Kurrenti - Ħarġa Numru 28 (03/2013)

Page 1

F’DIN IL-ĦARĠA

ĦARĠA 28 | LULJU 2013

F’DIN IL-ĦARĠA... LC ST MSSP IL-KEBBIES

MAGIC MOMENTS ĠURNATA FIL-ĦAJJA L-ISTURANT FATTI KURJUŻI ESPERJENZI – Brothers ta’ l-MSSP... Volontarjat 2013... AROUND THE WORLD OPPORTUNITAJIET UE

VRUM!

RITRATTrakkont ĊY goes FACEBOOK! FIL-JIEM LI ĠEJJIN…

NAGĦTU ĦARSA LEJN...

ARTIKLI ĠODDA...

MESSAĠĠ TAL-LC L-ĠDID p.2 >> ESPERJENZI VARJI... p.16 >>

VRUMM!...

FATTI KURJUŻI... L-ISTURANT… >>

EDITORJAL | Xemx u sħana... Hello ħbieb, Waslu x-xemx, is-sħana u r-rieħa tal-baħar u magħhom waslet ukoll il-ħarġa sajfija ta’ Kurrenti. Ħarġa li bħassoltu twassal l-aħħar aħbarijiet lill-membri kollha ta’ ĊAMYouths. F’din il-ħarġa għandkom issibu l-ewwel artiklu tal- Leadership Committee li minn hawn nixtieq nirringrazzja tal-appoġġ u l-għajnuna li bdew jagħtu lil Konnekxins

mill-ewwel jiem talħatra tagħhom. Fost artikli oħra tistgħu issibu wkoll ftit informazzjoni fuq uħud mill-esperjenzi ta’ volontarjat li se jsiru mill-membri tagħna dan is-sajf. F’isem Konnekxins nixtieq nawgura lil kull min se jagħmel xi tip ta esperjenza u nixtiqilkom li ġġibu lura magħkom ħafna mħabba, esperjenzi u paċi!

Is-sajf it-tajjeb u tinsewx is-sunblock! GERALDINE POWELL


LC |Leadership Committee CHRISTOPHER FORMOSA

Ilha xahrejn li bdiet l-esperjenza tagħna fil-

SIMON PACE

ANABEL MIFSUD

SARAH PACE

Nixtieq nibda billi nirringrazzjakom talli emmintu fija u afdajtuni f'dan l-irwol. Naturalment, din il-fiduċja tissarraf f’responsabbiltà, kemm lejn l-organizzazzjoni kif ukoll lejn il-membri tagħha. F'dawn l-aħħar ġimgħat diġà bdejna blewwel laqgħat tagħna u xi ħaġa li mill-ewwel laqtitni f'dan l-LC hija l-għaqda u larmonija li hemm fostna. Għalkemm il-ħidma tagħna għadha fil-bidu, ninsab ċert li lkoll kemm aħna lesti nagħmlu l-almu tagħna sabiex jintlaħqu lbżonnijiet kontinwi li organizzazzjoni bħal tagħna jkollha u li kull membru jkun jista’ jħossu parti minn komunità ikbar - il-komunità ĊAMYouths.

Ninsab kuntenta li nagħmel parti mill-Leadership Committee ta’ ĊAMYouths. Nemmen li bħal kull deċiżjoni oħra li ħadt f’ħajti din tpoġġi quddiemi mixja li tinvolvi impenn u xi daqxejn ta’ sagrifiċċju, iżda li żgur se tagħti frott u sodisfazzjon lili u lil ta’ madwari. Bħala mixja tirrikjedi ukoll li f’dawn ittliet snin jiena nikber u nsir naf aktar lili nnifsi sabiex nifhem bi sħiħ ir-realtajiet differenti tal-membri ta’ ĊAMYouths. Ma nistax ma nsemmix li nħossni anzjuża fuq il-parteċipazzjoni fl-LC u kif ir-rwol tagħna se jiżvolġi f’dawn is-snin iżda wkoll entużjasta li se nkun qed naħdem ma’ dan it-tim, ma’ timijiet oħra fi ħdan ĊAMYouths u magħkom kollha.

L-ewwel tliet laqgħat talLeadership Committee diġà għaddew! Nista’ ngħid li din l-esperjenza diġà qed inħoss li hija waħda sabiħa u pożittiva. Fl-ewwel laqgħa ħassejtni pjuttost eċitata nsuq lejn Dar ĊAMYouths..però wara lewwel ftit mumenti sharing bejnietna indunajt li kien hemm dinamika verament ħelwa bejnietna li qed iġġegħlni nkun looking forward għal-laqgħat ta’ kull ġimgħatejn. Ovvjament huwa rwol li naf li ħa jeħodli ħafna ħin, però kuntenta li b'xi mod żgħir qed nikkontribwixxi parti żgħira lill-organizzazzjoni li tatni ħafna.

>>

KURRENTI page 2

Leadership Committee u s’issa nista’ ngħid li f’kull aspett tagħha sibt aktar milli stennejt; aktar responsabbiltà milli stennejt, aktar xogħol milli stennejt, imma wkoll sibt tim magħqud aktar milli stennejt, tim li mill-ewwel laqgħa beda jaħdem b’serjetà kbira u b’impenn. Personalment xtaqt nirringrazzja lil kull min wera fiduċja fina u li tana l-opportunità li ngħixu din l-esperjenza tassew sabiħa. Hemm ħafna xogħol xi jsir u għalhekk nistieden lil kull min iħoss li jista’ jkun ta’ servizz jew għandu xi ideat sabiex javviċinana.


FR. KARM Għar-raba’ darba dieħel ma’ tim ieħor ġdid ta’ tmexxija f’ĊY. Differenti mill-kumplament tat-tim, jien nibqa’ fl-LC u allura din tpoġġini f’sitwazzjoni oħra mill-kumplament tattim. Min-naħa nħares lejha bħala avventura

ġdida li terġa’ tibda kull tliet snin. Min-naħa l-oħra inħossni rrid nerġa nibda mill-bidu. Meta ħames persuni jagħmlu żmien twil flimkien, isiru jafu lil xulxin u jinbnew. Allura lejn l-aħħar tattliet snin ikun inħoloq rapport sabiħ. Terġa tibda ma’ tim ġdid qisu għerusija ġdida. Imma konvint li ser ikun tim tajjeb u ser nissaħħu wkoll fir-relazzjoni li bla dubju teffetwa ħafna lħidma tagħna.

KURRENTI page 3

ĊAMYouths LEADERSHIP COMMITTEE



MSSP | “Ħallu t-tfal jiġu għandi...” Il-Papa ikompli jispjega din is-silta b’dawn ilkliem. “Jekk trid tkun taf min hi Ommna Marija, staqsi lit-teologu, u jgħidlek ezatt minn hi Marija. Imma jekk trid tkun taf kif issir tħobb lil Ommna Marija, staqsi lill-Poplu ta’ Alla u jgħallmek aħjar.”

Bħalissa qed nikteb dan

KURRENTI page 5

l-artiklu minn barra l-belt ta’ Arequipa, f’waħda mill-parroċċi tagħna, fejn qiegħed fuq żjara ta’ ftit ġimgħat. Mhux l-ewwel darba li qiegħed il-Perù, imma propju għax ħriġt mir-ritmu normali tiegħi nista’ nara dak li s-soltu ma nagħrafx biżżejjed. Ftit ilu, il-Papa Franġisku kien qed jaqsam ħsieb fuq is-silta mill-Evanġelju meta Ġesù jirrabja maddixxipli tiegħu għax ma ħallewx it-tfal jersqu lejh. Ġesù hemm jgħid li “tagħhom u ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.”

U jkompli jgħid li n-nies sempliċi, għalkemm neqsin mit-teoloġija, huma mmexxijin mill-Ispirtu qaddis t’Alla li jaħdem b’aktar qawwa fejn hemm is-sempliċità.

F’din is-sena ddedikata biex niskopru l-fidi jista’ jgħinna ferm noqorbu lejn min jgħix fissempliċità. Mhux ta’ b’xejn li diversi minna jinġibdu lejn l-esperjenzi li f’dan iż-żmien tas-sajf U dan huwa dak li qed nagħmlu mas-sorijiet ta’ nerġa’ niltaqa’ miegħu Mother Theresa. Biss jien. Qed niltaqa’ ma’ nies m’għandhomx dawn lsempliċi li fit-tbatijiet esperjenzi ikunu biss tagħhom huma aktar mumenti imma għandna disposti biex iħallu l-Ispirtu naspiraw għal ħajja iktar t’Alla jaħdem fihom. Lili, sempliċi – iktar ħin allura, jgħallmuni ħafna. magħna nfusna, manAħna ġejjin ilkoll minn dinja natura, iktar ħin ma’ nies kkumplikata, fejn għandna importanti fil-ħajja l-illużjoni li kollox huwa taħt tagħna, napprezzaw idil-kontroll tagħna. Nibżgħu don tal-ħajja b’dak kollu li ħafna meta nitilfu dan ilġġib magħha. kontroll. Huwa diffiċli Hemm bżonn nerġgħu għalina nafdaw lil Alla, nirkupraw id-don li lkoll nintelqu f’idejh u nħalluh bħala tfal kellna, li wisq verament ikun is-Sid ta’ probabli tlifna maż-żmien ħajjitna. Dan mhux – il-kapaċità li niskantaw. daqshekk diffiċli għal min jum wara l-ieħor jaf li m’għandux fuq xiex iserraħ, imma fl-istess ħin, jum wara l-ieħor, jesperjenza lpreżenza u l-fedeltà tiegħu. FR.MARTIN GALEA mssp


MESSAĠĠ | Iselli għalikom

Fr. Gerald... Christ the King procession Church Street

‘IŻ-ŻMIEN JGĦADDI U JINBIDEL … U AĦNA MIEGĦU.’

Fettilli nibda b’dan it-

KURRENTI page 6

titlu. Dan tistgħu ssibuh u tarawh ġo Sant’Agata, f’nofs it-taraġ li jagħti għal fuq, min-naħa talknisja – iżda ssibuh bilLatin! U mnaqqax fuq arloġġ kbir antik u qadim sew, bħal grandfather clock ta’ xi 3 metri. Darba kont tiela’ dan ittaraġ ma’ missieri, Alla jtih is-sliem, meta kellu xi 70 sena. Hu waqaf quddiem l-arloġġ, qara lqawl bil-Latin, u wara li staqsieni nafx xi jfisser, dar lejja u qalli kelma waħda: “Veru!” Għax missieri kellu l-grazzja li jaf jidħak bih innifsu.

School Prize Day.

Nifhem li min qed jieħu paċenzja jaqra dan li qed inħarbex – uħud tal-inqas – darba kienu wkoll jieħdu paċenzja bija meta waqt lassembly jew ħin ieħor, kont neqred fuq xi ħaġa. Iż-żmien għadda, u l-ħajja nbidlet wkoll. Hekk, ftit ilu, waslitli email / stedina ftit perentorja fit-ton biex nikteb dan l-artiklu. Min-naħa tiegħi ħadt gost u apprezzajt iċ-ċans li nerġa’ nikkomunika magħkom. Imma ma stajtx ma naħsibx fuq dan il-fatt tal-bidla filħajja. Is-snin li għamilt fil-kulleġġ urewni kemm isiru bidliet f’dak li jkun minn meta jibda l-ewwel sena, matul il-ħames snin li jqatta’ filkulleġġ, u mbagħad wara; u wara; u wara. Filli tifel ta’11-il sena kollu ħerqan nhar l-ewwel jum tal- Form 1; wara, ‘carefree’ f’tarf ilForm 2 sa nofs il-Form 4 jew ftit aktar; u wara bħal tikber f’daqqa quddiem leżamijiet tas-SEC; studju post-sekondarju; xogħol, u għal ħafna diġa l-familja propja tagħhom - hawn nixtieq niskuza ruħi mattfajliet, għax l-esperjenza tiegħi fil-kulleġġ limitata biss għas-subien! Ħafna għadhom jistudjaw u jsibu posthom fil-ħajja, u oħrajn issetiljati diġa. Il-fatt jibqa; kemm sar tibdil f’ħajti sa issa. U hawn qed ngħid għalija wkoll.

Hekk kif spiċċajt millKulleġġ, mort sena Manila fejn għamilt esperjenza ta’ ‘sabbatika’ – bħal dawra sew miegħi nnifsi bħala persuna: ‘general re-fit’. Kienet sena li nibqa’ ngħożż, għax kelli l-lussu li naħseb biss dwari nnifsi, fuq għeruqi fil-familja tiegħi, l-effett ta’ ladoloxxenza tiegħi fuqi, esperjenzi oħra f’ħajti li komplew jagħġnuni, ilmumenti meta kont (u għadni) ‘nkanta l-operetta’ jew l-għajjat tiegħi, u tant aspetti oħra li jagħmluni dak li jien: Fr Gerard. >>

Sabbatical sessions.


KURRENTI page 7

Iż-żmien jgħaddi u aħna ninbidlu miegħu. Lil missieri ntih raġun bis-sħiħ. U l-gwaj kbir hu li jasal mument meta nibda naħseb li issa wasalt, kbirt, immaturajt, u biżżejjed! Iċ-ċirkustanzi ta’ ħajti jinbidlu dejjem – studju/professjoni, xogħol, familja … tibqa’ mistoqsija waħda kruċjali: JIEN?!!! Mhux kif jarani ħaddieħor jew dak li ħaddieħor jaħseb fuqi. Imma jien minn ġewwa. Jekk tippermettuli kelma teknika: id-dimensjoni spiritwali ta’ ħajti. U bi ‘spiritwali’ qed nifhem issens l-iktar wiesa tal-kelma: il-ħajja tiegħi interna li wkoll tinkludi l-mixja tiegħi tal-fidi, id-dimensjoni tal-fidi; imma mhux biss.

Il-Mulej ikompli jbierek dan l-ambjent tagħkom. Kemm kont nimpressjona ruħi b’mod pożittiv meta f’Settembru kontu tiġu lKulleġġ għal dak il-live in. Kien ikolli ċ-ċans nara lelement ta’ fiduċja f’xulxin li hu tant essenzjali biex xi ħadd jibda jiftaħ u jaqsam mal-oħrajn. Għax propju meta jien niltaqa’ mal-ieħor: “l’io e il tu” / the “I and the Thou” li jien nista’ nara lili nnifsi sew. Meta nibqa’ waħdi, magħluq fija nnifsi u fid-dinja tiegħi biss – waħdi nkun u waħdi nibqa’. Jien niltaqa’ sew miegħi nnifsi, u b’konsegwenza ta’ hekk ikolli ċ-ċans li ‘nikber’ ta’ veru, propju meta nkun f’kuntatt mal-oħrajn.

L-ikbar diżgrazzja li tista’ tiġrili hi li naħseb li ‘wasalt’ u li ‘kbirt’ biżżejjed; u neħel hemm. F’dan il-kuntest napprezza ferm l-ambjent tal-komunitajiet tagħkom, fejn tħossukom ‘safe’ li tistgħu taqsmu ma’ xulxin u fejn tista’ tisfida u tiġi sfidat f’ambjent li taf li hu ‘safe’.

L-ambjent ta’ komunita’ jgħin dan il-proċess b’mod essenzjali; u mingħajr ambjent bħal dan hu ferm diffiċli li nkompli l-proċess tal-maturazzjoni tiegħi, talmixja tiegħi fil-ħajja u fiddimensjonijiet kollha tagħha. Għalhekk, il-ħajja hi mixja kontinwa. Mhux xi ‘gost’ li tkun il-ħin kollu miexi, ‘on the move’. Imma jekk nieqaf, nistaġna u neħel. M’hemmx mod ieħor. Ikolli nagħżel, jew miexi jew imwaħħal; u ħafna drabi meta neħel ma nkunx imwaħħal, imma jkun ilkurrent li jmexxini u jeħodni fejn irid hu; jew inkella nibqa’ imwaħħal fit-thewdin miegħi nnifsi.

School Prize Day.

Medical Sisters teaching hygiene through song and mime.

Minn qalbi nsellmilkom kollha. Nawguralkom ilkoll għal din il-mixja tal-ħajja, għax il-ħajja hi l-ikbar don li tana l-Mulej. X’ser nagħmlu b’dan id-don, f’idejna – bħal parabbola tat-talenti. IlMulej iberrikhom ilkoll. U, jekk jogħġobkom, selluli għal tad-dar. Grazzi. FR.GERALD BONELLO mssp

Visit to Minaret Paklstan Ali Jinnah, 1940. founder of Pak. declared the name of 'Pakistan' for the first time before creation of country in 1947.


Il-KEBBIES |Tikber u ssir adult Fl-istorja tal-kulturi tal-bniedem dejjem kien hemm

KURRENTI page 8

ritwal ċkejken li nqata’ maż-żmien. Dan hu r-ritwal li kien isir biex tfajjel jew tfajla tgħaddi mit-tfulija għallistat ta’ adult. Illum f’ħafna mill-kulturi avvanzati dan ir-ritwal intilef għal kollox u naħseb li miegħu tlifna xi ħaġa importanti.

Kien ritwal li jurina li l-ħajja mhix faċli. Anzi li l-ħajja hi iebsa. Jekk titla’ konxju ta’ din il-verità allura probabli taħli anqas ħin fil-ħajja tipprova taħrab minn kull diffikultà biex tagħmel ħajtek aktar faċli. Ħafna nies jgħixu jaħarbu kontinwament minn dak li jġib ftit uġiegħ.

Kull darba li fil-ħajja nitilfu xi ħaġa jew ngħaddu minn realtà għal oħra inkunu qed nagħmlu esperjenzi ta’ mwiet żgħar. Jekk jirnexxielna niffaċċjaw dawn l-imwiet żgħar, “il-mewt il-kbira ma tagħmlilniex ħsara”, jgħid San Franġisk. Tajjeb li tkun taf li ttbatija hi parti mill-“package” uman.

Il-maġġoranza tan-nies li naf jien jgħixu bħallikieku xejn mhu ser jinbidel f’ħajjithom. Imsieken! Anqas biss iridu jiftakru li xi darba ser immutu. Din hi verità oħra li ħafna minna nagħmlu minn kollox biex ngħalqu għajnejna għaliha. Imma min ser jaħrab minnha?

Wieħed isir adult meta jinduna li mhux kollox idur miegħu. Fi kliem ieħor, int m’intix daqshekk importanti. Madwarek hemm 7 biljun persuna u univers sħiħ li jitolbu minnek rispett. Jekk tippretendi li r-rispett għandek tirċivih biss, allura tibqa’ ħajtek kollha tippretendih u tistennih, u taħli ħafna enerġija tipprova xi ħaġa li mintix. Dan is-sens ta’ umiltà hu l-bażi għal kull komunità, familja u servizz.

Illużjoni li trid twaqqa’ f’ħajtek hi dik li taħseb li għandek kontrol ta’ kollox. Din l-illużjoni diffiċli tifhimha u jidher li, sakemm jinqala’ xi ħaġa gravi li ġġibek f’sensik, probabli int ser tibqa’ tieħu lpost ta’ Alla jew il-ħajja nnifisha. Fl-aħħarnett hu importanti li x’imkien fil-ħajja tagħraf li int parti minn xi ħaġa u xi ħadd akbar minnek. Ħajtek mhix dwarek. Hi dwar Alla. Meta tifhem dan, l-esperjenza umana tieħu dimensjoni oħra. Tkun ħieles jew ħielsa. Din insejħulha qdusija. Naħseb li tajjeb li nikbru u nsiru adulti vera.

FR.KARM DEBATTISTA mssp


Aqra iktar f’paġna 27 >>>


NRG – Aħna dak li aħna... Meta bdejt naħseb x’nistà nikteb fuq il-komunità tiegħi weħilt. Mhux għax ma hemmx

KURRENTI page 10

x’tikteb. Anzi. Il-problema kienet kif ħa npoġġi dak li nħoss fi kliem b’tali mod li jkun ġust ma’ dak li l-NRG veru huma u veru jħossu li hija l-komunità tagħhom. Għax kif ħa taqbad tiddeskrivi lill-familja tiegħek lil xi ħadd li mhuwiex membru tagħha? Bħal kif ħa tiddeskrivi x’jagħmlek Malti lil xi ħadd li mhuwiex? U hawnhekk ispirani l-klabb tal-futbol li nżomm miegħu jiena (Bayern Munich) li bħala motto għandhom Mia san mia – maqlub mid-djalett tal-Bavarja jfisser Aħna dak li aħna – we are who we are. Hija sens ta’ kburija, imma fl-istess ħin sens ta’ identità u sens ta’ appartenenza. Hekk ġbart il-komunità tal-NRG fi ftit kliem: familja li ttik sens ta’ identità u appartenenza.


Mhux l-ewwel darba li ddiskutejna bejnietna kif biddilna l-fatt li aħna membri ta’ komunità, fil-każ tagħna tal-NRG. Inħossu d-differenza minn żgħażagħ oħra li ma kellhomx ix-xorti jesperjenzaw is-sensazzjoni li tkun parti minn komunità. Meta nħarsu lura nindunaw li l-fatt li aħna membri ta’ din il-komunità ġejna ffurmati b’mod li, li kieku ma konniex, konna nkunu differenti. L-NRG mhux biss huwa ħolqa oħra f’dak li jagħmilna dak li aħna imma, fi kliem il-membri stess, huwa t-tieni familja tagħna u l-post fejn aħna verament nistgħu nkunu dak li aħna. HENRY-FRANZ GAUCI NRG


|Ġurnata fil-ħajja ta’... REEL TIME

PUSTIER Filgħodu nidħlu għax-xogħol u nsibu l-posta li tkun trid titqassam dakinhar, maqsuma f'kaxxi skont il-lokalita'. Jiena w sħabi lpustiera li nqassmu l-Mosta, naqbdu l-ittri tal-Mosta u nqassmuhom skont il-beats jew rotot li jqassam kull pustier.

nagħmel ix-xogħol ta' pustier, issa qed nagħmlu u ħa nibqa' nagħmlu għal dejjem... Zizza: “Biżżejjed daqshekk għal Kurrenti?” Klaċċ: “X'biżżejjed! Ikteb naqr'oħra, ejja!” Zizza: “Owkej, ħa nipprova.” Inqum filgħodu kmieni, għall-ħabta tal-5.30am, ġieli nieħu xawer, nieħu belgħa kafe' bi tliet kuċċarini instant coffee u waħda zokkor, u nerħilha lejn San Ġwann. F'San Ġwann hemm post kbir fejn jinġabru l-pustiera kollha li jqassmu l-posta tan-naħa ta' fuq ta' Malta.

sabiħ iktar nimmaġinani li mort passiġġata milli għaxxogħol. Hekk kif semmejt it-temp, ta' min jgħid illi l-ikbar sfida għall-pustier hija l-ħruxija tal-elementi; il-qilla tax-xemx fis-sajf u l-kesħa w ix-xita fixxitwa. Il-posta kuljum trid titqassam, għaldaqstant ilpustier ma jistax jgħid li għax per eżempju tkun xita qliel, dak inhar ma jqassamx. Minkejja xi diffikultajiet, xorta nħossni ferm kuntent nagħmel dan ix-xogħol. Għalkemm mhuwiex xogħol illi jtik ħafna sodisfazzjon, inħoss li huwa ideali għalija ghax iħallili biżżejjed ħin u enerġija biex nagħmel affarijiet oħra bħal ma huma d-daqq tal-mużika, ilvolontarjat, il-mistrieħ etc... Zizza: “Klaċċ, biżżejjed? Għax il-ħdax ta' bil-lejl u għada rrid inqum kmieni għaxxogħol.” Klaċċ - “Owkej mela. Mur ġibek tikteb xi opra ta' Verdi int!” MARK ABELA aka. Zizza CLUSTERS

KURRENTI page 12

Qatt ma ħsibt li se

Imbagħad kull pustier jiġbor l-ittri tal-beat tiegħu u jpoġġihom fl-ordni wara xulxin skont kif ikun se jqassamhom. Ngħid għalija, din il-parti tal-ġurnata nsibha kemmxejn tedjanti u nkun ħerqan li noħrog minn hemm biex nibda nqassam, għalkemm ta' min jgħid li waqt dan il-ħin peress li nkunu l-pustiera kollha flimkien, tgħidx kemm niċċaċċraw u nikkummidjaw! Wara li nkunu poġġejna littri w il-pakketti fl-ordni noħorgu biex nibdew inqassmu. Jiena nqassam ilbeat bil-mixi. Inqassam parti minn Triq ilKostituzzjoni u żona li tissejjaħ iż-Żokrija. Hi akkwata pjuttost kbira, u ġieli biex inħaffef noqgħod niġri. Fil-fatt, ta' min jgħid li dan ix-xogħol huwa pjuttost fiżiku u minn mindu bdejt nagħmlu naħseb tlift xi 10 kilos! Inħossni xxurtjat li nqassam f’akkwata sabiħa li qiegħda viċin Wied-il Għasel, u meta t-temp ikun


|MALTI, THAI U LEBANIŻ REEL TIME LA SPIGOLA (Marsaskala) Is-Sibt Mhux xi ristorant ta' kuljum, u lanqas xi ristorant li b'għaxar ewro toħroġ mifqugħ.

Fuq Café Cuba konna tkellimna fuqu ftit ilu. Issa apparti dak miftuħ ġewwa tas-Sliema, quddiem ilCaptain Morgan, fetaħ ieħor ġdid li jinsab minflok dak li qabel kien Paparazzi, ġewwa San Ġiljan. Ic-chain qed tikber!

Hekk kif ma tistax ma tieħux paella jekk mort Spanja, lanqas tista’ tmur Spigola u ma tiekolx biċċa ħuta għalkemm huwa ristorant li jaqdik f'kollox.. Il-prezz mhux irħis, u donnu jvarja skont id-dawl taxxemx, pero huwa ristorant li nirrakkomandaw ħafna għal xi ġurnata speċjali. Ħallejna f'idejn il-kok għall-ewwel platt u dan ġabilna taħlita ta’ molluski, gambli, skampi u klamari u li niżlu għasel! Wara ħadna ħuta msajra sempliċi pero’ tajba ta' veru. >>

KURRENTI page 13

CAFÉ CUBA

Post daqxejn iktar irfinut, li jekk trid tiltaqa’ ma’ xi ministru, jew xi ras kbira, tista’ tipprova tmur tiekol hemm. Immexxi minn kok Naplitan, li għal uħud minna jista’ jġib nostalġija, speċjalment meta tarah bil-fardal ta’ Napolimania! Il-mara tiegħu hi l-waitress tal-lokal, li skont jien taqdi n-nies b'servizz tajjeb ħafna, u pjuttost b'mod personali; tiftakar x'jieklu ħafna mill-klijenti tagħha bl-amment.


LA SPIGOLA Service - 9, Food - 9, Ambience - 7, Price - 4-8... depending on the mood SHARMA Service - 6...drastically slow, Food - 8, Ambience - 10 Price - 10

SHARMA (Mdina) Il-Ġimgħa

KURRENTI page 14

Tinħasad hekk kif tkun miexi liMdina, u f'daqqa waħda tinnota faċċata tistona, b'ġebla wisq iktar ġdida u moderna mill-bqija. Dik tarrisotrant Sharma. Jidher li kien hemm xi alterazzjonijiet fil-kostruzzjoni.

Tidħol minn dan il-bieb, u malli ddur fuq il-lemin, tibda tistagħġeb bis-sbuħija interna. Titla’ fl-ewwel sular u ssib sala kbira il-ġmiel tagħha, tħossok fi żmien ilkavallieri. Interessanti hafna l-kunċett tal-corkage li jintuża f’dan illokal. Tista’ tieħu l-inbid tiegħek, u/jew tixtri inbid mingħandhom bi prezz ridott. Fiż-żewġ każi trid tħallas biss corkage fee ta’ EUR 4.50. B’hekk Sharma jħallik taffordja tiekol ikla tajba (ħafna) u tixrob żewġ fliexken inbid flok wieħed!

Malli ġie l-waiter biex nordnaw, ovvjament Sarah bdiet bil-lista ta’ platti li xtaqet. Wara li semmiet issitt platt il-waiter b'mod pulit qalilha li jaħseb li qed nordnaw wisq. Allura waqafna sa starter u main course kull wiehed u kienet għażla tajba għax il-platti kienu ġenerużi ħafna! Sharma joffri post sabiħ b’menu varjat li jħajrek terġa tmur lura sabiex idduq xi ħaġa ġdida!

RENZO KERR CUMBO – JOVENES SARAH PACE – EQUINOX


1. Fil-Fiera tal-mużika ġewwa Frankfurt din is-sena kien hemm waħda mill iktar bands 'heavy metal' li eżistew s'issa. Din ilband hi magħmula minn tliet membri robots li ġew maħluqa minn metal irriċiklat. Il-band li jisimha Compressorhead kapaċi ddoqq diski ta' Led Zepellin u anke Motorhead u jidher li din il-band se tkun qed tagħmel bosta suċċess anke fiż-żmien li ġej.

3. Kemm siegħat għaddejna meta konna zgħar naħsbu u nikkontemplaw fuq x’ser nieħdu magħna waqt xi sessjoni ‘show and tell’, u l-istess għamel tifel ġewwa il-villaġġ Bowers Gifford f’ Essex. Waqt waħda min dawn il-famużi sessjonijiet dan it-tifel iddeċida li miegħu jieħu qoxra talartillerija ta’ madwar għoxrin ċentimetru biex jurijha lillkumplament tal-klassi. M’għandnix xi ngħidu, li kif ratu il-bqija tal-iskola ma tantx għoġbita din l-idea u b’hekk kellha tiġi evakwata l-iskola sakemm din l-arma ittieħdet il-bogħod milliskola.


ESPERJENZI | Volontarjat 2013 NAPOLI 2013

Ikolli ngħid li tlift il-kont ta’ kemm tatni affarijiet sbieħ din l-esperjenza. Fis-seba’ darba tiegħi naħdem fi grupp bħal dan inħoss li ħadt ħafna u allura li nkun ta’ servizz huwa ukoll dmir tiegħi. Dis-sena, jien u Corinne qed inħejju u niggwidaw grupp li huwa varjat mhux ħażin; il-voluntiera ġejjin minn ħafna oqsma differenti tal-ħajja li jagħmlu dan il-grupp iktar sinjur f’dawk li huma kapaċitajiet u valuri.

KURRENTI page 16

Hawnhekk kienet l-isfida tagħna li nippruvaw inressqu lill-individwi kollha lejn skop wieħed. Illaqgħat ta’ preparazzjoni għenu ħafna biex ilvoluntiera isiru jafu lil xulxin u jifhmu sew għalfejn ser jagħmlu din lesperjenza. Barra minn hekk dejjem jinħass ilbżonn li jingħataw ċertu skills ta’ kif il-voluntiera għandhom jaġixxu mattfal li ser ikunu qed jaħdmu magħhom u kif ukoll bejniethom. S’issa ilgrupp qed juri impenn tajjeb lejn dak li ser ikun

qed isir f’Napli u issa li fadal biss xahar biex nitilqu l-entużjażmu beda jikber u jinħass iktar. M’għandniex xi ngħidu, min diga’ għamel din l-esperjenza ikun minn ta’ l-ewwel biex jirrakkonta lill-bqija l-effett kbir li kellu l-volontarjat fuq ilpersonalita’ tiegħu. Min-naħa tal-loġistika, esperjenza bħal din timpenjak mhux ħażin. Minbarra preparazzjoni ta’ laqghat, krafts u fundraising events, aħna bħala koordinaturi rridu naħsbu għall-ippjanar tattitjiriet u tal-materjal li rridu ntellgħu magħna. Dan joħdilna ħafna ħin, li iżda flaħħar jissarraf biss f’xi erba’ tbissimiet kbar ta’ xi tifel jew tifla. Għal din lesperjenza tifforma komunita’ li għalkemm lgħan tagħha huwa li tagħti kemm jista’ jkun imħabba lit-tfal li naħdmu

magħhom, dan sabiħ li jsir f’ambjent spiritwali. Kuljum il-grupp jiċċelebra lEwkaristija flimkien massorijiet kif ukoll jieħu sehem f’mumenti spiritwali oħra ppreparati mill-grupp stess biex b’hekk jintlaħaq kull skop ta’ din l-esperjenza. Nixtieq nawgura lillvoluntiera kollha esperjenza ta’ ferħ u servizz mill-qalb u ninkoraġġixxi ħafna lil dawk li għadhom qatt ma missew mal-volontarjat biex jippruvawh u jesperjenzaw din it-trasformazzjoni.

13 ta’ Lulju, ejja malajr u ddumx !

DIANE MIFSUD EQUINOX >>


BLARNEY – IRELAND 2013 Meta ħarġu lapplikazzjonijiet għal esperjenzi ta’ din s-sena, lesperjenza l-ġdida li nħolqot għall-Irlanda mal-ewwel ġibditli l-attenzjoni. Kont bejn ħaltejn jekk nerġax nitla’ Napli, speċjalment peress li kienet tant esperjenza li kbirt minnha. Pero’ ħassejt li kelli nikber f’esperjenza ġdida għallaħħar u b’hekk għażilt li din is-sena nitla’ l-Irlanda. Din hija esperjenza kemmxejn differenti għaliex, ħa nitilgħu f’post fejn ma tantx nafu affarijiet ħlief li ħa nkunu mat-tfal u l-programm ta’ kif ħa jimxi.

KURRENTI page 17

L-esperjenza xorta ħa tkun mas-sorijiet ta’ Madre Teresa u ħa jkun hemm tliet gruppi ta’ tfal: iż-żgħar nett, mbad l-bniet lkbar u subien l-kbar. Bħala membri ħa nkunu ftit, din għandha ssaħħaħna bħala grupp. Ħa nkunu jien, Marie Claire Falzon, Karl Carabott, Kim Zahra u Wayne J. Dimech. Bħala tema ħa jkollna “ Small things with great love”.

L-esperjenza ħa ddum ġimgħatejn u ħa nkunu mattfal waqt il-ħin ta’ nofs nnhar. It-tfal ġejjin minn post żgħir ta’ Mallow, pero’ aħna ħa nkunu qegħdin noqgħodu Blarney li huwa nofs siegħa ‘l bogħod. Bhala attivitajiet ħa nkunu qegħdin nagħmlu “crafts”, għawm u xi ħarġiet ‘l hemm u ‘l hawn. Ovvjament apparti lesperjenza mat-tfal ħa jkollna l-opportunita’ li nkunu mas-sorijiet filgħodu biex b’hekk nkunu nistgħu nikbru spiritwalment ukoll.

Bħala grupp issa dħalna flaħħar fażi fejn qed nippreparaw l-affarijiet li għandna ntellgħu magħna u l-attivitajiet fosthom kant u żfin li ħa nagħmlu magħhom. Apparti min hekk rnexxilna nġibu xi sponsors biex nkunu nistgħu ntellaw l-affarijiet magħna. Ħerqana biex nagħmlu din lesperjenza, bejn għax hija ġdida u bejn għax esperjenza oħra, pero’ flaħħar mill-aħħar dawn ttip ta’ esperjenzi jgħinuk tikber f’ħafna aspetti, kemm spiritwali kif ukoll bħala persuna.

DANIELLE FARRUGIA ONYX



ESPERJENZI | Il-ħajja ta’ student MSSP! Naħseb li b'xi mod kollha tafu li aħna ndumu ħafna fl-istudji tagħna biex eventwalment insiru saċerdoti. Tul din il-mixja nagħmlu diversi esperjenzi differenti kif qed tindunaw minn dawn l-artikli. Parti mill-mixja tagħna hija l-istudju akkademiku f'diversi materji li huma importanti fil-Ħajja ta’ Saċerdot. Din tinkludi l-istudju talFilosofija u il-Psikoloġija li issir f'dan iż-żmien. Hawn min jgħid li bil-Filosofija jitlef ir-raġuni, u bil-Psikoloġija wieħed jipretendi li hu biss tajjeb! Naħseb din tistgħu twieġbuha aħjar intom li qegħdin f'kuntatt magħna! B'dan l-istudju, b’mod speċjali bil-Psikoloġija, wieħed ikun kapaċi jifhem lil ħaddieħor aħjar u jagħraf jgħin lil dak li jkun fil-mixja tal-ħajja. L-apprezzament lejn il-filosofija ssir fl-użu talloġika u il-ħsieb f'dak li wieħed jgħid u jagħmel. Barra l-istudju, kif kull student jaf, hemm ħafna esperjenzi u opportunitajiet li wieħed jagħmel biss meta jkun student! L-iktar li għalija kien importanti huwa lkuntatt ma’ diversi komunitajiet u membri ta'

ĊAMYouths fost esperjenzi oħra. Nemmen li dan ilkuntatt u l-mixja formattiva li aħna nagħmlu fil-komunità jiffurmaw esperjenza unika u mimlija frott! Matul dawn is-snin aħna nkomplu fil-mixja personali taghna jew dik interjuri ukoll. Permezz tal-komunità ta' brothers, flimkien qed nippruvaw ngħixu ideal, permezz ta’ openness għal xulxin, permezz ta’ spazji sagri fejn wieħed jibda jinduna hu minn hu u jagħraf aktar jgħix ħajtu fit-totalità tagħha. X'jiġifieri?

L-ideal hu li kull wieħed minna jkun kapaċi jinduna hu min hu, bis-sabiħ u likrah tiegħu sabiex jagħraf jgħix fil-paċi miegħu innifsu kif ukoll mad-dinja ta' barra. B’hekk il-Ħajja tagħmel sens u tkun qed tgħixha “to the full". Wasalt? Għadni le, pero qiegħed fit-triq, li hi laktar ħaġa importanti! Forsi l-istudju waħdu mhux attraenti biżżejjed, pero lgħixien tad-diversi esperjenzi flimkien li l-ħajja tagħna toffri, iwasslu biex ngħixu esperjenza vera qawwija tas-sens veru talħajja.

KURRENTI page 19

GIOVANN TABONE MSSP BROTHER


|Inżuru l-MALDIVI

Meta konna qegħdin naħsbu f’destinazzjoni għall-honeymoon, ikkunsidrajna għadd ta’ postijiet differenti. Ilkriterji li konna qed nimxu fuqhom kienu li ried ikun post barra mill-Ewropa fejn stajna nirrilassaw, filwaqt li nagħmlu affarijiet interessanti xorta waħda fit-temp tagħna. Xi ħaġa li żgur ma ridniex kien stress u hassle… kellna bżonn nirrilassaw ĦAFNA!

Il-vjaġġ għall-Maldives jikkonsisti f’erba’ sigħat minn Malta għal Dubai u sitt sigħat minn Dubai għall-Maldives. Il-Maldives jinkludu eluf ta’ gżejjer żgħar. L-ajruport jinsab fuq gżira waħdu li jisimha Hulhule, fejn biex mill-ajruport tmur lejn ir-riżort trid taqbad speed boat jew ajruplan talbaħar, skont kemm ikun hemm bogħod għar-riżort li tkun se togħqod fih. Il-gżira li qagħdna fuqha jisimha Furanafushi. Ir-riżort fuq din il-gżira kien ix-Sheraton Full Moon Resort and SPA. Ilkamra kienet hut bis-saqaf tal-qasab ftit metri ‘il bogħod mil-oċean. Sakemm konna hemmek għamilna diversi eskurżjonijeit. Waħda minnhom kienet is-Sunset Dolphin Cruise. Din kienet dawra b’dgħajsa tradizzjonali fi nżul ixxemx, fejn stajna naraw id-dniefel. Kienet esperjenza sabiħa ħafna għalina għax qatt ma konna rajna dniefel daqshekk mill-viċin qabel, u dakinhar inzertajna ħafna. Eskurżjoni oħra li morna kienet snorkelling. Onestament ma kienx hemm għalfejn immorru eskurżjoni biex naraw ilmeravilja ta’ ħut tropikali, għaliex tkun qed tgħum fi kwalunkwe naħa tallukanda u jiġu jgħumu ħdejk; pero xtaqna immorru f’parti fejn kien hemm il-coral reef biex naraw iżjed ħut differenti.

Sakemm konna qed nagħmlu snorkelling kien hemm kelb ilbaħar jgħum magħna. Fortunatament ma ndunajniex bih u sirna nafu li kien ħdejna l-għada għax qalulna xi residenti tar-riżort li kienu magħna! Kieku ma naħsibx li konna nibqgħu flilma!! Sakemm konna il-Maldives żorna tliet gżejjer oħra barra dik li konna qed ngħixu fuqha. Darba minnom morna fuq gżira jisimha Kuda Bandos. Sakemm qgħadna nesploraw din il-gżira, li għadha mhux żviluppata u nagħmlu lisnorkelling, il-kokijiet ippreparawlna BBQ fil-miftuħ, ghall-veduti mill-isbaħ talbaħar taħt is-siġar talcoconut. >>

KURRENTI page 20

REEL TIME


KURRENTI page 21

Xtaqna wkoll inżuru l-belt kapitali Male, kif ukoll gżira li joqogħdu fiha n-nies tallokal, li jisimha Himanafushi. F’Male kellna gwida li ħa ħsiebna u f’nofs ta’ nhar dawwarna l- gżira kollha, dħalna f’Moskea għallewwel darba f’ħajjitna, morna ġo park, ġo mużew, ġo pixkerija u f’suq tal-ikel.

Bħala gżira hija pjuttost ħajja, u mimlija vetturi żgħar. F’Himanafushi laqatna ħafna l-kuntrast bejn il-gżejjer turistiċi u l-gżejjer tan-nies tal-lokal. Tinsa li qiegħed ftit ‘il bogħod mill-ġenna tal-art u ssib ruħek fost ħafna faqar b’veduti mill-isbaħ. F’din il gżira rajna skola, grawnd żgħir tal-futbol u ltqajna man-nies tal-lokal minn fejn xtrajna xi souvenirs ukoll. Bħala destinazzjoni ilMaldives nista ngħid li hi veru btala tal-ħolm… dak li tara fuq il-brochures garantit li se tarah fil-verità… l-unika ħaġa li m’għoġobniex kien ilfatt li ridna niġu lura!!!

CLIFTON U CHRISTINE CALLEJJA ONYX


|Opportunitajiet UE SKOP Isem

Pajjiż

“Democracy, citizenship and youth participation” Egypt

Mentored Mentors Mentor Better!

Cyprus

KURRENTI page 22

The Power of Non Formal Education PT Portugal

International Youth Leadership Seminar (IYLS) Denmark

Sit ta' Se tibqa Deskrizzjoni Referenza Dettalji oħra tidher sa ... http://www.s altoyouth.net/to ols/european -trainingAre you interested to explore and calendar/trai discuss about place and role of young ning/democr people in the democratic process acywithin Euromed cooperation? Are you citizenshipready to share your expertise in the and-youth- marieclaire.t topic and be a part of high level participation. esta@gmail.c conference? Apply online now! 3636/ om 15-Jul-2013 http://www.s altoyouth.net/to A training course for EVS mentors, ols/european supervisors and project coordinators -trainingfocusing on tools and competences calendar/trai that can enhance the effectiveness of ning/mentor EVS projects in terms of different ed-mentors- marieclaire.t kinds of support that can be offered mentoresta@gmail.c to volunteers. better.3679/ om 30-Jul-2013 http://www.s altoyouth.net/to Improving the impact of Non Formal ols/european Education (NFE), principles and -trainingmethods in empowering young calendar/trai people as real actors of the society ning/the(from local to Europe). Experiencing power-ofPortuguese culture through non-formal- marieclaire.t interactions and partnerships with a education- esta@gmail.c local community. pt.3635/ om 31-Jul-2013 http://www.s altoyouth.net/to ols/european -trainingDo you want to sharpen your leader calendar/trai skills and learn to lead for social ning/internat change? Then join IYLS together with ional-youthother youth from all over the world – leadership- marieclaire.t to get inspired and empowered at the seminaresta@gmail.c same time! iyls.3564/ om 1-Aug-2013


Hey! What´s going on? Advanced Training on Group Processes and Facilitation Iceland

Risk’n’Roll TC - Georgia Georgia

International Conference of Active Trainers within EuroMed framework Turkey

KURRENTI page 22

SOHO in GreeceEuropean Training Course for EVS Support People Greece

http://www.s altoyouth.net/to ols/european -trainingcalendar/trai ning/heywhat-sgoing-onThe point of departure for the course advancedis a lived experience of 2-3 days in training-onthis group that will be reflected upon groupand used as a learning platform to processesgain a deeper theoretical underandmarieclaire.t standing of the dynamics of group facilitation.36 esta@gmail.c processes. 25/ om 1-Aug-2013 http://www.s altoThe aim of TC is to increase the youth.net/to quality of international projects in the ols/european Youth in Action Programme through -trainingdevelopment of participants’ calendar/trai competence in protecting young ning/risk-npeople in projects realised in roll-tcmarieclaire.t cooperation with organizations from georgia.3624 esta@gmail.c EECA region. / om 26-Aug-2013 http://www.s altoSALTO EuroMed, Turkish National youth.net/to Agency, EuroMed Youth Centre and ols/european Akdeniz University, are organising an -trainingInternational Meeting for all the calendar/got active trainers in EuroMed with a omarieclaire.t specific focus for whom took part in training/3273 esta@gmail.c TOTEM I and II and TATEM. / om 27-Aug-2013 http://www.s altoyouth.net/to ols/european -trainingcalendar/trai International training for those who ning/soho-inare directly involved in the support greecesystem around the volunteer european(mentors and task-related support trainingpersons) on the hosting, sending and course-for- marieclaire.t coordinating side in the EVS of YiA evs-support- esta@gmail.c and the future youth programme. people.3522/ om 8-Sep-2013


BiTriMulti (BTM) in IrelandMultilateral Training Course for newcomers in youth exchanges Ireland

Contrib-Uthtion reloaded – The value of active participation Spain

KURRENTI page 23

Symposium "FUTURE OF EU COOPERATIO N IN THE FIELD OF YOUTH in the context of the new programme" Slovenia

http://www.s altoyouth.net/to ols/european -trainingcalendar/trai ning/bitrimul ti-btm-inThe aim of the BiTriMulti course is to irelandoffer an international learning multilateralexperience for practitioners active in trainingthe youth work field, enabling them course-forto develop their competences in newcomerssetting up quality Youth Exchange in-youthmarieclaire.t projects;especially newcomers to this exchanges.35 esta@gmail.c field 23/ om 8-Sep-2013 http://www.s altoyouth.net/to ols/european -trainingThe active participation of young calendar/trai people is a recurrent topic in ning/contribEuropean society, it is one of the uth-tionpermanent priorities of the YiA reloadedprogramme. This is a training course the-value-offor those people who would like to activemarieclaire.t become active and have an impact on participation. esta@gmail.c society. 3632/ om 8-Sep-2013 http://www.s altoyouth.net/to ols/european -trainingcalendar/trai ning/symposi um-futureof-euThe symposium aims to offer space to cooperationdiscuss the future EU cooperation in in-the-fieldthe field of youth in the context of the of-youth-innew programme (Erasmus for all) and the-contextto contribute to the development of of-the-new- marieclaire.t the new map of future cooperation in programme.3 esta@gmail.c the field of youth. 638/ om 10-Sep-2013


GivePOWER to EMPOWER Romania

PARTNERSHI P Ghana

KURRENTI page 24

MA in Humanitarian Action Malta

http://www.s altoyouth.net/to ols/european -training"Give Power to Empower" is a calendar/trai motivational training course designed ning/givepow to empower youth workers in the er-tomarieclaire.t specific reality of project based–youth empower.36 esta@gmail.c work, from different countries. 44/ om 10-Sep-2013 Richbone Initiative Foundation is a registered non governmental organization in Ghana with a mission of improving the quality of lives of underprivileged people by providing them with educational resources, training, information and empowerment in addressing issues related to health care, education, agriculture, poverty alleviation, children's rights and social development. Our present and upcoming projects include vision of the orphans (VOTO), read wide, read to succeed and ICT program, summer in Ghana, FB save a street child, I am so rich, live green, hands washing school, road safety and clean and potable water (community WASH). We are delighted that your organization is regularly sending volunteers interested in working in community projects and would like to Isaac experience living and sharing with the Twumasi communities. In this regard we are Ampofo expressing our interest to be your Richbone partner or host organization for www.rbifoun Initiative Ghana placements. dations.org Foundation 31-Dec-2013 http://www. The Masters programme approaches um.edu.mt/a humanitarian and development rts/overview/ action from both a practical and an PMAHMAFET analytical perspective. Students 12-2012-3-O develop the necessary knowledge and http://www. skills to critically analyse um.edu.mt/a humanitarian action, and work rts/overview/ effectively in the humanitarian and PMAHMAPET kyle.vella91 development field. 12-2012-3-O @gmail.com 31-Dec-2013

KYLE VELLA AGORA


|Review tal-karozza… REEL TIME

HYUNDAI i20 Comfort Il-karozza li ħadet post il-Hyundai Getz, karozza li toffri valur tajjeb għall-flus u bi stil li jiġbed l-għajn. Jekk wieħed jinnota, lisem bl-ittra ‘i’ quddiem għamilha tidher cool bħal ngħidu aħna l-iPhone jew l-iPod.

STIL Il-linji fuq barra tal-karozza jiġbdu xi ftit l-għajn speċjalment fuq kulur skur bħal l-iswed li soqt. Fuq ġewwa, wieħed ma jistenniex l-istil ta’ karozza Ewropea, biss id-dashboard tal-karozza joffri dak kollu li wieħed għandu bżonn filkarozza mingħajr ħafna affarijiet żejda. Wieħed xorta jgawdi mill-kulur silver f’nofs id-dashboard u fuq l-isteering. Fuq display żgħir il-karozza ttik informazzjoni utli bħall-ħin, it-temperatura fuq barra u

kemm wieħed qed isuq b’mod ekonomiku. Fuq display iżgħar, li personalment għoġobni, wieħed jista’ jara jekk ilpassiġġieri hux lebsin seat-belts u jekk l-airbag tal-passiġġier hux mitfi. Fuq barra għoġobni l-istil trijangulari tal-indicators tal-ġenb u l-mod ta’ kif jinfetaħ il-boot. B’toqba fin-nofs li tinkorpora larma tal-Hyundai, wieħed ixebbħu ma’ smiley-face, biss mhux kulħadd qabel miegħi. KWALITA` Wieħed irid iżomm f’moħħu li din hija karozza Koreana, biss m’hemmx xi tgerger mill-kwalità. Ilplastics ma’ jixbħux dawk ta’ karozza Ewropea, biss huma aċċettabbli. Ilkarozza toħroġ b’ħafna affarijiet standard bħal radju bis-CD, arja kkundizzjonata, mirja u ħġieġ elettriku u socket fejn wiehed iqabbad ilmobile jew USB. Il-buttuni tar-radju huma wkoll replikati fuq l-isteering. >>

KURRENTI page 25

KUMDITA` L-i20 mihiex kbira ħafna, biss tinħass akbar fissewqan. Il-mudell li soqt jgħin aktar fis-sbuħija, peress li għandu żewġ bibien. Biss, għalkemm laċċess għal wara mhux komdu daqs karozza b’erba’ bibien, il-karozza xorta hi prattika. Hekk kif wieħed jidħol fil-karozza jħossu komdu, u hemm spazju adekwat anke’ wara. L-art fuq wara hija ċatta, li tagħmilha iktar faċli biex wieħed jaqsam minn naħa għal oħra. Ilboot hu kbir mhux ħażin għal karzza ta’ dan iddaqs. Fis-sewqan nista’ ngħid li ftit kienu l-karozzi ta’ din il-kumdità. L-iskossi fit-toroq ma jinħassu xejn, anke’ meta tkun għaddej b’veloċità.

PERFORMANCE Il-Hyundai i20 li soqt armat b’magna 1.2 petrol. Magna tajba ħafna, speċjalment għal Malta. Din il-magna tagħti dik is-saħħa li wieħed jeħtieġ biex joħroġ meta jkun wieqaf u żżomm ilvelocità. Il-magna ma tinħassx għajjiena lanqas meta wieħed isuq bl-arja ikkundizzjonata. Vantaġġ ieħor ta’ magna żgħira bħal din huwa li l-karozza hija wkoll ekonomika ħafna.


Ħaġa li għoġbitni hi l-mod kif iċċavetta tintewa biex taħbi l-parti talħadid tal-karozza u li miċ-ċavetta stess, wieħed jista’ anke’ jiftaħ ilboot tal-karozza. PRATTIĊITA` Apparti mill-fatt li l-aċċess għal wara mhux l-aktar komdu, peress li lkarozza għandha żewġ bibien, quddiem huwa komdu ħafna u lboot kbir. Il-karozza mhux kbira ħafna allura tagħmilha faċli tipparkja u ekonomika, li tagħmilha karozza tajba u prattika għall-ħajja ta’ kuljum. Apparti minn hekk, wieħed iżomm f’moħħu li karozzi b’żewġ bibien, għalkemm xi ftit anqas prattiċi, huma isbaħ fiddehra. Fuq ġewwa l-karozza fiha ħafna postijiet fejn wieħed jerfa’ laffarijiet, speċjalment fin-nofs talkarozza fejn wieħed isib tliet postijiet għat-tazzi u tliet postijiet oħra fejn wieħed ipoġġi mobile u ċwievet fost affarijiet oħra. SIGURTA` Din hija ħaġa li d-ditti kollha talkarozza jqisu bħala importanti. Ilkarozza ħadet ħames stilel fil-Euro NCap rating u fiha sitt airbags fost ħafna teknoloġija oħra bħall-ABS. Il-Hyundai i20 hija karozza li mhix għalja ħafna, biss xorta waħda toffri l-kumdità u l-prattiċità li wieħed jippretendi minn karozza moderna. MARK SPITERI LYNKS


2011 Il- ‘buzz’ kbir li kien hemm waqt il-Post ĊAMKamp Bash ta’ dik is-sena. B’din l-attivita’ jingħalaq bejn wieħed u ieħor il-kalendarju ta’ ĊAMYouths.


http://www.facebook.com/groups/ camyouths/


ĊAMYOUTHS

MALTAINTERNATIONAL MUSIC FESTIVAL An inspiring and unique festival 12-20/07/2013 Malta

SUNSET GATHERING 2013 Live performances by various Religious Bands 28/07/2013 Rabat – Malta

MALTA ARTISAN FAIR Arts, crafts, and artisan food under the stars 13/07/2013 Ħ'Attard – Malta

THE DELICATA CLASSIC WINE FESTIVAL Malta's greatest wine event is back for its 12th year 08/08/2013 - 11/08/2013 Upper Barracca Gardens – Malta

MARK KNOPFLER CONCERT Legendary Dire Straits front man 17/07/2013 The Granaries – Malta

MALTA VS DENMARK 06/09/2013 Ta’ Qali National Stadium – Malta

MALTA JAZZ FESTIVAL Annual appointment for jazz lovers. 18-20/07/2013 Ta’ Liesse – Malta JOSEPH CALLEJA IN CONCERT 01/08/2013 The Granaries – Malta FRINGE Capturing the Malta Jazz Festival by Sergio Muscat 17/07/2013 – 29/09/2013 Palazzo de Piro – Malta FOLKFEST 19/07/2013 Zejtun - Malta

MALTA VS BULGARIA 10/09/2013 Ta’ Qali National Stadium – Malta A NIGHT IN CASAL FORNARO 20-21/09/2013 Hal-Qormi – Malta ALARME 22/09/2013 Birgu – Malta POKERLISTINGS BATTLE OF MALTA 2013 A No-Limit Hold’em tournament 26/09/2013 - 29/09/2013 Portomaso Casino – Malta



Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.