kurrenti, permezz ta’ din ir-rokna ġdida tiegħi nixtieq naqsam magħkom xi ftit affarijiet li tgħallimt u qed nitgħallem fuq kif tapplika l-make up għal okkażżjonijiet differenti. Qabel ma tapplika il-make up, tajjeb li tkun taf x’inhi t-tip tal-ġilda tiegħek, biex tkun tista’ tixtri prodotti adattati u b’hekk il-make up joqgħodlok aħjar. Ftit mill-karatteristiċi li minnhom tgħaraf il-ġilda tiegħek x’tip hi huma dawn:

Mature Skin (‘il fuq minn 45) - Tkun xotta ħafna u t-tikmix ikun iktar evidenti. Iktar ma tkun kbira iktar jistgħu jidru tbajja kawżati mill-pigmentation, magħrufa wkoll bħala tbajja tax-xemx. Acne and Pustules Skin - Komuni ħafna fost iżżgħażagħ. Min ikollu din it-tip ta’ ġilda jista jieħu parir ta’ tabib tal-ġilda biex jingħata trattament adekwat bħal xi kors pinnoli. Tkun anki żejtnija ħafna, bilponot u bil-black heads.

Dry Skin - Ikkawżata minn nuqqas ta’ sebum (żejt). Ġeneralment tkun ġilda fina u tinħass bħallikieku Fil- ħarġa li jmiss nkomplu naraw kif l-aħjar nippressikkata għax ma tkunx elastika, tiħmar malajr u l- paraw wiċċna għall-applikazzjoni tal-make up. pori jkunu żgħar. Hemm tendenza li min ikollu din ittip ta’ ġilda jitkemmex qabel iż-żmien. Oily Skin - Din it-tip ta’ ġilda tkun żejtnija ħafna għax tipproduċi sebum iktar milli suppost. Tkun tidher tleqq u tinħass tiżloq. Il-pori ikunu ikbar, u ħafna drabi ikun hemm black heads, filwaqt li jkun iktar komuni li jkollok ponot. Peress li jkun hemm iktar sebum hemm tendenza li titkemmex iktar tard mis-soltu. Combination Skin - Ġeneralment ikun hemm it-T Zone (il-moħħ, l-imnieħer u l-geddum) żejtni u l-wardiet xotti. Normal Skin - Din it-tip ta’ ġilda jkolla texture fina, unita u kulur sabiħ. Tkun tider nadifa u ma jkunx hemm areas żejtnija jew xotti filwaqt li rari jitilgħu ponot. Dehydrated Skin - Simili ħafna tad-Dry Skin iżda, tkun nieqsa mill-ilma u mhux miż-żejt. Sensitive Skin - Suxxettibli ħafna għal xi allerġija, u ġeneralment tkun tiħmar malajr. Ġieli jinħass ukoll bħal tingiż u ġeneralment din it-tip ta’ ġilda tkun irqieqa u delikata ħafna.

minn SHAUN CASSAR [Lynks]

JUM SAN VALENTINU

L

-artiklu ta’ din il-ħarga ser niddedikah għall-festa ħelwa li qed tiġi iċċelebrata dan ix-xahar, il-festa talmaħbubin jew aħjar Jum San Valentinu Din tiġi iċċelebrata kull sena fl-14 ta’ Frar u matul issnin din il-festa qiegħda dejjem iżżid il-popolarita’. Ftit informazzjoni teżisti dwar l-oriġini ta’ dan il-qaddis, Valentinus pero li hu ċert hu li dan kien miet martri ġewwa Ruma fis-sena 270 w.k. Il-leġġenda tgħid li hu kien iżewweġ lis-suldati bil-moħbi tal-imperatur u jingħad ukoll li qabel miet bagħat ittra lill-maħbuba tiegħu iffirmata, “Mingħand il-Valentinu” (tinstema’ pjuttost familjari din il-frażi ). Din il-festa minn dejjem ġarret magħha attivatijiet ħelwin li fihom in-nies setgħu jesprimu iktar imħabbithom. FilMedju Evu, ġuvintur u tfajliet li kienu jkunu qed ifittxu l-imħabba kienu jitfgħu isimhom ġo urna u kull persuna riedet ittella’ isem. Dan l-isem imbagħad riedu iwahhluh mall-kmiem biex żgur jarawh in-nies. Probabilment min hemm infatti ħarġet il-frażi bl-ingliż “to wear your heart on your sleeve”. F’din il-festa, li issa ila teżisti kważi 5 sekli sħaħ, jinxtraw ħafna rigali u il-maħbubin jippruvaw jagħmlu minn kollox biex jimpressjonaw lill-persuna l-oħra. Infatti madwar 190 miljun fjura tinbiegħ kull sena ġo l-Amerka biss, u li minn dawn kollha 30 fil-mija biss jinxtraw mill-irġiel. Ma dawn jiżdiedu ukoll 35 miljun kaxxa ċikkulatini forma ta’ qalb li jitqassmu ukoll dakinhar. F’ każ li xi ħadd qed jitħajjar jipproponi, madwar 200 elf ruħ fis-sena jipproponu lil maħbub/a tagħhom f’ din il-ġurnata ta’ ċelebrazzjoni ta’ mħabba. U jekk hawn xi ħadd li jixtieq ftit pariri dwar l-imħabba jista’ jagħmel kif jagħmlu madwar elf ruħ ieħor kull sena u jindirizza l-ittra tiegħu lil Ġuljetta ġewwa il-belt ta’ Verona. Importanti li niftakru li din hi festa li għalkemm forsi saret ftit kummerċjalizzata qiegħda hemm biex tfakkarna li aħna imdawwrin b’nies li jħobbuna: l-mara jew ir-raġel, l-għarus jew l-għarusa, il-ħbieb, il-komunita’ u l-familji tagħna, li kollha qegħdin hemm għalina u għalhekk f’din il-ġurnata għandna forsi nuru iktar imħabbitna lejn dawn in-nies u nirringrazzjhom ta’ dak kollu li jagħmlu magħna.


ritratt RAKKONT Dan huwa seminar li jsir ta’ kull sena biex jingħaqdu ħafna mill-Guides ta’ ĊAMYouths flimkien. L-iskop wara din il-laqgħa huwa li apparti li darba f’sena ikun hemm spazju komuni fejn jista’ jsir ftit sharing, ikun hemm lok ghal training u titjib ta’ ċertu skills li l-individwi f’dan ir-rwol jistgħu jiġu bżonn. Hawnhekk nistgħu naraw is-sessjoni li saret reċentament waqt eżerċizzju ta’ role-plays.

e sp e r j e n z i ta’ vo lo n ta rj a t Ħbieb, l-applikazzjonijiet għall-esperjenzi ta’ volontarjat li ħa nkunu qeghdin norganizzaw bħala ĊAMYouths dan is-sajf, fetħu. Għal aktar informazzjoni, tistgħu ssegwu l-links t’hawn taħt:

http://go.camyouths.com/irlanda2014 http://go.camyouths.com/lagoulette2014 http://go.camyouths.com/napoli2014 http://go.camyouths.com/pakistan2014

EVENTS F R A R U M ARZU

THE VOCA PEOPLE

Sin gers an d beat box per for me rs 21-23/02/2014 M FCC

VODAFONE MALTA MARATHON M arath on , H alf -marath on and walkath on 23/02/2014 M DINA

CARNIVAL

A season of colou r an d f u n 28/02/2014 - 04/03/2014

GYPSY MAMBO

Bal kna C arni val Party 2 0 1 4 28/02/2014 O RP HE UM THE ATRE

OPERA-LA CLEMENZA DI TITO 20-23/03/2014 M A N O E L THE ATRE

CRAFT BEER FESTIVAL

N ati o nal Brewe rs C l ub o f M al ta Be e r Fe sti val 29/03/2014 DJA N G O JA ZZ BA R

JOSEPH AND THE AMAZING TECHINCO LOUR DREAMCOAT In ai d o f P utti nu C a res 29-30/03/2014

SPOTLIGHT CONCERT K arl M i fsud and C h a r len e Fa r r u g i a 27/03/2014 M A N O E L THE ATRE


http://www.camyouths.com https://www.facebook.com/groups/camyouths/


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.