Rivista Familja hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni
fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi
uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.
Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi
suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt
Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bilposta:
Tonio Bonello, MSPC
Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Nru 38
Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta.
Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti lopinjoni Editorjali.
Tonio Bonello
Editur
Tonio Bonello Editur
Il-Jum Dinji tat-Tfal u l-Jum Dinji tal-
Protezzjoni tat-Tfal
Ta’ kull sena, nhar l-20 ta’ Novembru jkun
ċelebrat il-Jum Dinji tat-Tfal. Dan waqt li jumejn biss qabel ikun imfakkar il-Jum Dinji għall-Prevenzjoni u l-Fejqan mill-
Esplojtazzjoni, l-Abbuż u l-Vjolenza Sesswali fuq it-Tfal.
Dawn il-jiem ma jkunux imfakkra bl-għan li
nserrħu qalbna ngħidu li darba f’sena ftakarna fit-tfal, iżda biex il-ħtieġa u l-bżonn urġenti tat-tbatijiet li mijiet ta’ eluf kbar ta’ tfal madwar id-dinja kollha jiġu indirizzati u jittieħdu dawk l-azzjonijiet meħtieġa skont kull każ xi jkun.
Huwa fatt li anke f’pajjiżna stess, l-abbuż tat-tfal, il-vjolenza domestika u t-traskuraġni tagħhom huma realtajiet li llum fl-2024 għadhom magħna. Għax meta nitkellmu dwar labbuż tat-tfal, dan ma jfissirx biss l-abbuż fiżiku tagħhom iżda diversi forom oħra fejn it-tfal qed jiġu mċaħħda mid-drittijiet bażiċi u fundamentali tagħhom.
L-influwenzi ta’ ġenituri u/jew sieħba li jmorru fi djarhom b’effett ta’ alkohol, ta’ droga u ta’ tipjip u dak li jagħmlu bejn l-erba’ ħitan tad-djar tagħhom taħt theddid kontinwu ta’ min jgħix magħhom, dawn huma każijiet ta’ min jistmerrahom. Hekk l-istess ta’ min għandu lvizzju mistħut tal-logħob li jitlef kull sold li jkollu (xi kultant l-istess dar u karozza li l-familja tkun xtrat Alla jaf b’kemm tbatija u sagrifiċċji) li dawn imorru jinfexxew (suppost) malgħeżież tagħhom bi kliem ħażin, tkissir, dagħa faħxi u Alla biss jaf x’aktar.
L-abbuż tat-tfal jiġi fil-forma tan-nuqqas ta’ iġjene tal-ulied, speċjalment meta dawn ikunu għadhom żgħar u ma jafux jieħdu ħsieb tagħhom infushom. Jiġi wkoll meta t-tfal ma jitħallewx imorru l-iskola, jew biex jaħdmu ma’ missierhom fuq ix-xogħol bla ma jħallas ta’ impjegat, inkella sempliċiment għax hekk jiddeċiedu l-ġenituri u/jew sieħba.
L-abbuż jiġi fin-nuqqas ta’ manteniment bażiku li jinħtieġu l-ulied bħal mhu l-ikel u ikel nutrittiv, kif ukoll fl-indafa tagħhom u tal-ħwejjeġ ta’ fuqhom. L-abbuż hu meta raġel u mara jisseparaw u jibdew ġlieda fil-Qorti dwar min se jeħodhom.
Hawn wisq problemi tat-tfal u kważi xejn vuċijiet jitkellmu għalihom. Hu f’dan l-isfond li nara li l-Gvern konċernat għandu jaħseb serjament li mill-Elezzjoni Ġenerali li ġejja, jitla’ min jitla’ filGvern, il-Prim Ministru jaħtar Ministru għat-Tfal u ż-Żagħżagħ u fejn allura tiżdied irresponsabbiltà dwar dak li jiġri fil-pajjiż b’mod tanġibbli (anke f’kuntest leġiżlattiv) bl-għan li bil-fatti uliedna jingħataw dak li jixirqilhom.
Ikun inutli iżda naħtru Ministru għat-Tfal u ż-Żagħżagħ jekk qabel xejn ma ssirx bidla fil-liġijiet tal-pajjiż b’pieni ħorox ħafna tant li min ikun se jażżarda jabbuża minn uliedu f’kull sens talkelma, jaħsibha darbtejn qabel jagħmel xi reat.
Ninħtieġu sitwazzjoni fejn il-liġi tkun tapplika tassew għal kulħadd, bla biża’ jew favuri, hekk kif jingħad fil-ġurament meta jinħatru l-Membri Parlamentari fil-kabinet biex jirrappreżentaw il -poplu kollu ta’ dawn il-gżejjer.
Ma nħallux dawn il-jiem jgħaddu u forsi toħroġ stqarrija jew isir xi diskors ħelu, iżda jibqa’ kollox eżatt kif kien sal-għada filgħodu. Dmirna, ir-responsabbilita hi ta’ kulħadd iżda kulħadd irid jerfa’ l-piż tiegħu skont il-ħidma li hu għażel li jkollu fis-soċjetà!
Ritratt: Pixabay
L-Onor. Michael Falzon
Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Ħbieb,
Matul dawn l-aħħar xhur irnexxilna nimplimentaw il-miżuri soċjali kollha li wegħedna fil-Baġit għal din is-sena. Issa, wasalna biex nibdew nimplimentaw oħrajn ġodda, għaliex dan il-Gvern għaraf jibni fuq it-tajjeb li diġà sar, filwaqt li jintroduċi miżuri ġodda li jirrifletu r-realtajiet soċjali talġurnata.
Għal darba oħra, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jiġi fdat bit-tmexxija u t-tħaddim ta’ dawn il-miżuri. Eluf ta’ familji u persuni jiddependu minn din ix-xibka soċjali. Għaldaqstant, għandna l-obbligu li nkunu hemm u ngħinu lil kull min jixtieq aktar informazzjoni dwar kwalunkwe benefiċċju.
Ser inkomplu naħsbu f’kulħadd, permezz ta’ pjan soċjali mmirat biex ngħinu l-batut, lil dawk li qatgħu lura u dawk fil-faxxa medja tas-soċjetà. Għaliex l-impenn, kien, għadu u jibqa, li lġid li naħsdu bil-ħidma u l-bżulija tagħna nqassmuh b’għaqal u ġustizzja biex ikollna soċjetà aktar inklussiva.
Xejn ma jsir waħdu, u għalhekk il-bżonn t’aktar ħidma u koordinazzjoni bejnietna. Dan ilGvern kommess illi jkompli jsaħħaħ l-ekonomija ta’ pajjiżna, sabiex nibqgħu noħolqu l-ġid u nqassmu l-ġid. Importanti li nkomplu namministraw it-tqassim tar-riżorsi b’mod ekwu u ġust sabiex hekk nassiguraw li nkomplu ntejbu l-għejxien tal-poplu Malti u Għawdxi.
Ritratt: Gustavo Fring
Celebrating 30 Years of Child Protection in Malta
Andreana Gellel
Manager Child Protection Services Foundation for Social Welfare Services
Reflecting on progress, challenges, and the way forward
This year marks a significant milestone for the Child Protection Services in Malta as we celebrate 30 years of dedication to safeguarding the rights and well-being of the nation’ s most vulnerable. Over the past three decades we have witnessed profound changes in Maltese society and with these shifts our approach to child protection has evolved significantly. From the early days, when religious homes played a central role in caring for children, to the present, where foster families are more prevalent, our journey has been one of learning, adaptation and a relentless commitment to the safeguarding of children.
The rise in foster families reflects a broader societal shift wanting to reintegrate children into a family environment. The preference for foster care over institutionalization aligns with global trends and research indicating that children thrive best in family settings, where they can receive the individual attention and emotional support crucial for their development. This change has not only affected how we care for children but also how we approach the broader goals of child protection.
Of great significance to this specialised work is the change in law with the introduction of Chapter 602 and mandatory reporting. This has presented certain challenges and limitations on how the Foundation must approach the delivery of Child Protection Services. This new legal framework has also set us to research vigorous tools to provide the evidence needed in court.
Over these 30 years, the number of cases assessed by child protection services in Malta has increased drastically. This surge is not merely a reflection of growing awareness but also of the complexities of modern life. Today's society is vastly different from that of three decades ago. The pressures of contemporary life, including: demands of work, influence of
technology and erosion of extended family networks, have created environments where children are more at risk, and families under more pressure.
Parents today often struggle to find quality time to invest in their relationships with their children. This lack of engagement, particularly during the critical teenage years, can lead to misunderstandings and a breakdown in communication. As a result, parents find themselves ill-equipped to cope with the challenges that arise, which can escalate into situations requiring intervention from child protection services.
One of the most significant lessons we have learned is the importance of prevention and education. While our primary role has always been to protect children from harm, we have come to understand that our work must begin long before any immediate risk arises. By educating families and communities about the importance of healthy relationships and effective communication, we can help prevent many of the issues that lead to the need for intervention. Research has been instrumental in shaping our approach as we try to develop strategies aimed at strengthening families and preventing crises before they occur. This proactive approach not only protects children but also helps to preserve the family unit,
which we recognize as the most suitable environment for a child's growth and development.
Reintegration requires more than just placing a child back into their original home; it demands a comprehensive support system that addresses the underlying issues that led to the separation in the first place. To this end, we have intensified our efforts to provide adequate support to families, particularly in the areas of parenting education and family dynamics. By empowering parents with the skills and knowledge they need to build stronger relationships with their children, we aim to create a more stable and nurturing environment that can sustain the child’s well-being in the long term.
As we reflect on 30 years of child protection in Malta, we acknowledge the challenges that lie ahead. Society will continue to change, and new obstacles will undoubtedly emerge. However, the lessons we have learned, the partnerships we have built, and the dedication of our professionals give us confidence that we are on the right path. Our commitment remains steadfast: to protect the children, to support and strengthen families, and to ensure that every child can grow up in a safe, loving, and nurturing environment. As we celebrate this milestone, we look forward to the future with hope, knowing that by investing in our children, we are truly investing in our future.
dwar l-eliġibilità tad-donaturi tad-demm
Caroline Cassar Senior Staff Nurse/PRO NBTS
National Blood Transfusion Centre
Ċerti restrizzjonijiet fuq ħafna mediċini issa tneħħew
Qatt qalulek li ma tistax tagħti demm minħabba ċerti mediċini? Għandna aġġornament importanti.
Donatur wara li jiġi rreġistrat biex jagħti d-demm, jgħaddi biex niċċekkjawlu l-livell talemoglobina, it-temperatura u l-piż. Wara jidħol f’kamra fejn jiġi mistoqsi b’mod kunfidenzjali numru ta’ mistoqsijiet rigward il-ħajja personali tiegħu. Mistoqsija minnhom hija rigward ilmediċini li jkun qed jieħu jew li għadu kif spiċċa.
Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa għadu kemm aġġorna l-linji gwida dwar leliġibilità tad-donatur rigward il-mediċini. Min kien jieħu mediċini msemmija hawn isfel kellu jieqaf milli jagħti d-demm jew jistenna ċertu perjodu qabel ikun jista’ jagħti d-demm.
Issa tneħħew ir-restrizzjonijiet fuq ħafna mill-mediċini. Min jieħu pilloli biex jikkontrolla zzokkor jew biex iwaqqaf is-sigaretti, issa jista’ jmur jagħti d-demm. Neħħejna wkoll restrizzjonijiet fuq ċerti pilloli ta’ kontra d-dipressjoni, kif ukoll fuq ċerti pilloli ta’ kontra linfjammazzjoni u l-uġigħ. Min ibati bil-gotta u jieħu pillola biex jikkontrollaha, issa huwa eliġibbli li jagħti d-demm ukoll.
Insejħu iżjed donaturi, li huma s-Super-Eroj tagħna u nħeġġuhom biex jersqu u jikkomunikaw magħna dwar dan l-aġġornament. Aħna miftuħin kuljum (inkluż il-Ħdud u Festi
Pubbliċi) mit-8am sas-6pm. Wieħed jista’ jċempel b’mod anonimu fuq 2206 6201, 7930
7307 jew 8007 4313 u jitkellem magħna biex jikkonferma li jista’ jagħti d-demm.
Il-pazjenti fl-isptarijiet tagħna qed jistennew li jirċievu d-demm fil-ħin
Kun supereroj. Salva l-ħajjiet. Agħti d-demm
Jekk tixtieq aktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm, tista’ tikkuntatjana –
Sit elettroniku - https://blood.gov.mt/
Indirizz elettroniku - customercare.nbts@gov.mt
Facebook - www.facebook.com/bloodmalta
Indirizz – Ċentru tal-Għoti tad-Demm, G’Mangia
Linja fissa – 2123 4767 / 2206 6201
Linja tal-mobile – 7930 7307
Freephone - 8007 4313
Il-Berġa tax-Xewkija - 2155 6461
Logħob tal-Imgħoddi
Doris Zammit
qormija@gmail.com
Xandara u Kittieba
Charles Bezzina fil-ktieb tiegħu Kwadri tal-Imgħoddi:
Sakemm it-televixin kien għadu ma daħalx fid-djar, il-poplu Għawdxi kien għadu jħobb ittoroq u l-pjazez. Id-duħħan li jtir ma kienx dak tal-karozzi, iżda tat-torba fit-toroq li f’kull riħ kien jogħla u jdaħħan kullimkien. Il-karozzi kienu għadhom ftit. Mingħajr karozzi fit-toroq it-
tfal setgħu jiġru barra mingħajr periklu. Kienu jiltaqgħu f’xi triq, pjazza jew f’xi sqaq u jgħaddu s-sigħat jivvintaw u jilagħbu logħob sempliċi li wirtu mingħand missirijiethom. L-aktar popolari kienu l-logħbiet tal-ballun, talpupa, taż-żibeġ, tal-boċċi, il-passju, il-qbiż tal-ħabel, id-domino, il-ħamiema (it-tajra), noli. Logħob li ma kien jirrekjedi xejn għajr ġiri u fantasija. Allura llum ħsibt li nagħtikom xi tagħrif dwar il-logħob antik fosthom dawk li magħhom kien ikun hemm għanja jew taqbila ħelwa.
IL-PASSJU
Din hija logħba komuni ħafna. L-Ingliżi jsejħulha Hop Scotch. L-aktar li jintlagħab kien dak ta’ disa’ taqsimiet, u l-aktar millbniet, għax dak jirrappreżenta lill-mara u d-disa’ xhur tattqala. Fil-bidu tiegħu d-disinn ta’ dan il-passju jkollu salib jirrapreżenta lir-raġel. Madankollu t-tfal mhux bilfors kienu jkunu jafu t-tifsira ta’ dan il-passju. It-tfal jilgħabu waħda waħda, wara li jaqgħtu t-tokk. Dik li jmissha tilgħab toqgħod fuq is-salib ta’ barra daharha lejn iddisinn tal-passju u twaddab il-ġebla. Jekk il-ġebla tiġi fuq issinjali t-tifla tmut. Jekk iġġibha fuq id-disgħa jkollha baby (fil-fatt dan in-numru jkun fejn hemm id-disinn imżaqqaq l-aktar. U hemm timmarka li kellha baby. Jistgħu jippruvaw tliet darbiet għan-numru disgħa., Min iġib in-numru disgħa, jerġa’ jwaddab il-ġebla, din id-darba fuq il-1 u tibda taqbeż. Iż-żewġ saqajn f’daqqa fuq 1 u 2; sieq waħda fuq 3, tnejn f’daqqa fuq 4 u 5 waħda fuq 6 u tnejn 7 u 8, waħda fuq 9 u barra mid-disinn. Kif tkun barra ddur biex taqbeż lura bil-maqlub mid-9 sal-1 u tiġbor il-ġebla mingħajr ma ċċaqlaq sieqha.Tkompli sejra hekk fuq in-numri loħra. Min imiss saqajh mal-art jitlef u hemm diversi kundizzjonijiet oħra.
Meta konna tfal, ta’ sikwit konna nqattgħu s-sigħat nikkompetu bl-aħrax biex nirbħu l-boċċi ta’ sħabna. Kienet tkun kompetizzjoni akkanita u min jirbaħ kien ikun kburi immens li kiseb ħafna boċċi. Kien hemm anke aspett ta’ spettaklu għaliex il-boċċi kienu jkunu ta’ kulur u għamla differenti.
L-ewwel boċċi li nafu bihom instabu f’Mojenjo-daro, f’dak li illum huwa l-Pakistan, u jmorru lura xi 2,500 sena Q.K. Kienu jkunu blalen tal-ġebel imnaqqxa b’mod mirqum. Anke filMeżopotamja u l-Eġittu tal-qedem kienu jużaw il-boċċi, li kienu jkunu tat-tafal, ġebel, jew anke ħġieġ. Tal-ħġieġ wara baqgħu popolari anke fiż-żminijiet moderni.
Kif tilgħab bil-Boċċi tal-Ħġieġ (Marbles)
Hemm ħafna tipi ta’ logħob differenti li jista’ jintlagħab bil-boċċi, imma l-iktar komuni huwa dak li fih dawk li jilagħbu jpinġu ċirku jew kwadru fl-art u kull wieħed iqiegħed numru speċifiku ta’ boċċi – kultant ta’ għamla partikulari – f’dan iċ-ċirku jew kwadru. Pereżempju, jekk ikun hemm erbat itfal jilagħbu, kull wieħed minnhom iqiegħed tliet boċċi fil-kwadru u b’hekk ikun hemm 12-il boċċa fin-nofs.
Dawk li jkunu qegħdin jilagħbu jiftiehmu fuq id-distanza u jpinġu linja minfejn iwaddbu lboċċa tagħhom. Wieħed, wieħed iwaddbu l-boċċa tagħhom fil-kwadru u jippruvaw itajru lboċċa tar-rivali tagħhom ‘il barra mill-kwadru, u b’hekk jirbħuha. Din tkompli sakemm il-boċċi kollha jispiċċaw barra mill-kwadru. Ir-rebbieħ kien ikun dak li jkollu l-aktar boċċi. L-għan kien li jkollok aktar boċċi minn dawk li bdejt bihom.
Il-Brilli, li mkien fid-dinja m’hawn eżatt bħala, tintlagħab b’dawk li bl-Ingliż jgħidulhom
‘skittles’. Il-logħba tal-Brilli ilha magħrufa sa minn qabel ma ġew il-Kavalieri ta’ San Ġwann u tixbah lit-10-pin bowling li jintlagħab taħt is-saqaf, imma l-Brilli tintlagħab għall-apert. Jintużaw disa’ brilli u ballun tal-injam. Ir-regoli huma kemxejn ikkumplikati.
Il-brilli jkunu skjerati f’forma ta’ djamant-kwadru, fi tliet fillieri bi tlieta. It-tir tal-logħba huwa li twaqqa’ l-brilli u ttella’ l-punti. Biex jirbaħ, min qed jilgħab irid itella’ 24 punt eżatt. Jekk xi ħadd itella’ aktar minn hekk, ikun eliminat sal-logħba li jmiss. Hemm brilli differenti li għandhom isem u jiswew punti differenti. Tan-nofs jissejjaħ ‘is-sultan’ u jiswa 9 punti. Il-brilli tat-truf jgħidulhom ‘sekondi’ u jiswew 6 punti. Il-bqija jgħidulhom ‘qarmuċ’ u jiswew punt wieħed biss.
Kull parteċipant jilgħab darbtejn. L-ewwel darba jitfa’ l-ballun minn post miftiehem minn qabel u t-tieni darba minn fejn ikun waqaf il-ballun. Biex il-logħba tkun aktar interessanti, lewwel tefgħa tagħti aktar punti mit-tieni waħda: ittik id-doppju tal-punti. Imma, jekk iktar minn tip wieħed ta’ brilla jitwaqqa’ fl-ewwel tefgħa (is-sultan, is-sekondi u l-qarmuċ), min qed jilgħab jieħu biss 2 punti ta’ kull brilla.
Is-sempliċità ta’ din il-logħba flimkien mas-sistema ta’ punteġġ interessanti u l-ħtieġa li tuża listrateġija iġegħlek tilgħabha u terġa’ tilgħabha. Għaliex m’għandikx tieħu gost tilgħabha u, fl-istess ħin, tgħin biex iżżomm ħajja din it-tradizzjoni li bħalha m’hawnx? Logħba li tagħti pjaċir immens!
NOTA: Fil-ħarġa li jmiss ta’ FAMILJA ta’ Diċembru 2024, Doris Zammit se tkompli tagħti ħarsa lejn aktar logħob li kien jintlagħab fil-passat ta’ Malta u Għawdex ta’ ħafna snin ilu.
Is-saħħa mentali fit-tfal
Gertrude Buttigieg
Higher Speech Language Practitioner/Communications Officer
Office of the Commissioner for Mental Health
Intervista mal-Psikjatra Dr Lorraine Azzopardi
Is-saħħa mentali fit-tfal hu suġġett delikat ħafna. Kura f’waqtha hi importanti, speċjalment meta wieħed jiftakar li għadd ta’ kundizzjonijiet li jiġu identifikati fit-tfal jew adoloxxenti jibqgħu hemm tul il-ħajja. Għalhekk staqsejna lil Psikjatra Dr Lorraine Azzopardi dwar kundizzjonijiet komuni, fejn u kif wieħed jista’ jsib l-għajnuna u x’tip ta’ għajnuna teżisti.
Liema huma l-iktar każi komuni?
L-iktar kundizzjonijiet komuni huma Neurodevelopmental disorders li jinkludu kundizzjonijiet bħall-Awtiżmu, ADHD u diffikultajiet fl-iżvilupp. Kundizzjonijiet oħra li jidhru saħansitra minn età żgħira huma l-ansjetá u d-dipressjoni, għalkemm dawn huma aktar komuni fl-adoloxenti.
Hemm għadd ta’ problemi varji ta’ saħħa mentali fit-tfal minħabba trawma li t-tfal jgħaddu minnha. Din tista’ tkun esperjenza traġika ta’ darba bħal mewt ta’ persuna viċin, vjolenza jew diżastru naturali.
Tista’ tkun ukoll relatata ma trawma fuq il-perjodu taż-żmien bħal mard fit-tfal stess jew persuni qrib tagħhom, gwerer, sitwazzjonijiet fil-familja, bħal eżempju; użu ta’ droga minn dawk li suppost qed jieħdu ħsieb it-tfal, abbuż tal-alkoħol, vjolenza domestika, bidla firresidenza b’mod frekwenti anke minn pajjiż għall-ieħor, u nuqqas ta’ kura u attenzjoni fiddar.
Kundizzjonijiet oħra jinkludu problemi ta’ attachment bejn tfal u care givers u dawn jaffettwaw it-tfal emozzjonalment. Tfal li jweġġgħu lilhom innifishom (self-harm), problemi tal-ikel, problemi tal-imġiba (Oppositional defiant disorder & Conduct disorder) u f’dawk ta’ età ftit ikbar, problemi ta’ użu ta’ sustanzi u psikożi.
Ritratt: Kindel Media
X’inhuma dawk is-sinjali komuni u/jew sintomi li wieħed jista’ jinnota fi tfal jew adoloxxenti li jkunu qed jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali?
Il-biċċa l-kbira ta’ ħajjithom it-tfal iqattgħuha bejn id-dar u l-iskola, għalhekk huma jew dawk li jieħdu ħsiebhom bħal eżempju l-ġenituri, inkella l-għalliema li l-ewwel jindunaw li hemm xi problemi. Ħafna drabi l-għalliema minħabba t-taħriġ li jirċievu huma kapaċi jidentifikaw jew jinnutaw tali problemi.
Hemm ħafna sintomi differenti li wieħed jista’ jippreżenta bihom, skont il-kundizzjoni partikolari tat-tifel jew tifla u l-età. Sintomi komuni huma li t-tfal isiru iktar kwieti jew tfal li jsiru iktar fuq ruħhom minn dak li jkun normali f’dik l-età, jew normali f’dak it-tifel/tifla. It-tfal ikunu inqas attenti fil-klassi jew jiftakru inqas, inkella jaqgħu lura l-iskola.
Ġieli jkun hemm bidla fl-aptit, jista’ jiżdied jew jonqos u jżidu jew jonqsu fil-piż. Bidla flirqad, iktar jew iżjed hu wkoll komuni, kif ukoll aġir bħal jinħasdu iktar malajr, rabja eċċessiva, iweġġgħu lilhom infushom, joqgħodu għalihom waħedhom, inkontenenza jew ixarrbu lilhom infushom meta jkunu reqdin għalkemm ikunu qatgħu l-ħarqa. Bidla filburdata; għejja, nuqqas ta’ enerġija, nuqqas ta’ interess f’delizzju li normalment ikunu jħobbu.
L-ambjent kemm għandu impatt fuq is-saħħa mentali tat-tfal?
Tfal jistgħu jiżviluppaw problemi fis-saħħa mentali minħabba problemi fil-familja jew komunità ta’ madwarhom. Tfal jistgħu jispiċċaw bi problema minħabba s-sitwazzjoni li jkunu qed jitrabbew fiha d-dar, fejn affarijiet bħad-droga, alkoħol, vjolenza, serq eċċ..., isiru normali. It-tfal jistgħu jkunu vittmi ta’ abbandun fejn l-adulti responsabbli minnhom ma jkunux qed joffrulhom ambjent sigur u seren. Dawn it-tfal ħafna drabi ma jkunux qed imorru l-iskola li tista’ tkun l-uniku ambjent li joffrilhom sigurtà, attenzjoni u ambjent pożittiv soċjalment. Hu importanti li t-tfal ikollhom aċċess għal attività fiżika, sports u spazju miftuħ li hu importanti għal ħarsien tas-saħħa mentali.
Kif wieħed jista’ jasal għall-għajnuna?
Tfal stess jistgħu jfittxu l-għajnuna permezz ta’ helplines bħal kellimni.com u n-numru 1579. L-iskola ukoll jistgħu jkellmu guidance u counsellors, inkella għalliema tal-fiduċja tagħhom. Minn hemm dawn jiġu riferuti għal servizzi aktar speċjalizzati skont il-bżonn. Il-ġenituri jew dawk responsabbli mit-tfal jistgħu wkoll jitolbu l-għajnuna għal uliedhom billi ssir karta mittabib u f’każ ta’ emerġenza hemm CAPES (Child & Adolescent Psychiatric Emergency Services) fejn ikun hemm psikjatra tal-emerġenza 24 siegħa kuljum. Is-servizz hu għal problemi ta’ saħħa mentali fit-tfal u adolexxenti sa 18-il sena.
X’servizzi jeżistu għal tfal u adoloxenti?
Mat-tfal naħdmu ħafna f’ambitu ta’ tim multi-dixxiplinarju. L-ewwel kuntatt ġeneralment ikun mal-infermiera li jaħdmu fis-CYPS (Child and Young Peoples Service). Wara ssir evalwazzjoni mit-tobba u l-psikjatra u membri oħra tat-tim skont il-bżonn.
It-tim jista’ jinkludi wkoll Psikologi, Psikoterapisti, Social Workers, Nurses, Occupational Therapists, Speech Therapists, Physiotherapists u Nutritionists, fost oħrajn. Wara li ssir evalwazzjoni, jiġi mfassal pjan ta’ kura li jista’ jinkludi kura individwali, jew servizzi oħra bħal terapija ta’ grupp. Hemm servizzi speċjalizzati bħal Family Focused Clinic, Innovations (għal każijiet iktar kumplessi ) u s-servizz CIHT (Crisis Intervention and Home Treatment) fejn tfal jiġu segwiti d-dar sa massimu ta’ 4 ġimgħat.
Il-Blata tal-Ġeneral
George Zammit Gwida
Qegħdin ngħixu fi żminijiet differenti, fejn il-poplu Malti u Għawdxi qiegħed iqatta’ l-parti kbira tal-vaganzi tiegħu barra minn Malta. Kull min jirritorna minn vjaġġ, kull persuna tinbidel u ma tibqax l-istess kif telqet. L-unika regola tal-vjaġġ hija dejjem l-istess: “Tirritornax kif tlaqt, imma rritorna lura differenti”. Nivvjaġġaw mhux biex nfaħħru biss il-postijiet, il-pajjiżi u l-bliet li żorna, imbagħad nibdlu jew inwarrbu l-ideat sbieħ li kellna qabel fuq il-gżejjer tagħna.
Jekk vjaġġ huwa dejjem skoperta, allura anke pajjizna jista’ jkun post fejn nistgħu dejjem nesploraw is-sabiħ tagħna wkoll.
Dan ifisser li rridu nibdlu u nwarrbu l-opinjonijiet, il-preġudizzji, il-mentalità u l-paraguni kultant ħżiena u żbaljati li nagħmlu fuq pajjiżna meta nirritornaw minn btala barra minn Malta. Kull min jivvjaġġa jrid jibqa’ xorta jesperjenza pajjizu b’dan il-mod, billi jibqa’ joħlom, jibqa’ jiftakar u jħoss in-nuqqas ta’ fejn twieled u jgħix.
Jien personalment li nħobb nivvjaġġa, dejjem nasal lura f’dawn il-gżejjer sbieħ tagħna fejn twelidt u trabbejt b’imħabba akbar. Għalkemm dejjem napprezza l-kobor, il-kultura u ssbuħija ta’ pajjizi oħra, però b’wiċċi minn quddiem dejjem nirrealizza kemm għandna għax inkunu kburin bis-siti turistiċi sbieħ li nsibu f’dawn il-gżejjer ċkejknin tagħna.
Dan l-aħħar kelli x-xorti mmur Għawdex ma’ ħabib tiegħi u flimkien morna sad-Dwejra fejn hemmhekk wieħed jista’ jiskopri attrazzjoni unika ta’ riserva naturali magħrufa bħala, “Il-Blata tal-Ġeneral”. Min kapaċi jimxi fuq blat naturali biex jersaq aktar viċin, wieħed jista’ jammira din il-ġżira zgħira, għolja madwar 60 metru fejn joriġina tip ta’ fungus li hija pjanta li tista’ tfejjaq ċertu mard. Għalkemm fl-għajnejn tal-bniedem tidħer sempliċi blata żgħira u abbandunata, però storikament kienet magħrufa anke fiż-żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann minħabba dawn il-vantaġġi ta’ fejqan mediċinali l-fungus li jikber fuq il-wiċċ tal-blat għandu.
Jekk immorru lura lejn ħafna snin ilu, huwa magħruf li din il-blata xi darba kienet magħquda u konnessa mal-art, fejn illum għadna nistgħu nsibu tip ta’ gremxul sewdieni jgħix ħajja waħdu fuq din il-gżira.
Però minħabba l-baħar qawwi jippersisti u jaħkem din iż-żona l-ħin kollu, parti minn din ilBlata tal-Ġeneral ċediet minn mar-reġjun ġeografiku Għawdxi l-ieħor u ffurmat fi gżira naturali mill-isbaħ.
Illum, din il-blata jeħtieġ tiġi protetta, għax qed tħabbat wiċċa ma’ mewġ qawwi u għoli ħafna li qed iħalli ħafna ħsarat. Peress li tinsab faċċata tal-baħar, maż-żmien jiġu ffurmati xquq perikolużi. B’hekk minħabba fl-irdumijiet għoljin tagħha fuq il-blat vertikali, il-blata tista’ tispiċċa fil-qiegħ tal-baħar bħal meta ġġarrfet it-tieqa jew l-arkata tad-Dwejra.
Għalhekk din il-Blata tal-Ġeneral (attrazzjoni unika) minħabba li nfirdet minn mal-art qed tħabbat u tiffaċċja kontinwament maltemp qawwi fejn jista’ jagħti l-kas li xi darba tiġġarraf għal kollox.
Għalhekk ta’ min japprezza s-servizz tal-emerġenza ta’ dawk il-ħaddiema li għaddejjin kontinwament b’ħidma delikata f’kundizzjonijiet diffiċli sabiex jintervjenu siti bħal dawn. Jistħoqqilhom kull apprezzament dawk kollha li jaħdmu favur l-ambjent ta’ pajjiżna.
Waqt l-inżul ix-xemx bil-mod il-mod, jiena rriflettejt ftit fuq din il-Blata tal-Ġeneral magħrufa wkoll bħala “Fungus Rock”, li minħabba li tinsab weħidha maqtuha mill-art tinsab il-ħin kollu tikkumbatti mal-pressjoni tal-baħar qawwi.
Il-Blata tal-Ġeneral tfakkarni fl-istess ħaġa li jiġrilu dak il-bniedem meta jinqata’ mir-relazzjoni t’Alla, li huwa t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Min jaqta’ din ir-relazzjoni ma jistax imur għand ilMissier. Hekk kif il-Blata tal-Ġeneral il-ħin kollu titqabad ma’ perikli kbar ta’ maltemp, hekk ukoll dak il-bniedem mingħajr Alla, jidħol fi stat ta’ taħwid, problemi, kaos, dwejjaq u kundanna totali.
Mela ejjew nieħdu ħsieb il-ħajja spiritwali tagħna ħbieb. Ejjew nipproteġu lir-ruħna ħalli ngħixu miegħu fi stat ta’ Ġenna fuq din l-art stess, fejn ir-relazzjonijiet tagħna jkunu b’mod sħiħ ma’ kulħadd.
Jalla din l-esperjenza tal-Blata tal-Ġeneral f’Għawdex tgħallimna nesperjenzaw ferħ perfett, billi nsiru parti minn Alla, nagħrfu u nħobbu lill-oħrajn bl-istess imħabba perfetta ta’ Alla u b’hekk ġurnata għad nirċievu ġisem glorjuż f’ħolqien ġdid.
Il-Paċi magħkom u tislijiet.
Suzanne Garcia Imbernon Manager Office of the Commissioner for Children
Rights 4U live-in
During the summer holidays children spend more time online playing games, communicating with friends, watching videos and keeping themselves entertained. Whilst we look at the advancement of technology as a good thing, we must always keep in mind the risks that children may face online and encourage them to remain vigilant.
The Office of the Commissioner for Children is very aware of these risks and therefore, the Office has once again organised the Rights 4u-live in during the summer months. This livein provides children between the ages of 13 and 15, with a safe space to engage in offline activities and focus of socialising and other skills such as critical thinking. This year, due to popular demand, two editions were organised, one at the end of July and one at the end of August. This initiative is organised as part of the BeSmartOnline project in collaboration with the Foundation for Social Welfare Services, the Ministry for Education and the Malta Police Force.
A total of 90 children coming from different State, Church and Independent schools participated in the three-day live-in which focused on children’s rights in the digital environment. The interactive programme addressed various issues such as cyberbullying, grooming, child trafficking, anti-racism, online respect and healthy online relationships.
The participants engaged in discussions about their rights and they put forward their concerns regarding the risks they face online. Such concerns include not being accepted by their peers online, fake accounts, sexting, cyber-bullying and the wrongful use of Artificial Intelligence.
The participants have also emphasised the need for parents to remain informed about online dangers and to be able to explain them to children in a way that they can understand.
They have asked parents to limit children’s use and exposure to social media. They have also called for better privacy settings and age-verification measures to make sure that children remain safe online.
As adults it is not always easy to engage in conversations with children about certain topics, however children have made it very clear that communication with parents, carers and trusted adults is essential. They have emphasised the need for adults to maintain an open mind so that children would feel comfortable to ask for help especially when they are being pressured to do something online which they do not feel comfortable with but also fear being judged, ridiculed or rejected by their peers.
The Commissioner for Children Ms Antoinette Vassallo, was present throughout the whole live-in and promised the participants, of both live-ins, that the Office of the Commissioner for Children will take their ideas and concerns seriously and will continue to strive to ensure that children’s rights are guaranteed even in the digital environment.
As the new scholastic year has just begun, we encourage adults working with children as well as parents to keep themselves informed about the challenges children face when they are online and to ask for help/information should they need it so as to be able to support children in the best possible way. For help and support, adults and children can contact the BeSmartOnline helpline by calling 179.
Photo: Andrea Piacquadio
Mary Anne Zammit
Kittieba u Artista
Xandara u Preżentatriċi
Intervista ma’ Antonella Vassallo
Hi magħrufa bħala persuna simpatika, bi tbissima fuq fommha u li ilha għal diversi snin tidħol fid-djar tagħna permezz ta’ programmi informattivi u ta’ divertiment. Qed nirreferi għallpreżentatriċi Antonella Vassallo. Żgur li ma għandha l-ebda bżonn ta’ introduzzjoni. Hija personalità simpatika, kariżmatika u għandha esperjenza bla qies fejn jidħol ix-xandir.
Iltqajt ma’ Antonella sabiex inkun naf aktar dwarha u l-karriera tagħha. Bdiet biex qaltli li ilha madwar 24 sena fil-qasam tax-xandir u l-ewwel esperjenza tagħha kienet permezz ta’ programm fuq Smash TV. Kellu jkun programm ta’ Breakfast Show fejn Antonella tat l-ewwel debutt tagħha bħala preżentatriċi, liema programm kien nieżel tajjeb ħafna mattelespettaturi.
“Jiena minn dejjem kont attiva, u minni ma tantx nistħi. Kont inħobb niżfen u d-drama u millewwel sibtni komda fuq ix-Xandir. It-televiżjoni huwa mera u ktieb miftuħ.”
Antonella, sostniet li hi dak li għandha tgħidu, tgħidu u ma ddurx mal-lewża. Hu f’dan iddawl li hi temmen li t-telespettaturi b’hekk isiru jħobbuk u jsegwuk, billi tkun awtentika u sinċiera quddiemhom.
Wara SmashBreakfast ma ħarsitx lura u mxiet għal sensiela twila ta’ aktar programmi fuq stazzjonijiet diversi, kemm fuq ix-Xandir Pubbliku, kif ukoll One TV u anke Net TV. Ilprogrammi kienu; Ħadd wara Ħadd, Mil-lum ghal Ghada, Filgħodu ma’ Antonella, Arja u Let’s Go!
Wara dawn, il-programm Kilo, programm interessanti u dedikat għas-saħħa u l-piż ideali.
Dan tant kien suċċess li beda fuq TVM u kompla b’aktar sensieliet b’Kilo Challenge reality
show.
Matul is-snin kien hemm aktar programmi li kienu suċċess. Fosthom, Destinazzjoni Suċċess u Arena. Oħrajn koprew madwar tlett staġuni bħal Għaddi s’Hawn, segwit minn Mar-RIMA, Six to Eight u Twelve to 3 fuq TVM.
Dawn il-programmi fil-biċċa l-kbira kienu jkunu filgħodu, wara nofs in-nhar u anke tard filgħaxija. B’hekk tista’ tgħid li Antonella laħqet il-ħinijiet kollha tal- ġurnata.
Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-programmi kienu fuq stil lifestyle u dan hu mezz fejn anke Antonella tgħid li hi stess kienet titgħallem minnhom.
“Programm jirrikjedi ħafna preparamenti u xogħol. Qabel kull program nara lil min inkun se nolqot bis-suġġetti magħżula u ma’ dan ukoll infittex li nagħtih l-istil tiegħi. Inħobb nitkellem mall-mistiedna qabel u b’hekk waqt il-programm inkun preperata. Għalhekk, immexxu ddiskussjoni u naslu għal punt mill-ewwel. Dan anke minħabba li l-ħin allokat ikun speċifkat.”
Antonella kompliet li oriġinarjament hi xtaqet li ssir għalliema u sa ċertu punt hekk tħossha b’dak li qed tagħmel għax qed tgħallem u tispjega lit-telespettaturi. Għaliha l-programm għandu jservi ta’ pjattaforma ta’ divertiment u fl-istess ħin, anke bħala mezz ta’ twassil ta’ informazzjoni.
Iżda, biex itella’ program jirrikjedi ħafna xogħol l-aktar minn wara l-kwinti, bħal preparamenti u attenzjoni biex jiġu rispettati r-regoli tax-Xandir, l-aktar fejn jidħlu suġġetti bħal inklużjoni, ġeneru, reliġjon u razziżmu.
Dwar il-programmi, Antonella tippreferi li tkun live milli recorded għax b’ hekk tħossha aktar viċin tan-nies.
“Meta tmexxi programm bħal qisek qed tikeb kompożizzjoni, fejn l-ewwel tintroduċi lmistieden u tmexxi. Importanti li l-isem tal-programm ikun attraenti għax b’hekk in-nies jassoċjaw miegħek. Importanti wkoll li tiddelega u tkun dixxiplinata.
Meta, tkun Executive Producer trid terfa’ r-responsabbilita kollha. It-televiżjoni mhux faċli u trid tkun il-ħin kollu alert, assertiv u kontabbli għal dak li tagħmel. Jien nemmen fiddixxiplina u mhux l-ewwel darba li kelli niġbed l-attenzjoni meta xi ħaġa ma tkunx saret kif suppost.’
Għal Antonella, l-isbaħ esperjenza għaliha meta n-nies jikkumentawlha dwar il-programm u anke tapprezza lil min jagħtiha kritika kostruttiva.
Tirrakkonta kif waħda mill-isbaħ esperjenzi fix-xandir li tibqa’ tgħożż hi dik tal-Karnival fi Frar li għadda fejn tellgħu tieġ fuq is-sett. Li kien sabiħ kien il-fatt li ma kienx hemm running order u l-atmosfera kienet rilassanti. Tant il-ġrajja kienet maħduma eżatt li n-nies emmnuwha li żżewġet vera. “Dan kien tassew ta’ sodisfazzjon kbir.”
Antonella Vassallo ttemm tgħid li fuq kollox hemm il-ġenituri tagħha li dejjem isegwu lprogrammi tagħha. Għal futur, Antonella tixtieq li tingħatha opportunità li turi drama tagħha fejn diġà kitbet mat-tlettax-il episodju.
Lil Antonella nawgurawlha aktar suċċess f’dak kollu li qed tagħmel.
The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section contain all of the digits between 1 and 9.
Can you spot 3 Differences?
Dr. Justine Farrugia Preca Principal General Practitioner
Primary Child, Youth Health & Immunisation Unit
Primary
Health Care
Tony Micallef, Koordinatur
L-influwenza hija infezzjoni kkawżata minn virus li jittrażmetti ruħu fl-arja, jaqbad malpassaġġi respiratorji (tan-nifs) u jikkaġuna deni, flissjoni, sogħla u anke infezzjonijiet talpulmun u fis-sistema diġestiva.
Il-vaċċin tal-influwenza li jingħata lill-adulti, jikkonsisti f’biċċiet tal-qoxra ta’ barra tal-virus, li nistgħu nirreferu għaliha bħala l-kowt tal-virus. Dan jiġi introdott lis-sistema immunitarja tagħna permezz ta’ tingiża (titqiba). Hekk, kif is-sistema immunitarja tagħna tinduna li hemm xi ħaġa barranija ġewwa ġisimna, tibni ċelloli biex jiġġildulha.
Dawn iċ-ċelloli jżommu wkoll memorja ta’ dawn il-biċċiet tal-qoxra tal virus, sabiex jekk jiltaqgħu miegħu għat-tieni / aktar drabi, jgħarfuħ qabel u jiġġildulu aktar kmieni u b’aktar saħħa għax ikunu jafu x’għandhom jagħmlu bih. Għalhekk huwa essenzjali li t-tilqima talinfluwenza tittieħed kemm jista’ jkun kmieni fl-istaġun tal-influwenza.
Hekk ġisimna jkun iltaqa’ mal-qoxra / kowt biss tal-mikrobu permezz tat-tilqima u mhux malvirus kollu li jikkaguna infezzjoni.
Ritratt: Andrea Piacquadio
Għalfejn għandi nieħu t-tilqima kull sena?
Il-virus tal-influwenza huwa virus makakk. Sabiex jipproteġi ruħu mis-sistema mmunitarja
tagħna, jibdel il-kowt / qoxra ta’ barra ta’ spiss. Xjentisti madwar id-dinja, kull sena jagħmlu stħarriġ u analiżi ta’ liema tipi ta’ qoxra jkunu l-aktar komuni fl-infezzjonijiet li jkunu qed jiġu rrappurtati. Ta’ kull sena joħolqu tilqima bl-iktar biċċiet ta’ qoxra komuni sabiex jgħinuna nipproteġu ruħna mill-iktar viruses komuni ta’ dak l-istaġun tal-influwenza. Għalhekk huwa essenzjali li wieħed jipproteġi ruħu ta’ kull sena biex dan il-virus ma jkiddniex.
Il-vaċċin tal-influwenza ser ikun disponibbli miċ-ċentri tas-saħħa kollha għall-ħabta ta’ Ottubru, matul il-ġimgħa bejn l-għaxra ta’ filgħodu u s-sebgħa ta’ filgħaxija u fil-weekends u festi publiċċi fit-3 Ċentri tas-Saħħa ewlenin (Raħal Ġdid, il-Mosta u l-Furjana) f’Malta u Victoria
Għawdex, bejn l-għaxra ta’ filgħodu u s-sebgħa ta’ filgħaxija. Għal iktar informazzjoni ċemplu fuq 2123 1231.
Medical Report Factsheet
IMU Team
The Department of Social Security in Malta provides disability assistance to eligible individuals:
Disability Assistance
Eligibility: Awarded to individuals aged 16 and over who suffer from total paralysis, permanent total severe malfunction, or permanent total disability due to amputation of an upper or lower limb. Disability Assistance is also awarded to individuals with hearing or speech impairment.
Severe Disability Assistance
Eligibility: Available for individuals aged 16 and over with physical disabilities.
Severe Intellectual Disability Assistance
Eligibility: Provided to individuals aged 16 and over with intellectual and general learning disabilities.
Visually Impaired Assistance
Eligibility: Available for individuals aged 14 and over who are either completely or partially visually impaired.
Key steps for applying for disability assistance
Visit a Medical Practioner
The person with a disability visits a Medical Practioner who will complete a medical report as part of the application process.
The Medical Practioner submits an online application on the person with a disability behalf.
Authentication and Verification
The Medical Practioner authenticates using their e-ID.
These credentials will later on be verified by the officers within the Department using the Medical Register.
Email Confirmation
Upon submission, both the Medical Practioner and the person with a disabilityt (if an email address is provided in the application) will receive an automatically generated email acknowledgement.
Verification and Interview
The Department reviews the application.
If there is approval at the initial stage, the Department schedules an interview with the person with a disability and is served with a letter explaining the Inter-professional’s board appointment details.
If an email was provided in the application submitted by the Medical Practitioner, the applicant will also receive an email. The applicant would need to confirm or reschedule the appointment, if required).
Alternatively, if the application is rejected, the applicant is served with a letter citing the rejection reason.
Interview Process
During the interview, the inter-professional board members evaluate the applicant’ s disability either through the practice of the ICF Questionnaire or assessing the person with the disability and the documentation provided by the medical practitioner at the initial stage of application if the disability is mentioned in Article 2 of the Social Security Act (Cap 318).
Each medical board member approves or rejects the submission, by authenticating with their e-ID.
Approval or Rejection and Assessment
Upon approval from all medical board members, the Department proceeds with the finalising assessment of the application.
The applicant receives a letter at their postal address, which will include the relevant payment dates and the payment rate for the allowance.
Otherwise, if the inter-professional board rejects the application, the person with a disability is notified by means of a rejection letter at their postal address citing the reason for rejection.
How to Access the Medical Report
Click here to access the online Medical Report or enter the URL in the web browser: medrep-disability.gov.mt or scan QR Code.
Skeda tar-Rapport Mediku
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’Malta jipprovdi għajnuna għad-diżabilità lil individwi eliġibbli
Għajnuna għad-Diżabilità
Eliġibilità - Mogħtija lil individwi li għandhom 16-il sena jew aktar, li jbatu minn paraliżi totali, malfunzjoni totali permanenti u severa, jew diżabilità totali permanenti minħabba amputazzjoni tad-driegħ jew tar-riġel. L-Għajnuna għad-Diżabilità tingħata wkoll lil individwi li għandhom diffikultajiet fis-smigħ jew biex jitkellmu.
Għajnuna għal Diżabbiltà Severa
Eliġibilità - Disponibbli għal individwi ta' 16-il sena jew aktar b'diżabilità fiżika.
Għajnuna għal Diżabbiltà Intellettwali Severa
Eliġibilità - Ipprovduta lil individwi ta' 16-il sena 'l fuq b'diżabilitajiet intellettwali u ġenerali fit -tagħlim.
Assistenza għal Persuna b’Vista Batuta
Eliġibilità - Disponibbli għal individwi minn 14-il sena jew aktar li huma jew kompletament jew parzjalment neqsin mid-dawl.
Passi ewlenin għall-applikazzjoni għall-assistenza tad-diżabilità
Mur għand Tabib Mediku
Il-persuna b'diżabilità jżur Tabib Mediku li jimla r-rapport mediku bħala parti mill-proċess ta' applikazzjoni.
It-Tabib Mediku jawtentika billi juża l-e-ID tiegħu.
Dawn il-kredenzjali aktar tard jiġu vverifikati mill-uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment permezz tarReġistru Mediku.
Konferma bil-posta elettronika
Mas-sottomissjoni, kemm it-Tabib Mediku kif ukoll il-persuna b'diżabilità (jekk ikun ipprovdut indirizz tal-email fl-applikazzjoni) se jirċievu notifika permezz ta’ email iġġenerata awtomatikament.
Verifika u Intervista
Id-Dipartiment jirrevedi l-applikazzjoni.
Jekk ikun hemm approvazzjoni fl-istadju inizjali, id-Dipartiment jiskeda intervista mal-persuna b’diżabilità u jiġi nnotifikat b’ittra li tispjega d-dettalji tal-appuntament mal-bord Interprofessjonali.
Jekk ġie pprovdut email fl-applikazzjoni sottomessa mit-Tabib Mediku, l-applikant jirċievi email ukoll. L-applikant ikollu bżonn jikkonferma jew jerġa’ jiskeda l-appuntament, jekk meħtieġ.
Alternattivament, jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda, l-applikant jiġi nnotifikat b'ittra li tagħti rraġuni tar-rifjut.
Proċess tal-Intervista
Waqt l-intervista, il-membri tal-bord interprofessjonali jevalwaw id-diżabilità tal-applikant jew permezz tal-prattika tal-Kwestjonarju tal-ICF jew billi jevalwaw il-persuna b’diżabilità u ddokumentazzjoni pprovduta mit-Tabib Mediku fl-istadju inizjali tal-applikazzjoni, jekk iddiżabilità tissemma f’Artikolu 2 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).
Kull membru tal-bord mediku japprova jew jirrifjuta s-sottomissjoni, billi jawtentika bl-e-ID tiegħu.
Approvazzjoni jew Ċaħda u Valutazzjoni
Mal-approvazzjoni mill-membri kollha tal-bord mediku, id-Dipartiment jipproċedi bilvalutazzjoni tal-finalizzazzjoni tal-applikazzjoni.
L-applikant jirċievi ittra fl-indirizz postali tiegħu, li tinkludi d-data tal-pagament rilevanti u rrata tal-pagament għall-assistenza.
Alternattivament, jekk il-bord interprofessjonali jiċħad l-applikazzjoni, il-persuna b'diżabbiltà tiġi nnotifikata permezz ta' ittra ta' rifjut fl-indirizz postali tagħha, fejn tingħata r-raġuni taċċaħda.
Kif Taċċessa r-Rapport Mediku
Ikklikkja hawn biex taċċessa r-Rapport Mediku online jew daħħal il-URL fil-brawżer talinternet: rapmed-dizabilita.gov.mt jew skennja l-Kodiċi QR.