27
familja April 2024 Numru
Rivista Familja hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.
Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt
Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bilposta:
Tonio Bonello, MSPC
Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Nru 38
Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta.
Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti lopinjoni Editorjali.
Tonio Bonello Editur familja.media@gov.mt
familja
Mark Musù Segretarju Permanenti MSPC
Grazio Barbara Qari tal-Provi
Peter Miceli Saydon Grafika
Archibald Attard Distribuzzjoni
Helena Holland Ġemma
Ħajr
Claudia Mifsud Uffiċċju tasSegretarju Permanenti
u l-kontributori kollha
Tonio Bonello
Editur
Reċentament il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ippreżenta r-riżultati li ħarġu mill-konsultazzjoni pubblika li ser twassal għat-tfassil tal-politika nazzjonali għattfal, Children's Policy Framework 2023-2030 li għandha tinħareġ iktar tard din is-sena. Dan
il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika sar bl-involviment attiv ta' professjonisti f'dan il-qasam, il-pubbliku u t-tfal infushom.
Fil-proċess ta’ konsultazzjoni aktar minn 200 tifel u tifla taw ir-reazzjonijiet tagħhom filformat ta’ feedback li permezz tiegħu se jissaħħu l-isforzi għat-tfassil tal-politika. Illum it-tfal igawdu minn diversi faċilitajiet, fosthom dwar kif juru u jwasslu l-fehmiet tagħhom. The Empowering Children App hi waħda minnhom, fejn it-tfal ilissnu dak li jaħsbu b'mod komdu u b'mezzi teknoloġiċi li huma faċilment aċċessibbli.
Fi preżentazzjoni dettaljata, id-Direttur Ġenerali Alexia Vella tkellmet dwar kif ħareġ biċ-ċar li l-investiment kontinwu fl-edukazzjoni, l-ambjent u l-ispazji miftuħa, il-familja u l-ħin ta' kwalità, kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-ġenituri mat-tfal huma fost l-aktar suġġetti illi kien hemm diskussjoni dwarhom.
Tema oħra ewlenija kienet dik dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, speċjalment fl-ambitu tal-proċessi fil-Qrati u f'każi ta' separazzjonijiet. Feedback interessanti kien jinkludi d-diskussjoni dwar l-użu tas-sigaretti u l-vapes fost iż-żgħażagħ. Is-saħħa mentali tat-tfal kienet enfasizzata wkoll b'mod prominenti. Il-benesseri fiżikament u mentali tat-tfal ngħataw wkoll importanza, b'enfasi lejn il-ħtieġa li jkun hemm appoġġ u riżorsi adegwati b'mod professjonali. Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet tkellmu wkoll lOnor. Michael Falzon, Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, kif ukoll isSegretarju Permanenti, is-Sur Mark Musù.
għada aħjar, għat-tfal tagħna
Lejn
familja 1 familja.media@gov.mt
Ritratt: Vika Glitter
Hu f’dan l-ambjent u permezz ta’ miżuri f’din id-direzzjoni li nistgħu nassiguraw li jkollna
ġenerazzjonijiet ta’ Maltin u Għawdxin li jkunu jippossiedu kwalitajiet tant utili fil-ħajja bħal mhi r-reżiljenza, il-qawwa, it-tama, il-kuraġġ, però wkoll u bl-istess qies, is-sens ta’ solidarjetà, l-ugwaljanza u parteċipazzjoni mill-aktar wiesgħa f’dak kollu li l-pajjiż ikun għaddej minnu.
Aħna l-adulti (partikolarment kull min għandu xi pożizzjoni ta’ awtorità) għandna nsiru aktar konxji li aktar mat-tfal nippreżentawlhom ħajja stabbli, mingħajr xkiel, bla sitwazzjonijiet li nistgħu noħolqu fihom ċertu sens ta’ ansjetà, rabja, tpattija, stennija, pika, mibgħeda u fatturi oħra, aktar jista’ jkollna ġenerazzjonijiet ta’ Maltin u Għawdxin b’imħuħ nodfa minn dan kollu u allura li jistgħu jkunu aktar inċentivati biex ikunu kreattivi, iffukati u pożittivi biex iħarsu ‘il quddiem u jkunu preparati lejn dinja li aktar ma jgħaddi żmien, sfortunatament aktar qed tkun negattiva u kompetittivà fl-istess ħin. Ejjew flimkien, ġenituri, edukaturi u professjonisti nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inħarsu tassew id-drittijiet ta’ uliedna u ngħożżu dawn lakbar teżori li ġejna fdati bihom.
familja familja.media@gov.mt 2
Mark Musù
Segretarju Permanenti
Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal
Bejn il-15 u d-19 ta’ Mejju se tkun qed terġa tiġi organizzata l-Public Service EXPO
Għal darba oħra qiegħed inżomm l-appuntament tiegħi magħkom biex nagħtu ħarsa lejn xi miżuri u attivitajiet li seħħew mill-aħħar ħarġa ta’ Familja.
Matul dawn l-aħħar ġimgħat rajna l-introduzzjoni ta’ diversi miżuri li kienu tħabbru fil-Budget fil-qasam soċjali għall-ġid u l-benesseri taċ-ċittadini.
Fost il-miżuri li bdew iseħħu nsibu t-tkomplija tat-tisħiħ tal-mekkaniżmu li jiggarantixxi żidiet adegwati lill-pensjonanti fil-futur. Filfatt minn din is-sena l-istess mekkaniżmu, li diġà japplika għal dawk li twieldu fl-1962 jew wara, se jkun japplika wkoll għall-pensjonanti li twieldu qabel.
Minn din is-sena dawk il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962 u li s-salarju kurrenti tagħhom ta’ li kieku għadhom jaħdmu jaqbeż id-Dħul Pensjonabbli Massimu tagħhom, se jkunu qed jirċievu żieda addizzjonali fil-pensjoni tagħhom li tvarja skont is-salarju.
Il-familji Maltin u Għawdxin bdew jibbenefikaw miż-żidiet fiċ-Children’s Allowance apparti lħlasijiet li saru wkoll tal-Allowance għal Tfal b’Diżabilità, il-Fostering Allowance u l-Għajnuna Supplimentari. Sa Ġunju, €40 miljun se jkunu tqassmu lil 63,000 familja.
Filfatt bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, se jinħarġu b’kollox kważi €29.5m f’Children’ s Allowance, aktar minn €1.8m għall-Allowance ta’ Tfal b’Diżabilità, €0.7m fuq Fostering Allowance u €8.2m għall-Għajnuna Supplimentari. Iċ-Children’s Allowance qed tiżdied b’€250 kull wild, l-akbar żieda minn mindu ġiet implimentata din il-miżura.
Filwaqt li nibqgħu ninsistu sabiex inwettqu aktar miżuri ta’ fejda, se nibqgħu daqstant determinati li niġġieldu l-abbuż tal-benefiċċji soċjali. Qabel xejn, fid-dawl tar-rapport talBord tal-Evalwazzjoni dwar l-abbużi li kien hemm fl-Assistenza għal Diżabiltà Severa, ilMinisteru dejjem kien sod u aġixxa b’mod rett u serju f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, fiddawl ta’ dan ir-rapport, il-Ministeru diġà ħa l-passi u se jkompli jieħu l-miżuri u azzjonijiet
meħtieġa sabiex ikompli jiġġieled kontra kwalunkwe abbuż, ġej minn fejn ġej.
familja familja.media@gov.mt 3 Il-Ministeru
’ ħa l-passi u se jkompli jieħu miżuri u azzjonijiet meħtieġa
diġa
sabiex ikompli jiġġieled kontra kwalunkwe abbuż, ġej minn fejn ġej
IL-PUBLIC SERVICE EXPO 2024
Intant, matul ix-xahar id-dieħel, bejn il-15 u d-19 ta’ Mejju, se tkun qed tiġi organizzata lPublic Service EXPO mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.
L-għan ewlieni tal-EXPO huwa biex kull Ministeru, permezz tal-Istand tiegħu, jippromwovi sservizzi li joffri. B’hekk il-pubbliku jkun informat minn kull Ministeru bil-ħidma li tkun qiegħda ssir mis-servizz u s-settur pubbliku u allura mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ilMinisteri rispettivi, lil hinn mill-ħidma politika.
L-EXPO tagħti ukoll opportunità lill-istudenti fi skejjel sekondarji jsiru jafu iktar dwar x’joffri sservizz pubbliku. Filfatt għall-ewwel darba s-sena l-oħra, assistejna għal attendenza sabiħa ta’ studenti minn skejjel sekondarji minn madwar il-pajjiż.
Għall-ewwel darba din is-sena, l-EXPO se tkun estiża wkoll anke fi tmiem il-ġimgħa. Se jkunu organizzati bosta attivitajiet minn diversi stands, inkluż tal-Ministeru tagħna, u għalhekk inħeġġeġ kemm lill-ħaddiema tagħna u tas-servizz u settur pubbliku kollu u kif ukoll lillpubbliku ġenerali biex jattendu.
Qabel nagħlaq dan il-messaġġ, nifraħ lill-ĠEMMA li matul l-ewwel ġimgħa ta’ Marzu organizzat konferenza dwar is-suġġett: ‘Adult Financial Literacy: Malta’s Results in the OECD’. Ċert li l-kontribut li taw id-diversi kelliema u parteċipanti jkompli jsaħħaħ l-iskop, ilmiri u l-viżjoni ta’ ĠEMMA.
Nagħlaq billi nittama li kellkom Għid Qaddis mimli hena u saħħa mal-familji tagħkom.
familja familja.media@gov.mt 4
Gertrude Buttigieg
Higher Speech Language Pracitioner / Communications Officer
Office of the Commissioner for Mental Health
Id-drittijiet tal-pazjenti u l-carers responsabbli
Il-Liġi tas-Saħħa Mentali hi ffukata madwar il-persuna. Il-Liġi hi bbażata fuq 19-il dritt identifikati għall-ħarsien ta’ dawk li jagħmlu użu mis-servizzi għall-kura tas-saħħa mentali u l-carers li jgħinuhom fil-kura tagħhom. Il-liġi tipprovdi li jkun maħtur Kummissarju għall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżordni Mentali.
Drittijiet ta’ Pazjenti Volontarji u Involontarji skont il-Liġi tas-Saħħa Mentali
Id-drittijiet kollha fil-qosor jistgħu jinġabru fil-prinċipji tad-dinjità u rispett tal-persuna mingħajr distinzjoni tas-severità tal-kundizzjoni kif ukoll id-dritt għal informazzjoni fl-aktar sens wiesa` tiegħu waqt li l-persuna tiġi mħeġġa biex tieħu sehem attiv fil-proċess ta’ kura tagħha. Huwa dritt u dmir li l-persuna tieħu sehem attiv fit-tfassil u t-twettiq tal-pjan ta’ kura tagħha.
Id-Dritt għad-Dinjità u biex teżerċita d-Drittijiet Ċivili
Il-liġi tas-saħħa mentali tagħti lil persuni l-jedd li jwettqu kull dritt ċivili, politiku, ekonomiku, soċjali, eċċ, mingħajr ebda diskriminazzjoni b’rispett sħiħ għad-dinjità tagħhom. Għandhom dritt għal ambjent sigur u iġeniku u għall-privatezza tagħhom.
Id-Dritt li tirċievi Kura tal-Ogħla Kwalità
Dil-liġi tassigura d-dritt li l-persuna tirċievi trattament tal-istess kwalità u l-istess livell bħal ħaddieħor. Wieħed għandu d-dritt li jirċievi trattament li jindirizza l-bżonnijiet tiegħu b’mod sħiħ permezz ta’ pjan ta’ kura multidixxiplinarju f’ambjent u b’mod l-anqas restrittiv. Fejn hu possibbli wieħed għandu jirċievi l-kura u servizzi ta’ riabilitazzjoni fil-komunità.
Id-Dritt għall-Informazzjoni
Il-persuna għandha dritt għal kull informazzjoni dwar il-kundizzjoni tagħha. Wieħed jista’ jipparteċipa b’mod attiv fil-pjan ta’ kura multidixxiplinarja u għandu kull dritt jiddiskuti, jistaqsi u jirċievi risposti adegwati għall-mistoqsijiet tiegħu. Din l-informazzjoni għandha tingħata kemm lill-pazjent kif ukoll lill-Carer responsabbli.
Id-Dritt li taħtar Carer Responsabbli tal-Għażla Tiegħek
Kull pazjent għandu d-dritt li jaħtar carer responsabbli tal-għażla tiegħu meta dan ikun possibbli. Hu importanti li l-persuna magħżula jkollha l-fiduċja tal-pazjent u li din tkun tridlu lġid.
familja familja.media@gov.mt 5 L-Att dwar is-Saħħa Mentali, 2012
Id-Dritt għall-Kunsens Infurmat
Dritt fundamentali hu dak tal-kunsens infurmat għall-kura u trattament. Importanti li l-persuna tifhem dak li tkun qed tiffirma għalih u fejn ma tifhimx għandha tistaqsi u tingħata linformazzjoni neċessarja.
Id-Dritt għall-Kunfidenzjalità u Aċċess għar-Rekords Kliniċi
Id-dritt tal-pazjent tal-kunfidenzjalità dwar l-informazzjoni kollha dwaru, dwar il-kundizzjoni tiegħu u l-kura li jkun qed jieħu, tkun xi tkun l-għamla kif din tinħażen. Jista’ jkollok aċċess limitat għar-rekords kliniċi tiegħek kemm-il darba, fil-fehma tal-ispeċjalista responsabbli, din l-informazzjoni tista’ tkun ta’ dannu għas-saħħa tal-persuna jew tqiegħed f’riskju s-sigurtà ta’ oħrajn.
Id-Dritt għall-Komunikazzjoni b’mod liberu u viżitaturi fl-isptar
Meta persuna tkun qed tirċievi kura f’faċilità liċenzjata, il-persuna għandha dritt għal komunikazzjoni b’mod liberu u mhux ristretta barra mill-facilità fejn tkun qed tirċievi l-kura, sakemm dik il-libertà ma tkunx ta’ detriment għas-saħħa tagħha jew taffetwa d-drittijiet u llibertajiet ta’ persuni oħra.
Biex wieħed jibbenefika b’mod sħiħ mid-drittijiet tiegħu taħt il-Liġi tas-Saħħa Mentali, hu importanti li l-pazjent josserva numru ta’ dmirijiet, fosthom li jikkopera mal-pjan ta’ kura tiegħu, li jikkomunika u jirrispetta b’mod sħiħ it-tim responsabbli mill-kura tiegħu, il-carer responsabbli u lill-pazjenti l-oħra.
Ritratt: Cottonbro Studio
familja familja.media@gov.mt 6
Suzanne Garcia Imbernon Manager, Office of the Commissioner for Children
It-tfulija għandha tkun żmien fejn it-tfal ikunu kuntenti, imdawrin bil-ferħ u l-imħabba. Iktar ma jikbru t-tfal, iktar qegħdin jitgħallmu ħiliet edukattivi kif ukoll ħiliet soċjali u emozjonali. ItTfal ikunu qegħdin jiskopru lilhom infushom, x’inhuma l-interessi tagħhom u t-talenti tagħhom. Ħafna drabi nħarsu lejn it-tfulija bħala xi ħaġa sabiħa imma ma nistgħux ninsew lisfidi lit-tfal jistgħu jaffaċċaw sa minn età bikrija
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jemmen li jista’ jifhem dawn l-isfidi biss jekk jitkellem mat-tfal b’mod dirett u jisma’ l-esperjenzi tagħhom. Il-Kummissarju għat-Tfal, is-Sinjura
Antoinette Vassallo, flimkien ma’ membri tal-istaff, qegħdin iżuru ħafna skejjel sabiex jiltaqgħu ma’ tfal b’esperjenzi differenti u ta’ etajiet differenti.
Waqt dawn iż-żjarat, isiru diversi attivitajiet u diskussjonijiet u t-tfal jiġu mistoqsija x’qed jinkwetahom, x’qed idejjaqhom u x’jixtiequ jtejbu fejn jidħlu d-drittijiet tat-tfal. Id-dritijiet tattfal mhuma xejn ħlief drittijiet umani li jiggarantixxu l-bżonnijiet bażiċi tat-tfal.
Ħafna drabi, it-tfal jitkellmu dwar il-familja u l-importanza li jqattgħu ħin ta’ kwalità malġenituri jew dawk in-nies li jieħdu ħsiebhom. Jitkellmu wkoll dwar ambjent nadif kif ukoll spazji adattati fejn jilgħabu u oħrajn fejn ikunu jistgħu jiffrekwentaw iż-żgħażagħ.
Waħda mill-iktar affarijiet ta’ tħassib għat-tfal huwa l-bullying u d-diżgwid li jista’ jkollhom mal-ħbieb. Meta nitkellmu dwar bullying, qegħdin nirreferu għal sitwazzjonijiet fejn tfal iweġġgħu lil xulxin intenzjonalment, din l-azzjoni tkun ripetuta u jkun hemm żbilanċ ta’ poter. Il-bullying jista’ jkun fiżiku, verbali, soċjali u jista’ jsir ukoll online (cyberbullying). Dan it-tip ta’ aġir jista’ jkollu impatt negattiv fuq it-tfal u għalhekk għandna ngħinu lit-tfal biex jindirrizaw din l-isfida.
Kif nistgħu ngħinu lit-tfal li jkunu għaddejjin minn bullying?
Nitkellmu: It-tfal li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet ta’ bullying mhux dejjem iħossuhom komdi jfittxu l-għajnuna. It-tfal jistgħu jkunu mbeżżgħin jew iħossuhom imbarazzati biex jitkellmu. Għalhekk għandna nipprovdu ambjent sigur fejn it-tfal iħossuhom komdi jagħmlu dan.
Nisimgħu: Huwa importanti li t-tfal iħossu li qegħdin nagħtu kashom u li qegħdin nisimgħuhom.
Nassiguraw li t-tfal ikunu konxji li dan l-aġir mhuwiex it-tort tagħhom.
X’qed jgħidulna t-Tfal
Ngħinu lit tfal biex ikunu assertivi mingħajr ma jkunu vjolenti.
Infittxu l-għajnuna mill-iskola jew entitajiet oħra li jistgħu jgħinu.
Kif nistgħu nipprevjenu l-bullying?
Nedukaw lit-tfal dwar il-bullying biex ikunu jistgħu jagħrfu sitwazzjonijiet bħal dawn.
Nitkellmu mat-tfal dwar dan is-suġġet biex iħossuhom komdi jitkellmu jekk jesperjenzaw jew jaraw bullying.
Inħeġġuhom biex ikunu ta’ għajnuna għal tfal oħra li jkunu għaddejin mill-bullying. Jistgħu jagħmlu dan billi jgħinuhom ifittxu l-għajnuna kif ukoll ikunu ħbieb ma’ dawn il-vittmi li jistgħu jkunu qed iħossuhom waħedhom.
Ngħallmu lit-tfal kif jistgħu juru empatija u rispett lejn tfal oħra. Dan nistgħu nagħmluh billi nkunu ta’ eżempju.
Ngħinuhom ikunu kunfidenti billi nħeġġuhom jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jieħdu sehem f’attivitajiet fi ħdan il-komunità.
Iktar ma ninfurmaw ruħna dwar il-bullying u nitkellmu dawru, iktar inkunu nistgħu nagħtu lappoġġ tagħna biex nipprevjenu u nindirizzaw inċidenti ta’ bullying. Flimkien nistgħu noħolqu ambjent fejn it-tfal iħossuhom siguri, rispettati u protetti minn kull tip ta’ vjolenza.
familja familja.media@gov.mt 8
Ritratt: RDNE Stock Project
Produzzjonijiet li għamlu isem għal Malta
Mary Anne Zammit Kittieba u Artista
Li toħloq produzzjonijiet, dokumentarji dwar l-arkeoloġija u storja mhuwiex mistier faċli, għalkemm interessanti. Dwar dan is-suġġett ma tistax ma ssemmix lil Chris Micallef, li hu isem rinominat f’dan il-qasam.
Chris huwa inġinier gradwat millUniversità ta’ Malta. Fl-1992, kiseb Masters fil-Business Administration u fis-sena 2000 minn Henley Management College. Fis-sena 2009 kiseb id-dottorat fix-Xjenzi Soċjali mill-Università ta’ Leicester u hekk
sar l-ewwel Malti li ggradwa
b’dottorat f’dan is-suġġett minn din l-Università. Chris għandu wkoll diploma fl-Arti mill-iskola tal-Arti, il-Belt Valletta.
Unur ieħor għalih kien fis-sena 2016 fejn ġie mogħti l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika għar-riċerka li wettaq dwar it-tempji megalitiċi Maltin. Ilum Chris huwa d-Department Manager (People Management) ta’ Jobsplus.
Staqsejtu kif bdiet il-ħajra għal produzzjoni ta’ films / dokumentarji u beda biex qal li lkarriera fil-films bdiet fl-1977 meta ta’ disa’ snin kien ħa sehem f’waħda mill-produzzjonijiet ta’ missieru, (Maurice Micallef) “The Boy and the Red Ball”, liema film rebbaħ lil Chris ilpremju għall-aħjar attur u Midalja tal-Bronż fit-XXII Festival Internazzjonali tal-Films, Cannes. Fl-1980, Chris irrepeta l-aqwa prestazzjoni tiegħu ta’ attur f’film ieħor ta’ missieru bl-isem “My Brother’s Keeper”.
Ir-riċerka minn dejjem kienet f’qalb Chris u kien pass naturali li jiffoka fuq il-ġeneru ta’ dokumentarji. Fl-1985 ipproduċa l-ewwel dokumentarju tiegħu stess “Life Line for a City” dwar l-akwadott f’Malta. Maż-żmien, produzzjonijiet oħra rebħuħ premjijiet, kemm f’Malta, kif ukoll f’festivals internazzjonali.
familja familja.media@gov.mt 9
U x’inhu l-interess partikulari tiegħu fl-Arkeoloġija?
‘Ir-riċerka dwar it-tempji tal-Imnajdra wasslet għall-pubblikazzjoni f’ġurnali xjentifiċi
prestiġjużi, waħda dwar l-iskoperta tat-tempju t’isfel tal-Imnajdra allinjat lejn il-fażijiet talqamar, l-użu tal-jarda megalitika bħala kejl li wżaw biex jibnu t-tempju. Il-pubblikazzjoni
xjentifika l-oħra hija dwar l-interpretazzjoni tal-ġebla ta’ Tal Qadi, li tista’ tirrappreżenta
kalendarju tal-qamar. Il-Professur Frank Ventura fil-ktieb tiegħu ‘L-astronomija f’Malta’ u lawtur internazzjonali magħruf Graham Hancock fil-best seller tiegħu ‘UnderWorld’ isemmi
din it-teorija dwar l-Imnajdra. Peter Marshall isemmi l-proposta tal-ġebla ta’ Tal Qadi fil-ktieb tiegħu, ‘Europe’s Lost Civilization’.’
Sal-lum, CMM Productions ingħataw 1,316-il premju fil-produzzjoni tal-films f’kategoriji differenti f’kompetizzjonijiet internazzjonali fil-ġeneri ta’ drama, dokumentarji, animazzjoni u sperimentali f'ħames kontinenti. B’hekk Chris Micallef irnexxielu jpoġġi isem Malta permezz ta’ dokumentarji f’70 pajjiż differenti.
Ukoll, fuq One Group ixxandru dokumentarji televiżivi, The Phonecians, The Tal Qadi Stone, Hal Far Airfield, Lifeline for A City, Secrets of the Stone Age, Filfla, The Unsolved Mystery, Kannizzati Fishing, The Normans, The Giant Deep Reds, The Romans, Secrets of the Anunnaki, Horten Ho-229, The Five Longest Days, Insurrection, Infraction, u Time Odyssey.
Fost il-persuni li ħallew impatt fuqu, Chris isemmi lil
Arthur C. Clarke kittieb, riċerkatur u producer ta’ dokumentarji u dan għaliex hu dejjem ittratta suġġetti ta’ storja imma b’daqsxejn laqta misterjuża li jġegħluk taħseb. Għall-futur hemm tlett dokumentarji oħra blisem The Nineveh Constant, Ooparts u UFO, li se jixxandru.
Lil Inginier Dr Chris Micallef nifirħulu għal kisbiet tiegħu u nawgurawlu aktar suċċess. https://cmmproductions.com/
familja familja.media@gov.mt 10
Ezekiel Kudde Communications Manager, MHA Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa
Programmi ta’ ġestjoni tal-piż u reżiljenza bl-għan li persuni jidħlu fi stil ta’ ħajja aħjar u aktar b’saħħitha.
Ftit tal-jiem ilu (nhar l-4 ta’ Marzu) kien ikkommemorat il-Jum Dinji tal-Obeżità, li jfakkar flisfida globali tas-saħħa li trid tiġi indirizzata permezz ta’ direzzjoni multidimensjonali. Għalhekk, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard jinsab impenjat biex iwassal promozzjoni tan-nutrizzjoni tajba fl-istadji kollha tal-ħajja tal-persuna.
Ritratt: Moe Magners
Permezz tal-programmi komprensivi tagħna, nipprovdu l-għarfien u l-pariri għal stil ta' ħajja sana. Nenfasizzaw l-importanza li n-nutrizzjoni tajba tibda mill-bidu nett, billi nagħtu appoġġ u riżorsi lin-nisa tqal biex ninkoraġġixxu t-treddiegħ.
familja familja.media@gov.mt 11
-Jum
tal-Obeżità
Ikkommemorat il
Dinji
Sisien sodi għan-nutrizzjoni fit-tfulija jippermettulna nwittu t-triq għall-vjaġġ nutrizzjonali tajjeb għas-saħħa matul il-ħajja, fejn in-nies ikunu jistgħu jgħixu stil ta’ ħajja tajjeb għassaħħa u bbilanċjat. Jekk persuna tkun qed tbati minn piż żejjed, il-programm ta' 8 ġimgħat tal-ġestjoni tal-piż huwa essenzjali biex imexxihom biex jibdew l-istil ta’ ħajja ġdid tajjeb għas-saħħa.
Fid-dawl ta’ dan, sabiex jipproteġi, jippromovi u jappoġġja s-saħħa u l-benesseri talpopolazzjoni Maltija, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard flimkien mal-programmi tiegħu ta’ Ġestjoni tal-Piż u Reżiljenza, li jistgħu jiġu aċċessati kemm fiżikament kif ukoll online, qed joffri varjetà ta’ linji gwida dwar id-dieta għal persuni fi stadji differenti tal-ħajja li jippermettulhom jadattaw id-dieta u l-imġiba tagħhom biex jiksbu stil ta’ ħajja aktar tajjeb għal saħħa fit-tul.
Barra minn hekk, l-involviment fl-attività fiżika huwa wkoll komponent ewlieni fiż-żamma ta’ piż tajjeb. L-attività fiżika regolari mhux biss se tgħin fiż-żamma tal-piż, iżda tgħin ukoll biex iżżomm is-saħħa kardjovaskulari, il-massa tal-muskoli u d-densità tal-għadam, u ttejjeb ilbilanċ kif ukoll il-benesseri mentali.
Jekk inti jew xi ħadd li taf tixtiequ tibdew il-vjaġġ tas-saħħa tagħkom illum, ikkuntattjawna u bbenefikaw mill-programmi bla ħlas tagħna, billi ċċemplu fuq 2326 6000, jew tibagħtu email lil healthpromotion.hpdp@gov.mt. Għal aktar tagħrif, tista’ wkoll iżżur is-sit web tagħna fuq https://hpdp.gov.mt/
familja familja.media@gov.mt 12
European Social Charter
Karen Farrugia Manager II (Research) International Relations Unit MSPC
The European Social Charter stands as a cornerstone of the European social rights framework, embodying a commitment to the protection of fundamental social and economic rights across the European continent. Enacted by the Council of Europe in 1961, this charter represents a significant milestone in the history of human rights, aiming to ensure fair working conditions, social security, and access to healthcare, housing, and education for all individuals within its member states.
At its core, the European Social Charter serves as a legally binding treaty, setting out a comprehensive range of rights and principles designed to safeguard the well-being and dignity of people. These rights include the right to work under equitable and safe conditions, the right to fair remuneration, the right to social security, the right to protection against poverty and social exclusion, the right to health, the right to education and the right to housing. The Charter recognizes that economic and social progress is as crucial as political freedom, advocating for a balanced approach to human rights. By addressing the social dimensions of individuals' lives, it seeks to create a more inclusive, equitable, and just society where all members can thrive.
Malta plays a vital role in upholding the principles and values enshrined in the European Social Charter. Malta has embraced the charter as a guiding framework for its social policies and legislation. Malta ratified the European Social Charter on 04/10/1988 as well as the Amending Protocol to the Charter on the 16th February 1994 and the Revised European Social Charter on the 27th July 2005.
Malta's commitment to the European Social Charter is reflected in various aspects of its social welfare system. The country has made strides in providing universal healthcare coverage, ensuring that all citizens have access to
familja familja.media@gov.mt 13
necessary medical services without facing financial hardship. Additionally, Malta has implemented programs to address unemployment, promote gender equality in the workplace, and enhance educational opportunities for its citizens.
One notable example of Malta's engagement with the Charter is its efforts to combat poverty and social exclusion. The government has implemented targeted policies and initiatives to support vulnerable groups, such as lowincome families, the elderly, and persons with disabilities. These efforts align with the Charter's mandate to protect individuals from the effects of poverty and ensure their participation in social and economic life.
Furthermore, Malta actively participates in the monitoring and reporting mechanisms established by the Charter. Through regular reporting on its compliance with the Charter's provisions, Malta demonstrates its commitment to transparency and accountability in upholding social rights.
In conclusion, the European Social Charter stands as a crucial instrument in promoting social justice, equality, and human dignity across Europe. Malta's active engagement with the Charter underscores its dedication to creating a society where all individuals can enjoy their fundamental rights and live with dignity. By upholding the principles of the Charter, Malta contributes to the broader mission of building a more inclusive and equitable Europe for all its citizens.
familja familja.media@gov.mt 14
Clarity in Communication IMU
How the Department of Social Security Prioritises Clear Writing
Effective communication is the foundation of any successful organisation and the Department of Social Security understands its pivotal role in serving the public. As an institution that interacts daily with beneficiaries and the general public, the department is committed to providing clear and accessible information to all stakeholders, which is available in both the Maltese and English languages.
In order to fulfill their promise to the public, the Department of Social Security has made clear writing a top priority. The department recognises that the language used in their communications must be easily understood by all involved. While benefits entitlement can often be intricate and challenging to explain, the department strives to simplify their written content, making it easier for recipients to comprehend better.
The Department of Social Security commits to write in clear, useful and understandable language that the public can grasp on first reading. This commitment reflects the department’s dedication to ensuring that the information it provides is not only accurate but also comprehensible while reducing the likelihood of misunderstandings or misinterpretations.
The department acknowledges that feedback from the public is crucial in its pursuit of clarity. It actively encourages individuals to reach out if they encounter any difficulties in understanding online forms, notices, pamphlets, or webpages from the department’s site.
In terms of online forms, the department aims to provide applicants with the motivation to submit an application or utilize an online service without having to speak with customer support. By doing so, the Department of Social Security aims to foster a collaborative relationship with the public, recognising that their experiences and insights can drive continuous improvement.
familja familja.media@gov.mt 15
Team
The department has established a dedicated email address, clearwriting.dss@gov.mt, to receive and review suggestions, extending an invitation for the public to share their recommendations on how to enhance written communication further. This feedback mechanism enables the department to identify areas of improvement and refine their communication strategy.
The ultimate goal of the Department of Social Security is to ensure that all individuals, regardless of their background or familiarity with, that may sometimes be used by the department due to legal terms. By prioritising clear writing, the department seeks to empower the public to make informed decisions about their benefits and services.
The Department of Social Security is fully dedicated to communicating with clarity and simplicity. This commitment to utilising clear writing in all communications reflects the department’s unwavering dedication to effectively serve the public. By actively seeking feedback and valuing the input of beneficiaries and the rest of the public, the department is continuously improving its written materials and ensuring that vital information remains accessible to all.
familja familja.media@gov.mt 16
Photo:Tima Miroshnichenko
George Zammit
Gwida u lajk
Kull bidu ta’ Rebbiegħa jibda jinħass il-polz iħabbat li jindika li riesaq iż-żmien sabiħ talvaganzi u tal-ivjaġġar. Allura wieħed jistaqsi lilu nnifsu dejjem l-istess mistoqsija; “Liema hija laħjar destinazzjoni fejn nivvjaġġa din is-sena?”
Importanti li qabel tagħmel l-għażla finali, kun żgur li dejjem ikollok xi vaganza eċċitanti sintendi f’destinazzjoni ġdida. Esperjenza li għallmitni ħafna fil-vjaġġi hija li kull pajjiż għandu x ’joffri f’kull żmien tas-sena fejn b’mod jew ieħor wieħed ikun jista’ jkisser il-monotonija talħajja ta’ kuljum. Dejjem tista’ ssib faċilment vjaġġi b’esperjenzi eċċitanti f’kull staġun minn fejn wieħed jista’ jasal fl-għażla finali tiegħu.
L-ivvjaġġar huwa esperjenza ta’ sodisfazzjon għal ħafna nies. Però jiena ltqajt ma’ vjaġġaturi li jesperjenzaw bidu ta’ vjaġġ b’ċertu diffikultà. L-istennija, preparamenti, pjanar, bogħod millmaħbubin u mill-kumdità tad-dar, vjaġġ bl-ajru, kollha flimkien jistgħu jwassluk kultant tiffaċċja vjaġġ b’ċertu biżgħat. Allura dan fattur li jista’ xi ftit inaqqas il-ferħ u l-pjaċir li jġib vjaġġ. Din problema ta’ ansjetà li faċilment tista’ tiġi kontrollata b’daqsxejn ta’ sforz u rieda personali.
Jekk il-biża’ tippersisti huwa importanti li tagħżel vaganza b’itinerarju qasir ta’ ftit jiem. Vjaġġ trankwill bi ftit ġiri, mixi u trasport mill-inqas. Dejjem iddedika ħin apposta għall-gosti tiegħek b’mod rilassanti.
Kun ċert dwar il-karattri tal-persuni li ser ikunu ġejjin miegħek il-btala. Jakkumpanjawk. Ikkonferma kuntatt ma’ persuna viċin tiegħek li jieħu ħsieb id-dar waqt li inti tkun barra. Orqod tajjeb u fittex l-ikel preferut tajjeb għas-saħħa. Ipprova għamel ftit riċerki dwar id-destinazzjoni li għażilt ħalli mal-wasla tħossok familjari. Dejjem kun puntwali mal-ħin.
familja familja.media@gov.mt 17 Qed joqrob żmien il-vaganzi
Ritratt: Andrei Tanase
Li tħossok anzjuż qabel it-tluq hija normali. Din isseħħ fost kulħadd għax ser niffaċċjaw bidla
kompletament differenti fir-rutina ta’ kuljum. Allura aċċetta l-ansjetà tiegħek qabel il-vjaġġ u tħossok aħjar żgur.
Suġġeriment ieħor hu li qabel tgħaddi mis-security-point, u qabel titla’ fil-kafeterija tieħu cappuccino, ħalli imqar ħames minuti u mur fil-kappella tal-ajruport. Bil-ġentilezza kollha dur lejn il-Mulej u għidlu: “Mulej ejja noqgħodu ftit flimkien fil-kwiet ngħidu kelma. Żgur li mhux se tkeċċini jew ittellifli t-titjra.” Iftaħ qalbek miegħu u għidlu x’inhu jinkwetak. Imbagħad You do your best and leave God to do the rest”.
Il-vjaġġ it-tajjeb ħbieb.
familja familja.media@gov.mt 18
Doris Zammit
Xandara Veterana
Ftit tal-ġimgħat ilu qattajt waħda mill-isbaħ btajjel li qatt kelli barra minn Malta. Mort Turin niltaqa’ ma’ ħabiba tiegħi li kont ili nikkorrispondi magħha sa minn meta kont is-Sekondarja. Mingħajr ma nidħol fid-dettal dwar il-postijiet li żort, kif m’għandix dubju li ħafna minnkom jafu, Turin huwa fost l-oħrajn, id-dar tal-film Taljan, il-post fejn jinsab il-Liżar ta’ Kristu u anke lMużew Eġizzjan.
Imma huwa wkoll il-kwartieri ġenerali ta’ Lavazza, li għandha kważi mal-50% tas-suq Taljan tal-kafè. Hu kien dan li impressjonani mhux bil-ftit meta Emilia, il-ħabiba tiegħi, qagħdet tfehemni kif l-Italja huwa territorju kważi sagru fejn jidħol il-kafè.
Nistgħu ngħidu li t-Taljani vvintaw kif il-bqija tad-dinja, tagħmel, isservi u tixrob il-kafè, millisem (cappuccino, latte, macchiato) sal-magna tal-istim (li kienet imnedija minn Angelo Moriondo f’Turin fl-1884), sa marki tal-kafè biex ngħidulhom hekk tad-ditta (bħal Illy u Lavazza). Jekk il-kafè għandu dar spirtiwali, żgur li din hi l-Italja.
Attentati minn barra l-Italja biex jadattaw u jżejnu l-kafè b’xi milkshakes u l-frapuccinos huma trattati bħala dnub sagrileġġ fl-Italja, fejn ħwienet tal-kafè baqgħu tradizzjonali. Filfatt fl-Italja aktarx insibuhom bħala bars mhux kafeteriji. Xi stabbilimenti tal-kafè jmorru lura sas-seklu 18. Il-Caffè Fiorio f’Turin jingħad li kien offra l-kafè lill-Konti Cavour u lil Friedrich Nietzsche. IlCaffè Renzelli f’Cosenza ilu mmexxi mill-familja sa mill-1803.
Kif tordna kafè
Tistaqsux għal vanilla latte doppju bil-krema fil-wiċċ. Ħafna mill-ordinijiet għall-kafè Taljan jistgħu jsiru, b’kelma waħda biss Caffè. Caffè huwa espresso qawwi (il-kelma espresso rari ssibha fil-vokabularju talkafè Taljan) Macchiato huwa espresso bi ftit ħalib stimjat. Americano huwa espresso miżjud bil-misħun biex ikollok xarba akbar.
Il-Cappuccino, l-aktar kafè abjad magħruf u popolari, huwa espresso li fil b’ragħwa tal-ħalib sħun u b’raxx ta’ kokotina skont il-gosti ta’ dak li jkun. Fl-Italja ma ssibx
familja familja.media@gov.mt 19 Espresso jew Cappuccino?
Ritratt: Chevanon Photography
differenza fil-kobor tal-kafè li wieħed ikun irid. Meta nitolbu xi grande jew xi venti aktarx li se jħarsulna konfużi jew jekk ma jaqbdux jidħku. Cappuccino jingħata f’kikkra ta’ 180 ml u jrid ikun sħun aktar milli jagħli.
U xi ngħidu għal-latte? Il-kelma latte tfisser ħalib bit-Taljan: ordnaw latte u dak tingħataw... tazza ħalib! Mill-banda l-oħra, Caffè latte huwa tazza ħalib sħuna bi ftit kafè.
Il-pawsa
U ħbieb tgħallimt oħra kemm domt hemm! Meta t-Taljani jieqfu biex jieħdu kafè huma jgħidu li se jieħdu pausa, pawsa bil-Malti u litteralment dak li hija, pawsa. Fl-Italja m’hemmx dik id-drawwa li jibqgħu f’kafeterija għal siegħat sħaħ.
Għall-kuntrarju huma, l-aktar l-aktar jieklu xi croissant, jibilgħu l-espresso jagħli (forsi fi tliet belgħat), ikellmu ftit lill-barista u jitilqu ‘l barra. Ħadd ma jqatta’ nofstanhari sħaħ f’kafeteriji, jiddiskuti xi teżi, jew jitfgħu ir-ritratti fuq facebook!
U kontu tafu li tradizzjonalment il-Cappuccino jittieħed biss filgħodu?
Ħafna jsostnu li huwa żball li wieħed jordna cappuccino wara l-għaxra ta’ filgħodu, imma
familja familja.media@gov.mt 20
għalkemm mhuwiex probabbli li t-Taljani jżidu l-ħalib mal-kafè wara l-ikla ta’ filgħaxija, li wieħed jieħu cappuccino tard bil-lejl, s’issa, għadha mhix illegali. Kunu żguri imma li qabel titlob cappuccino wara l-ikel fl-Italja, araw li l-ewwel titolbu skuża!
It-togħma
Waħda mill-isbaħ affarijiet dwar il-kafè Taljan, hija li tkun fejn tkun, fuq muntanja f’raħal remot jew f’xi pizzerija fi pjazza f’Ruma, il-kwalità tal-kafè, hija konsistenti. Daqskemm it-Taljani jħobbu l-għaġin al dente, hekk ukoll iħobbu l-kafè b’togħma ħelwa imma li jħalli togħma morra, bir-ragħwa kannella jew krema fil-wiċċ.
Varjazzjonijiet ta’ kafè
Għalkemm dak li hu sempliċi huwa ġeneralment l-aħjar fid-dinja tal-ikel Taljan, il-kultura talkafè tħalli spazju għal ftit varjazzjonijiet, ftit minnhom reġjonali. Caffè corretto, huwa espresso “mibdul ftit” bi grokk żgħir likur, aktarx grappa, u jittieħed tard fil-ġurnata. Doppio huwa espresso doppju, aktarx jittieħed jekk tkun fis-sakra jew nieqes mill-irqad. Ristretto huwa espresso żgħir li jkun fih anqas ilma imma l-istess qawwa fit-togħma. Cappuccino scuro huwa cappuccino b’anqas ħalib.
Il-bicerin hija speċjalità tar-reġjun ta’ Piemonte, l-aktar f’Turin, u ilha teżisti madwar 200 sena. Tikkonsisti minn saffi ta’ espresso, kokotina sħuna u ħalib servut f’tazza. Jixbah ħafna lillmarocchino, invenzjoni oħra ta’ Piemonte, taħlita ta’ espresso, trab tal-kokotina u ragħwa talħalib. U jekk ikollkom it-tfal magħkom ordnawlhom, cioccolata calda (kokotina taħraq) li filveru sens ta’ la dolce vita, hija skura, densa u delizjuża.
Tal-aħħar
Fil-bars fl-Italja, il-kafè aktarx jiġi servut b’tazza żgħira tal-ilma, l-ilma biex jinxtorob qabel ilkafè biex isaffi l-palat. F’diversi bars li jkunu okkupati ħafna (speċjalment fi stazzjonijiet talferrovija) trid l-ewwel tħallas għall-kafè u wara tippreżenta l-irċevuta lil tal-bar. It-Taljani jixorbu l-kafè regolarment f’dożi żgħar. Seba’ jew tmien espresso kuljum.
Aktarx li jekk nibdew diskussjoni dwar l-aħjar belt għall-kafè fl-Italja jerġa’ jasal irRisorgimento, imma ma nafx x’irid ikun biex insibu kafeteriji storiċi aktar minn Turin (dar ilkafè Lavazza) u fi Trieste (dar il-kafè Illy). Grazzi għal Emilia llum naf ħafna aktar dwar kif għandi nordna kafè tajjeb. Nittama li intom ukoll.
familja familja.media@gov.mt 21
Ann Marie Ciantar Service Manager & Senior Social Worker
Domestic Violence Service, Aġenzija Appoġġ FSWS
Il-professjoni tas-social work hija kruċjali ferm fl-era li qed ngħixu fiha. Il-professjoni żviluppat matul il-medda taż-żmien u saret professjoni aktar speċjalizzata. Il-ħaddiema soċjali kollha għandhom ikollhom skill-set li jużaw fis-sitwazzjonijiet varji li jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum.
Social work żviluppa minn att karitattevoli provdut primarjament mill-knejjes u għaqdiet talknisja għal servizzi speċjalizzati provduti minn organizzazzjonijiet li waqqaf l-istat biex jirrispondi għal sfidi u bżonnijiet li bdiet tippreżenta s-soċjetà. Għaqdiet non-governattivi wkoll iħossu dan il-bżonn u ħolqu impjiegi fl-organizzazzjonijiet tagħhom biex iħaddmu ħaddiema soċjali biex ikunu jistgħu jipprovdu l-kura soċjali lil individwi li jagħmlu kuntatt ma’ dawn is-servizzi.
Il-ħaddiema soċjali mhux qegħdin hemm biss biex jempatizzaw u jisimgħu l-problemi u lisfidi li individwi jaffaċċjaw fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, iżda jkunu voċiferi u jadvokaw għal persuni vulnerabbli li qed isofru inġustizzji, inugwaljanza, diskriminazzjoni tad-drittijiet tagħhom.
Ġurnata tax-xogħol fil-professjoni ta’ social work tieħdok lil hinn mill-uffiċċju u d-desk, iżda ssocial workers jidħlu fid-djar tan-nies, fl-iskejjel, sptarijiet, ħabs, residenzi u kommunitajiet biex jesperjenzaw direttament u mill-qrib l-isfidi li l-individwi, familji u komunitajiet jesperjenzaw fil-ħajja ta’ kuljum.
Il-professjoni tas-social work tieħdok fi rkejjen u postijiet li nies oħra ċivili qatt ma jirnexxielhom jidħlu fihom. Ħajja fil-ġurnata tax-xogħol ta’ social worker tkun imżewqa blilwien kollha li taf toffri l-ħajja.
Tifraħ ma’ min ikun għadu kemm kiseb saqaf fuq rasu wara żmien jiġri minn xelter għallieħor. Tibki mal-omm li tkun għadha kemm tilfet lil binha bil-kanċer. Issabbar lil min jinsab waħdu. Tisma’ u tilgħab mat-tifel jew tifla li qed jirrakkontaw kif qed jiġu maħqura u l-bżonn li tinstab familja oħra li tilqagħhom u tipprovdilhom dar u mħabba vera ta’ familja.
Social work minn għajnejn in-nies tidher professjoni negattiva li ġġorr ħafna toqol u tbatija, iżda meta l-persuna jkollha l-vokazzjoni li tidħol għal din il-professjoni, is-sodisfazzjon taxxogħol huwa kbir. Il-ħaddiema soċjali jesprimu li l-professjoni tas-social work għenithom jikbru kemm fuq livell personali, kif ukoll fl-iżvilupp professjonali tagħhom. Il-professjoni ta’ social work iġġibek wiċċ imb’wiċċ ma’ realtajiet li qatt ma tkun ħlomt bihom jew li t-tfulija tiegħek tkun ipproteġietek minnhom.
Persuni dinamiċi, attivi u favur il-ġustizzja soċjali u favur id-drittijiet tal-bniedem huma
familja familja.media@gov.mt 22 Il-Ħidma Soċjali
kandidati ideali biex jidħlu f’din il-professjoni. In-numru ta’ ħaddiema soċjali huwa limitat, iżda ma nimmaġinawx soċjetà mingħajr il-professjoni tas-social work. Speċjalment għal dawk in-nies u l-komunitajiet li għandhom bżonn min jaqbeż għalihom u jiddefendihom, min jiggwidahom u min isabbarhom fil-mumenti ta’ iżolament u meta jkunu ddiskriminati u emarġinati mill-kumplament tas-soċjetà.
Id-dinja tinbidel il-ħin kollu u ħadd ma jista’ jwaqqaf il-progress. Il-progress iġib il-bidla u xejn ma jibqa’ statiku. In-nies jagħżlu li jiċċaqalqu minn pajjiż għall-ieħor, li dan iwassal għal kulturi, lingwi, drawwiet, reliġjonijiet u twemmin differenti. Aktar ma jkun hawn multikulturaliżmu, bidliet politiċi, bidliet ambjentali, ċaqliq politiku u introduzzjoni ta’ liġijiet ġodda, l-isfidi jikbru aktar u aktar nies ikollhom bżonn għajnuna professjonali minn ħaddiema soċjali esperjenzati u speċjalizzati. L-irwol tal-ħaddiema soċjali huwa kruċjali u jalla aktar persuni jkunu mħajra li jidħlu għal din il-professjoni!
Ritratt: Career Addict
familja familja.media@gov.mt 23