
1 minute read
Is-Sur Peter Miceli Saydon
Pink October 2019 - 2020
Matul ix-xahar ta’ Ottubru 2019, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ngħaqad ma’ ħafna oħrajn filkampanja ta’ għarfien dwar il-kanċer tas-sider ħaġa magħrufa aktar bħala Pink October.
Kienu ħafna d-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdan dan l-istess Ministeru li ħadu sehem f’din l-inizjattiva billi libsu bil-kulur roża f’ġurnata partikolari tal-għażla tagħhom matul ix-xahar ta’ Ottubru u ġabru fondi b’risq din il-kawża.
Inġabret is-somma sabiħa ta’ €6078 li ngħatat lill-Marigold Foundation mis-Sinjuri Claudia Mifsud, Archibald Attard u Peter Miceli Saydon f’isem il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.
Grazzi kbira u prosit lil kull min ta sehmu u nħeġġu iżjed parteċipazzjoni jekk Alla jrid għal Ottubru 2020 sabiex tinġabar dejjem somma isbaħ li tkun ta’ għajnuna xierqa għal din il-kawża ferm ġusta.
Prinċipal
