
3 minute read
Editorjal
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm
Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg
Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa:
2 Editorjal 4 Messaġġ Mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Esperjenzi Reali 12 Soru Li Kienet Tħobb Titlob Għall‑Missjoni 16 Missjoni Edukattiva 22 Il‑Qaddis Tax‑Xahar 24 Reċensjoni Ta’ Ktieb 26 90 Sena Ta’ Storja 32 Dehriet Tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni U Ċajt 39 Nitolbu Għall‑Mejtin Tagħna
Ritratt tal‑faċċata: Tifla Peruvjana fil‑klassi ta’ skola primarja f’Lima.
“Tkunu Xhieda
Tiegħi” (Atti 1:8)
It‑tlugħ ta’ Kristu fis‑Sema, Pietro Perugino.
Dawn il‑kelmiet insibuhom fl‑aħħar laqgħa ta’ Ġesù rxoxt mad‑dixxipli tiegħu, qabel ma tela’ s‑sema, kif insibuha fl‑Atti tal‑Appostli: “Meta jiġi fuqkom l‑Ispirtu s‑Santu, intom tirċievu l‑qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil‑Lhudija kollha u s‑Samarija u sa truf l‑art” (1:8). U dan huwa wkoll is‑suġġett tal‑Ġurnata Missjunarja 2022, li bħal dejjem jgħinna ngħixu l‑fatt li l‑Knisja, min‑natura tagħha, hija waħda missjunarja. Din is‑sena, din il‑ġurnata qed tagħtina l‑opportunità li nfakkru xi rikorrenzi importanti għall‑ħajja u l‑missjoni tal‑Knisja:
• 400 sena ilu ‑ it‑twaqqif tal‑Kongregazzjoni de Propaganda Fide, illum magħrufa l‑Evanġelizzazzjoni tal‑Popli,
• 200 sena ilu ‑ it‑twaqqif tal‑Opra tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi,
• 100 sena ilu ‑ ġew rikonoxxuti bħala
‘Pontifiċji’ l‑Opra tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi, l‑Opra tas‑Santa Infanzja u l‑Opra ta’ San Pietru
Appostlu.
Ejja nieqfu fuq dawn it‑tliet espressjonijiet importanti li fihom jiġbru t‑tliet pedamenti tal‑ħajja u tal‑missjoni tad‑dixxipli: “Tkunu xhieda tiegħi”, “sa truf l‑art” u “jiġi fuqkom l‑Ispirtu s‑Santu”.
• “Tkunu xhieda tiegħi” hija s‑sejħa ta’ kull Nisrani li jkun xhud ta’ Kristu.
• “Sa truf l‑art” hija l‑attwalità dejjiema ta’ missjoni ta’ evanġelizzazzjoni universali.
• “Jiġi fuqkom l‑Ispirtu s‑Santu”, dejjem għandna nħallu lill‑Ispirtu jqawwina u jmexxina.
Għeżież ħuti, nibqa’ noħlom bi Knisja kollha missjunarja u staġun ġdid ta’ ħidma missjunarja fil‑komunitajiet Insara. U ntenni l‑awgurju ta’ Mosè lill‑poplu t’Alla waqt li kien miexi: “Jalla l‑poplu tal‑Mulej ikun kollu profeti!” (Num 11:29). Iva, aħna wkoll fil‑Knisja għandna bżonn inkunu dak li diġà għamlet minna l‑magħmudija: profeti, xhieda u missjunarji tal‑Mulej! Bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu u sa truf l‑art. Marija, Reġina tal‑Missjoni, itlob għalina!
Silta meħuda mill‑Messaġġ Tal‑Qdusija Tiegħu Papa Franġisku Għall‑Ġurnata Missjunarja 2022.

Ta’ kull sena x‑xahar ta’ Ottubru jkun kollu kemm hu ddedikat għall‑missjoni. F’dan ix‑xahar nistgħu ngħinu wkoll b’ħafna modi lill‑Knisja Missjunarja. Tkun ħaġa sabiħa li ngħinu lis‑saċerdoti Maltin fil‑missjoni bid‑donazzjonijiet tagħna u anke billi nagħmlu ġest sabiħ issa li jkun qed joqrob ix‑xahar tal‑erwieħ,
Settembru 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja u noffru intenzjonijiet ta’ quddies għall‑għeżież tagħna sabiex jiġu ċċelebrati mill‑missjunarji fl‑artijiet tal‑missjoni. L‑elemożina tal‑quddiesa sservi l‑ewwel nett ta’ suffraġju għall‑mejtin tagħna u fuq kollox bħala għajxien għall‑missjunarju. Fil‑Ġurnata Missjunarja nitolbu b’mod speċjali għall‑Knisja batuta fil‑missjoni u għall‑missjunarji kollha. Din il‑ġurnata tiġi dejjem iċċelebrata fit‑tielet Ħadd ta’ Ottubru; din is‑sena nhar it‑23 t’Otttubru, u ġiet imwaqqfa minn Papa Piju XI fl‑1926, bħala jum ta’ talb għall‑missjoni. Il‑kura tal‑Papa għall‑knejjes kollha hija espressa permezz tat‑talb u tas‑solidarjetà inkoraġġuti minn Missio. Permezz tal‑Kattoliċi Maltin u Għawdxin, Missio jippermetti li knejjes f’djoċesijiet missjunarji jilħqu l‑komunitajiet tagħhom bl‑imħabba u l‑kompassjoni ta’ Ġesù Kristu. Ejjew ilkoll ningħaqdu flimkien biex nuru solidarjetà ma’ dawn ħutna anqas ixxurtjati minna li jgħixu f’pajjiżi tat‑Tielet Dinja. Kull talba u kull donazzjoni huma apprezzati, żgħar kemm huma żgħar. Għal aktar tagħrif żur il‑websajt www.missio.org.mt jew ċempel 2123 6962.