
6 minute read
Missjoni Edukattiva
Fi Krakovja u mar‑Refuġjati Ukreni fil‑Polonja
Studenti tal‑Iskola Teknika St Rafała Kalinowskiego.
Il‑vaganzi tal‑Għid 2022 kienu għalija stedina biex naħdem fuq rapport edukattiv dwar l‑operat tal‑iskejjel tekniċi fil‑belt ta’ Krakovja fil‑Polonja, waqt li żort skola teknika ftit ’il bogħod miċ‑ċentru storiku tal‑belt. Għal dan il‑għan, sibt l‑għajnuna meħtieġa mill‑Arċidjoċesi ta’ Krakovja u kelli x‑xorti li nżur is‑St Rafała Kalinowskiego Technical School immexxija mill‑kap tal‑iskola Madam Beata Śliwa. Żort ukoll l‑Università ta’ Krakovja biex inkun nista’ nagħmel riċerka dwar is‑sistema edukattiva fil‑Polonja. Waqt din iż‑żjara fl‑iskola, messejt mar‑realtà taż‑żgħażagħ Pollakki kif ukoll mas‑sentimenti u l‑ħsibijiet taghhom rigward reliġjon, fidi u Knisja. Ħadt ukoll il‑fibra tal‑għalliema f’dan ir‑rigward, għalkemm l‑intenzjoni tiegħi kienet waħda purament edukattiva. Kelli l‑opportunità niskopri wkoll s‑sitwazzjoni tal‑fidi Nisranija f’din il‑parti tal‑Polonja. Tul iż‑żjara uffiċjali tiegħi f’din l‑iskola tat‑teknika, bqajt impressjonat bl‑akkoljenza tal‑kap tal‑iskola, kif ukoll dik tal‑għalliema u l‑istudenti. Ħaġa li tassew impressjonatni kienet ir‑rispett tal‑istudenti kollha lejn il‑barranin, għaliex appena tixref ġo klassi, l‑istudenti kollha jqumu bilwieqfa biex isellmu. Qabel iż‑żjara tiegħi tgħallimt xi ftit frażijiet ta’ tislim bil‑lingwa Pollakka li tant ġew apprezzati mill‑għalliema u mill‑istudenti. F’kull klassi li żort, apprezzaw il‑ħsieb tiegħi meta għedtilhom: “Huwa intom li tagħmlu l‑Polonja, u mhux il‑bini u l‑mużewijiet sbieħ li għandkom, għaliex intom tibqgħu l‑aqwa monument għall‑barranin li jżurukom.” Kelli wkoll l‑okkażjoni li niġi mistieden għall‑kunċert mużikali fil‑belt ta’ Krakovja, milqugħ minn Madam Bogusława Hubisz‑Sielska, persuna importanti ħafna fil‑kamp akkademiku mużikali Pollakk. Barra minn hekk, attendejt għall‑funzjonijiet reliġjużi kollha tal‑Għid fil‑belt ta’ Krakovja, fejn kont milqugħ b’ħafna rispett u mħabba minn komunità reliġjuża.
Il‑kuntatt tiegħi dirett maż‑żgħażagħ u mal‑għalliema fl‑iskola St Rafała Kalinowskiego, kif ukoll is‑sehem u l‑preżenza tiegħi fil‑komunità Kattolika fi Krakovja, ġabuni mal‑vera realtà tal‑fidi Nisranija fil‑Polonja; esperjenza li ma ninsa qatt! Skont il‑Primat tal‑Polonja, Mons. Wojciech Polak, dan l‑aħħar il‑Knisja Kattolika
fil‑Polonja qed tesperjenza nuqqqas ta’ prattika reliġjuża fost iż‑żgħażagħ. Mons. Polak isostni li waħda mir‑raġunijiet hija proprju l‑mod kif il‑Knisja ttrattat il‑każijiet tal‑abbużi sesswali minn xi membri tal‑kleru li wasslet lill‑Knisja fil‑Polonja biex tibda proċess ta ‘purifikazzjoni’. Min‑naħa l‑oħra, l‑Arċisqof ta’ Krakovja, Mons. Marek Jędraszewski, isostni li r‑raġuni tad‑dekadenza tal‑prattika reliġjuża fost iż‑żgħażagħ hija frott l‑effett tal‑pandemija COVID‑19, kif ukoll l‑effett tat‑teknoloġija virtwali. Skont statistika riċenti, huma biss ftit inqas minn 25% taż‑żgħażagħ Pollakki li għadhom jipprattikaw il‑fidi Nisranija fil‑Polonja, meta fil‑bidu tal‑1990 il‑persentaġġ taż‑żgħażagħ li jipprattikaw il‑fidi Nisranija kien dak ta’ 70%. Il‑Primat tal‑Polonja Mons. Polak, jibqa’ jsostni li kienu l‑abbużi sesswali minn xi membri tal‑kleru li wasslu għal sitwazzjoni bħal din, peress li dawn il‑każijiet ġabu magħhom kriżi serja ta’ fidi li wasslet lil bosta biex jitilfu l‑fiduċja fil‑ġerarkija tal‑Knisja, u b’hekk iħallu l‑Knisja Kattolika. Għalhekk, Mons. Polak jisħaq kontinwament fuq il‑bżonn ta’ proċess ta’ purifikazzjoni fil‑Knisja biex nibqgħu nkunu kredibbli mal‑fidili Nsara. Jingħad ukoll li minn servej riċenti jidher li ħafna miż‑żgħażagħ Pollakki llum għandhom viżjoni iktar liberali rigward id‑drittijiet ta’ persuni LGBT, kif ukoll dwar l‑abort. Iżda, minkejja dan kollu, iktar minn 90% tal‑poplu Pollakk għadu jħaddan il‑fidi Nisranija u tul l‑esperjenza qasira tiegħi fi Krakovja nista’ ngħid li bqajt impressjonat bil‑kju ta’ Nsara għall‑qrar, kif ukoll bil‑parteċipazzjoni taż‑żgħażagħ fil‑liturgija, speċjalment dik tal‑Għid, esperjenza unika u ta’ min jammiraha.
Il‑vaganzi tal‑Għid kienu wkoll għalija stedina biex noffri servizz ta’ psiko‑terapija spiritwali lil bosta familji refuġjati Ukreni f’żewġt ibliet fil‑Polonja, kif ukoll viċin il‑fruntiera Pollakka‑Ukrena. Din kienet esperjenza iebsa għax ġejt wiċċ imb wiċċ mas‑sofferenza tal‑poplu Ukren; esperjenza ta’ ħafna qsim il‑qalb u tensjoni. Il‑persuni kollha refuġjati li ġejt f’kuntatt magħhom, ilkoll esprimew l‑apprezzament tagħhom għall‑għajnuna kbira li qed isibu mill‑Ewropa, però wrew xewqa waħda, dik li jerġgħu lura lejn djarhom u pajjiżhom. Ta’ ħafna qsim il‑qalb kienet il‑karba kontinwa tat‑tfal refuġjati Ukreni: “Mamà meta ġej magħna l‑papà!?” Tajjeb ngħidu li l‑Knisja Kattolika Pollakka kienet minn tal‑bidu li fetħet il‑bibien tagħha biex tgħin lill‑eluf ta’ refuġjati Ukreni li daħlu jfittxu kenn fil‑Polonja. Huwa stmat li fil‑preżent madwar elf kunvent Pollakk qed jospita bosta familji refuġjati Ukreni. Jingħad ukoll li madwar 924 soru

Pollakka fil‑Polonja kif ukoll 98 soru Pollakka fl‑Ukrajna qed joffru għajnuna spiritwali, psikoloġika u medika lil ħafna refuġjati Ukreni. Involuti f’dan l‑operat karitattiv hemm madwar 150 kongregazzjoni reliġjuża jew istitut reliġjuż li wħud minnhom diġà assistew madwar 18,000 refuġjat Ukren. Huwa maħsub li s’issa madwar 3,060 tifel u tifla, 2,420 familja u 2,950 adult fost ir‑refuġjati Ukreni, qed isibu kenn fil‑kunventi u l‑istituzzjonijiet reliġjużi Pollakki. Bosta reliġjużi Pollakki qed joffru ta’ kuljum għajnuna f’ikel, faċilitajiet sanitarji, bżonnijiet materjali kif ukoll servizzi oħra lil dawn ir‑refuġjati. Qed jgħinu wkoll lil bosta tfal sabiex jattendu l‑iskola mat‑tfal Pollakki biex ikomplu bl‑edukazzjoni tagħhom ta’ kuljum. Ta min jgħid li l‑Knisja Pollakka qed toffri għajnuna mhux biss materjali, iżda wkoll finanzjarja lil bosta refuġjati kif ukoll lil bosta familji Ukreni li baqgħu f’pajjiżhom. Nitolbu bl‑interċessjoni tal‑Madanna s‑Sewda ta’ Częstochowa, sabiex il‑Knisja Kattolika Pollakka tibqa’ tkun sinjal ta’ tama u ferħ għal dawk kollha li tassew jixtiequ jiskopru t‑Triq, il‑Verità u l‑Ħajja.

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
€ 39 Librerija fi skola primarja € 96 Sostenn għal 15‑il armla fl‑ifqar partijiet tad‑dinja

€ 200 Xirja qamħ biex jinħema l‑ħobż għal tfal orfni fil‑Pakistan € 318 Faxex u medikazzjoni għal 6 persuni bil‑lebbra għal sena sħiħa € 500 Bini ta’ serra għall‑agrikoltura
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!
Me. You. Us. Together. CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB

Modi kif tista’ tgħin
Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.
Bank Transfer
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.
Account holder name: Missio Malta Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 41474120039 IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT Account No: 50011468005 IBAN: MT31VALL22013000000050011468005 Swift Code: VALLMTMT

Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 • 51802064 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) www.missio.org.mt Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations. Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.
Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962
Jien. Int. Aħna.Jien. Int. Aħna.Jien. Int. Aħna. Flimkien.Flimkien.Flimkien.
VO/1178 VO/1178
Qawl Antik.
Fir‑raba’ Tnejn ta’ Settembru, fl‑Istati Uniti, jiġi ċċelebrat il‑Jum Nazzjonali tal‑Familja li jħeġġeġ lil kulħadd biex jinġabar madwar il‑mejda u jgawdi ikla flimkien. Kont taf li dan jista’ jnaqqas ir‑riskju tal‑vizzju? Skont iċ‑Ċentru Nazzjonali dwar id‑Dipendenza, familji li jieklu tliet ikliet jew aktar fil‑ġimgħa flimkien inaqqsu r‑riskju ta’ żagħżugħ li juża t‑tabakk, l‑alkoħol, u drogi oħra. L‑għaqda tal‑familja hija biss bonus. Madankollu, hemm aktar benefiċċji, pereżempju, il‑familji li jieklu flimkien jitgħallmu wkoll drawwiet ta’ ikliet tajbin għas‑saħħa, jieklu porzjonijiet iżgħar u huma inqas probabbli li jenfasizzaw dwar l‑ikel. Meta l‑ġenituri jimpenjaw irwieħhom mat‑tfal waqt ikla, ir‑relazzjonijiet tagħhom ikunu aħjar. Huma jitgħallmu r‑responsabbiltà, filwaqt li jgħinu biex jippreparaw l‑ikla u t‑tindif, u jħossu li huma parti minn unità. Il‑ġenituri jsiru u jibqgħu n‑nies li jduru lejhom meta jinqalgħu xi problemi.

Żewġ tfajliet minn kamp tar‑refuġjati jaqsmu l‑ħawħa waqt li qegħdin bilqiegħda fuq fdalijiet ta’ bini mkisser bil‑gwerra.
