MSFC Familja 10 SAJF A 2020

Page 17

M

atul ix-xahar ta’ Ottubru 2019, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ngħaqad ma’ ħafna oħrajn filkampanja ta’ għarfien dwar il-kanċer tas-sider ħaġa magħrufa aktar bħala Pink October.

Peter Miceli Saydon Prinċipal

Kienu ħafna d-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdan dan l-istess Ministeru li ħadu sehem f’din l-inizjattiva billi libsu bil-kulur roża f’ġurnata partikolari tal-għażla tagħhom matul ix-xahar ta’ Ottubru u ġabru fondi b’risq din il-kawża. Inġabret is-somma sabiħa ta’ €6078 li ngħatat lill-Marigold Foundation mis-Sinjuri Claudia Mifsud, Archibald Attard u Peter Miceli Saydon f’isem il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.

Pink October 2019 - 2020

Grazzi kbira u prosit lil kull min ta sehmu u nħeġġu iżjed parteċipazzjoni jekk Alla jrid għal Ottubru 2020 sabiex tinġabar dejjem somma isbaħ li tkun ta’ għajnuna xierqa għal din il-kawża ferm ġusta.

familja.media@gov.mt

Paġna 17


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
MSFC Familja 10 SAJF A 2020 by MSFC-Familja.media - Issuu