Familja Awwissu 2024 Numru 29

Page 1


Rivista Familja hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni

fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi

uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.

Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi

suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt

Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bilposta:

Tonio Bonello, MSPC

Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

Nru 38

Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta.

Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti lopinjoni Editorjali.

Tonio Bonello

Editur

Jekk tmur proprju issa sa Giardini Naxos, xtajta mill-isbaħ imdawra restoranti taħt Taormina fi Sqallija għandek tosserva numru ta’ persuni mgħobbija nuċċalijiet tax-xemx u xugamani tal-baħar jiġru ħafjin fuq ramel jikwi jippruvaw ibiegħu xi ħaġa milli għandhom, bit-tama li, kif jgħid il-Malti, jaqilgħuha u jikluha.

Jekk it-temp jissaħħab u tibda tqattar ix-xita dawn l-imsejkna jisparixxu. Le mhux biex jistkennu mill-maltemp iżda biex ibiddlu li qed ibiegħu. Sa ħames minuti wara terġa’ ssibhom ħdejk, issa bit-tama li jbiegħulek umbrella jew xi rain coat!

Filgħaxija l-atmosfera tinbidel. Dawn in-nies, kif jistgħu, jilbsu xi ftit aħjar u arahom iduru limwejjed tar-restoranti fl-apert jersqu lejn l-irġiel biex jitolbuhom jixtru mingħandhom fjura biex ituha lil marthom jew lil binthom. Tassew esperjenzi li jmissu l-qalb u ta’ qsim il-qalb.

Semmejt Sqallija, imma din saret realtà madwar id-dinja kollha. Anke Malta u Għawdex. Waqt li wħud iduru fix-xtajtiet b’xi basket tqil wara daharom jippruvaw ibiegħu, oħrajn b’ talent bħal fl-arti jew fil-mużika jintasbu f’xi rokna fl-art fit-triq (komuni ħafna d-daħla tal-Belt) u jgħaddu s-sigħat, sħana jew bard, xemx jew xita, jippruvaw jattiraw il-pubbliku jagħtihom donazzjoni ta’ dak li qed joffru.

Nies bħal dawn jien insejħilhom, l-imwarrba tas-soċjetà u nistqarr li għandhom post kbir f’qalbi ta’ dak li jagħmlu u tal-mod kif jgħixu. L-imwarrba għaliex min għandu x’jiekol u fejn jorqod, (il-popolin fit-triq) qajla llum jagħti kas nies bħal dawn. Anzi, jeħodha kontrihom. Frażi komuni li nisma hi: ‘Iridu jaqilgħu l-flus mix-xejn, jekk iridu jmorru jaħdmu!’

Jien ngħid il-kontra. Għandi l-akbar ammirazzjoni lejn dawn in-nies. Qabel xejn, kull min jiġġudikahom, tafu l-istorja tagħhom? Tafu dwar it-trobbija tagħhom, x’offritilhom lesperjenza tal-ħajja, minn xiex għaddew u kif illum spiċċaw fejn spiċċaw?

Tgħid xtaqu jkomplu l-iskola? Ippruvaw ifittxu xogħol? Jixtiequ jkunu bħali u bħalek, b’ħajt ta’ kenn u b’ikla sħuna tistennihom? Forsi ma ħolmux li huma wkoll ikollhom familja? Dar u karozza? Li kultant jistgħu jmorru jieklu xi ħaġa f’restorant?

Nammira lil dawn in-nies għaliex fid-dinja li ninsabu fiha, min tassew ma jrid jaf b’xejn, min tassew ma jridx jaħdem, dawn fostna mhux servizz qegħdin jagħtu, iżda jbiegħu d-droga fittoroq tagħna, jew jisirqu, isawtu, jivvandalizzaw u dak kollu li jiġi għal idejhom b’detriment lejn soċjetà ċivili li suppost ngħixu fiha!

Nammira lil dawn in-nies għal gazz li għandhom. Is-sens ta’ reżiljenza, tama u saħħa biex minkejja li l-parti l-kbira tas-soċjetà twarrabhom, ma tixtrix mingħandhom, anzi tħares lejhom bl-ikrah jew saħansitra tirredikulahom, dawn jibqgħu imorru hemm xorta waħda, ġurnata wara l-oħra, jippruvaw kuljum li jdaħħlu dik ix-xi ħaġa kemm jieklu, iżda bi dħul ġenwin ġej minn dak li qed joffru. L-istess dawk li qed jagħtu servizz jagħtu l-ħajja l-kapitali tagħna bl-arti tagħhom, hi ta’ liema format hi.

Fil-passat reċenti pajjiżna kien għad kellu ‘kultura’ li dawn in-nies (aktarx magħrufa b’tallaba) kienu jinġabru mill-pulizija u ma jitħallewx fil-post. Ironikament iżda, min jinsab f’xi karozza lussuża, bit-twieqi suwed, fl-arja kundizzjonata jbiegħ id-droga, dawn bħal donnu, mhux problema, bħal li kieku ma jista’ għalihom ħadd!

Qed ngħaddi dan il-messaġġ għax nemmen li aħna bħala Ministeru u f’dimensjoni ħolistika bħala Gvern ċentrali jinħtieġ nibdlu (aħna stess) din il-mentalità li għandna fil-konfront ta’ dawn il-persuni. Aktar minn dan, li nippruvaw inbiddlu l-mentalità tas-soċjeta’ li qed ngħixu fiha.

Ritratt: Jopwell

Ninħtieġu nsiru nafu lil dawn in-nies individwalment, b’mod personali. Jinħtieġ ninfurmawhom u noffrulhom servizzi u/jew benefiċċji li jistgħu huma intitolati għalihom. Jinħtieġ nelevawhom mill-qagħda attwali tagħhom biex ngħinuhom ikomplu jistudjaw fl-arti, fil-mużika u l-kumplament u ninċentivawhom biex javvanzaw bl jesploraw opportunitajiet ġodda. Jinħtieġ ngħarrfuhom li fejn persuna m ta’ kenn, xi drabi lanqas x servizzi u entitajiet li jipprovdu dawn.

Fuq kollox iżda, jinħtieġ li int u jien (is inġenerali) inbiddlu l lejhom. Li napprezzawhom għas qed jagħmlu u għat kollox, għas-sens qawwi ta ta’ kuljum, siegħa wara l u jżommu fil-wiċċ anke jekk kontra kull kurrent. Forsi dan mhux ukoll xenarju ieħor fejn tidħol l inklużjoni soċjali?

Ritratt: Batuhan Alper Bilginer

Għal darba oħra qiegħed inżomm l-appuntament tiegħi magħkom permezz tar-rivista Familja biex flimkien nagħtu ħarsa lejn xi miżuri u attivitajiet li seħħew mill-aħħar darba li kkomunikajna.

Ta’ min jgħid li dan iż-żmien, ta’ kull sena, huwa perjodu interessanti u fl-istess ħin ta’ sfida. Dan għaliex il-Ministeru, waqt li jkun wasal biex jikkonkludi l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-

Budget li għadda, ikun qed ifassal il-miżuri soċjali għall-Budget li ġej. Dan it-tfassil tal-miżuri għall-Budget 2025 issa jinsab fi stadju avvanzat ħafna. Ma jistax jonqos li l-parti tal-Budget fejn jidħol il-Ministeru tagħna tkun mistennija b’ċerta ħerqa minħabba dawk il-miżuri soċjali li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadin.

Matul l-aħħar ġimgħat komplejna nimplimentaw diversi miżuri tal-Budget 2024. Bħala implimentazzjoni ħolistika, ninsabu fi stadju avvanzat ħafna fejn 32 minn 35 miżura, jew 91.4 fil mija ġew imnedija u implimentati. Fil-fatt, l-aħħar tlett miżuri li fadal se jkunu qed jiġu implimentati sa Novembru li ġej biex b’hekk jingħalaq kapitlu ieħor ta’ miżuri importanti għal benefiċċju tas-soċjetà.

Ta’ min isemmi li ħafna minn dawn il-miżuri jkunu qed jiddaħħlu sabiex jimplimentaw wegħdi elettorali li jkunu saru fil-Manifest Elettorali, li mbagħad isir il-programm tal-Gvern. Fil-fatt huwa ta’ pjaċir nirrimarka li r-rata ta’ implimentazzjoni li lħaqna fil-miżuri tal-Manifest assenjati lill-Ministeru tagħna issa laħqet kważi 80%. Se nibqgħu impenjati biex li fadal nimplimentawh ukoll.

Dan kollu ma jkunx possibbli mingħajr il-ħidma kbira li titwettaq mill-mijiet kbar ta’ ħaddiema li jwettqu dmirhom fid-dipartimenti, direttorati u entitajiet tagħna. Huwa anke għalhekk li fil-bidu ta’ dan ix-xahar, assistejna għat-tieni edizzjoni tal-MSPC Awards. Għalina, dan huwa avveniment importanti ħafna li qed nagħmluh bħala turija ta’ apprezzament talkontribut imprezzabbli tal-ħaddiema tagħna, u speċjalment dawk li jispikkaw f’ħidmiethom.

Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nifraħ lir-rebbieħa kollha tad-diversi kategoriji:

Premju għall-Impjegat tas-Sena - Servizz Pubbliku;

Il-Premju għall-Impjegat tas-Sena - Settur Pubbliku;

Il-Premju għat-Tim tas-Sena - Servizz Pubbliku;

Il-Premju għat-Tim tas-Sena - Settur Pubbliku;

Il-Premju għal min Jagħmel id-Differenza u

l-Premju għall-Aqwa Inizjattiva/Proġett.

Nifraħ ukoll lir-rebbieħa tal-premjijiet The Permanent Secretary’s Award u The Minister’ s Award u kif ukoll dawk li ngħataw Rikonoxximent għall-Iżvilupp Personali.

Il-kisbiet li rnexxielna nwettqu permezz tal-ħila kollettiva fi ħdan il-Ministeru tagħna huma turija tad-determinazzjoni biex inwasslu firxa wiesa’ ta’ benefiċċji soċjali u kif ukoll servizzi soċjali professjonali vasti għall-benesseri tas-soċjetà kollha tagħna.

Ritratt: Vlada Karpovich

Tonio Bonello

Editur Media MSPC

Il-ħidma tal-kampanja nazzjonali ĠEMMA kienet fl-aqwa tagħha reċentament meta lejn tmiem l-ewwel ġimgħa ta’ Marzu kienet organizzata konferenza dwar Litteriżmu Finanzjarju fil-kuntest tal-Adulti fejn kienu mħabbra wkoll ir-riżultati ta’ stħarriġ li kien imniedi mill-OECD.

L-attività kienet uffiċjalment miftuħa mill-Onor. Dr Michael Falzon, Ministru għall-Politika

Soċjali u d-Drittijiet tat-tfal, segwiet mis-Segretarju Permanenti, is-Sur Mark Musù. Is-Sinjura Helena Holland, Kap tal-Kampanja Nazzjonali ĠEMMA tat ħarsa lejn ħidmet ĠEMMA partikolarment matul din l-aħħar sena waqt li ħabbret kampanja ta’ aktar ħidma li se tħares lejn l-2026 u ‘l quddiem.

Diversi kelliema ġejjin minn entitajiet differenti tkellmu dwar is-sitwazzjoni attwali talLitteriżmu Finanzjarju f’pajjiżna biex konklussivament, is-Sinjura Marika Fsadni spjegat fit-tul f’hiex kien jikkonsisti l-istħarriġ, kemm u min kienu l-parteċipanti u dak li ħareġ mill-istess stħarriġ.

L-Onor. Dr Michael Falzon, Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal spjega kif ġejna fi tmiem ta’ pandemija u dħalna fi kriżi oħra, dik tal-prezzijiet tal-enerġija. Dan flimkien malfatt li r-rata ta’ fertilità, mhux biss f’Malta iżda madwar id-dinja kollha qed dejjem tonqos, waqt li l-bniedem qed jgħix aktar fit-tul u aħjar.

Dan tal-aħħar hu fattur pożittiv għaliex ifisser li l-progress li qed isir fil-kuntest wiesgħa talħajja tal-bniedem iżda b’mod speċjali fl-avvanzi li qed isiru fil-mediċina, permezz t’hekk ilbniedem illum jista’ jgawdi minn aktar snin ta’ ħajja ma’ dawk l-għeżież tiegħu. Fuq in-naħa loħra iżda, irid jara dwar l-abbiltajiet finanzjarji tiegħu w inkluż dak li jara li bid-dħul tiegħu u dak li jirnexxielu jfaddal, iħossu kopert għal bżonnijiet meħtieġa tiegħu fil-ħajja ta’ kuljum. Ma’ dan, il-bżonn li jkun ħaseb minn qabel għal affarijiet oħra mhux mistennija li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien.

Il-Ministru kompla li fuq il-wiċċ l-ieħor tal-munita hemm il-problema tas-sostenibbiltà. Saħaq li jingħad x’jingħad, illum huwa kruċjali li nitkellmu dwar il-pensjonijiet privati. “Ninħtieġu nwasslu l-messaġġ biex aktar nies jibdew jinvestu f’pensjonijiet privati u bl-istess qies, fi skemi tas-saħħa. Imma dan ifisser li aħna qtajna qalbna? Xejn minn dan” kompla l-kelliem. “Imma kif mixja d-dinja u l-kriżijiet li qed ifeġġu waħda wara l-oħra, jekk irridu nibqgħu fit-triq li bdejna, bil-fors irridu nkunu aktar kawti f’dak li nagħmlu, fid-deċiżjonijiet li nieħdu, f’dak li nixtru u ma nixtrux skont il-prijoritajiet tal-ħajja.”

Il-Ministru Falzon għalaq billi qal li bħalissa l-Ministeru jinsab f’negozjati mal-kumpaniji talAssigurazzjoni u partijiet oħra konċernati biex flimkien jaraw fejn ninsabu u fejn sejrin f’din iddirezzjoni. Dan bl-għan li jkun hawn serħan il-moħħ li ħadd mhu se jaqa’ lura.

Is-Segretarju Permanenti, is-Sur Mark Musù fakkar kif l-aħħar riformi fil-pensjonijiet kienu saru madwar 20 sena ilu. F’dan is-sens saħaq li hu importanti li l-bniedem / il-familja jaħsbu minn kmieni dwar kif se jippjanaw li se jkun l-irtirar tagħhom.

Il-kelliem tkellem dwar il-ħidma li tinsab għaddejja mill-Kampanja Nazzjonali ĠEMMA hekk kif din tinsab riesqa lejn tmiem il-pjan ta’ ħidma 2022 – 2025 waqt li diġà tinsab impenjata

għat-tiġdid ta’ Pjan ta’ Ħidma ġdid li jħares lejn l-2026 u s-snin ta’ wara.

Temm jgħid li l-għan ta’ ĠEMMA hu dak li teduka, tinforma u tħejji l-pubbliku, anke fid-dawl ta’ dak li se jkompli jseħħ fejn jidħol il-qasam tal-pensjonijiet.

Is-Sinjura Marika Fsadni, Konsulent dwar Market Research spjegat kif l-istħarriġ sar bejn Lulju u Awwissu tal-2023 u fih ipparteċipaw 1,005 parteċipant tal-età bejn it-18 u d-79 sena. Dawn kienu jinkludu Maltin kif ukoll persuni barranin li huma residenti f’Malta.

L-aġenda tal-istħarriġ fittxet li tanalizza erba’ aspetti, jiġifieri: l-objettivi tar-riċerka, ilmetodoloġija tar-riċerka, il-punti ewlenin ta’ dak li ħareġ mill-istħarriġ u l-konklużjonijiet millistess stħarriġ rispettivament.

L-istudju sar minn M Fsadni & Associates waqt li l-istaħrriġ nazzjonali jifforma parti minn studju internazzjonali, kollaborazzjoni bejn l-OECD u l-INFE.

Dwar pjanar u maniġjar ta’ finanzi, l-istħarriġ juri li 9 minn kull 10 adulti jagħmlu deċiżjonijiet meħtieġa ta’ kuljum fejn jidħlu flushom. 55 fil-mija jgħidu li jikkonsultaw ma’ persuni oħra dwar deċiżjonijiet li għandhom jieħdu fl-ambitu tal-post fejn jgħixu u ma’ min jgħixu. Dan waqt li 38 fil-mija ta’ dawk li rrispondew qalu li d-deċiżjonijiet jeħduhom huma stess.

Dwar inizjattivi li jgħinuhom iżommu rendikont tal-infiq, 59.2 fil-mija rrispondew li huma jieħdu nota ta’ dak li jkunu nefqu. 47.8 fil-mija qalu li jużaw app bankarja u/jew għodda oħra

dwar maniġjar ta’ flus biex jagħmlu dan, filwaqt li 44.1 fil-mija sostnew li huma jagħmlu pjan

dwar kif se jimmaniġjaw id-dħul u l-ħruġ tagħhom.

Meta mqabbla ma’ stħarriġ preċedenti, jiġifieri dak tal-2018, ħareġ li fl-2023, 1 minn 2 (48%)

wżaw app bankarja jew għodda oħra dwar maniġjar ta’ flus biex iżommu rendikont, imma 5 snin qabel, jiġifieri fl-2018 kienu biss 1 minn 3 (29%) li għamlu dan.

L-istħarriġ juri wkoll li hu persuna minn kull 10 li stqarr li ma jieħu l-ebda inizjattiva biex iżomm rendikont tal-ispejjeż tad-dar. Dan jikkontrasta sew ma’ kull 1 minn 3 persuni (29%) li fl-2018 qalu li huma ma jieħdu l-ebda inizjattiva f’dan ir-rigward.

L-istħarriġ analizza wkoll kif persuni ġemmgħu jew ma ġemmgħux flus matul l-aħħar 12-il xahar. Kienu 17 fil-miia dawk li qalu ma ġemmgħux flus matul l-stess żmien, fil-konfront ta’ biss 7 fil-mija li qalu l-istess fl-2018.

Meta mistoqsija dwar miri ta’ proġetti finanzjarji bħal eżempju, pjan biex jixtru dar jew karozza, 60 fil-mija ta’ dawk li rrispondew qalu li huma jagħmlu pjan fil-ħajja tagħhom biex jaslu li jixtru oġġetti ta’ valur ogħli bħal mhi vettura jew residenza.

Biex jaslu għall-għan tagħhom, 2 minn kull 3 li rrispondew għall-istħarriġ jew aħjar, 65 fil-mija qalu li huma naqsu mill-infiq li kienu jagħmlu soltu biex setgħu xtraw jew investew f’dak li riedu. Dan waqt li 1 minn kull 2, jew 54 fil-mija qalu li huma għamlu pjan ta’ azzjoni biex waslu għal dan. 46 fil-mija qalu li faddlu l-flus jew kienu nvestew flushom biex wettqu l-ħolma li kellhom.

Meta kienu mistoqsija dwar għamlux deċiżjoni tajba li kienu ħejjew pjan finanzjarju biex jaħsbu għall-irtirar tagħhom, 34.4 fil-mija qalu li kienu kunfidenti dwar dan. 3.6 fil-mija sostnew li kienu kunfidenti ħafna li għamlu dan, filwaqt li 12.2 fil-mija stqarrew li huma m ’għamlux u m’għandhomx pjan ta’ irtirar.

Dwar Pjan għall-Irtirar, l-istħarriġ wera kif attwalment huma 18.7 fil-mija tar-residenti Maltin

biss (jew kważi 1 minn kull 5) huma dawk li għandhom Private Pension Plan. Fuq in-naħa opposta, 12.2 fil-mija qalu li m’għandhomx.

Il-maġġoranza assoluta, jiġifieri 74.8 fil-mija qalu li għal dan il-għan hemm il-pensjoni li jagħti

l-Gvern għal meta jikbru. 40.4 fil-mija qalu li f’dak il-każ ikollhom jieħdu minn dak li faddlu biex ikunu jistgħu jgħixu waqt li 32.6 stqarrew li huma jinsabu lesti biex ikomplu jaħdmu wara l-età tal-irtirar.

L-istħarriġ staqsa wkoll dwar x’jaħsbu n-nies dwar liema hi l-aħjar età li bniedem jibda jaħseb biex jibda jagħmel pjan finanzjarju għal meta jiġi biex jirtira. 1.6 fil-mija qalu li ma jafux waqt li 29.8 fil-mija sostnew li l-età ta’ bejn it-30 u d-39 sena hi l-aħjar età biex wieħed jagħmel dan. Il-parti l-kbir ta’ dawk li rrispondew, jiġifieri 39.5 fil-mija qalu li l-aqwa żmien biex wieħed jagħmel dan hu meta jkollu bejn l-20 u d-29 sena.

F’dan l-eżerċizzju l-pubbliku kien mitlub jirrispondi wkoll dwar id-dħul tiegħu kienx biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż li kellu matul dawn l-aħħar 12-il xahar. Hawnhekk fejn ħarġu ċifri simili ħafna għal xulxin fejn 49.4 fil-mija ta’ dawk li rrispondew qalu iva, imma 47.4 fil-mija qalu, le. 3.3 fil-mija stqarru li huma lanqas biss għandhom dħul minn xejn.

Interessanti kienet id-domanda dwar x’azzjoni ħadu (jekk ħadu) biex irnexxielhom jgħaddu f’ċerti sitwazzjonijiet. L-akbar ammont ta’ dawk li rrispondew, jiġifieri 55.6 fil-mija qalu li huma naqsu mill-infiq li kienu qed jagħmlu biex irnexxielhom ikampaw.

10.7 fil-mija qalu li f’dawk iċ-ċirkostanzi huma talbu l-għajnuna ta’ familjari u/jew ħbieb biex għaddew. 16.1 fil-mija qalu li huma rrikorrew għal xogħol overtime biex kampaw waqt li 17.7 fil-mija spjegaw kif kellhom jisselfu mingħand familjari u/jew ħbieb biex setgħu jkomplu b’ħajjithom.

Il-parteċipanti kienu mistoqsija wkoll dwar, li kieku s-sors ta’ dħul ewlieni tagħhom kellu jiġi

fix-xejn jew jiġu bla xogħol ħesrem, għal kemm żmien setgħu jgħaddu mingħajr ma jkollhom għalfejn jisselfu jew ibiegħu darhom?

1 minn 3 jew 31 fil-mija qalu li setgħu jgħaddu għal sitt xhur jew aktar. 1 minn kull 4 jew 25 fil-mija qalu li jistgħu jgħaddu b’li għandhom sa perjodu ta’ bejn tlieta u sitt xhur. Dan waqt li 20 fil-mija ta’ dawk li rrispondew stqarru li jistgħu jkampaw sa bejn xahar u tlett xhur rispettivament.

Lejn tmiem il-konferenza, panel ta’ mistiedna kompost minn Ms Alexia Vella, Direttur Ġenerali dwar Strateġija u Implimentazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u dDrittijiet tat-Tfal - Mr Carl Fenech, Social Worker Leader mill-Aġenzija Sapport - Ms Maria Mercieca, Operations Manager għas-Servizzi tal-Komunità mill-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi fil-Komunità - Dr Sarah Pulis, Head Conduct Supervision tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji - u Ms Lorraine Dimech Magrin, Uffiċjal tal-Edukazzjoni fil-Home Economics iddiskutew u analizzaw ir-riżultati li ħarġu mill-istess stħarriġ. Imexxi dan il-panel kien Mr Karol Gabarretta, Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Bankiera Maltin.

L-attività setgħet kienet possibbli, grazzi għal ħidma loġistika kollaborata bejn il-membri tat-tim ĠEMMA taħt it-tmexxija tal-Kap tal-Kampanja Nazzjonali Ġemma, Helena Holland, kif ukoll entitajiet oħra fi ħdan l-istess Ministeru flimkien ma’ istituzzjonijiet oħra rispettivament.

Bilateral agreements on Social Security

Bilateral Agreements are formal treaties that help co-ordinate the social security systems of the respective contracting countries. The primary aim is to help people move from one country to another, obtaining benefits due and in some cases also regulating the payment of social security contributions.

Malta has, to date, signed Social Security Reciprocal Agreements with the United Kingdom, Australia, Canada and New Zealand. Malta has also signed an Agreement (which is not a Bilateral Agreement similar to the other three just mentioned) with Libya on the payment of contributions for Maltese working in Libya.

The Agreements signed by Malta are called bilateral agreements (i.e. between two countries). It has always been the policy of the Department to enter into bilateral agreements rather than multilateral (including various countries).

Coordination of Social Security Systems is achieved in several ways, namely:

Helping people to satisfy the minimum conditions of a pension scheme in an Agreement country. For example, if a Maltese person had not contributed enough Maltese social security contributions to obtain a pension under the domestic law, the Agreement provides that any period of residence/contributions in the other country shall be deemed to be paid contributory periods under the Maltese scheme.

In other words it helps to fill in any missing periods. Hence, the citizen will become entitled to a pension to which he previously had no right. Vice versa the same applies in the country party to the Agreement.

An Agreement ensures that foreign social security pensions are paid to the beneficiary in Malta when and if he/she decides to return to Malta. For example, where portability of a benefit is restricted, such as in the case of pensions in Australia and Age pensions in

Canada, the Agreement overrides this portability restriction and the migrant may return to his mother country bringing with him his Australian/Canadian pension.

The Agreement may also regulate the payment of social security contributions where both contracting partners enjoy a contributory system. This was necessary in order to avoid the double payment of contributions in signatory countries.

An Agreement also ensures that the people living in countries covered by the Agreement are treated equally in all agreed aspects of social security as though they were citizens of the respective countries.

As an Instrument, Agreements define the benefits and rates payable. When utilising the provisions of a Bilateral Agreement to meet the minimum requirements that otherwise would not have been obtained, this does not guarantee that the full rate of pension or benefit otherwise applicable under domestic law will be paid.

Photo: Kampus Production

Every Agreement outlines how pro-rata entitlements are assessed. Basically, the pro-rata rate payable is obtained by multiplying the amount of pension due to a person had the sum of the total contributions/residence in both countries been paid in one country, by the number of contributions/residence in the other country. The result is divided by the total sum of contributions/residence (as the case may be) paid/credited in both countries.

The Bilateral Agreements with Australia, Canada, United Kingdom and New Zealand include a number of benefits such as Retirement, Invalidity or Widows Pension. Following Malta’s EU accession in May 2004, the Bilateral Agreement with the United Kingdom was superseded by the provisions of the EU Regulations on coordination of Social Security schemes.

With effect from the 1st January 2021, following the UK’s exit from the European Union, the Bilateral Agreement has been superseded by the Trade Agreement signed between the EU and the UK. The provisions of the Bilateral Agreement with the UK shall remain applicable only in respect of the territory of Isle of Man and Guernsey.

Editorial Note : THANK YOU

This was the last article in this series. On behalf of the Ministry for Social Policy and Children’s Rights, I would like to thank Ms Karen Farrugia, Manager II (Research) within the Ministry International Relations Unit for her constant support in producing these informative articles for every issue of rivista FAMILJA for these past years. May I take this opportunity to wish her all the best in her new post. Thank you.

Il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-

Demm

20 sena niċċelebraw l-għotja: Grazzi donaturi tad-demm

Caroline Cassar

Senior Staff Nurse/PRO NBTS

National Blood Transfusion Centre

Ritratt: Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm, G’Mangia

Fl-14 ta’ Ġunju ċċelebrajna l-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) 20 sena ilu ddikjarat l-14 ta’ Ġunju bħala l-jum ddedikat lid-donaturi taddemm. Id-donatur hija dik il-persuna li b’mod volontarju u altruwistiku tagħti demmha f’ħajjitha biex tgħin lil ħaddieħor. Din is-sena ntagħżlet it-tema – 20 sena niċċelebraw lgħotja: Grazzi donaturi tad-demm!

Din il-ġurnata sservi biex tqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa tad-demm u l-prodotti siguri tiegħu. Nirringrazzjaw lid-donaturi volontarji li ma jitħallsux għar-rigal li jagħtu, li huwa ddemm, li bih isalvaw tant ħajjiet. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji tad-Donatur tad-Demm tgħin biex tiġi stabbilita kultura fiż-żgħażagħ u l-popolazzjoni tagħna biex tagħti donazzjoni regolarment bl-għan li jkollna riserva tad-demm sostenibbli u biex jittrasformaw il-kwalità tal-ħajja għal pazjenti dipendenti mit-trasfużjoni fosthom il-pazjenti tat-Talessemija, talEmotoloġija, tal-Kanċer u pazjenti li jagħmlu d-dijaliżi għax il-kliewi tagħhom ma jaħdmux.

Il-Jum Dinji tad-Donatur tad-Demm titlob appoġġ fil-livelli nazzjonali, reġjonali u globali fost il-gvernijiet u l-imsieħba tal-iżvilupp biex jinvestu, isaħħu u jsostnu programmi

nazzjonali tad-demm. Id-donatur ikun qiegħed jagħti demm sħiħ, li wara li jiġi ċċentrifugat, jissepara fi tlett komponenti li huma ċ-ċelluli l-ħomor, il-pjastrini u l-plażma, jiġifieri qiegħed isalva 3 ħajjiet kull tlett jew erba’ xhur.

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, xegħlet il-Palazz Verdala u Sant’Anton b’dawl aħmar bħala sinjal ta' rikonoxximent lill-eluf ta' donaturi tad-demm Maltin u Għawdxin li biddonazzjoni tad-demm tagħhom qed jgħinu lill-pazjenti fl-isptarijiet ta’ Malta.

Id-dawl aħmar isir biex jikkumplimenta t-tkattir tal-għarfien dwar il-bżonn kontinwu taddonazzjonijiet tad-demm u biex iħeġġeġ ukoll, iżjed donaturi jibdew jagħtu d-demm biex dejjem ikollna riserva tajba. B’hekk il-pazjenti jirċievu d-demm fil-ħin. Il-faċċata taċ-Ċentru talGħoti tad-Demm ukoll kienet mixgħula bid-dawl aħmar biex tonora lis-supereroj tagħha.

Ritratt: Il-Palazz tal-President, Malta

Sit elettroniku - www.blood.gov.mt

Indirizz elettroniku - customercare.nbts@gov.mt

Facebook - www.facebook.com/bloodmalta

Indirizz – Ċentru tal-Għoti tad-Demm, Gwardamanġa. Linji fissa – 21234767 / 22066201 / Linja tal-mobile – 79307307

Freephone - 8007 4313 / Il-Berġa tax-Xewkija - 2155 6461

Il-Friefet (it-tieni parti)

Doris Zammit

Fir-rivista Familja ta’ Ġunju kont nedejt artiklu dwar il-friefet fejn fost oħrajn kellimtkom dwar

l-oriġini tal-kelma Butterfly, kif ukoll iċ-ċiklu tal-farfett. Illum se nkompli proprju minn fejn kont ħallejt li nittama li tkomplu ssibu ta’ interess.

L-impatt tat-tibdil fil-klima fuq il-friefet

Ħafna drabi l-friefet jaġixxu bħala indikaturi għall-effetti tat-tibdil il-klima. Huma suxxettibbli ħafna għall-ambjent ta’ madwarhom. Ħafna drabi jafu jadattaw għall-kundizzjoniet tal-klima speċifiċi.

Hekk ngħidu aħna l-friefet magħrufa bħal monarch kienu indikaturi għall-effetti tat-tibdil filklima, il-mod tagħhom migratorju inbidel ħafna meta mqabbel mar-rutina ta’ migrazzjoni tipika ta’ qabel.

Dawk il-friefet li jiġru minn post għall-ieħor, bħal monarch ifittxu l-foresti għax-xitwa. Dawn ikollhom bżonn temperaturi baxxi biżżejjed biex inaqqsu l-metaboliżmu imma mhux baxx iżżejjed li joqtolhom.

Madankollu fejn hemm temperaturi għoljin matul il-ħarifa u ksieħ immens illum il-ġurnata, dan kien ta’ theddida għall-abbiltà tal-friefet biex jgħixu matul ir-raqda tagħhom.

Għaliex il-friefet huma attratti għan-nies?

Dan għaliex il-friefet attratti għall-għaraq tan-nies. Id-dieta ta’ farfett adult ħafna drabi tikkonsisti f’likwidi bħal ilma u nectar. Imma meta jkun l-istaġun fejn il-friefet ikunu qed jgħammru, dawn ikollhom bżonn is-sodjum. Aktarx li jieħdu l-melħ mit-tajn u mill-ħmieġ talannimali. Il-friefet jieklu wkoll nectar kif ukoll frott li jkun qed jiħżien. U billi l-friefet dejjem iduru mal-pjanti, dawn il-friefet huma l-akbar kontributuri tal-fertilizzazzjoni.

L-ismijiet tal-friefet

Semmejna il-farfett Monarch li hu l-farfett magħruf bħala Cabbage White. Dan huwa l-aktar komuni fl-Amerika ta’ fuq. Bħala farfett mhux kbir ħafna li aktarx ikollu taħlita ta’ abjad,

Ritratt: Debadutta

cream, isfar u ġwienaħ bl-iswed. Fuq il-ġwienaħ jista’ jkollhom ftit traċċi ta’ aħdar. Mhux biss huwa wieħed millfriefet l-aktar komuni mad-dinja, imma huwa l-aktar farfett komuni flAmerika.

Il-Lotis Blue jew (Lycaeides argyrognomon lotis) huwa wieħed mill-aktar friefet rari fid-dinja.

Dan il-farfett huwa żgħir bi ġwienaħ miftuħin madwar 2.5 ċentimetru. Huma friefet blu sbieħ

ħafna li jgħixu l-aktar fl-Amerika ta’ Fuq.

Kien hemm rapporti li jgħidu li dan il-farfett spiċċa mid-dinja imma reġa’ nstab diversi drabi. Din id-darba dan il-farfett ilu ma jidher sa mill-1994. Konservazzjonisti jemmnu li għad hemm minnhom jgħixu f’postijiet rimoti fil-kosta ta’ fuq ta’ California.

Queen Alexandra Birdwing huwa l-akbar farfett fid-dinja

Ġwinħajhom jinfetħu madwar 30 ċentimetru. B’hekk dawn il-friefet huma għaxar darbiet ilqies ta’ speċi ta’ farfett tipiku. Dawn il-friefet huma indiġeni ta’ Papua New Guinea. Ġew skoperti mill-ġdid fl-1996 u minn dakinhar ’l hawn qed jiffaċċjaw li jispiċċaw minn wiċċ iddinja. Tabilħaqq l-industrija taż-żejt li qed dejjem tikber qed tkun ta’ theddida għalihom.

Il-Western Pygmy Blue Butterfly, l-iżgħar farfett fid-dinja

Il-ġwienaħ ta’ dan il-farfett jinfetħu biss 1.3 ċentimetru. Jgħixu kemm fl-Amerika ta’ Fuq u anke t’Isfel. Dawn il-friefet żgħar għandhom ġisimhom u n-naħa ta’ ġewwa ta’ ġwinħajhom ta’ kulur blu u dan il-kulur jissokta fil-kannella bi ċrieki suwed fuq barra ta’ ġwinħajhom.

17,500 speċi

Intant hawn madwar 17,500 speċi ta’ friefet madwar id-dinja. 750 minn dawn l-ispeċi jinsabu fl-Istati Uniti. Dawn huma wħud mill-friefet l-aktar komuni li nistgħu nsibu s’issa. Kif għidt hemm ħafna u ħafna aktar friefet li nistgħu nitkellmu dwarhom imma nispiċċa nieħu l-ispazju tar-rivista kollha jekk nipprova nagħmel dan!!

Dejjem inkunu pożittivi

Nitgħallmu mill-farfett... Meta x-xagħat (caterpillar) ħasbet li ħajjitha spiċċat, bdiet ittir.

Storja

Raġel għamel sigħat għassa ta’ farfett jissara biex joħroġ mill-fosdqa (cocoon). Irnexxielu

jagħmel toqba żgħira imma ġismu kien kbir wisq biex jgħaddi minn din it-toqba. Wara li ssara għal ħafna ħin deher eżawrit u waqaf milli jkompli jissara. Allura r-raġel iddeċieda li

jgħin lill-farfett. Qabad imqass u fetaħ il-fosdqa u l-farfett seta’ joħroġ.

Imma ġara li ġisem il-farfett kien żgħir u kollu tikmix bħal ġwenħajh. Ir-raġel kompla jħares, jispera li l-farfett jiftaħ ġwenħajh u jtir. Imma ma ġara xejn minn dan; anzi dan ilfarfett baqa’ ħajtu kollha jiġbed warajh ġismu u ġwenħajh nixfin mingħajr qatt ma seta’ jtir.

Tagħlima

Filwaqt li r-raġel ħaseb li qed jgħin lill-farfett, naqas li jifhem li

dik il-fosdqa u l-isforzi li l-farfett ried jagħmel biex joħroġ minn dik it-toqba żgħira kien il-mod tan-natura li tħarreġ lill-farfett waqt li jssaħħu ġwenħajh.

Kultant, sforz żgħir huwa preċiżament dak li jippreparana għal xi ostaklu ieħor li nkunu rridu niffaċċjaw. Min jirrifjuta li jagħmel sforz jew jingħata għajnuna mhix flokha, jitħalla mhux lest biex jiġġieled il-battalja li jkun imiss u qatt ma jirnexxilu li jaħrab mid-destin.

Just when the caterpillar thought her life was over, she began to fly.

Ritratt: Dan’s Pet Care

II-Gżira ta’ Capri

Ftit kilometri baħar biss bogħod mill-Peniżola ta’ Sorrento u mill-Gulf ta’ Napli, insibu waħda mill-aktar gżejjer popolari u turistika fil-Baħar Mediterran. Din hija Capri.

Capri hija magħrufa l-aktar għas-sbuħija tal-kosta tagħha, fejn jispikkaw l-għerien kbar talbaħar li jifthu fi blat u rdumijiet għoljin u fejn b’dgħajjes apposta, wieħed jista’ jesperjenza veduti rilassanti f’atmosfera ta’ baħar sabiħ u nadif.

Biex wieħed jasal Capri jrid jaqbad vapur fejn jidħol fil-port magħruf bħala Marina Grande.

Matul kull żjara ġewwa Capri, wieħed jista’ jżur żoni differenti bħal Anacapri, La Grotta Azzurra jew mixja pedonali qalb mogħdijiet b’veduti panoramiċi li jħarsu lejn il-baħar u li jwassluk sal-fanal ta’ Punta Carena.

Esperjenza oħra sabiħa ġewwa Capri hi s-Seggiova fejn vjaġġ qasir ta’ ftit minuti jwasslek fuq Monte Solaro l-aktar quċċata għolja, min fejn tista’ tgawdi l-isbaħ veduti tal-blat kbir

“Faraglione” f’nofs baħar ċar kristall fl-isfond ta’ Vulkan Vesuvius f’Napli.

Però bla dubju, il-qofol ta’ Capri jinsab fi Piazza Umberto 1 magħrufa bħala “La Piazzetta di Capri”. Hawnhekk tinnota folol ta’ nies ferrieħa u vivaċi, kollha ħerqana biex imorru jixtru minn ħwienet tal-moda jew tad-ditta. Din iż-żona hija ffrekwentata wkoll minn nies ta’ ċertu klassi għolja fejn jippreferu xi ikla tajba minn tant ristoranti ta’ fama, b’ikel tipiku ta’ kwalità bi prezzijiet għoljin ħafna f’xi veranda fuq il-baħar.

Darba waħda wara tant snin, wieħed minn dawn ir-ristoranti ġewwa Capri tilef ċertu klijenti tajba magħrufa bħala “VIP” u bdew jidhru xi reviews negattivi ħafna fuq Facebook. Din issitwazzjoni ġibdet il-kurżità ta’ ħafna ġurnalisti tal-gazzetti lokali. Għalħekk marru personalment f’dan ir-ristorant biex jinvestigaw ir-raġuni ta’ din in-negattività u sa ċertu punt, id-diżappunt għal din il-gżira magħrufa. Saret laqgħa bejn dawn il-ġurnalisti u d-Direttur responsabbli. Ilkoll staqsewħ l-istess mistoqsija: Propjament x’ġara biex dan ir-restorant qed iħabbat wiċċu ma’ din is-sitwazzjoni?

Il-ġurnalisti ħasbu li r-risposta kienet ser tkun: Inbidel ix-Chef, jew minħabba f’negliġenza talistaff, jew inkella, frott nuqqas ta’ attenzjoni lejn il-klijenti, jew għax kellna nżidu l-prezzijiet.

Ritratt: Tibor Szabo

Però d-Direttur irrisponda b’mod sorpriz: “La nostra problema e’ molto semplice: Presentamente, noi siamo offrendo menus alla gente che non hanno piu’ fame per mangiare e non hanno piu’ sete di bere”

Il-problema hija sempliċi: Fil-preżent aħna qegħdin inservu ikel lill-klienti tagħna li m’għadx għandhom dak il-ġuħ/aptit biex jieklu u dak l-għatx biex jixorbu aktar.

Ħuti, din il-problema ta’ dan ir-ristorant ġewwa Capri tfakkarni fl-istess problema tal-poplu ta’ dawn iż-żminijiet. In-nies tal-lum m’għadhomx iħossu dak l-aptit / ħeġġa biex jersqu u jieklu l-Ġisem ta’ Kristu. M’għadhomx bl-għatx spiritwali biex jixorbu mill-Kalċi l-istess Demm ta’ Kristu.

Id-Direttur ta’ Capri qal lil ġurnalisti: Meta bniedem jersaq lejn mejda u jitlef l-aptit u l-għatx tista’ tippreżentalu l-aqwa ikel, l-aqwa menus, l-aktar inbid fin u xorta ma jiekolx u ma jixrobx.

Allura meta nitilfu l-aptit u l-għatx spiritwali, inkunu qegħdin inwarrbu lil Alla f’kollox. Allura dak li tippreżentalna l-knisja , ir-reliġjon, il-fidi qed ikun fuq l-istonku, u b’hekk jinkitbu reviews negattivi fuqhom. Tlifna l-fama pożittiva li xi darba kellhom l-insara. Kull min jiekol Ġismi u jixrob Demmi, jgħix għall-dejjem u dak ma jmut qatt!

Aġenzija Appoġġ

Filwaqt li seħħew bosta tibdiliet fuq livell leġiżlattiv, li għenu biex il-mentalità tan-nies kompliet tinbidel u titjieb, xorta waħda fadal ħafna xi jsir. L-omofobija, il-bifobija, ittransfobija u forom oħrajn ta’ diskriminazzjoni lejn persuni LGBTIQ+, ma waqfux.

Għal kuntrarju ta’ dak li jaħsbu ċerti nies, huwa importanti ħafna li t-tfal, minn meta jkunu iżgħar, jiġu esposti għad-diversitajiet li jeżistu madwarhom u li jiġu mgħallmin kif għandhom jirrispettawhom. Sintendi, għandhom jintużaw metodi addattati skont l-età tagħhom, biex dawn ikunu jistgħu jifhmu aħjar.

L-atteġjamenti li jaraw mill-qraba tagħhom jibdew jagħġnu u jsawru fihom l-attitudnijiet tagħhom lejn id-dinja u lejn dak kollu li jagħmel parti minnha. Dan jaffetwa l-mod kif huma jġibu ruħhom ma’ ħaddieħor.

Nuqqas ta’ għarfien rigward id-diversità jista’ jwassal għal bullying lejn dak li t-tfal jaraw bħala ‘differenti’ jew saħansitra mibegħda lejhom stess, jekk huma jkunu LGBTIQ+. Il-bullying minnu nnifsu huwa pjaga fis-soċjetà li jxekkel il-proċess li persuna LGBTIQ+ tgħaddi minnu biex tibda tifhem, taċċetta u tħobb lilha nfisha.

L-iktar ħaġa bażika li għandna nżommu f’moħħna, però, hi l-importanza li nirrispettaw lillindividwu u li kemm jista’ jkun ma nassumux. Kull individwu hu uniku u kull esperjenza hi differenti. Huwa propju għalhekk li tinħass l-importanza li jkun hemm servizzi speċjalizzati li joffru sapport lil persuni LGBTIQ+ u lill-qraba tagħhom.

Id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali ngħaqdu għat-tnedija ta’ servizz ġdid bl-isem ta’ ‘LGBTIQ+ Wellbeing Service’, li se jkun qiegħed jopera minn A3 Tower, Triq l-Arkata, Raħal Ġdid.

L-LGBTIQ+ Wellbeing Service se jkun qed joffri għajnuna psiko-soċjali lil persuni LGBTIQ+ u lill-qraba tagħhom. Dan se jsir permezz ta’ sessjonijiet fil-counselling room, fejn l-individwu jkun jista’ jitkellem b’mod liberu u fejn, flimkien mal-professjonisti, jitfassal pjan ta’ kif jista’ jirċievi l-appoġġ meħtieġ. Se jkun hemm ukoll ġranet u ħinijiet fejn persuna tkun tista’ tagħmel appuntament mal-counsellor tas-servizz. Iktar ’il quddiem se jibdew jiġu mħejjijin ukoll workshops ma’ youth groups madwar Malta u Għawdex, immexxijin minn youth jissapportjaw membri LGBTIQ+ fil-familja tagħhom. L-LGBTIQ+ Wellbeing Service se jkun qed jorganizza wkoll taħriġ, workshops u diskussjonijiet, filwaqt li jaħdem id f’id ma’ entitajiet oħrajn f’pajjiżna bil-għan li jkompli jinħoloq għarfien dwar ir-rispett lejn iddiversità.

Jekk wieħed jixtieq jagħmel kuntatt mal-LGBTIQ+ Wellbeing Service kull m’għandu jagħmel hu li jibgħat email fuq lgbtiqservice@gov.mt jew iċempel fuq 99042015.

Segwi

TIM IMU

Is-servizz ta’ monitoraġġ tal-applikazzjoni online Il-Każijiet Tiegħi jipprovdi mod konvenjenti u effiċjenti biex tibqa’ aġġornat dwar l-andament tal-applikazzjoni għall-benefiċċji tiegħek. Dan is-servizz jipprovdi informazzjoni f'ħin reali waqt li żżomm kont tal-andament tal-applikazzjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek u ssegwi għal kwalunkwe aġġornament.

Is-servizz ta' monitoraġġ tal-applikazzjoni huwa partikolarment ta' benefiċċju għall-individwi li qed jistennew ir-riżultat tat-talbiet għall-benefiċċji tagħhom. Jippermettilek aċċess għallistatus tal-applikazzjoni tiegħek fi kwalunkwe ħin mingħajr il-ħtieġa li żżur jew iċempel idDipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Din il-karatteristika hija ta’ għajnuna speċjalment għal dawk bi skedi impenjattivi, pensjonanti, individwi b’diżabilità, jew dawk li jista’ ma jkollhomx uffiċċju servizz.gov fil-qrib. Biex taċċessa dan is-servizz, għandek bżonn kont tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-Gvern Malti, Identità. Ladarba tkun illoggjat u awtentikata, tista' taċċessa l-informazzjoni u tibqa' infurmat.

Għal dawk li jagħmlu talbiet għal benefiċċju tal-mard taċ-ċertifikat mediku blu, tista' tara ċċertifikati mediċi blu sottomessi lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-aħħar ħames (5) snin. Filwaqt li dawn iċ-ċertifikati ma jikkonfermawx it-talbiet tal-Benefiċċju tal-Mard, huma jipprovdu rekord taċ-ċertifikati sottomessi lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Permezz tas-Servizz tal-Pagamenti tas-Sigurtà Soċjali, tista’ taċċessa informazzjoni dwar kwalunkwe benefiċċji tal-mard imħallsa fl-aħħar ħames (5) snin relatati maċ-ċertifikati mediċi blu sottomessi.

Huwa importanti li wieħed jinnota li s-servizz ta' monitoraġġ tal-applikazzjoni ma jipprovdix informazzjoni dwar l-istatus għal talbiet rigward valutazzjonijiet tentattivi għall-pensjonijiet tal-irtirar. F'każijiet bħal dawn, ikollok bżonn tikkuntattja lid-dipartiment għal aġġornamenti.

Is-servizz ta’ monitoraġġ tal-applikazzjonijiet offrut minn My Cases huwa għodda siewja għall-applikanti kollha, li jipprovdi mod faċli biex jibqgħu infurmati dwar l-istatus talapplikazzjonijiet tagħhom. Ikklikkja hawn biex taċċessa s-servizz ta' monitoraġġ talapplikazzjoni offrut minn My Cases.

Ritratt: Andrea Piacquadio

Monitor Your Social Security Application Status

The My Cases online application monitoring service offers a convenient and efficient way to stay updated on the status of your benefits application. This service provides real-time information while monitoring your social security application's progress and checking for any updates.

The application monitoring service is particularly beneficial for individuals awaiting the outcome of their benefit claims. It allows you to access your application status at any time without the need to visit or call the Department of Social Security.

This feature is especially helpful for those with busy schedules, pensioners, individuals with disabilities, or those who may not have a servizz.gov office nearby. To access this service, you need an e-ID account issued by the Maltese Government agency, Identity. Once logged in and authenticated, you can access the information and stay informed.

For those making blue medical certificate sickness benefit claims, you can view the blue medical certificates submitted to the Department of Social Security for the past five (5) years. While these certificates do not confirm Sickness Benefit claims, they provide a record of certificates submitted to the Department of Social Security. Through the Social Security Payments Service, you can access information on any sickness benefits paid in the past five (5) years related to the submitted blue medical certificates.

It's important to note that the application monitoring service does not provide status information for requests regarding tentative assessments for retirement pensions. In such cases, you will need to contact the department for updates.

The application monitoring service offered by My Cases is a valuable tool for all applicants, providing an easy way to stay informed about the status of their applications. Click here to access the application monitoring service offered by My Cases.

The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section contain all of the digits between 1 and 9.

Can you spot 3 Differences?

Corso

Il-kura primarja hija meqjusa bħala s-sinsla tas-sistema tas-saħħa. It-tim multi-dixxiplinarju tal-

Primary Health Care joffri ‘l fuq minn ħamsin servizz differenti minn ġewwa l-għaxar Ċentri tas -Saħħa, diversi Kliniċi tal-Komunità, iċ-Ċentru Nazzjonali tal-iScreening, it-Tele-medicine 24/7

Client Support Centre u t-tliet Ċentri ta’ Eċċellenza.

F’dawn l-aħħar sitt xhur infetħu numru ta’ Kliniċi tal-Komunità ġodda f’diversi lokalitajiet kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Dawn jinkludu l-Għargħur, Birżebbuġa, is-Siġġiewi u lQala. Minn dawn il-Kliniċi jiġu offruti servizzi li jagħmlu parti mill-mudell ġdid multidixxiplinarju tal-Primary Health Care.

Is-servizzi tat-tabib u tal-infermiera jiġu offruti minn kull Klinika tal-Komunità. Fost oħrajn, dawn is-servizzi jinkludi konsultazzjoni medika, it-teħid tal-pressjoni u l-ittestjar taz-zokkor fiddemm, flimkien ma’ pariri relatati skont il-ħtieġa.

F’dawn il-Kliniċi jiġi offrut ukoll is-servizz ta’ Podjatrija għal adulti li jiffoka dwar il-kura tassaqajn u dak tal-Fiżjoterapija li jittratta mard u kundizzjonijiet relatati mas-sistema tal-għadam u l-muskoli. Is-servizz tal-Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma, magħruf aħjar bħala dak tal-iSpeech and Language Pathology hu offrut ukoll minn dawn il-Kliniċi. Dan jiffoka dwar evalwazzjoni u t -trattament tal-lingwa, id-diskors u l-komunikazzjoni rispettivament.

Minn numru ta’ Kliniċi tal-Komunità, issir it-teħid tad-demm għal-diversi testijiet ta’ rutina u ttestjar għall-glawkoma, skont skeda. Fil-Klinika tal-Komunità tal-Qala jiġi provdut ukoll isservizz tal-iskrinjar tal-għajnejn. Dan tal-aħħar huwa fergħa tas-servizzi offruti miċ-Ċentri ta’

Eċċellenza tal-Primary Eye Screening u jinkludi skrinjar għall-glawkoma u retinopatija dijabetika, optometrija u ortoptika.

Is-servizzi kollha huma offruti b’appuntament. Kull min jixtieq jagħmel appuntament għal kwalunkwe wieħed minn dawn is-servizzi għandu jċempel lil Primary Health Care Client Support fuq 21 231 231 jew 21 222 444.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.