Suppliment FAMILJA 2024 Numru 6 Divizjoni ghall-Istrategija u l-Implimentazzjoni

Page 1

Diviżjoni

2024 Numru 6 suppliment
familja Sena
għall
Istateġija u l
Implimentazzjoni
-
-

Ħajr

Ms Alexia Vella – Direttur Ġenerali Diviżjoni għall-Istrategija u l-Implimentazzjoni

Ms Joanne Zarb – Direttur Direttorat tal-Operat

Mr Justin Facciol – Direttur Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Affarijiet Internazzjonali

Ms Helena Holland – Direttur Direttorat għall-Istrateġija tal-Pensjonijiet

Mr Jonathan Silvio – Direttur Direttorat għall-Koordinazzjoni u l-Implimentazzjoni

Ms Gertrude Farrugia – Senior Principal Diviżjoni għall-Istrategija u l-Implimentazzjoni (Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali)

Grazio Barbara, Direttur Ġenerali u Helena Holland, Direttur Qari tal-Provi

Peter Miceli Saydon, Prinċipal Produzzjoni Grafika

Archibald Attard, Officer in Scale 10 Distribuzzjoni

Tonio Bonello, Corporate Communications Manager Editur Media MSPC

SUPPLIMENT SPEĊJALI FAMILJA hi pubblikazzjoni oħra prodotta u mqassma mill-Ministeru għallPolitika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal. Flimkien ma’ dan ir-rivista, il-Ministeru jipproduċi diversi pubblikazzjonijiet oħra taħt l-isem tal-marka FAMILJA.

FAMILJA AĦJAR hi pubblikazzjoni annwali bil-għan li tinforma lill-pubbliku ġenerali dwar il-miżuri mħabbra fl-aħħar baġit. Kull tliet xhur, RIVISTA FAMILJA tfittex li tinforma lill-qarrejja bix-xogħlijiet ħolistiċi tal-Ministeru flimkien ma’ temi soċjo-kulturali ta’ interess ġenerali.

FULJETT ĠEMMA hu speċifikament iffukat dwar il-kampanja nazzjonali ta’ Malta ĠEMMA. L-għan tiegħu hu li persuni u familji jużaw aktar għaqal u kawtela dwar kif jonfqu lflus u l-ġestjoni tal-flus tagħhom b’tali mod li jimmotiva lin-nies biex jiffrankaw il-flus f’każ ta’ xi kontinġenza jew meta jkollhom bżonnhom għal xi pjanijiet futuri. Tista' ssib aktar dettalji fuq www.gemma.gov.mt

Jekk tixtieq tabbona għall-pubblikazzjonijiet tagħna, jekk jogħġbok skennja l-QR-Code hawn taħt bl-ismartphone tiegħek u imla l-formola. Linformazzjoni kollha pprovduta tinżamm bl-aktar mod kunfidenzjali u konformi mal-liġi tal-protezzjoni tad-data ta’ Malta. Dan is-servizz hu kompletament bla ħlas.

Jekk tinħtieġ aktar informazzjoni tista’ tikteb lit-Taqsima talKomunikazzjoni tal-Ministeru dwar kull ħaġa relatata mal-midja u lkomunikazzjoni tal-MSPC fuq familja.media@gov.mt

familja
suppliment

Bijografija tad-Direttur Ġenerali, s-Sinjura Alexia Vella

Is-Sinjura Alexia Vella ġiet maħtura bħala Direttur

Ġenerali għall-Istrateġija u l-Implimentazzjoni fi ħdan ilMinisteru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal f’Mejju 2023.

Hija responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji, inizjattivi u miżuri relatati mall-politika soċjali nazzjonali. L-irwol jinvolvi wkoll l-operat, inklużi lprovvista tas-servizz u l-kwalità.

Primarjament, hija ggradwata bħala ħaddiema soċjali u b’Masters fl-Etika. Is-Sinjura Vella bdiet taħdem bħala ħaddiema soċjali u ħadmet f’diversi oqsma b’irwoli differenti, fosthom fis -servizzi tal-ħarsien soċjali inkluż il-kura residenzjali, fl-amministrazzjoni tas-sigurtà soċjali, filqasam tal-Fondi Ewropej u l-affarijiet internazzjonali, u anke fis-servizzi edukattivi.

Is-Sinjura Vella bdiet taħdem f’dan il-Ministeru bħala ħaddiema soċjali mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Socjali u rritornat lura f’dan il-Ministeru bħala Assistent Direttur responsabli mill-kura residenzjali fid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Kommunità, li dak iż-żmien kien għadu jagħmel parti minn dan il-Ministeru. Wara dan l-irwol, imbagħad hija serviet bħala Direttur, fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali responsabbli mit-Taqsima għarRelazzjonijiet Internazzjonali.

1 familja familja.media@gov.mt
Diviżjoni għall-Istateġija u l-Implimentazzjoni

Introduzzjoni

Qed nikteb dawn il-kelmtejn, hekk kif issena li għaddiet ġejt inkarigata bittmexxija tad-Diviżjoni għall-Istrateġija u lImplimentazzjoni. Din id-Diviżjoni hija

responsabbli għar-riċerka; l-iżvilupp, ilkoordinazzjoni u l-implimentazzjoni talpolitika u programmi soċjali f’Malta; lOperat; kif ukoll ir-Relazzjonijiet

Internazzjonali. Għalhekk din id-Diviżjoni hija strateġika sabiex permezz ta’ kollaborazzjoni mal-entitajiet u dipartimenti oħrajn

titwettaq il-funzjoni ta’ dan il-Ministeru b’mod effettiv li jtejjeb il-ħajja u l-prospetti soċjali taċċittadini

Hekk kif kważi se tgħaddi sena minn din il-ħatra, b’sodisfazzjon kbir inħares lura lejn il-miri milħuqa u x-xogħol li wettaqna flimkien bħala Diviżjoni. Dan jinkludi wkoll diversi tibdiliet li saru fi ħdan id-Diviżjoni sabiex titjieb l-effiċjenza u l-kontabbiltà. Infatti, rajna t-twaqqif ta’ Direttorat ġdid għall-Istrateġija tal-Pensjonijiet sabiex jinkorpora l-politika tal-pensjonijiet, u l-amministrazzjoni tal-inizjattiva ĠEMMA. Barra minn hekk, sar tibdil ukoll sabiex l-iżvilupp tal-politika u l-implimentazzjoni ikun f’Direttorati separati, u sabiex ukoll t-Taqsima għarRelazzjonijiet Internazzjonali tkun parti minn din id-Diviżjoni. Permezz ta’ dawn it-tibdiliet, issa d-Diviżjoni għandha struttura b’saħħitha sabiex tkompli twettaq il-missjoni ta’ dan ilMinisteru u niżguraw kwalità ta’ ħajja aħjar għas-soċjetà tagħna permezz ta’ protezzjoni soċjali effettiva u servizzi ta’ ħarsien soċjali ta’ kwalità.

F’din is-sena ħdimna fuq diversi policies fosthom il-Qafas ta’ Politika għat-Tfal 2024-2030, Rapport t’Implimentazzjoni rigward il-Garanzija tat-Tfal, u t-tiġdid tal-Istrateġija għat-Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali. Barra minn hekk, il-ħidma kompliet sabiex ikomplu jiġu implimentati proġetti ffinanzjati minn fondi Ewropej u anke minn fondi nazzjonali bħal dawk

2 familja familja.media@gov.mt familja.media@gov.mt

tat-tqassim tal-ikel u sabiex ukoll jinkisbu proġetti ġodda. Kompliet ukoll il-ħidma kemm

mid-Direttorat tal-Operat u mit-Taqsima għar-Relazzjonijiet Internazzjonali sabiex jiġi

assigurat li l-klijenti tagħna jinqdew b’mod effiċjenti u jieħdu dak li huma intitolati għalih.

Apparti minn hekk, għalkemm direttorat ġdid, id-Direttorat għall-Istrateġija tal-Pensjonijiet beda l-ħidma tiegħu sabiex jibda jitfassal il-pjan tax-xogħol u l-qafas tar-rapport 2025-2030 u kompla l-ħidma ta’ Ġemma sabiex jeduka u jinforma lis-soċjetà Maltija dwar il-kapacità finanzjarja.

Finalment, ninsab konvinta u mmotivata li din id-Diviżjoni se tkompli ssaħħaħ l-irwol u lħidma kontinwa tagħha f’dan il-qasam, sabiex dejjem tkompli tilħaq iktar nies li l-iktar għandhom bżonn.

Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Affarijiet Internazzjonali (PDIA)

“Bħala Policymakers, l-għan ewlieni huwa li nifhmu il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni li dejjem qed jevolvu maż-żmien, u li huma influwenzati minn fatturi dinamiċi (bħad-demografija, il-politika, il-kultura u d-dinamika soċjali) biex sussegwentament tittieħed azzjoni neċessarja”.

3 familja familja.media@gov.mt

L-għan priniċipali tad-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Affarijiet Internazzjonali (PDIA)

jinvolvi t-tfassil ta’ politiki, ibbażati fuq l-evidenza, bl-iskop li jkompli jsaħħaħ il-benesseri tassoċjetà. Dan jinvolvi t-twettiq ta’ riċerka intensiva dwar diversi kwistjonijiet soċjali li jirriflettu rrealtajiet attwali tas-soċjetà sabiex ikun żgurat li l-miżuri proposti jkunu bbażati fuq linformazzjoni u jrendu impatt pożittiv u tanġibbli.

Il-proċess tat-tfassil tal-politika jibda bl-identifikazzjoni tal-lakuni jew l-isfidi li jiffaċċjaw in-nies, segwiti mill-formulazzjoni tal-politiki, it-teħid tad-deċiżjonijiet, l-implimentazzjoni u levalwazzjoni. Ir-riċerka għandha rwol kruċjali f'kull stadju, billi tgħinna niksbu l-għarfien permezz ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati, nipproponu soluzzjonijiet siewja u nevalwaw l-effettività tal-politiki wara li dawn jiġu implimentati.

Reċentament il-PDIA ppublika l“Viżjoni Soċjali Għal Malta

2035”, il“Pjan Nazzjonali għall-Garanzija tat-Tfal’, kif ukoll il“Qafas ta’ Politika għat-Tfal 2024-2030” . Dak li jiddistingwi l-politika soċjali minn forom oħra ta’ politika huwa l-enfasi tagħha fuq ittitjib tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Filwaqt li nirrikonoxxu li sar progress sinifikanti fl-isfera soċjali matul is-snin, xorta waħda għad fadal ħafna xi jsir.

Biex nibnu fuq il-kisbiet tal-passat u niżguraw suċċess kontinwu, huwa essenzjali li nkomplu ninvestu fir-riċerka soċjali u fit-tfassil tal-politika

bbażat fuq l-evidenza. Dan l-investiment huwa kruċjali biex is-soċjetà tkun mgħammra biex

tindirizza sfidi futuri u tieħu kull opportunità li twassal għall-prosperità soċjali.

“Insaħħu l-Vuċi tat-Tfal f’Malta”

4 familja familja.media@gov.mt

Fil-preżent id-direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Affarijiet

Internazzjonali (PDIA) wkoll qed jimplementa l-proġett

“Empowering Children’s Participation in Malta”, ko-finanzjat mill-Programm tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet, u Valuri. Dan wara li l-proġett tal-PDIA kien wieħed minn tnax-il proġett magħżul mill-Kummissjoni Ewropea fost aktar minn 145 proġett sottomess minn madwar l-Ewropa kollha. Din hi l-ewwel darba li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal irnexxxielu jieħu għotja minn fondi ċentrali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-drittijiet tat-tfal. Il-proġett għandu l-għan li jsaħħaħ l-involviment tat-tfal filproċessi nazzjonali tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Biex jiżgura d-dritt kruċjali tat-tfal li

jipparteċipaw, il-proġett jikkonsisti fi żvilupp ta’ Pjattaforma ta’ Parteċipazzjoni tat-Tfal Onlajn (the Empowering Children App www.empoweringchildren.gov.mt), li tipprovdi spazju sikur u inklussiv sabiex it-tfal jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar it-tfassil tal-politika nazzjonali. Barra dan, il-proġett ifittex li jgħammar lil dawk li jfasslu l-politika b'għodod u għarfien biex

jintegraw il-perspettivi tat-tfal b'mod effettiv u jqajmu kuxjenza dwar id-dritt tat-tfal li

jinstemgħu. Implimentat mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal permezz tad-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Affarijiet Internazzjonali, b’kollaborazzjoni mal-University College

Cork u l-Kummissarju għat-Tfal, il-proġett jagħti prijorità lill-ugwaljanza bejn is-sessi u għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tat-tfal filwaqt li jagħtihom vuċi biex isemmgħu leħinhom fuq livell nazzjonali.

5 familja familja.media@gov.mt

Ta’ min jgħid li l-Empowering Children App toffri wkoll appoġġ lil tfal vulnerabbli permezz ta’ assistenza professjonali, sabiex tfal li jkollhom bżonn ta’ xi ħadd ma’ min jitkellmu jkunu

jistgħu jaċċessaw dan is-servizz bla xkiel. Il-proġett se jkun ukoll qed jintroduċi Toolkit ta’ Evalwazzjoni tal-Parteċipazzjoni tat-Tfal – kemm għal Malta kif ukoll potenzjalment anke għal pajjiżi oħra.

Il-Punt Fokali Nazzjonali għad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

Id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Affarijiet Internazzjonali (PDIA) għandu wkoll irwol fundamentali fejn jidħol id-drogi u s-sustanzi.

Fl-isforzi ta’ Malta biex tindirizza t-tħassib

relatat mad-droga l-Punt Fokali Nazzjonali għad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

fi ħdan il-PDIA għandu r-responsabbiltà li

jifformula politiki nazzjonali dwar id-droga u l-alkoħol li jirriflettu sfidi ġodda u xejriet li jinbidlu kontinwament.

F'Ġunju 2023, tnediet uffiċjalment it-tieni Politika Nazzjonali dwar id-Droga, li hi mifruxa fuq għaxar snin mill-2023 sal-2033. Din il-politika tenfasizza impenn biex jitnaqqsu l-impatti negattivi tad-drogi filwaqt li trawwem il-benesseri tas-soċjetà. Irwol importanti ieħor tal-punt fokali huwa li jservi bħala ċentru għall-kollaborazzjoni u d-djalogu fost il-partijiet interessati involuti fis-setturi relatati mad-droga u d-dipendenza tagħha. Bit-tlaqqigħ ta' laqgħat bejn stakeholders, il-Punt Fokali jipprovdi pjattaforma għal vuċijiet diversi biex jikkonverġu, u flimkien jaħdmu biex itejbu l-kundizzjonijet li jgħixu fihom persuni li għaddejjin minn problemi ta’ droga.

Barra minn hekk, il-punt fokali jservi bħala database ta' informazzjoni, u jikkonsolida s-sejbiet varji permezz tal-pubblikazzjoni annwali tar-Rapport Nazzjonali dwar is-Sitwazzjoni u Risponsi

6 familja familja.media@gov.mt

għaliha f'Malta. Din il-pubblikazzjoni annwali sservi bħala ġabra ta’ għarfien minn diversi partijiet interessati, li jkopru oqsma bħall-politika, l-infurzar u t-trattament. Il-punt fokali

jmexxi wkoll inizjattivi ta' riċerka sinifikanti bħall-General Population Survey u din is-sena ser jipparteċipa wkoll fil-European Web Survey on Drugs. L-informazzjoni tinġabar f’rapport b’diskors infurmat immirat lejn dawk li jfasslu l-politika, lill-prattikanti, u lill-pubbliku bl-istess qies. Il-Punt Fokali jimpenja ruħu wkoll b’mod attiv f’kollaborazzjonijiet internazzjonali. Dan jinkludi parteċipazzjoni fiċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), fejn l-unità tikkontribwixxi għal-laqgħat ta' esperti u tqassim ta’ informazzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-Punt Fokali jestendi anke l-impatt tiegħu globalment billi jipprovdi informazzjoni lill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Droga u lKriminalità (UNODC) għall-inklużjoni fir-Rapport Dinji dwar id-Droga. Affarijiet Ewropej u Internazzjonali

Il-PDIA jimpenja ruħu f’diskussjonijiet internazzjonali fir-rigward ta’ affarijiet soċjali u ddrittijiet tat-tfal li jaqgħu firresponsabbiltà tal-Ministeru. Ixxogħol konness mal-affarijiet internazzjonali jikkonsisti firrappreżentanza f’fora Ewropej u Internazzjonali bil-għan li nipproteġu l-interessi ta’ Malta fuq kull livell u kif ukoll biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali u ddrittijiet tat-tfal, b’mod partikolari.

7 familja familja.media@gov.mt

Bħala eżempji, fuq livell Ewropew, ħaddiema fid-Direttorat huma rrappreżentanti ta’ Malta fuq il-Kumitati mwaqqfa mill-Kummissjoni Ewropea li huma l-Indicators Sub Group (ISG) u fuq il-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali (Social Protection Committee - SPC).

Irwol ewlieni ieħor mwettaq mid-Direttorat fuq livell Ewropew huwa r-rappreżentazzjoni ta’ Malta fil-fora tal-Kunsill tal-Ewropa. Fuq livell Internazzjonali, id-Direttorat jirrapporta fuq ittwettiq tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC) u l-Protokolli marbuta magħha.

Il-parteċipazzjoni tad-Direttorat f’fora bħal dawn mhux biss tipprovdi tagħrif f’materji ta’ statistika u politika soċjali iżda tgħin ukoll l-iżvilupp ta’ policies u l-ippjanar ta’ servizzi soċjali li jindirizzaw il-bżonnijiet ewlenin fuq livell nazzjonali. Barra minn hekk, it-tħejjija ta’ rapporti u ssottomissjonijiet analitiċi jagħtu l-opportunità lil Malta biex taqsam is-suċċessi tagħha ma’ oħrajn u biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ dokumenti u strateġiji li jmorru lil hinn mixxenarju nazzjonali.

Id-Direttorat tal-Operat

Id-Direttorat tal-Operat għandu rwol importanti fl-istrateġija operattiva tal-Ministeru għallPolitika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. L-għan ewlieni tal-operat huwa r-responsabbiltà għallippjanar, id-direzzjoni u l-koordinazzjoni biex imexxi ’l quddiem inizjattiva ta’ bidla f’diversi dipartimenti u entitajiet fil-Ministeru.

8 familja familja.media@gov.mt

Matul dawn l-aħħar snin, id-Direttorat ħadem biex introduċa bosta servizzi onlajn li huma aċċessibbli f'kull ħin u kullimkien u faċli sabiex jintużaw. Id-diġitali għandu jitqies bħala lgħażla awtomatika għat-twassil tas-servizzi, filwaqt li aktar ma tinkiseb fiduċja f’dawn isservizzi aktar jiżdied l-użu tagħhom.

Sezzjoni tal-Customer Care

Ir-rwol prinċipali tas-sezzjoni tal-Customer Care huwa li tingħata l-aħjar għajnuna lill-pubbliku fl-iqsar żmien possibbli. Din is-sezzjoni hija magħmula minn aġenti li jwieġbu emails li jirċievu ta’ kuljum mingħand il-pubbliku, kif ukoll każijiet li jidħlu l-ewwel għand servizz.gov permezz tal-kuntatt telefoniku, email, Facebook u pubbliku li jżur il-hubs. Dawn jgħaddu fis-sezzjoni tal-Customer Care permezz tas-sistema tal-Customer Relations Management (CRM) biex jiġu finalizzati. L-aġenti tal-Customer Care Unit jikkuntattjaw lill-klijenti permezz tal-email jew permezz tal-kuntatt telefoniku. Il-mistoqsijiet mill-pubbliku li jgħaddu permezz tal-formola ta’ kuntatt li tinsab fil-websajt tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jgħaddu wkoll fuq l-istess sistema.

Id-Direttorat tal-Operat ħadem biex isaħħaħ is-sezzjoni tal-Customer Care billi ssaħħet issistema ta’ Customer Relationship Management (CRM) li hija bbażata fuq l-infrastruttura ta’ servizz.gov. Din is-sistema għandha l-istess funzjonalità u karatteristiċi ta’ servizz.gov. IsServizz tal-klijent jiġi mmonitorjat regolarment. Dawk responsabbli tal-ġestjoni jiltaqgħu regolarment biex jittejjeb is-servizz u jipprovdu servizz ta’ eċċellenza.

Sezzjoni tal-Arkivji u Rekords

Is-sezzjoni tal-Arkivji u Rekords hija responsabbli għad-dokumenti tal-Ministeru għall-Politika

Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, kif ukoll tad-diversi entitajiet li jaqgħu taħtu. Din is-sezzjoni taħdem b’kollaborazzjoni mal-impjegati tal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta.

9 familja familja.media@gov.mt

Il-funzjoni ta’ din is-sezzjoni hi li tara li d-dokumenti li jinsabu fi ħdan il-Ministeru jingħataw retention policy approvata mill-Arkivista Nazzjonali, fejn il-Ministeru jkun protett legalment meta jinqerdu ċerti dokumenti. Huwa importanti illi f’dan il-proċess jinżammu dokumenti li jistgħu jkunu ta’ valur storiku, bl-iskop li dawn ikunu jistgħu jiġu aċċessati għal skop ta’ riċerka mill-pubbliku.

Taqsima tal-Manutenzjoni

Din it-taqsima hija inkarigata mill-manutenzjoni f’Palazzo Ferreria, l-Uffiċċju tal-Arbitru, luffiċini tat-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, kif ukoll it-Taqsima tal-Bordijiet ġewwa lKonservatorju Vincenzo Bugeja.

It-taqsima hija attiva l-ġimgħa kollha fejn tieħu ħsieb li jsiru t-tiswijiet neċessarji f’każijiet ta’ ħsarat li jinqalgħu minn żmien għal żmien. It-taqsima twettaq ukoll proġetti żgħar ta’ tisbiħ ta’ uffiċini li jinkludu tibjid, bibien ġodda, plumbing u elettriku, tqegħid ta’ soffitti kif ukoll

10 familja familja.media@gov.mt

kmamar tal-banju. It-taqsima hija wkoll responsabbli minn superviżjoni ta’ proġetti ta’ kostruzzjoni ta’ kuntratturi privati mqabbda mill-Ministeru.

Id-Direttorat għall-Koordinazzjoni u l-Implimentazzjoni

Id-Direttorat responsabbli mill-Koordinazzjoni u l-Implimentazzjoni fi ħdan il-Ministeru għallPolitika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jinkorpora fih it-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali (IRU). L-għan ta’ din it-taqsima huwa li taġixxi bħala punt ta’ referenza għall-affarijiet internazzjonali; kemm dawk b’dimensjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) kif ukoll fir-rigward talimplimentazzjoni tal-ftehimiet bilaterali ratifikati minn Malta tul is-snin.

Id-Direttorat jinkorpora wkoll fi ħdanu l-Implimentazzjoni tal-Programmi. Dan primarjament jinvolvi l-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proġetti kofinanzjati millUnjoni Ewropea, kif ukoll programmi jew inizjattivi oħra, filwaqt li jikkordina wkoll ma’ partijiet interessati oħra biex jiżgura implimentazzjoni bla xkiel ta' dawn il-proġetti, miżuri u inizjattivi rispettivament.

It-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali

It-Tasima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali (IRU) hija responsabbli mill-ipproċessar ta’ numru ta’ talbiet għall-benefiċċji soċjali. F’każijiet relatati ma’ pensjoni, tali talbiet jistgħu jkunu ġejjin minn persuni li joqogħdu lokalment u li qegħdin jitolbu pensjoni minn barra jew minn persuni li joqogħdu barra minn Malta li jitolbu pensjoni minn Malta.

Minħabba li n-numru ta’ pensjonanti li joqogħdu barra minn Malta qed dejjem jikber, l-IRU ħa ħsieb ukoll sabiex jimplimenta sistema ta’ Ċertifikazzjoni ta’ Verifika tal-Intitolament bħala salvagwardja kontra każijiet li jistgħu jkunu qarrieqa. Din is-sistema tipprovdi lill-IRU bl-

11 familja familja.media@gov.mt

għodda neċessarja biex iżżomm kuntatt ma’ pensjonanti li ma jgħixux Malta sabiex tivverifika li tali pensjonanti għadhom ħajjin, kif ukoll biex iżżomm rekord aġġornat bid-dettalji talqraba. Responsabbiltà oħra tal-IRU hi li tagħraf u tiddetermina l-leġiżlazzjoni tal-istat applikabbli f’każijiet meta l-ħaddiema jkollhom attività ta’ xogħol li tkun tinvolvi aktar minn pajjiż wieħed tal-UE. Barra minn hekk, l-IRU għandha wkoll taħt id-dekasteru tagħha l-ħruġ ta’ numri tassigurtà soċjali permezz ta’ talbiet u sistemi onlajn. Kompitu ieħor importanti mwettaq mill-IRU hu l-ipproċessar ta’ talbiet minn impjegati ta’ istituzzjonijiet tal-UE li jkunu ħallsu lkontribuzzjonijiet tagħhom fis-sistema tas-sigurtà soċjali Maltija.

L-IRU jieħu ħsieb li jipproċessa wkoll diversi talbiet għal rifużjoni tal-Benefiċċju tal-Qgħad imħallsa lill-persuni li, wara perjodu ta’ xogħol f’Malta, minflok talbu għall-benefiċċju talqgħad minn Malta, irritornaw lura għall-pajjiż tar-residenza tagħhom u għamlu talba hemmhekk. F’każijiet bħal dawn, biex ikun hemm bilanċ fl-ispiża, il-pajjiż fejn saret l-attività tax-xogħol huwa obbligat li jirrifondi lill-pajjiż tar-residenza l-ekwivalenti ta’ 3 xhur benefiċċju (li jista’ jitla’ għal 5 xhur) bir-rata tal-benefiċċju lokali. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, mil-lat operattiv, l-IRU hija responsabbli li tindirizza domandi dwar suġġetti varji mill-pubbliku. Minbarra l-impenji operattivi, l-IRU hija involuta wkoll b’mod attiv fil-qasam tat-tfassil ta’ linji politiċi relatati mal-qasam tal-koordinament tas-sigurtà soċjali fl-UE, kif ukoll aspetti internazzjonali oħra tas-sigurtà soċjali. Membri tal-IRU jirrappreżentaw lil Malta f’diversi laqgħat fuq livell tal-UE, b’mod partikolari l-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinament tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali, Gruppi ta’ Ħidma tal-Kunsill, Gruppi ta’ Ħidma u Forums ta’ Riflessjoni oħra, laqgħat tal-MISSOC, kif ukoll bħala esperti tan-Network MoveS. Apparti millattendenza għal-laqgħat, il-parteċipazzjoni f’dawn il-gruppi tinvolvi wkoll il-kumpilazzjoni ta’ statistika kif ukoll il-ġbir ta’ informazzjoni fuq bażi regolari.

12 familja familja.media@gov.mt

L-Implimentazzjoni tal-Programmi

It-taqsima tal-Implimentazzjoni tal-Programmi fi ħdan id-Direttorat tiffoka l-ħidma tagħha fejn għandhom x’jaqsmu proġetti li huma ko-finanzjati mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea. Din ilħidma tikkonsisti f’tixrid ta’ informazzjoni, sapport u għajnuna teknika meħtieġa liddipartimenti u entitajiet fi ħdan il-Ministeru. Fl-aħħar snin, id-Direttorat kien responsabbli mill-implimentazzjoni tal-proġett mill-Fond Soċjali Ewropew f’isem il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: ESF02.063: Knowledge, Training, Communications and Support Measures in Support of Vulnerable Groups. Dan il-proġett kien jinkorpora fih diversi miżuri intiżi li jtejbu l-livell ta’ interventi professjonali ma’ gruppi vulnerabbli.

L-istess taqsima ħadmet ukoll fuq l-implimentazzjoni tal-Fond għall-Għajnuna Ewropea għallPersuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD), programm ta' finanzjament tal-Unjoni Ewropea stabbilit għall-perjodu 2014-2020, bil-għan li b'mod esklussiv jagħti appoġġ lill-persuni l-aktar filbżonn permezz ta' assistenza materjali. Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

permezz tad-Direttorat għall-Koordinament u l-Implimentazzjoni serva bħala l-entità intermedjarja fdat bil-kompitu li jimplimenta dan il-programm f’Malta.

Bi tħejjija għall-fondi l-ġodda taħt il-Programm ESF+, id-Direttorat għall-Korodinazzjoni u lImplimentazzjoni, issottometta l-applikazzjoni uffiċjali lill-Awtorità kkonċernata sabiex jinkisbu l-fondi għall-proġett il-ġdid li se jkun qed jieħu post il-Fond għall-Għajnuna Ewropea għallPersuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD). Barra minn hekk, id-Direttorat ħadem biex jinħareġ proċess ta’ xiri pubbliku ġdid sabiex dan ikopri l-ewwel sitt taqsimiet taħt dan il-proġett il-ġdid li wkoll se jkun qiegħed jiġi

13 familja familja.media@gov.mt

implimentat mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Dan il-proġett se jkollu allokazzjoni ta’ madwar €5 miljuni b’ko-finanzjament ta’ 90% mill-Unjoni Ewropea.

Direttorat għall-Istrateġija tal-Pensjonijiet

Id-Direttorat għall-Istrateġija tal-Pensjonijiet ġie mwaqqaf fl-aħħar kwart tas-sena 2023 blgħan li jinforma u jikkontribwixxi għall-politika tal-pensjonijiet permezz tal-parteċipazzjoni integrali tiegħu mal-Grupp għall-Istrateġija tal-Pensjonijiet (PSG), kif ukoll isegwi mill-qrib limplimentazzjoni tal-miżuri kollha relatati mal-azzjonijiet marbuta mar-riformi tal-pensjonijiet li joħorġu mir-rapport tal-Grupp. Id-direttorat huwa wkoll responsabbli mit-tħejjija ta’ dokumenti ta’ pożizzjoni dwar id-direzzjoni strateġika u politika ta’ Malta dwar il-Qafas ta’ Dħul għall-Irtirar f’Malta. Esperti ingaġġati mad-Direttorat jaħdmu sabiex jiffurmaw ir-riċerka dwar il-pensjonijiet, id-dokumenti tal-politika u t-tfassil tal-istrateġija għall-pensjonijiet.

ĠEMMA

Minbarra l-politika tal-pensjonijiet, id-Direttorat għandu taqsima ddedikata għall-programm tal-kapaċità finanzjarja ĠEMMA (https://gemma.gov.mt/). Dan il-programm li kien varat fl2017, b’kollaborazzjoni mill-qrib ma' partijiet interessati, kemm Maltin, kif ukoll internazzjonali, għandu l-għan li jeduka u joħloq għarfien fost iċ-ċittadini kollha, minn tfal sa anzjani.

14 familja familja.media@gov.mt

It-team dedikat ta’ ĠEMMA, permezz ta' għodod, webinars, apps, sessjonijiet fiżiċi dedikati u riżorsi oħra, jilħaq liċ-ċittadini ta' kull età sabiex joħloq għarfien fl-oqsma kollha tal-ġestjoni tal-flus fosthom l-importanza ta' tħejjija bikrija għall-irtirar u kif wieħed jista jimmassimizza ddħul mill-irtirar. Fost l-inizjattivi li twettqu minn ĠEMMA f’dawn l-aħħar xhur kien hemm: Sessjonijiet informattivi għall-anzjani.

Diversi kampanji ta’ informazzjoni u edukazzjoni onlajn dwar temi finanzjarji, immaniġġjar talflus eċċ. Dawn saru kemm fuq il-midja soċjali Facebook u Freehour forma ta’ posts, quizzes, videos, podcasts u webinars, kif ukoll fuq il-portal ta’ ĠEMMA. Matul is-sena saru wkoll diversi laqgħat, komunikazzjonijiet, rappurtaġġ u anke kien imniedi fuljett li jkun ippubblikat kull erba’ xhur minn ĠEMMA u li jintbagħat lill-abbonati kollha.

15 familja familja.media@gov.mt

Flimkien mal-fondazzjoni HSBC, f’April 2023 ġie organizzat kwiżż fejn

tqassmu wkoll il-flashcards b’temi ta’

ħiliet finanzjarji għall-studenti li

jinsabu fis-seba’ u t-tmien sena taliskola. Aktar minn mitt student li

jattendu l-iskola ta’ San Nikola

pparteċipaw f’dan il kwiżż.

Fit-28 ta’ Ġunju 2023, ĠEMMA varat l-app ‘Karus għall-ġenituri u t-tfal’. Din kienet parti minn proġett fejn studenti tat-tielet sena tad-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan l-Università ta’ Malta flimkien ma’ ĠEMMA ħarġu b’kunċetti għall-App dwar il-ħiliet finanzjarji.

Apparti minn hekk, f’Marzu tal-2024 kienu mħabbra r-riżultati tal-litteriżmu finanzjarju għalladulti tal-OECD għal Malta f’konferenza għall-partijiet interessati. Dawn ir-riżultati se jgħinu lil Ġemma sabiex tkompli tiffoka l-ħidma tagħha u sabiex tibda titfassal l-istrateġija l-ġdida ta’ wara l-2025.

16 familja familja.media@gov.mt

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.