FAMILJA Gunju 2024 Numru 28

Page 1

familja Ġunju 2024 Numru 28

Rivista Familja hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni

fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi

uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.

Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi

suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt

Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bilposta:

Tonio Bonello, MSPC

Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

Nru 38

Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta.

Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti lopinjoni Editorjali.

Tonio Bonello

Editur

Mark Musù Segretarju Permanenti MSPC Grazio Barbara Qari tal-Provi Peter
Saydon Grafika
familja
Miceli
Distribuzzjoni
Ġemma
Uffiċċju tasSegretarju Permanenti Ħajr
Archibald Attard
Helena Holland
Claudia Mifsud
familja.media@gov.mt u l-kontributori kollha

Opportunitajiet akbar għall-istudenti biex isiru Social Workers

Il-qasam tal-ħidma soċjali f’pajjiżna, però

kullimkien fid-dinja qed ikompli jikber u jiżviluppa b’rata mgħaġġla, f’ambjent fejn ilparti l-kbira tal-popolazzjoni dinjija, waqt li

tinsab aktar komda b’mezzi ġodda ta’ komunikazzjoni, bi żviluppi dejjem ħerġin filmediċina u b’livell t’għajxien ħafna aħjar, iżda ironikament, ħajjet il-bniedem saret aktar kumplessa u b’aktar problemi. L-akbar fost dawn, tas-solitudni, iżda hemm katina ta’ ċirkorstanzi oħrajn li qed jagħmlu l-ħajja tagħna lbnedmin aktar diffiċli.

Sa tmiem is-seklu li għadda, ħafna Maltin u Għawdxin kienu jsibu l-konfort ta’ xi saċerdot

jew tal-Kappillan tal-Parroċċa li kien jisma’ l-weġgħat tan-nies u jara kif jimlihom fidi, tama u mħabba biex ikomplu jaqdfu kontra l-kurrent, li xi drabi lkoll kemm aħna nħabbtu wiċċna miegħu! Fl-era tas-snin 90 u partikolarment fis-snin elfejn bdiet isseħħ tranżiżżjoni fejn fostna kompla jiżviluppa l-qasam soċjali u tal-ħidma soċjali. Fost oħrajn bl-evolviment talprofessjoni tal-ħidma soċjali, magħrufa aktar bl-Ingliż bħala social work. Din kompliet tiżviluppa sena wara oħra kif għadha qed tagħmel sal-lum.

Din professjoni siekta, ma ddoqqx trombi, iżda li fil-verità saret il-qalb u r-ruh soċjali ta’ kull nazzjon madwar il-globu. Dan għaliex nies professjonisti li jimpenjaw rwieħom biex jistudjaw u jiddedikaw ħajjithom (forsi aktar b’vokazzjoni milli b’tifsira ta’ mpjieg), b’tant paċenzja u mħabba jisimgħu l-problemi ta’ persuna jew ta’ familja u flimkien ma’ dak konċernat jieħdu azzjoni bl-għan li jtejbu s-sitwazzjoni fil-ħajja tiegħu, tagħha jew tagħhom rispettivament.

Imma din il-professjoni għandha problema. Mhux ħafna mill-istudenti li jagħżlu li jibdew kors l-MCAST jew l-Università qed jagħżlu li jistudjaw u jidħlu fid-dinja tal-ħidma soċjali. Imma għal dan il-għan, fi tmiem Marzu li għadda tħabbret deċiżjoni mportanti f’pajjiżna li bla dubju se tgħin biex in-numru ta’ social workers f’dawn il-gżejjer se jiżdied sostanzjalment.

Il-Gvern qiegħed iħejji emendi legali bil-għan li jippromovi aktar il-qasam tax-xogħol soċjali u b'hekk iħajjar aktar studenti jidħlu għal din il-professjoni tant importanti

familja 1 familja.media@gov.mt

Ritratt: Jopwell

Fil-fatt fil-jiem li ġejjin, dawn l-emendi legali ser jitilgħu fi stadju ta' kumitat fil-Parlament sabiex eventwalment jidħlu fis-seħħ, wara li jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-kamra. Ilbidla ewlenija ser tkun dik illi anke studenti li jtemmu b'suċċess il-kors tas-Social Work flMCAST jingħataw l-istess kwalifika u warrant bħalma jingħataw studenti li temmew il-kors b'suċċess mill-Università ta' Malta.

Iktar minn hekk, il-Bord tas-Social Workers se jkollu l-fakultà li jagħti warrants lil studenti bi kwalifiki oħrajn li ġejjin minn istituzzjonijiet oħra, u li huma ekwivalenti għall-kwalifiki tal-BA Hons.

Sal-lum student li ma jkollux il-BA Hons. mill-Università ta' Malta ma kienx qed jingħata warrant sabiex ikun jista' jibda jipprattika din il-professjoni. Għaldaqstant l-emendi proposti se jwasslu biex kwalifiki t'istituzzjonijiet bħall-MCAST u oħrajn ikunu rikonoxxuti wkoll. Dan effettivament se jwassal lill-istudent sabiex jieħu l-warrant ta' ħaddiem soċjali.

Dan ħajr għal Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, l-FSWS fi sforz biex tħajjar aktar studenti jidħlu għal dan il-kors. Jibqa’ biss, forsi naqra impenn minna l-ġenituri li nħajru lil uliedna jaqbdu din il-professjoni tant sabiħa li, forsi aktar milli tagħti sodisfazzjon monetarju li jiġi u jmur, iżda tgħin lill-individwu stess bħala social worker jagħti valur tiegħu nnifsu jħossu utli li qed jagħmel xi ħaġa biex individwu jew familja jista’ jkollha ħajja aħjar. Biex is-soċjetà tagħna tkun aħjar!

familja familja.media@gov.mt 2

Benefiċċji u għajnuniet soċjali, li jilħqu firxa kbira ta’ nies, minn trabi sa anzjani

Onor. Michael Falzon

Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

Aħna fdati bl-ikbar nefqa Ministerjali, tlaħħaq it-€2.2 biljun

Ħbieb u Kollegi,

Ninsab sinċerament grat u sodisfatt għallimpenn illi kull wieħed u waħda minnkom komplejtu twettqu tul dawn l-aħħar xhur. Milliżgħar sal-ikbar, ilkoll katina waħda, fejn flimkien komplejna nimplimentaw u nħaddmu għexieren ta’ miżuri soċjali, immirati lejn kull saff tas-soċjetà tagħna.

Bħala Ministeru, aħna fdati bl-ikbar nefqa Ministerjali, nefqa illi tlaħħaq it-€2.2 biljun, terz tan-nefqa kollha tal-pajjiż. Ħafna minn dan l-investiment imur direttament f’benefiċċji u għajnuniet soċjali, li jilħqu firxa kbira ta’ nies, minn trabi sa anzjani.

Ejja ma ninsewx ukoll l-ammont ta’ miżuri li wettaqna tul l-aħħar xhur. Ewlenija fosthom ilCOLA addizzjonali, l-aġġustamenti fil-pensjoni għall-pensjonanti imwielda qabel l-1962, iċchild bonus li saħansitra ġie msaħħaħ , il-carers grant, l-in work benefit u diversi benefiċċji oħra li jolqtu gruppi oħra ta’ persuni.

familja familja.media@gov.mt 3

Dawn jingħaqdu m’għexieren ta’ miżuri soċjali oħra, li komplew ikunu ta’ sostenn għal kull faxxa fis-soċjetà tagħna. L-għan aħħari tagħna jibqa’ dejjem dak illi nservu lil pajjiż u li nkunu hemm fl-iktar mumenti li persuna għandha l-bżonn.

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jibqa’ t-tarka ta’ eluf t’individwi u familji, illi f’punt ta’ ħajjithom ikollhom bżonn assistenza fl-immedjat. Għaldaqstant għandna l-obbligu li ngħinu u nassistu bl-aqwa mod possibbli lil kull klijent li jkollna quddiemna.

Nixtieq nagħlaq billi minn qalbi, nerġa’ nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li lkoll tagħtu kontribut siewi fil-ħidma tagħkom. Flimkien ser inkomplu nagħmlu ġieħ lill-istorja tas-sigurtà soċjali ta’ Malta, il-bażi ta’ kull soċjetà u ġenerazzjoni!

familja familja.media@gov.mt 4
Ritratt: Julia M Cameron

Peter Miceli Saydon

Tim Ġemma

Delegazzjoni Maltija mmexxijja minn Helena Holland attendiet konferenza tal-European Consumer Debt Network (ECDN) li saret f’Palermo, Sqallija nhar it-Tnejn 15 u t-Tlieta 16 ta’ April 2024.

L-ECDN huma wkoll il-mexxejja tal-proġett tal-Provision of a Platform for the Prevention of Over-Indebtedness (PEPPI). Id-delegazzjoni Maltija ġiet mistiedna mill-ECDN biex tipparteċipa f’dawn il-laqgħat wara l-applikazzjoni tal-Ministeru tal-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal għal sħubija fl-ECDN. Dan seħħ wara l-parteċipazzjoni ta’ Malta permezz ta’ Ġemma fl-inizjattiva tal-kapaċità finanzjarja tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal filproġett PEPPI.

Il-konferenza ltaqgħet fil-Palazz Irjali li hu s-sede tal-Parlament Palermitan. L-ewwel jum talkonferenza tratta r-riżoluzzjoni tal-kriżi tad-dejn tal-individwi u n-negozji fid-dawl taddirettiva Ewropea 2023/2225 CCD II. Il-konferenza kopriet aspetti Sqallin, Taljani u Ewropej tal-iżviluppi l-ġodda għall-pariri dwar id-dejn.

L-ewwel jum tal-konferenza kien ikkarettizzat minn diversi kelliema Taljani li tkellmu l-iżjed dwar is-sitwazzjoni Taljana fejn jidħol id-dejn tal-konsumatur. Il-konferenza infetħet minn Lorenzo Ruisi mid-Dipartiment għall-Arrività Produttiva tar-Reġjun ta’ Sqallija u Luca

familja familja.media@gov.mt 5 Malta ssir membru tal-European Consumer Debt Network (ECDN)

Rizzitano, l-organizzatur tal-konferenza u rrappreżentant ta’ I Diritti del Debitore. Is-Sur Rizzitano daħal f’aktar dettall dwar il-ħidma talorganizzazzjoni tiegħu u l-iskop tal-konferenza.

Alberto Marino, Koordinatur tal-Permanent Joint Commission for the Coordination of Initiatives to Combat the Business Crisis in Sicilian Region tkellem għall-Onor. Edmondo Tamajo, Kunsillier tal-Attività Produttiva tarReġjun Sqalli, li ma setgħax jattendi.

Iżjed diskorsi li ffukkaw fuq is-sitwazzjoni

Taljana u b’mod speċjali dik ta’ Sqallija kif ukoll Ewropea inġenerali saru minn Francesco Gaetano, ex-uffiċċjal tal-European Commission Policy Office, Antonino Alessi, President tal-Order of Labor Consultants ta’ Palermo,

Tommaso Di Matteo, responsabbli tal-uffiċċju reġjonali tal-International Sprint ta’ Sqallija, Dieter Korczak, President tal-ECDN, Gwen Harris mill-Money Advice and Budgeting Service (MABS) u Peter Daniel, Espert u OTC Process Manager u Membru tal-ECDN.

It-tieni laqgħa fis-16 ta’ April 2024 kienet l-Assemblea Ġenerali tal-European Consumer Debt Network (ECDN) fejn ġiet aċċettata wkoll is-sħubija tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u dDrittijiet tat-Tfal ta’ Malta u kienu diskussi temi relatati man-network, pariri dwar id-dejn u Fondi Ewropej.

Matul it-tieni ġurnata tal-konferenza l-Assemblea Ġenerali tal-ECDN segwiet b’diskors talftuħ minn Dieter Korczak, President tal-ECDN, approvazzjoni tal-aġenda, approvazzjoni talminuti tal-aħħar Assemblea tal-2023, rapport tal-President tal-ECDN, il-Professur Dieter Korczak, rapport tat-Teżorier, Gwen Harris, diskussjoni u voti tar-rapporti.

familja familja.media@gov.mt 6

Ingħatat informazzjoni dwar il-miżati tal-membri u sar il-vot għall-membri l-ġodda li huma lMinisteru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal minn Malta, l-Observatoire du Crédit et de l'Endettement (OCD) mill-Belġju u Pernilla Liedgren, riċerkatriċi Svediża. Qabel il-vot, Helena Holland għamlet diskors fejn spjegat l-għanijiet tal-applikazzjoni ta’ Malta u ssitwazzjoni ta’ Malta f’dan il-qasam. It-tliet applikazzjonijet kienu aċċettati unanimanent.

Aktar tard, l-Assemblea kompliet b’diskussjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni minn Bankarceptzö talUngerija, diskussjoni dwar xogħol addizzjonali u diskussjoni miftuħa dwar il-European Innovation Council and SMEs Executive Agency (EISMEA).

L-Assemblea Ġenerali tal-ECDN ġiet fi tmiem b’diskorsi minn Igor Škrgatić dwar id-dejn eċċessiv fil-Kroazja, Gianfranco Dote ta’ Esdebitami tal-Italja liema diskorsi kienu diskussi filfond. Saru wkoll diskorsi tal-għeluq u ringrazzjamenti minn Dieter Korczak, President talECDN u minn Luca Rizzitelli li ospita l-konferenza.

L-Assemblea Ġenerali aġġornat għal-laqgħa li jmiss fis-sena 2025 f’data li għad trid titħabbar. Il-konferenza li jmiss hija prevista li ssir fi Vjenna, l-Awstrija. It-tim ta’ Ġemma

familja familja.media@gov.mt 7

Safeguarding Your Smartphone and Tablet

Mobile Device Security

IMU Team

In today's digital age, our smartphones and tablets are more than just devices; they're extensions of our lives. We use them to stay connected, manage our finances and store personal information. With so much at stake, mobile device security should be a top priority. In this article, we'll discuss essential aspects of mobile phone security, including app permissions, device encryption and practical tips for securing your smartphones and tablets.

Why Mobile Device Security Matters

Mobile devices are a goldmine for cybercriminals. They contain a treasure trove of personal and sensitive information, from emails and contact details to photos and login credentials. Failing to secure your mobile device can lead to devastating consequences, including identity theft and data breaches. Here's why mobile security is critical:

Data Privacy - Protecting your personal data is crucial. Unauthorised access can compromise your privacy and lead to financial loss.

Financial Security - Many of us use mobile banking and payment apps, making it essential to keep these transactions secure.

Identity Theft - Cybercriminals can use stolen personal information to impersonate you online, potentially causing long-lasting damage.

Business and Work - If you use your mobile device for work, a breach could lead to corporate data leaks or expose sensitive business information.

Now that we understand why mobile device security is vital, let's dive into the best practices to keep your smartphone or tablet safe.

App Permissions: Control What Apps Can Access

Apps are a fundamental part of our mobile experience, but they can also be a significant security risk if you're not careful. Here's how to manage app permissions effectively:

familja familja.media@gov.mt 8

Check App Permissions - Review the permissions apps request before downloading them. Ensure they have a legitimate need for access to your camera, microphone, contacts, or other sensitive data.

Regularly Review Permissions - Periodically go through your installed apps and review their permissions. Revoke access for apps that no longer need it.

Update Apps - Keep your apps up to date. Developers release updates that often include security fixes. Enable automatic updates when possible.

Avoid Sideloading Apps - Stick to official app stores like Google Play Store (for Android) and Apple App Store (for iOS). Avoid sideloading apps from untrusted sources.

Device Encryption: Protect Your Data

Device encryption is like a digital lock that keeps your data safe, even if your device falls into the wrong hands:

Enable Encryption - Go to your device's settings and enable encryption. This ensures that your data is unreadable without the correct decryption key.

Use a Strong Passcode or PIN - Your device's encryption relies on your passcode or PIN. Choose a strong, unique code that's not easy to guess.

familja familja.media@gov.mt 9
Photo: Picjumbo.com

Biometric Authentication - If your device supports it, use biometric authentication methods like fingerprint or facial recognition for added security.

Tips for Securing Smartphones and Tablets

Beyond app permissions and device encryption, here are some practical tips to enhance the security of your mobile devices:

Lock Your Device - Always use a passcode, PIN, or biometric authentication to lock your device. This adds a layer of security in case your device is lost or stolen.

Enable Remote Tracking and Wiping - Enable "Find My Device" (Android) or "Find My iPhone" (iOS) to locate, lock, or erase your device remotely if it's lost or stolen.

Install Security Software - Consider installing reputable security software or mobile antivirus apps. These can help protect against malware and provide additional security features.

Regular Backups - Regularly back up your device to safeguard your data. Cloud-based services and physical backups can ensure you don't lose critical information.

Beware of Public Wi-Fi - Avoid using public Wi-Fi networks for sensitive activities, like online banking, unless you use a virtual private network (VPN) for added security.

Educate Yourself - Stay informed about the latest security threats and scams targeting mobile users. Knowledge is your best defence.

App Source Verification - Before downloading apps, verify the developer's credibility and read user reviews to ensure the app is legitimate.

Logout from Accounts - Always log out from apps and accounts when you're finished using them, especially on shared or public devices.

Use App Lockers - Consider using app lockers or app-specific locks to protect sensitive apps with an extra layer of security.

Monitor App Permissions - Regularly review and adjust app permissions in your device settings to restrict access to your data.

A mobile device security is a critical aspect of our digital lives. By following these best practices and staying vigilant, you can significantly reduce the risk of security breaches and protect your personal information. Remember that securing your smartphone or tablet is an ongoing effort, so stay informed and proactive in keeping your digital life safe.

familja familja.media@gov.mt 10

Mary Anne Zammit

Artista u Kittieba

Impenn qawwi għad-Drama

Intervista mal-attur u direttur magħruf Mario Micallef

Wara kull dramm hemm storja, impenn kbir, ħafna sagrifiċji u studju. Hekk mistenni minn atturi li jibqgħu mfakkra għal ħidmiethom. Mario Micallef hu wieħed minn dawn. Attur versatili li żgur m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni. Magħruf kemm f’xogħlijiet teatrali, kif ukoll dawk televiżivi u tar-radju rispettivament.

Mario twieled fil-Belt Valletta fit-28 ta’ Ottubru tal-1947. Hu miżżewweġ lil Nathalie li hi wkoll attriċi. Huma għandhom żewġt itfal, Gordon u Alycia u nannu ta’ tifel bl-isem ta’ Nico.

Staqsejna lil Mario kif bdiet il-karriera tiegħu. Stqarr li beda jieħu nteress fid-drama meta kien għad kellu madwar tlettax il-sena fejn kien jattendi fiċ-Circolo Giuventù Cattolica tal-Belt. Aktar ma kiber, aktar kibret fih il-ġibda għat-teatru u t-televiżjoni.

Dan tant li kienu bosta x-xogħlijiet teatrali u televiżivi li hu ħadem fihom tul iż-żmien. Mario ħadem ukoll f’diversi films u dokumentarji, kif ukoll kien u għadu preżentatur ta’ diversi serati musico/letterarji.

Ħadem ma’ diversi atturi u kumpaniji differenti għal deċenji sħaħ sakemm fis-sena 1988

waqqaf il-kumpanija teatrali tiegħu ‘Talenti’, fejn kull sena jtellgħu xogħlijiet teatrali, kemm fit-Teatru Manoel, kif ukoll f’teatri oħra.

Fl-1997, għall-ewwel darba f’Malta, Mario beda jtella’ xogħlijiet ta’ William Shakespeare bilMalti. Dawn kollha ġew tradotti għal Malti minn Alfred Palma. B’kollox ittellgħu għaxar drammi ta’ dan l-awtur. Kienu jsiru wkoll serati filgħodu propju maħsuba għat-tfal tal-iskejjel.

Micallef forsi jibqa’ l-aktar magħruf meta ħamsa u għoxrin sena ilu, fl-1999, introduċa għallewwel darba f’Malta, il-One Man Show. B’kollox ippreżenta seba’ minn dawn ix-xogħlijiet. Lewwel dramm kien ‘L-Imġarrab’ kitba tal-mibki Żep Camilleri li kien sar fit-Teatru Manoel. F’dan id-dramm Mario interpreta seba’ karattri. Kien intlaqa’ tajjeb ħafna, kemm millpubbliku, kif ukoll mill-kritiċi, tant li kellu jiġi ripetut l-istaġun ta’ wara fl-istess teatru. Wara

Mario spjegalna kif dawn ix-xogħlijiet jirrekjedu ħafna studju, konċentrazzjoni u provi. ‘Kull jum, flimkien mad-direttur, kont nipprattika żewġ karattri. Sfida oħra f’dawn ix-xogħlijiet hi li trid tbiddel il-kostumi u l-make up f’ħin qasir ħafna’.

L‘Imġarrab’ kien thriller ibbażat fuq xiħ li kien jgħix waħdu fis-solitudni ta’ daru għal snin twal. Kien għadda minn trawma meta kien għadu tifel, fejn kien ġie abbużat sesswalment. Fid-dramm naraw diversi karattri li kollha kienu b’xi mod jew ieħor parti minn din il-ġrajja. Biss, wieħed minn dawn kien l-aggressur.

‘Hekk naraw xeni fejn l-udjenza tibda taħseb min jista’ jkun, bdew ukoll jaraw il-karattri wieħed wara l-ieħor sa ma ġie finalment identifikat min kien vera l-aggressur. Din l-aħħar xena kienet kommoventi u qawwija ħafna u anke skabruża għal dak iż-żmien.’ Mario jistqarr li l-fama, għalkemm sabiħa u kull attur jieħu pjaċir biha, imma personalment ma tantx tagħmel bih għax tista’ tkun perikoluża. F’dan il-kuntest żid jgħid li dejjem żamm saqajh mal-art. ‘L-agħar ħaġa li jista’ jagħmel attur hu li tikbirlu rasu għax ir-reċtar hu bħal sellun, dejjem titla’ skaluna waħda wara l-oħra, għax jekk tipprova taqbeż waħda, il-periklu hu li faċilment tista’ teħodha għal-isfel!

familja familja.media@gov.mt 12

‘Jien tip ta’ attur li nħobb nistudja sa minn qabel jibdew il-provi u mhux waqt il-provi.

Għalkemm dan il-proċess jieħu madwar sitt ġimgħat bejn wieħed u ieħor, iżda nipprova li

mal-ewwel ġranet tal-provi, jien inkun naf il-parti tiegħi biex aktar inkun komdu waqt l-istess provi. Dan waqt li d-direttur ikun jista’ jaħdem aħjar mal-atturi.’

‘It- tfal jiġu bil-Vapuri’, hu teleserial adattat mir-rumanz bl-istess isem miktub mill-mibki

Oliver Friggieri. Mario jistqarr; ‘Meta ġie f’idejja dan ir-rumanz bdejt naqrah u ma neħħejtux

minn idejja sa ma qrajtu kollu f’lejl wieħed. L-għada kellimt lil Profs Oliver Friggieri għax kont konvint li dan ix-xogħol kellu potenzjal li jiġi adattat għal sensiela televiżiva.

Għalkemm Oliver ma xtaqx, imma bl-insistenza tiegħi, irnexxieli nipperswadih biex nagħmluh għat-televiżjoni. Saru tlett sensiliet minnu, ta’ tlettax-il episodju il-wieħed. Lino Grech kiteb l-ewwel żewġ sensiliet u jien ktibt l-aħħar sensiela, peress li Lino ma setax jiktibha l-aħħar sensiela. Minn rumanz wieħed, Oliver spiċċa biex kiteb tnejn oħra. ‘La jibnazza niġi lura’ u ‘Dik id-dgħajsa f’nofs il-port. Inħoss li dan kien il-baby tiegħi. Wellidtu, kabbartu u ħallejtu jmut mewta naturali’. Oliver Friggieri kien tenna li l-kobor u s-suċċess miksub min din is-sensiela hu grazzi għal Mario Micallef.

Kienu bosta l-unuri li Mario kiseb tul iż-żmien, imma

bla dubju l-aktar li tawh sodisfazjon kienu meta ġie magħżul bħala l-aħjar attur fil-Malta Television Awards waqt li fis-sena 2010 meta kien onorat bil-Midalja għal

Qadi tar-Repubblika, MQR. Għal dan l-unur, Mario kien ġie nnominat u s-sekondat minn persuni ta’ kariga u prestiġġju għoli fis-soċjetà.

‘Għalija dan l-unur inqisu bħala ċ-ċirasa fuq il-kejk għax wara karriera twila fuq il-palk u t- televiżjoni, listat irrikonoxxa t-talenti u x-xogħlijiet tiegħi matul iż-żmien. Nixtieq li sakemm nibqa’ b’saħħti u

b’memorja tajba, nibqa’ għaddej. It- teatru hu t-tieni dar u l-familja l-oħra tiegħi.’

familja familja.media@gov.mt 13

The rights of Patients and responsible Carers

The Mental Health Act, 2012

The Rights of Voluntary and Involuntary Patients under the Mental Health Act – The Mental Health Act provides a list of 19 rights covering all that one should expect when using the Mental Health services. The Law provides also for the appointment of The Commissioner for the Rights for Persons with Mental Disorders.

The Rights of Voluntary and Involuntary patients according to the Mental Health Act

All the rights may be summed up under the principle of full dignity and respect towards every person, irrespective of the severity of their mental condition. The patients have the right to information in its broadest sense whilst participating in his/her own care. It is a right and a duty that the person is actively involved in the formulation and implementation of his/ her care plan.

Right to Dignity and exercise of Civil rights

As a user of mental health services, you have the right to exercise all civil, political, economic, social etc without any discrimination giving you the right of full respect for your dignity. You also have the right for a safe and hygienic environment, and privacy.

Right to receive High Quality Care

The Mental Health Act ensures your right to receive treatment of the same quality and standard as other individuals. You have the right to receive treatment which addresses your needs holistically through a multidisciplinary care plan approach, in the least restrictive environment and manner. Whenever possible aftercare and rehabilitation are to be provided in the community.

The Right to Information

You have the right to be adequately informed about your disorder. You also have the right to actively participate in the formulation of your own multidisciplinary treatment plan. You have every right to discuss, question, express your opinion, and receive adequate answers for any questions you may have. This information, together with information about available services and support should also be provided to your responsible carer.

The Right to appoint a Responsible Carer of Your Choice

You have the right to appoint a person of your own choice as your responsible carer whenever possible. It is highly recommended that you choose a person with whom you have a close personal relationship, and who has your best interests at heart.

familja familja.media@gov.mt 14

The Right to an Informed Consent

One of your fundamental rights as a patient is that of free and informed consent for care and treatment. It is very important that you understand what consent is being given and can freely ask the pertinent questions where clarifications are necessary.

The Right to Confidentiality and Access to clinical records

You have the right to confidentiality of all information about yourself, your illness and treatment in whatever form stored. You can be given access to your clinical records unless, in the opinion of the responsible specialist this may be harmful to your own health, or it may put the safety of others at risk.

The Right to Freedom of Communication and hospital visitors

When receiving treatment in a licensed facility, you can freely communicate with the outside world and receive visitors in private within all reasonable times, unless such freedom of communication and/or visiting is considered detrimental for your health or it impinges on the rights and freedoms of other people.

For one to benefit fully from the rights given through the Mental Health Act, it is important that as a patient you meet your responsibilities, including full cooperation in your care plan, that you communicate and respect the team responsible for your care, your responsible carer and other patients.

familja familja.media@gov.mt 15
Photo: Matthias Kulka/Corbis

Koordinament ta’ Tony

Meta naħsbu dwar l-attività fiżika, sikwit jiġuna f’moħħna xbihat ta’ workouts il-gym, dawra wara l-oħra mat-track jew l-irfigħ ta’ piżijiet tqal. Imma x’inhi verament l-attività fiżika? Fi kliem sempliċi, hjia kull moviment li jħaddimlek il-muskoli u jeħtieġ aktar enerġija milli meta tkun mistrieħ. Dan jinkludi kollox, mill-mixi sax-xogħol, minn xi xogħol fil-ġnien saż-żfin, saħansitra sal-faċendi tad-dar.

Essenzjali li nifhmu d-differenza bejn l-attività fiżika u l-eżerċizzju sabiex nintegraw element tat-tnejn li huma fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. L-eżerċizzju huwa forma strutturata u ripetittiva ta’ attività fiżika bl-għan speċifiku li jittejjeb jew jinżamm aspett jew aktar tas-saħħa fiżika. Lattività fiżika madankollu, tinkludi l-moviment kollu, mhux biss l-eżerċizzju li tagħmel bi ħsieb.

Hemm diversi forom differenti ta’ eżerċizzju, li kull wieħed minnhom huwa ta’ benefiċċju b’mod uniku. L-eżerċizzji aerobiċi, bħall-jogging jew l-għawm iżidu r-rata tan-nifs u tal-qalb. L-eżerċizzji tas-saħħa, bħall-irfigħ tal-piż, itejbu s-saħħa tal-muskoli, u l-eżerċizzji ta’ flessibbiltà bħall-Pilates itejbu l-firxa tal-moviment tal-muskoli u tal-ġogi.

L-isport spiss jista’ jikkombina elementi ta’ dawn it-tipi kollha ta’ eżerċizzju, iżda jżid element kompetittiv u tipikament jinvolvi ħiliet u strateġija. L-isport jista’ jkun mod divertenti u ta’ involviment soċjali biex isir l-eżerċizzju regolari u spiss jinħass aktar bħala passatemp, aktar milli forsi xi ħaġa ta’ bilfors.

Il-benefiċċji tal-eżerċizzju regolari u tal-attività fiżika huma enormi. Isaħħaħlek is-saħħa ta’ qalbek, tal-għadam u tal-muskoli, jgħin fil-kontroll tal-piż u jtejjeb is-saħħa mentali u lburdata. Fit-tfal, isaħħaħ it-tkabbir u l-iżvilupp u jistabbilixxi drawwiet tajbin għas-saħħa għallfutur. Għall-adulti akbar fl-età, jista’ jgħin biex tinżamm l-indipendenza u jiġu evitati lwaqgħat.

Kif għandu jsir l-eżerċizzju b’mod effettiv L-inkorporazzjoni tal-eżerċizzju fir-rutina tiegħek ta’ kuljum m’għandhiex għalfejn tkun diffiċli. Ibda billi tagħżel attivitajiet li tgawdi minnhom, li jistgħu jkunu xi ħaġa minn mixja mgħaġġla ma’ xatt il-baħar għal lezzjoni taż-żfin jew saħansitra logħba futbol ma’ wliedek. Ħallat tipi differenti ta’ attivitajiet biex iżżomm l-affarijiet interessati, mill-eżerċizzji aerobiċi biex tibni r-reżistenza sat-taħriġ tas-saħħa biex ittejjeb it-ton tal-muskoli u eżerċizzji ta’

familja familja.media@gov.mt 16
-Moviment Fiżiku u l-Benesseri
Il

flessibbiltà għal moviment aħjar. Ftakar, il-konsistenza hija aktar importanti mill-intensità meta tkun għadek qed tibda.

Meta għandek tagħmel l-eżerċizzju

Ritratt: Yan Krukau

L-aħjar żmien għall-eżerċizzju huwa meta jaqbel lilek - hemm aktar ċans li żżomm miegħu jekk ikun f’ħin konvenjenti għalik. Xi wħud jippreferu l-workouts ta’ filgħodu biex jibdew ilġurnata tagħhom bl-eżerċizzju, filwaqt li oħrajn isibu li l-eżerċizzju wara nofsinhar jew filgħaxija jgħinhom jaħarqu l-istress tal-ġurnata. Ikkunsidra l-iskeda ta’ familtek u pprova sib ħin meta kulħadd jista’ jipparteċipa. Il-ħinijiet tal-eżerċizzju skedati b’mod regolari jistgħu jgħinu biex l-attività fiżika tinbidel f’parti mir-rutina tal-ħajja tal-familja tiegħek.

Mela, kif tista’ tibda? L-ewwelnett, sib attivitajiet li tħobb tagħmilhom. Kemm jekk huwa sport, mixja kuljum, kif ukoll tilgħab barra ma’ wliedek, l-aħjar tip ta’ attività fiżika hija dik li tibqa’ tagħmilha. Imbagħad, stabilixxi miri realistiċi. Jekk għadek qed tibda, agħmel sessjonijiet qosra ftit jiem fil-ġimgħa u gradwalment żid it-tul u l-intensità.

Ftakar, kull moviment jgħodd. Meta tħeġġeġ lil familtek tingħaqad miegħek, l-attivitajiet isiru aktar pjaċevoli u jgħinu lil kulħadd igawdi mill-benefiċċji għas-saħħa. Issettja l-miri tiegħek, ibda bil-mod, u kun konsistenti, u gradwalment tibda tintegra aktar attività fiżika firrutina tiegħek ta’ kuljum biex ittejjeb is-saħħa u l-benesseri, tiegħek u ta’ familtek.

familja familja.media@gov.mt 17

Niltaqgħu ma’ Marisa Camilleri

Bl-għoti tad-Demm tagħha bbenifikaw 150 persuna

In-numru ta’ donaturi nisa kkomparat mad-donaturi irġiel huwa ta’ mara waħda għal kull żewġt irġiel. Id-donaturi nisa jistgħu jagħtu demm kull 4 xhur, sa ma’ jaslu għallmenopawsa fejn imbagħad ikunu jistgħu jibdew jagħtu kull 3 xhur bħall-irġiel. Meta mara tkun qed taħseb għat-tfal jew qed iġġorr tarbija ma tistax tagħti demm. Trid tħalli 6 xhur wara li twelled kif ukoll 3 xhur wara li twaqqaf it-treddigħ, anke jekk ikunu għaddew 6 xhur minn meta welldet.

Marisa Camilleri hija waħda mid-donaturi nisa li tattendi regolari u li laħqet il-ħamsin borża demm tagħha. Marisa kitbitilna dawn iż-żewġ kelmiet dwar l-esperjenza tagħha ta’ ħajjitha tagħti d-demm...

“Kemm qed nieħu gost li qegħda nikteb dak li qiegħda nħoss. Jien, għal ħafna żmien dejjem kont naqra kemm hu importanti li nieħdu ħsieb ta’ xulxin u ngħinu lil min għandu bżonn.

Qatt ma għaddieli minn moħħi li nista’ ngħin meta nagħti d-demm.

It-tifel tieghi kien għadu jattendi l-iskola primarja. Darba waħda s-surmast ta’ dak iż-żmien tagħhom waqt laqgħa li kellna tkellem dwar l-importanza tal-għoti tad-demm. Spjega kemm tkun xi ħaġa sabiħa li kieku kellna ningħaqdu fi grupp ta’ nisa u mmorru nagħtu d-demm flimkien.

Ma tantx domt naħsiba, qbadt u mort. Kont daqsxejn inkwetata u eċitata għax ma kontx naf x ’inhi l-proċedura, imma f’moħħi kont qiegħda naħseb f’dawk il-ħafna nies li jiġu bżonn iddemm.

familja familja.media@gov.mt 18

Kienet esperjenza sabiħa u l-infermieri spjegawli li b’hekk kont ser ngħin tlett persuni għax mill-borża tiegħi joħorġu 3 komponenti; iċ-ċelloli l-ħomor, il-pjastrini u l-plażma. Wara lewwel darba kont iddeċidejt li nibda mmur kull meta jmissni, jiġifieri kull 4 xhur. Kull darba li mmur nistqarr li nħoss ferħ u sodisfazzjon kbir u noħrog minn hemm bi tbissima kbira.

Kien għalhekk pjaċir tiegħi li nista’ naqsam magħkom dawn il-kelmtejn biex inħeġġeġ lil kulhadd biex jagħmel kuraġġ u jmur jagħti d-demm. Kollu veru dak li jgħid qawl Malti li; “Min jagħti jirċievi” għax jien dejjem nirċievi sodisfazzjon kbir meta nagħti d-demm għax naf li

b’hekk qed ngħin lill-pazjenti, nies bħali u bħalek li tant jinħtiġuh!”

Aħna f’isem iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm nirringrazzjaw lil Marisa f’isem il-150 pazjent/a li għenet. Dan waqt li nħeġġu aktar nisa biex jiġu jagħtu d-demm biex ikunu s-Supereroj tagħna.

Bħal Marisa kulħadd jista’ jagħmel id-differenza fil-ħajja ta’ dawk ta’ madwarna!

Jekk tixtieq iktar Informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tfittex jew tikkuntatjana kif ġej–

Sit elettronikuwww.blood.gov.mt

Paġna Facebookwww.facebook.com/ bloodmalta

Emailcustomercare.nbts@gov.mt

Indirizz - Ċentru tal-Għoti tadDemm, Gwardamanġa

Linji fissi - 21 234 767 jew 2206 6201 / Linja tal-mobile7930 7307

Freephone - 8007 4313

Berġa Xewkija, Għawdex2155 6461

familja familja.media@gov.mt 19

Niftakar meta kont ħafna iżgħar, meta kont tifla, niftakarni niġri wara xi farfett u ma naqbdu qatt. Illum biex tara farfett trid nemes. Imma kultant naraw xi farfett ‘l hemm u ‘l hawn.

Għandi kif jgħidu bl-Ingliż soft spot għall-friefet. Intant illum xtaqt inkellimkom dwar dawn linsetti sbieħ.

L-oriġini tal-kelma butterfly

Intant l-oriġini tal-kelma Butterfly bl-Ingliż jingħad li għandha x’taqsam mas-sħaħar u malmaġija. Etimoloġisti jemmnu li l-kelma ġejja minn Ingliż Antik. Il-kelma antika kienet

Butterfleoge. L-antenati kienu jemmnu li s-sħaħar jixbħu lill-friefet kemm fil-forma u anke filkobor. Kienu jieħdu din il-forma biex jisirqu l-butir u l-ħalib. Għalhekk dawn l-insetti spiċċaw bl-isem ta’ butterfly. Teorija oħra tgħid li l-isem ġej minn isem ta’ membru tal-familja Pieridae.

Naturalisti fil-Gran Brittanja taw isem lill-farfett Brimstone the butter-coloured fly.

Hemm miljuni ta’ speċi ta’ insetti fid-dinja imma l-friefet huma ftit mill-aktar popolari. Il-friefet insibuhom madwar id-dinja, minbarra fl-Antartica, f’partijiet rari tropikali u oħrajn jafu jkunu qed itiru fil-ġonna tagħna.

Minkejja l-ħajja qasira tagħhom, il-friefet huma maħbuba minħabba s-sbuħija tagħhom. Bejn wieħed u ieħor dawn jgħixu bejn tnejn u erba’ ġimgħat, jiddependi fuq il-kobor tagħhom, lambjent, il-klima u xi speċi jkunu. Kull speċi għandha tul ta’ ħajja differenti. Billi jgħixu biss ftit ġimgħat huma jgħammru kemm jista’ jkun malajr. Ir-ritwali tat-tgħammir idum kważi tnax-il siegħa imma dejjem skont l-ispeċi.

familja familja.media@gov.mt 20

Ritratt: Zett Photo

Iċ-ċiklu tal-farfett

Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-farfett, magħruf bħala metamorphosis li ġejja mill-kliem magħquda filGrieg tal-qedem ifisser it-trasformazzjoni tal-forma. Hemm żewġ tipi ta’ metamorphosis li jista’ jkollu insett. Insetti bħal ġurati, dragonflies u l-kokroċ jesperjenzaw metamorphosis inkompleta.

Aħna se nikkonċentraw fuq metamorphosis kompleta għaliex kemm il-friefet u l-insetti simili tagħhom (dawk il-friefet żgħar li jagħmlu għad-dawl) għandhom din il-varjetà. Hemm erba’ stadji f’dan il-proċess: Il-ħajja tal-farfett tibda bħala bajda u kull stadju tal-ħajja tagħhom iddum ammont differenti ta’ ġranet.

Il-bajda

L-ewwel il-farfett adult femminili tbid il-bajd fuq xi pjanta. Tajjeb ngħid li l-friefet jużaw lantenni tagħhom biex iħossu r-riħ u rwejjaħ oħra. Jużaw saqajhom biex iduqu u jistgħu jinnutaw liema huma l-aktar weraq tajbin biex ibidu l-bajd. Huma jagħżlu l-pjanti skont ilbżonnijiet tagħhom biex jitimgħu lill-insetti meta jfaqqsu. Il-pjanta tispiċċa l-ikel tal-insett f’dak il-punt.

familja familja.media@gov.mt 21

Il-bajd tal-farfett ħafna drabi jkunu żgħar ħafna. Il-friefet ibiduhom fi żmien bejn ir-rebbiegħa u s-sajf jiddependi fuq kemm iħaffu ċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u l-mod migratorju tagħhom. Biex isir caterpillar idum minn ħamsa sa’ għaxart ijiem.

Caterpillar ( il-larva)

Il-caterpillar huwa l-isem l-aktar popolari għal-larva. Huwa xorta caterpillar, kemm jekk talispeċi tal-farfett jew tal-moth. L-għan primarju tal-caterpillar hu biex jiekol kemm jiflaħ. Huma jikbru malajr ħafna u jneżżgħu il-qoxra ta’ ġisimhom madwar erba’ darbiet qabel ma jilħqu dak l-istadju tal-iżvilupp tagħhom.

Il-Pupa

L-istadju tal-pupa huwa stadju ta’ transizzjoni. Huwa l-punt meta huma jittrasformaw. La darba l-caterpillar ikun kiber biżżejjed, jieqaf jiekol. Jiffurmaw chrysalis madwarhom, li ħafna drabi tibda b’kulur vivaċi u tispiċċa trasparenti. Jiddependi mill-ispeċi, il-lok, il-forma u l-kulur tal-chrysalis jistgħu jinbidlu. Dan l-istadju jista’ jdum minn ftit ġimgħat sa diversi snin għal ċertu speċi.

Adult

Wara l-istadju tal-pupa, il-farfett adult joħroġ bħala farfett iffurmat għal kollox. Issa x-xogħol tal-adult huwa li tgħammar u tbid il-bajd. Il-mod migratorju tagħhom ħafna drabi jissaportjahom f’dan l-istadju għaliex jeħodhom f’postijiet fejn jistgħu jgħammru jew fejn ikunu jistgħu jbidu l-bajd. Ħafna speċi ta’ adulti jafu jgħixu biss għal ftit ġimgħat. Madankollu speċi oħra jorqdu matul ix-xitwa biex imbagħad ibidu fir-rebbiegħa.

Fil-ħarġa li jmiss ta’ FAMILJA se nkompli nkellimkom dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima u fuq ilfriefet, xi speċi jeżistu, kif ukoll l-akbar u l-iżgħar friefet fid-dinja. Sa dakinhar, insellmilkom.

familja familja.media@gov.mt 22

George Zammit

Gwida

Minn Assisi sa Perugia b’waqfa ġewwa Gubbio fir-Reġjun tal-Umbria hija destinazzjoni turistika tassew sabiħa. Għoljiet miksija b’ħafna foresti u widien kbar fejn wieħed jista’ jesperjenza veduti mill-isbaħ ta’ xmajjar, lagi u kaskati madwar rħula, kastelli, mogħdijiet magħrufa sewwa fl-istorja, l-arti, il-kultura u l-ambjent naturali li jgħinu kemm il-ġisem u r-ruħ.

Fil-fatt waħda mit-toroq preferuti ta’ San Franġisk ġewwa l-Umbria kienet din minn Assisi lejn Gubbio, fejn hija magħrufa bħala l-qalba ħadranija tal-Italja għal sekli sħaħ.

Bla dubju l-Ordni Franġiskana bħala moviment reliġjuż Nisrani kien tassew qawwi f’dawn iż-żoni fejn il-Poverello għex u baqa’ f’dawn l-inħawi jaħdem għal żmien twil fejn wasslu għattwelid tal: “Vera Franġisku”.

familja familja.media@gov.mt 23 It-triq minn Assisi lejn Gubbio
familja familja.media@gov.mt 23

Ġurnata waħda, fiż-żmien li San Franġisk kien jgħix fil-belt ta’ Gubbio, kien lemaħ ċertu biża’, għax iċ-ċittadini kollha kienu magħluqin fi djarhom minħabba li kien deher lupu kbir ħafna u feroċi, li mhux jattakka u jiekol annimali oħra biss, imma anke liċ-ċittadini ta’ Gubbio. Fil-fatt kull min kien joqgħod f’Gubbio u kull min kien jivvjaġġa lejn dan il-post sabiħ, kien ikun ippreparat u armat b’xi tip ta’ difiża bħala protezzjoni minħabba l-biża li jiltaqa’ ma’ dan illupu perikoluż. Din il-biża’ fost iċ-ċittadini ta’ Gubbio tant kibret li ħafna familji kien meħtieġ li jitilqu u jħallu din il-belt fejn kienu jgħixu.

Għal din ir-raġuni, peress li kulħadd kien jaf lil San Franġisk, staqsewh jekk jistax jgħinhom. Peress li l-Poverello kien midħla ta’ Gubbio u kellu mħabba kbira lejn in-nies ta’ din il-belt, ġie avviċinat biex ikun konxju ta’ din il-problema kbira.

Minkejja li ċ-ċittadini tawh parir biex joqgħod attent, San Franġisk iddeċieda u aċċetta li joħroġ minn Gubbio biex imur ifittex il-lupu fl-għar fejn kien jgħix. Dak il-ħin in-nies għamlu s -sinjal tas-salib u qiegħdu lil San Franġisk u l-fiduċja kollha tagħhom f’Alla.

Waqt li San Franġisk ħa t-triq lejn il-foresta fejn kien il-lupu, dan l-annimal feroċi resaq bil-

mod ħafna lejħ. Franġisku sejjaħlu: F’isem Alla, nordnalek biex ma tkomplix tagħmel aktar

ħsara lili u lill-bnedmin kollha ta’ Gubbio. Dak il-ħin Franġisku għamel is-sinjal tas-Salib f’ħalq il-lupu u qallu: Għaliex “hija lupu” qed tagħmel il-ħsara lil ħutek ċittadini? Kulhadd jibża’

minnek u jobgħodok. Issa trid tieqaf biex ikun hemm paċi bejnietna, sabiex iċ-ċittadini

ġewwa Gubbio lkoll jgħixu kalmi fil-belt tagħhom.

familja.media@gov.mt
familja familja.media@gov.mt 24

Meta l-lupu induna bl-iżball tiegħu tħawwad, imma mbagħad qal lil Franġisku li jrid jgħix filpaċi ma’ kulħadd. “L-importanti li twiegħedni li ttini x’niekol.”

Minn dakinhar, grazzi għal Franġisku u r-rieda tajba kemm tal-lupu u anke taċ-ċittadini ta’ Gubbio, il-paċi reġgħet lura għan-normal u l-lupu mar fil-belt fejn kulħadd offra l-ikel kif kien imwiegħed. Il-lupu sar l-annimal ħabib ta’ kulħadd u anke tat-tfal kollha. Ftit snin wara meta miet, iċ-ċittadini kollha bdew jibku għax tilfu lill-għaziż ħabib tagħhom.

B’għaġeb kbir lejn kulħadd, San Franġisk għamel miraklu mill-aktar qaddis meta kkalma lupu feroċi ġewwa Gubbio. Din l-istorja twassalna lejn mistoqsija li ħafna qegħdin jistaqsu llum: “Imma l-mirakli jseħħu verament”?

Għalkemm ħafna ma jemmnux, jien ngħid “IVA”. Illum il-ġurnata bl-affarijiet kollha li jiġru, biċ-ċirkustanzi li naffaċċjaw, il-mirakli jeżistu, speċjalment meta ssib l-għajnuna li ma tkunx qed tistennieha mingħand ċertu nies morda serjament b’mard terminali, biex tkompli timxi ’l quddiem. Iva l-mirakli jeżistu.

familja familja.media@gov.mt 25

The Electronic Exchange of Social Security Information

EESSI

The EESSI (Electronic Exchange of Social Security Information) Program is an EU project concerning the design, test, and release of a European communication System between the National Social Security Institutions of 32 countries (the 28 European Union countries plus Switzerland, Norway, Iceland and Liechtenstein).

The main aim of the EESSI System is to ensure a rapid exchange of social security information regarding individuals that exercise their right to free movement within the EU. The system interconnects, as of June 2023, around 3,400 institutions in the participating countries.

EESSI is a decentralised IT system that helps social security institutions across the EU exchange information related to different branches mentioned above more rapidly and securely, as required by the EU rules on social security coordination.

Social security institutions exchange structured electronic documents and follow commonly agreed procedures to process them. These documents are routed through EESSI to the correct destination in the right institutions in another Member State. Staff in social security institutions are able to find the correct destination in participating countries by consulting a public repository of national institutions.

Malta was the first country to be fully connected to the EESSI system in all the branches covered by the Regulations. The Maltese institutions which are connected to the system are the Department of Social Security and the Ministry for Health and Active Ageing.

Benefits of EESSI

Faster and more efficient information exchange between social security institutions benefits to mobile citizens. EESSI speeds up exchanges between social security institutions on cases related to different branches of social security (such as unemployment, family, old-age pension, sickness benefits, accidents at work etc.). It allows them to handle individual cases more quickly and helps make calculation and payment of benefits faster.

familja familja.media@gov.mt 26

This faster and more efficient exchange of social security information helps enhance the protection of the social security rights of citizens across borders.

More accurate data exchange between national authorities

Social security institutions across the EU use standardised electronic documents translated into their own language, improving multilingual communication. EESSI optimises case handling, introducing standard electronic procedures to be followed by institutions. This helps ensuring that social security coordination rules are correctly applied.

Fight against fraud

EESSI introduces safeguards to ensure that the data exchanged is correct and complete, helping institutions to combat fraud and error.

Collect statistics about social security coordination

EESSI enables to collect statistics on the message exchanges between social security institutions.

Verification of social security rights

Social security institutions across Europe can exchange relevant information also to verify the social security rights of mobile citizens.

familja familja.media@gov.mt 27

The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section contain all of the digits between 1 and 9.

Can you spot 3 Differences?

familja familja.media@gov.mt 28
5 7 8 9 8 2 3 7 5 6 2 7 4 6 1 3 9 4 9 5 2 9 8 2 3 1 7 7 1 4 3 9 5 1 9 3
Sudoku Familja Fun Page

Children’s Rights are Human Rights

Office of the Commissioner for Children

Children’s Rights are human rights, this phrase is often used by the Office of the Commissioner for Children when conducting awareness raising sessions for children, parents and other professionals working with children. Ensuring that children are accessing their rights is crucial to ensure their best interests. By promoting the principles of dignity, equality, non-discrimination, and the best interests of the child, which are enshrined in the UN Convention on the Rights of the Child, we can create environments where every child can thrive and fulfil their potential.

The Office aims to create awareness and sensitise the general public about many issues of concern regarding the full implementation of children’s rights. One of the issues that we have discussed recently with our Children’s Advisory Board is the issue of racism. The Office is aware that many children and youth living in Malta are facing hateful and racist behaviours whether it is online or offline.

Racism undermines children’s fundamental rights and enables discrimination and inequality which have a negative impact on children’s development. We need to address racism in all its forms so as to safeguard children and their rights.

For the session held with the Children’s Advisory Board, the Office collaborated with Kopin, a partner in the End Racism project, to hold an interactive session which enabled the members to engage in discussions on the root causes of racism and xenophobia; to understand concepts such as bias, prejudice and stereotypes, all issues which may manifest in racist or offensive behaviour.

The Advisory Board members were quick to raise a number of concerns and injustices they feel strongly about. They also worked together to draw up a number of recommendations on what needs to be done to combat racism. These recommendations include:

More awareness on Children’s Rights – when people are aware of their rights, they are more empowered to advocate for their own rights and those of others.

Incorporating anti-racism principles into the school curriculum - this will enable children to

familja familja.media@gov.mt 29

understand the facts and equip them with the skills needed to confront prejudice and discrimination.

Creating a more open-minded society – this can be done by exposing children and their parents to different cultures enabling them to meet different people and embrace diversity.

Promoting dialogue and empathy – encouraging open and honest conversations can help children to develop a deeper understanding of social justice issues enabling children to be agents of change.

All children, irrespective of who they are, deserve to be treated with dignity and respect and should not face discrimination. We must work together to address our own biases and prejudices so that we can act as role models for children ensuring that we live in inclusive communities free from racism.

familja familja.media@gov.mt 30
Photo: Trinity Kubassek

FSWS

It-teknoloġija saret parti prominenti fil-ħajja ta’ kulħadd u fetħet bibien biex wieħed iwassal messaġġ b’saħħtu u pożittiv. Għalhekk, illum il-ġurnata, parti integrali mix-xogħol preventiv tal-Aġenzija Sedqa huwa li jsiru diversi kampanji preventivi permezz tal-midja soċjali.

Fis-17 ta’ April 2024, l-Aġenzija Sedqa nediet il-kampanja ġdida bl-isem ta’ Bużż Naturali. Din l-inizjattiva hija mmirata biex tkabbar l-għarfien tal-pubbliku ġenerali dwar l-importanza ta’ divertiment alternattiv. Ir-riċerka turi b’mod ċar li aktar ma’ wieħed jkollu rutina soda li tinkludi d-divertiment altenattiv, aktar jkun hemm ċans li wieħed jgħix ħajja sana ’l bogħod mill-vizzji.

Il-kampanja ġġib l-isem ta’ Bużż Naturali għax qiegħda tippromwovi attivitajiet li jipproduċu serħan tal-moħħ u sens ta’ pjaċir naturali, hekk msejħin natural highs. Eżempji ta’ bużż naturali hemm ħafna fosthom il-mużika, l-isports, l-arti, it-teatru, kwalunkwe ħin mqatta’ finnatura u saħansitra anke ħin ma’ membri tal-familja jew ħbieb.

Din il-kampanja ssostni li meta wieħed jagħmel użu minn bużż naturali, huwa aktar faċli li jagħmel deċiżjonijiet tajbin għal ħajtu filwaqt jżomm ’il bogħod minn bużż temporanju (temporary highs) li wieħed jesperjenza bl-użu tas-sustanzi jew inkella b’vizzji għall-attività bħal-logħob tal-ażżard.

Tajjeb li wieħed isemmi li dawn l-attivitajiet ta’ bużż temporanju jagħtu sens ta’ pjaċir filmument, b’danakollu fit-tul jagħmlu ħsara sostanzjali lil individwu, kif ukoll lin-nies ta’ madwaru. Dan għax nafu li meta bużż temporanju jsir vizzju, il-vizzju jaffettwa lill-individwu f’kull pass ta’ ħajtu u l-persuna ssibha diffiċli tiffunzjona b’mod tipiku.

familja familja.media@gov.mt 31 Bużż Naturali

Din il-kampanja kienet biss possibbli grazzi għal diversi personalitajiet u influencers Maltin li pparteċipaw billi pprovdew sensiela ta’ vidjows relatati mat-tema ta’ bużż naturali. Huma tkellmu dwar l-esperjenzi pożittivi tagħhom meta f’ħajjithom inkludew id-divertiment alternattiv. Xi wħud qalu wkoll li kien permezz ta’ dan il-bużż naturali li f’ħajjithom irnexxielhom jilħqu l-livell ta’ suċċess li għandhom illum il-ġurnata. Bosta taw pariri lill-pubbliku u qajmu għarfien dwar tipi differenti ta’ divertiment alternattiv li wieħed jista’ jipprova. Il-personalitajiet li ħadu sehem f’din il-kampanja kienu: Carlos Borg, Charles & Ron, Keith Demicoli, Kylie Coleiro, Lara Azzopardi, Lorinda Mamo u Malcolm Gauci.

Jekk hawn xi ħadd li jixtieq isegwi din il-kampanja, inħeġġukom issegwuna fuq il-medja soċjali tal-Aġenzija Sedqa bl-isem ta’ Sedqa Malta. Dawn il-vidjows se jiġu ppubblikati fix-xhur ta’

Mejju u Ġunju. Tajjeb li nagħlqu bil-punt li l-bużż naturali mhuwiex biss xi ħaġa li l-individwu jista’ jesperjenza waħdu, iżda hija xi ħaġa li tista’ tiġi esperjenzata bħala familja wkoll. U hawnhekk fejn inħeġġu lill-ġenituri biex minn età żgħira nrawmu lit-tfal b’dawn il-passatempi u nsibu attivitajiet li jħobbu jagħmlu biex huma u jikbru jibqgħu jużawhom għax tassew għandhom benefiċċji fuq is-saħħa mentali, emozzjonali u dik fiżika.

Ritratt: Yulianto Poitier

familja familja.media@gov.mt 32

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.