FAMILJA Frar 2024 Numru 26

Page 1

familja Frar 2024

Numru 26


familja Rivista Familja hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bilposta: Tonio Bonello, MSPC Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Nru 38 Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta. Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti lopinjoni Editorjali. Tonio Bonello Editur

familja.media@gov.mt Ħajr Mark Musù Segretarju Permanenti MSPC

Claudia Mifsud Uffiċċju tasSegretarju Permanenti

Grazio Barbara Qari tal-Provi

Peter Miceli Saydon Grafika

Archibald Attard Distribuzzjoni

Helena Holland Ġemma

u l-kontributori kollha


Editorjal - U Malta m’għandna xejn! Tonio Bonello Editur Int u ġej lura Malta wara xi btala sabiħa, speċjalment jekk kont ma’ grupp, aktarx iddiskors jaqa’ dwar il-paraguni, jiġifieri Malta filkonfront tal-pajjiż li nkunu għadna kemm żorna. Min jgħidlek għax muntanji u xmajjar m’għandniex. Min igerger għax aħna wisq żgħar,

u min jirrealizza li aħna tant sirna binjiet u karozzi li ma fadal xejn aktar x’tara u x’tapprezza. Imma veru?... Tkun interessanti li kieku xi stazzjon tar-radju jew televiżiv jitħajjar jagħmel vox pop fid-daħla tal-Belt dwar eżempju, liema taħseb li hi l-aktar funtana sabiħa fl-Ewropa. Fil-parti l-kbira ta’ dawk intervistati, żgur se jsemmu l-Fontana di Trevi li tinsab ġewwa Ruma, fl-Italja. Jista’ jkun, imma li kieku dawk intervistati kellhom jagħtu ħarsa warajhom, fil-pjazza ewlenija tad-daħla talkapitali tagħna Valletta, forsi jirrealizzaw kemm hi monument mill-isbaħ il-Funtana tat-Tritoni li għandna, kemm fid-disinn, fl-arkitettura u s-simboliżmu tagħha.

Reċentament segwejt dokumentarju dwar il-‘monument’ li llum insibu flok it-Twin Towers fl-Istati Uniti tal-Amerika. Imsejjaħ proprju n-9/11 Memorial & Museum dan għandu forma ta’ pixxina kbira u fonda, waħda fejn l-oħra, imdawwal, bl-ilma dejjem għaddej fih u jfakkar l-ismijiet ta’ dawk li mietu fit-traġedja. Il-programm kien jiffoka dwar it-tindif li jsir fih kuljum bil-lejl minn erba’ persuni wara li dan jagħlaq fit-8.00 ta’ filgħaxija, bl-għan li sat-8.00 ta’ filgħodu (ħin il-ftuħ) jerġa’ jkun lest, nadif tazza biex jilqa’ l-viżitaturi ġodda li jmiss. Wara riflessjoni qasira fi tmiemu, dan li ħsibt u li xtaqt inwassal hawnhekk lilkom ilkoll. Ħafna drabi ma nirrealizzawx kemm aħna xxurtjati li ninsabu f’pajjiż fejn ix-xemx tqajjimna kuljum għal ġurnata ġdida (ma jistax jingħad l-istess għall-parti l-kbira tal-Ewropa), fejn il-baħar dejjem lest biex jilqagħna fih fis-Sajf u f’temp kiesaħ biex nimxu madwaru.

familja

1

familja.media@gov.mt


Kemm knejjes, kappelli, monumenti, mużewijiet, siti arkeoloġiċi mill-eqdem għandna, li b’dispjaċir

ngħid, dawn, mhux biss qajla nafu dwarhom, imma li lanqas biss jgħaddilna minn moħħna dwar kemm iridu spejjeż, xogħol u manutenzjoni kuljum biex dawn jibqgħu jidhru fl-aħjar tagħhom ma’ kull ġurnata li tgħaddi. Veru, m’għandniex xmajjar u muntanji iżda għandna ħafna affarijiet li ħaddieħor m’għandux!

Ritratt:

familja

2

familja.media@gov.mt


Rekord ta’ kważi biljun u nofs ewro bħala ħlasijiet fuq benefiċċji soċjali

L-Onor. Dr Michael Falzon Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal Kollegi u ħbieb, Ftit ilu bdejna sena oħra, illi żgur se tkun oħra ferm impenjattiva għat-tmexxija tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u wisq aktar għall-ħaddiema tad-Dipartiment tas-

Sigurtà Soċjali. Għandna l-obbligu u d-dmir illi ta’ kuljum nipproċessaw eluf ta’ pagamenti għal dawk li huma intitolati għalihom. Għal din is-sena hemm allokata s-somma rekord ta’ biljun u kważi ħames mitt miljun ewro bħala ħlasijiet fuq benefiċċji soċjali. Din l-allokazzjoni turi żieda ta’ 90 fil-mija, qabża ta’ aktar minn 705 miljun ewro meta mqabbel mas-sena 2013. Nefqa bħal din hija xhieda tanġibbli ta’ kif bla waqfien u minkejja l-pressjonijiet internazzjonali kollha, qed nibqgħu nservu ta’ tarka għall-pensjonanti, il-familji u l-benefiċjarji

kollha tagħna. Dan kollu jibqa’ ta’ prijorità għalina għaliex nifhmu li l-impenn tagħna jagħti wens, stabbiltà u ppjanar aktar fit-tul lillfamilji tagħna. F’Diċembru li għadda ħallasna bil-quddiem iċ‘children’s allowance’ b’rati mtejba filwaqt li tajna l-pagamenti tal-‘In Work Benefit’ u anke lil dawk tal-benefiċċju addizzjonali tal-COLA lil madwar 194,000 persuna; numru li huwa d-doppju tal-ammont ta’ benefiċjarji illi kellna ssena l-oħra. Matul ix-xahar ta’ Jannar konna strumentali wkoll meta ħallasna l-pagamenti kollha lillpensjonanti inklużi żidiet meta mqabbla mas-sena li għaddiet, li jammontaw għal €780 f’sena waħda biss. Aktar minn hekk, matul din is-sena qed inħaddmu numru ta’ miżuri

familja

3

familja.media@gov.mt


innovattivi relatati mal-pensjonijiet, ewlenija fosthom it-twettiq tal-miżura t’aġġustament ma’

dawk il-persuni illi twieldu qabel l-1962. Fil-preżent, miexja ġmielha wkoll ir-riforma talpensjoni tar-romol li eventwalment ser tara lill-konjugi jibbenefika minn pensjoni sħiħa talparti l-oħra. Semmejt biss ftit miżuri mill-għexieren illi aħna fdati bihom sabiex inkomplu nsaħħu l-katina soċjali ta’ pajjiżna. Dan ifisser li fiċ-ċentru ta’ ħidmietna għandna nibqgħu nżommu f’moħħna liċ-ċittadini bħala prijorità. Nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, Mark Musù u t-tim kollu tiegħu illi mhux biss ifasslu iżda anke imantnu xahar wara xahar, dawn il-miżuri tant importanti. Grazzi kbira tmur ukoll lill-kapijiet u lill-impjegati kollha fiddipartimenti u entitajiet fi ħdan dan il-Ministeru, li jaħdmu f’sinerġija sabiex inwasslu fil-ħin kull benefiċċju li qed ikompli jagħmel id-differenza tanġibbli għall-aħjar fil-ħajja tan-nies.

familja

4

familja.media@gov.mt


Miċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm niltaqgħu ma’ Ernest Frendo Matul ħajtu ta 128 borża demm u ta l-ħajja mill-ġdid lil 384 persuna Caroline Cassar Senior Staff Nurse, National Blood Transfusion Service Health-Central Procurement and Supplies

Matul is-sena 2023 kellna 19,466 donatur li attendew biex jagħtu d-demm. Kien hemm min beda jagħti d-demm għall-ewwel darba, filwaqt li kellna donaturi oħrajn li taw l-aħħar donazzjoni tagħhom, għal raġunijiet varji. Fost dawn insibu lis-Sur Ernest Frendo li nhar il-5 ta’ Diċembru għalaq 70 sena, u b’hekk kellu jtemm il-karriera ta’ donatur tad-demm minħabba l-età. Tul ħajtu Ernest ta 128 borża demm, jiġifieri għen 384 persuna.

Ernest jgħidilna hekk: “Għadni niftakar qisu l-bieraħ, skont il-ktejjeb iż-żgħir id-data kienet Frar ta’ 1980. Kont naħdem f’Dipartiment tal-Gvern meta l-operatur tat-telefon ċemplet u saqsiet hemmx xi voluntiera biex imorru jagħtu borża demm għax omm wieħed mid-diretturi kellha bżonn tingħata trasfużjoni.

Nammetti li bżajt l-ewwel darba, imma minn hemm bdiet il-wegħda miegħi innifsi illi kull tlett xhur, meta hu possibbli, nibqa’ immur. Għaddew ħafna snin, tidra l-ħaddiema taċĊentru tal-Għoti tad-Demm, li huma professjonali mmens, l-ambjent li huwa familjari u jilqgħek. Tiġi ċċekkjat mit-tabib/a. Nofs siegħa kollox li b’tingiża żgħira u fi kwarta tkun lest. Wara trid tkompli l-ġurnata kalma. Iżda, is-sodisfazzjon, il-kuntentizza minn ġewwa tal-ġest jissupera kollox. Illum, 40 sena wara, ngħid min jaf kemm nies ma nafhomx gawdew minn dik il-borża demm li kont tajthom! Inħeġġeġ liż-żgħażagħ speċjalment biex jagħmlu dan il-ġest nobbli għal ħaddieħor. Operazzjonijiet isiru bla waqfien u l-bżonn għad-demm dejjem jiżdied. Nawgura minn qalbi li d-donazzjonijiet jiżdiedu. Nistgħu nkunu aħna u l-familjari tagħna li niġu bżonn!”

Ernest xorta ser jibqa’ ambaxxatur taċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm biex ikun jista’ jħajjar aktar persuni biex jattendu jagħtu d-demm.

familja

5

familja.media@gov.mt


Kull min hu b’saħħtu għandu jiġi jagħti d-demm biex il-pazjenti jkunu jistgħu jgħixu ħajjithom b’mod sodisfaċenti. Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm jixtieq jirringrazzja mill-qalb lid-donaturi supereroj tagħna f’isem il-pazjenti kollha. Mingħajr dawn is-supereroj il-pazjenti ma setgħux jibbenefikaw mit-tlett komponenti li jagħtu f’demm sħiħ f’borża waħda. Nixtiequ nħeġġu iżjed donaturi biex jibdew jagħtu d-demm sa minn età żgħira ta’ 17-il-sena u jibqgħu jattendu kull tlieta jew erba’ xhur biex ir-riserva tad-demm tibqa’ stabbli tul is-sena kollha.

Jekk tixtieq iktar Informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tfittex jew tikkuntatjana –

Sit elettroniku - www.blood.gov.mt / Indirizz elettroniku - customercare.nbts@gov.mt Facebook - www.facebook.com/bloodmalta / Linja fissa – 2123 4767 / 2206 6201 Indirizz – Ċentru tal-Għoti tad-Demm, Gwardamanġa. Linja tal-mobile – 7930 7307 Freephone - 8007 4313 / Il-Berġa tax-Xewkija - 2155 6461

familja

6

familja.media@gov.mt


L-abbuż fuq it-tfal Graziella Darmanin Cricchiola Avukat L-abbuż fuq it-tfal huwa realtà. Huwa d-dmir u l-obbligu tagħna l-adulti li nipproteġu lillminuri minn ħsara u trattament ħażin u nintervjenu mal-ewwel sabiex tingħata ‘l għajnuna lil dawk illi huma vulnerabbli u jiġi evitat iktar abbuż u trawma. Għalkemm ħafna drabi ma jiġix irrappurtat, studji juru illi l-abbuż fuq it-tfal huwa mifrux u diversi drabi kapaċi jkun kumpless. Dan qiegħed jingħad peress li tali abbuż jista’ jimmanifesta ruħu kemm b’att ta’ kummissjoni kif ukoll min-nuqqasijiet ċari fil-kura neċessarja għal ħarsien u l-iżvilupp tal-minuri.

Fost l-aktar forom komuni ta’ abbuż fuq il-minuri nsibu vjolenza fiżika jew sesswali, negliġenza fil-bżonnijiet essenzjali tal-minuri, episodji ta’ tmaqdir jew umiljazzjoni diretti lejn l -istess minuri, cybercrime kif ukoll espożizzjoni għall-vjolenza jew riskju ta’ vjolenza, liema espożizzjoni kapaċi jkollha impatt konsiderevoli fuq il-benessere tat-tfal. Tali abbuż jaf jieħu forom differenti fosthom permezz tal-mutilazzjoni ġenitali f’dawk il-minuri femminili, traffikar tat-tfal kif ukoll ta’ xogħol sfurzat mill-minuri.

familja.media@gov.mt


Eżerċizzju ta’ statistika illi sar f’Malta juri illi fis-sena 2021 kien hemm: 587 rapport dwar

vjolenza fiżika fuq it-tfal, 475 rapport dwar vjolenza emozzjonali fuq it-tfal, 491 rapport dwar negliġenza fuq il-minuri, 175 rapport dwar vjolenza sesswali fuq it-tfal, 51 rapport dwar laljenazzjoni tal-ġenituri minn uliedhom, 10 rapporti dwar cybercrime u 904 rapporti dwar minuri li kienu f’riskju li jsofru ħsara sinifikanti. Filwaqt li l-liġi tagħna tippermetti illi kull individwu li għandu raġuni sabiex jaħseb li minuri, ikun min ikun, qiegħed isofri jew qiegħed f’periklu li jsofri ħsara sinifikanti sabiex jiddeċiedi jekk għandux jersaq ’l quddiem u jirrapporta, mil-lat l-ieħor, il-leġiżlatur jitfa’ responsabiltà ikbar fuq ħoġor il-professjonisti. Dan qiegħed jingħad għaliex dawn l-istess professjonisti, bħalma huma ħaddiema soċjali, tobba u għalliema fost oħrajn, huma legalment obbligati li jirrappurtaw kwalunkwe abbuż li jiltaqgħu miegħu matul ix-xogħol tagħhom. Filfatt kwalunkwe professjonist illi jonqos milli jagħmel dan ikun suġġett għal azzjoni kriminali li effettivament tista’ twassal għal piena ta’ priġunerija u/jew multa jekk tinstab ħtija. Għalkemm mhux dejjem faċli li nersqu ’l quddiem, jeħtieġ li nżommu f’moħħna li t-tfal huma vulnerabbli u kull adult għandu jagħmel l-almu tiegħu sabiex b’hekk jiġu protetti dawk it-tfal illi qegħdin f’riskju.

familja

8

familja.media@gov.mt


Il-Fergħa tal-FSWS f’Għawdex Fabienne Grech Manager FSWS Gozo Branch Operations Ħames snin ilu, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali waqqfet direttorat ġdid f’Għawdex bil-għan li s-servizzi tagħha jiġu estiżi fil-gżira mingħajr kompromess fil-kwalità u fl-aċċess għas-servizz. Illum f’Għawdex insibu ħmistax-il servizz differenti.

Fost dawn insibu s-servizz ta’ emerġenza li jiġi offrut fuq bażi ta’ on-call. Dan jaħdem wara lħinijiet tal-uffiċċju, inkluż tmiem il-ġimgħa u btajjel pubbliċi permezz ta’ 2 ħaddiema soċjali. L-iskop huwa li jassisti f’kull tip ta’ emerġenzi soċjali, f’koperazzjoni sħiħa ma’ servizzi oħra li wkoll jagħtu sehemhom f’sitwazzjonijiet kritiċi fosthom il-Pulizija u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. L-azzjoni ma tiqafx biss mat-telefonata iżda f’każijiet ta’ bżonn, il-ħaddiema soċjali jintervjenu fuq il-post. Is-servizz tal-Emerġenza qiegħed hemm għal kull każ jew ċirkostanza soċjali li ma tippermettix stennija u li jkun jistħoqqilha attenzjoni immedjata, bħal pereżempju każijiet ta’ persuni bla saqaf fuq rashom, fejn il-ħaddiema soċjali jikkollaboraw mal-Pulizija, mas-servizz tal-179, Dar Emmaus u xelters oħra anke f’Malta biex nassiguraw li ħadd ma jitħalla barra fittriq. F’każijiet ta’ vittmi ta’ vjolenza domestika, il-ħaddiema soċjali jassistu lill-persuni flGħassa tal-Pulizija, fl-isptar jew fejn meħtieġ sabiex isir l-assessjar tar-riskju fuq il-vittmi u jkunu jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji. B’hekk tiġi assigurata sigurtà lill-vittmi u lill-familji tagħhom. Is-servizz tal-Emerġenza jagħti kontinwità ta’ serħan il-moħħ. Il-vulnerabilità u d-diffikultajiet ma jibdewx fit-8am u jieqfu fl-4pm. Għaldaqstant lanqas is-servizzi tagħna ma jistgħu jieqfu.

Is-servizz ewlieni ieħor tad-Direttorat tal-FSWS f’Għawdex huwa offrut lill-persuni bla saqaf fuq rashom jew inkella dawk f’riskju li jispiċċaw barra fit-triq. Il-ħaddiema soċjali responsabbli minn dan is-servizz jassessjaw il-każ u jevalwaw issitwazzjoni u r-raġunijiet li wasslu l-persuna tispiċċa bla saqaf fuq rasha. Skont linformazzjoni li tinġabar, il-ħaddiema soċjali jagħmlu l-kuntatti meħtieġa sabiex il-persuna tiġi akkomodata f’Xelter ta’ Emerġenza jew inkella f’long-term xelter, u dan dejjem skont il-

familja

9

familja.media@gov.mt


ħtiġijiet imminenti tal-persuna. Għal kull individwu partikulari jitfassal pjan ta’ kura mal-professjonisti kollha involuti fil-każ. Dawn il-professjonisti jaħdmu ma’ entitajiet oħra fosthom il-Jobsplus sabiex jgħinu lillindividu jakkwista xogħol addattat, u l-Awtorità tad-Djar fir-rigward ta’ sussidju tal-kera jew inkella għall-akkomodazzjoni soċjali. Il-ħaddiema soċjali jaħdmu mal-individwu dwar ħiliet tal-ibbaġitjar u fejn ikun hemm bżonn ukoll isir kuntatt mad- Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’każ ta’ benefiċċji soċjali. F’Għawdex, insibu Dar Emmaus li hi xelter ta’ emerġenza għal perjodu ta’ sitt ġimgħat. Attwalment l-FSWS qed tagħmel użu b’mod temporanju minn Trionfi House, li hi proprjetà mislufa mill-Knisja u li qed takkomoda persuni għal perjodu ta’ disa’ xhur. Bosta individwi li ngħataw kenn f’Dar Emmaus u fi Trionfi House, bl-assistenza tal-ħaddiema

soċjali, waslu sad-dinja tax-xogħol. Eventwalment kien hemm min ingħata post millAwtorità tad-Djar u oħrajn li kienu f’pożizzjoni finanzjarja li tippermettilhom jikru post għal rashom. Kif wieħed jista’ jara, filwaqt li s-servizzi tal-FSWS ma jiqfux iċ-Ċirkewwa, anqas il-ħidma ta’ dan id-Direttorat ma tiqafx mal-kosta t'Għawdex għax din qed issir b’kollaborazzjoni ma’ ħafna entitajiet oħra. Fost ħwejjeġ oħra, mill-2018 'il quddiem, it-terren soċjali ta’ Għawdex

familja

10

familja.media@gov.mt


beda jiġi mkejjel għalih bħala reġjun u dan poġġa lill-Fergħa ta’ Għawdex f'sitwazzjoni

vantaġġjata għax seta' jkollha ritratt reali tas-sitwazzjoni. Dawn huwa tnejn fost il-ħafna servizzi oħra, li f’Għawdex tassew għamlu d-differenza għaliex qed jiġi assigurat li tingħata assistenza fil-pront u lil hinn mill-ħinijiet tal-uffiċċju u li ħadd ma jitħalla barra fit-triq. Wieħed jista’ faċilment jirrikorri għas-servizzi offruti mill-Fergħa tal-FSWS ta’ Għawdex permezz tat-telephones 2334 5020 jew 2258 8989 waqt il-ħin tal-uffiċċju, jew 179 wara l4pm, fi tmiem il-ġimgħa u fil-btajjel. Tagline: #fswsgozo; #emergencyoncall; #homelessness

familja

11

familja.media@gov.mt


Kemm jien fil-paċi miegħi nnifsi? George Zammit Gwida u Lajk Il-bniedem minn ċkunitu dejjem jipprova jitgħallem aktar anke meta jixjieħ u dan biex jimmatura u jħossu kuntent. Mhux kull bniedem jitwieled għaref, imma maż-żmien u blesperjenza tal-ħajja, kulhadd xi ftit jew wisq isir għaref.

L-għerf ta’ kull bniedem mhux l-istess, imma kulħadd jipprova jistinka, jitgħallem u jbati xi ftit

biex isir aħjar. Il-bniedem jiżviluppa minn kemm huwa kapaċi jiskopri sens ta’ dixxiplina, irġulija u mħabba kbira lejn it-tagħlim.

Il-bniedem għaref huwa dak li quddiem Alla jitqies bħala “żgħir” u allura umli f’qalbu. Meta jibda jifhem u jfaħħar lil Alla s-Salvatur li għolla ċ-ċkejknin u niżżel lis-setgħana minn fuq ittron tagħhom.

Li tkun umli hija xi ħaga li twassal lil bniedem biex jiċċekken quddiem il-kobor ta’ Alla. Li kapaċi japprezza l-umanità, jitbissem, jagħraf id-dinjità ta’ kull bniedem mingħajr ma jinsa ddgħufijiet tiegħu.

B’hekk biss il-bniedem jista’ jibda jagħraf u jħoss paċi kbira miegħu nnifsu f’qalbu u jifraħ b’kollox. Min isib il-paċi miegħu nnifsu japprezza anke sempliċi tuffieħa sabiha f’idejh. Kapaċi jammira dik l-għanja qawwija, ħelwa iżda qasira t’għasfur ġejja minn qalb il-qasab tal-għoljiet u minn madwar is-siġar tal-widien.

F’ħajjitna jkollna ħafna sinjali, messaġġi, twissijiet siewja permezz ta’ sitwazzjonijiet u persuni li niltaqgħu magħhom kuljum biex insibu l-paċi. Però kultant, minflok naraw u niflu sewwa dawn is-sinjali, nieqfu fuq il-qoxra ta’ barra sakemm jaħarbulna.

Sinjali li qabel kollox, bilfors trid tammetti u temmen li hemm xi ħadd omnipotenti meta tifli dawn il-fatti b’għajnejk. Ir-riħ, ix-xemx, ix-xita, is-sħab, il-mewġ tal-baħar iħabbat mal-blat, is-

familja

12

familja.media@gov.mt


siġar, il-kampanja, il-ħbieb, l-istess organi fil-ġisem tagħna u t-twelid ġdid ta’ tarbija fil-

familja. Dawn huma għeġubijiet kbar li min hu kapaċi japprezza ser ikollu b’ċertezza l-paċi miegħu nnifsu u qatt ma jkun fin-negattiv.

B’hekk il-bniedem jitbiegħed min ċertu dwejjaq u jersaq lejn stat ta’ ferħ u paċi miegħu nnifsu. Il-paċi hija emozzjoni fundamentali li tirrapreżenta s-sodisfazzjon sħiħ u ħaj tal-ġisem u tar-ruħ. Il-kelma “paċi” hija wkoll esperjenza profonda, iżda fl-istess waqt tista’ tisparixxi malajr, allura rridu naraw li napprezzaw il-ħin kollu dan ir-rigal prezzjuż. Għalhekk hu importanti li nitkellmu dwarha spiss biex inkunu aktar konxji xi tfisser, “paċi miegħek

innifsek”.

Ejjew nitgħallmu nsellmu lil xulxin bil: “Il-paċi magħkom”

Ritratt: M Venter

familja

13

familja.media@gov.mt


Ċarezza fil-Komunikazzjoni

Tim IMU Kif id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali Jipprijoritizza Kitba Ċara Komunikazzjoni effettiva hija l-pedament ta’ kull organizzazzjoni ta’ suċċess, u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jifhem ir-rwol ċentrali tiegħu biex jaqdi lill-pubbliku. Bħala istituzzjoni li jinteraġixxi kuljum mal-benefiċjarji u l-pubbliku ġenerali, id-dipartiment huwa impenjat li jipprovdi informazzjoni ċara u aċċessibbli lill-partijiet interessati kollha, fil-kitba kemm bilMalti kif ukoll bl-Ingliż.

Sabiex iżomm il-wegħda tagħhom lill-pubbliku, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għamel lużu tal-kitba ċara bħala prijorità ewlenija. Id-Dipartiment jirrikonoxxi li l-lingwa użata filkomunikazzjonijiet tagħhom trid tinftiehem faċilment. Filwaqt li d-dritt għall-benefiċċji spiss jistgħu jkunu kkomplikati u diffiċli biex jiġu spjegati għal dawk involuti, id-dipartiment jistinka biex jissimplifika l-kontenut bil-miktub tiegħu, u jagħmilha aktar faċli għar-riċevituri biex jifhmu aħjar.

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jimpenja ruħu li jikteb b’lingwaġġ ċar, utli u li jinftiehem b’tali mod li l-pubbliku jista’ jifhem mal-ewwel qari. Dan l-impenn jirrifletti d-dedikazzjoni taddipartiment biex jiżgura li l-informazzjoni li jipprovdi tkun mhux biss preċiża iżda wkoll li tinftiehem filwaqt li tnaqqas il-probabbiltà ta’ nuqqas ta’ ftehim jew interpretazzjonijiet ħżiena.

Ritratt: Moose Photos

familja

14

familja.media@gov.mt


Id-dipartiment jirrikonoxxi li r-rispons mill-pubbliku huwa imprezzabbli flinsegwiment tiegħu taċ-ċarezza. Jinkoraġġixxi b’mod attiv lill-individwi biex jistaqsu jekk jiltaqgħu ma’ xi diffikultajiet biex jifhmu formoli online, avviżi, fuljetti jew paġni online minn fuq is-sit elettroniku tad-dipartiment. Fil-każ ta’ formoli online, id-dipartiment għandu l-għan li jipprovdi lill-applikanti bil-motivazzjoni biex jissottomettu applikazzjoni jew jutilizzaw servizz online mingħajr ma jkollhom għalfejn jitkellmu mal-Customer Care. B’hekk, idDipartiment tas-Sigurtà Soċjali għandu l-għan li jrawwem relazzjoni kollaborattiva mal-pubbliku, filwaqt li jagħraf li l-esperjenzi u l-għarfien tagħhom jistgħu jkomplu jgħinu b’titjib kontinwu.

Id-dipartiment stabbilixxa indirizz elettroniku ddedikat, clearwriting.dss@gov.mt, biex jirċievi u jirrevedi s-suġġerimenti, u jestendi listedina lill-pubbliku biex jaqsam ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar kif tkompli titjieb il-komunikazzjoni bil-miktub. Dan il-mekkaniżmu ta’ rispons jippermetti lid-dipartiment jidentifika oqsma ta’ titjib u jirfina l-istrateġija ta’ komunikazzjoni tiegħu. L-għan aħħari tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa li jiżgura li l-individwi kollha, irrispettivament mill-isfond jew il-familjarità tagħhom mal-lingwaġġ, li xi drabi jista’ jintuża mid-dipartiment minħabba termini legali. Billi jipprijoritizza kitba ċara, id-dipartiment ifittex li jagħti s-setgħa lill-pubbliku biex jieħu deċiżjonijiet infurmati dwar il-benefiċċji u s-servizzi tiegħu.

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa ddedikat bis-sħiħ biex jikkomunika b’ċarezza u sempliċità. Dan l-impenn li juża kitba ċara fil-komunikazzjonijiet kollha, jirrifletti d-dedikazzjoni bla waqfien tad-dipartiment biex jaqdi b’mod effettiv lill-pubbliku. Id-dipartiment se jibqa’ jtejjeb kontinwament kull materjal bil-miktub tiegħu u jiżgura li l-informazzjoni vitali tibqa’ aċċessibbli għal kulħadd, billi jibqa’ jfittex b’mod attiv kull rispons u jivvaluta l-kontribut talbenefiċjarji u l-kumplament tal-pubbliku.

familja

15

familja.media@gov.mt


Self-Assessment for cross border Employers and Self-Employed Persons in the EU Karen Farrugia Manager II (Research) International Relations Unit The International Relations Unit launched a new tool which is aimed to simplify the administrative workload for employers and self-employed persons to encourage them to fulfil their social security obligations.

The EU social security coordination rules encompass a set of regulations that allow social security institutions to determine the applicable legislation for individuals in a cross-border situation involving two or more countries. Once determined, the country responsible for social security coverage issues a Portable Document A1, certifying its competence in this regard. This Self-Assessment Tool helps individuals to find out whether as an employer or a selfemployed person, they are obliged to pay social security contributions in Malta for their employees, or for themselves, when working in a cross-border situation between two (or more) EU countries.

The Self-Assessment Tool asks a number of Photo: Petar Avramoski

questions to assess the cross-border situation of the individual. Upon the provision of the required information, individuals will be provided with indicative guidelines on their social security obligations, and whether these can be payable in Malta. The use of the Self-Assessment Tool is

recommended for employers or as self-employed persons that: Will be sending an employee to work temporarily in another EU country on one’s behalf for a maximum period of twenty-four (24) months, which is referred to as a ‘posting’.

familja

16

familja.media@gov.mt


Are normally self-employed in an EU country and will go to pursue a similar activity in

another country for a maximum period of twenty-four (24) months. Are employing a worker or working as a self-employed on board a vessel flying the flag of Malta. Are working as a self-employed person on board a vessel flying the flag of Malta. Are employing personnel who perform an activity as flight or cabin crew of an aircraft whose designated home base is in Malta. Are employing a worker who is normally employed in more than one EU country at the same time or in alternation. Are normally self-employed in more than one EU country at the same time or in alternation. It is important to note that the provided guidelines are based solely on the information provided. The Self-Assessment Tool is available to employers and self-employed persons operating in a cross-border capacity within the European Union. Those employing workers or working as self-employed persons across different EU countries, are eligible to use the self-assessment tool.

It provides valuable information on social security contributions and helps ensure compliance with relevant regulations. Whether one is a small business owner, a multinational corporation, or a self-employed professional, this tool assists in understanding and meeting one’s social security obligations in the EU. The Self-Assessment Tool is designed for use specifically in the following countries/regions to generate accurate results: the European Union (EU) the European Economic Area (EEA) Switzerland United Kingdom The self-assessment tool is available through this link: https://workingineu-iru.gov.mt/form

familja

17

familja.media@gov.mt


Vjaġġ lejn l-Arti Sagra Mary Anne Zammit Artista u Kittieba Intervista ma’ Francesca Attard

‘Faces of the Divine’, wirja ta’ Arti Sagra mill-isbaħ, ittellgħet bejn is-16 u t-30 ta’ Diċembru 2023, ġewwa Stefan’s Framing, Mosta, mill-artista żagħżugha, Francesca Attard.

Din l-artista qed tippreżentalna xogħol uniku u spettakulari. Sa minn tfulitha, Francesca dejjem tiftakarha tpinġi u kienet iġorr sketchbook u kuluri, b’xewqa li ssawwar id-dinja. Waqt, li flistudju akkademiku ma kinetx tibbrilla, l-arti kienet il-kenn tagħha, spazju fejn tesprimi lħsibijiet u l-emozzjonijiet. “F’dawk l-aktar mumenti ibsin f’ħajti, l-arti saret it-terapija tiegħi. Meta t-tama bdiet tintilef, sibt larti bħala santwarju fejn il-kliem ma setax jasal. L-arti tiegħi evolviet minn suġġetti varjati bħal portraits umani u annimali. Inħobb naqbad kull dettall żgħir, sal-pori tal ġilda u l-inqas sufa fuq annimal. Ir-realiżmu fl-arti tiegħi mhuwiex biss dwar kemm noħroġ is-suġġett reali, imma huwa rifless tal-mentalità perfezzjonista tiegħi. Kull

dettall żgħir isir importanti għax jiżvela ftit dwar kif naħseb u naħdem.” Għalfejn għażlet l-Arti Sagra? Francesca rreferiet għal mument kruċjali meta fis-sena 2020 ltaqgħet mal-artist Mark Muscat li llum jaħdmu id f’id biex joħorġu xogħol sagru u reliġjuż. “Għarafna l-istess interess fl-istil tar-realiżmu u ngħaqadna bħala partners fl-arti. Fl-istess sena tellajna esebizzjoni flimkien u mmarkat il-bidu tal-vjaġġ artistiku tagħna.”

familja

18

familja.media@gov.mt


L-ispirazzjoni ewlenija ġejja mix-xogħlijiet tal-pittur Caravaggio, b’xogħol Barokk u bl-

element prominenti tal-chiaroscuro. L-interazzjoni tad-dawl u d-dell toħloq atmosfera misterjuża u l-kuntrasti qawwijin jiżvelaw it-tridimenzjonalità fiżika, u jintensifikaw l-impatt emozzjonali.

L-arti sagra għalija sservi bħala lingwaġġ viżiv, profond, li toffrili bieb biex nesplora lispiritwalità u mistoqsijiet eterni dwar l-eżistenza tagħna. Bħal Mark, jien infittex li nistieden ludjenza biex tara l-element uman tal-figuri sagri, impittrin. Irrispettivament mill-isfond spiritwali tal-udjenza, l-għan ikun li nqanqal rispons emozzjonali profond f’kull individwu.

Billi nħaddan l-imperfezzjonijiet, nistinka biex noħrog l-umanità ta’ dawn il-figuri sagri. Kull pittura ddur madwar l-esplorazzjoni tal-monochrome, b’dettalji kkumplikati fl-anatomija, lespressjonijiet tal-uċuħ u n-nisġa tal-ħwejjeġ.” L-estetika fuq skala griża tfakkar lill-udjenza dwar xbihat u/jew ritratti antiki. It-tonijiet monokromatiċi jikkomunikaw perjodi ta’ dawn iż-żminijiet speċifiċi u jrawmu konnessjoni bejn l-antikità tal-istejjer bibbliċi u n-natura kontemporanja fl-arti tiegħi. F’dan il-kuntest, dan iż-żwieġ ta’ narrattivi, infittex li nevoka sens ta’

universalità u nistieden lill-qarrejja jimpenjaw irwiehom mat-temi eterni mdaħħla flinterpretazzjonijiet rispettivi. Dwar pjanijiet għall-futur, Francesca ttemm: “Illum il-ġurnata, l-arti mhux biss parti minn ħajti; imma hi wkoll xogħli fiss (full-time) fejn nagħżel li nqatta’ l-ġranet tiegħi fl-istudio. Hija għażla deliberata u dedikata li tiddefinixxi r-rutina tiegħi ta’ kuljum. Inħares ’l quddiem u nara lfutur ma’ Mark b’wegħda li jitkompla l-vjaġġ artistiku tagħna billi nkomplu naħdmu kif dejjem ħdimna.”

familja

19

familja.media@gov.mt


10 Myths about mental health that you can help us debunk

Gertrude Buttigieg Higher Speech Language Pracitioner Communications Officer Office of the Commissioner for Mental Health Each of us is part of the solution to fight the stigma against mental health problems. An initiative of Mental Health Europe, promoted in Malta by the Office of the Commissioner for the Rights of Persons with Mental Disorders brings forward 10 myths which surround mental health issues. For further details one can visit the campaign website, eachofus.eu

“Mental health problems are rare, I’ll never be affected”

Mental health problems are actually very common. 1 in 4 people will experience a mental health problem in any given year. •

“Mental Health: it’s all in the head”

Mental health problems are often caused by external difficulties such as life events like bereavement or divorce, or by wider socio-economic factors like poverty or homelessness. They can also cause great distress, and can affect every part of your life, including your physical health, your relationships and your work. There’s definitely more to it than just your head! •

“Only weak people have mental health problems”

Experiencing a mental health problem is NOT a sign of weakness and it is not something to be ashamed of. Mental health problems can often be human ways of coping with and making sense of complex life experiences such as grief or trauma. •

“People with mental health problems are dangerous and violent”

It’s the other way around. People with mental health problems are unfortunately more likely to be victims of violence or harm.

familja

20

familja.media@gov.mt


“Medication is the only solution!”

While medication can help some people experiencing mental health problems, it should be seen as part of the solution rather than the sole solution: progressive alternatives exist, and we should promote them. •

“People with mental health problems cannot work.”

Meaningful work in a supportive environment can be a very important part of recovery. It is also very likely that we all work with someone experiencing a mental health problem, but we may not know about it because of the fear of stigma and discrimination. •

“Young people and adolescents are going through turbulent times, nothing to worry about, it’s puberty!”

Globally, 1 in 5 adolescents will experience some kind of mental health problem in any given year. Adolescence is a challenging transition period when mental health problems are most likely to develop. •

“Physical and mental health are completely separate things.”

Physical and mental health are highly intertwined and should not be treated separately as they both impact on each other. •

“People with mental health problems should stay in hospital.”

There are many progressive alternatives to traditional psychiatric hospitals which have proven to effectively help people with mental health problems, such as community service or peer support. •

“People do not recover from mental health problems.”

With the right kind of help, people can and do recover from mental health problems. Recovery is not the eradication of the experiences or symptom. It means living with and managing these experiences, whilst having control over and input into your own life. For contact with the Office of the Commissioner for the Rights of persons with Mental Disorders visit website or Facebook or email: mentalhealthcommissioner.health@gov.mt or telephone 2592 4303

familja

21

familja.media@gov.mt


familja

22

familja.media@gov.mt


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.