
2 minute read
Il‑Qaddis Tax‑Xahar
Settembru 2022
IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI
San Papa Ġwanni Pawlu I
Il‑Papa tat‑Tbissima
Albino Luciani twieled fis‑17 t’Ottubru 1912, f’Forno Di Canale fil‑Provinċja ta’ Belluno. Missieru kien għamel ħafna żmien jaħdem bħala emigrant fl‑Iżvizzera. F’ittra li bagħat lil ibnu qabel daħal is‑seminarju qallu hekk: “Nispera li meta tilħaq qassis tkun dejjem man‑naħa tal‑fqir, għax Kristu kien dejjem man‑naħa tagħhom.” Kliem li Luciani għex fil‑prattika tul ħajtu kollha. Albino sar qassis fl‑1935 u fl‑1958 kien appuntat isqof ta’ Vittorio Veneto minn Papa Ġwanni XXIII. Kellu karattru ferrieħi għalkemm kien jaf x’jiġifieri faqar. Luciani kien ukoll ħa sehem fil‑Konċilju Vatikan II u applika d‑direttivi tiegħu b’entużjażmu kbir. Iktar ’il quddiem, f’Marzu tal‑1973, Papa Pawlu VI appuntah kardinal. Luciani għażel il‑kelma ‘humilitas’, li tfisser umiltà, għall‑istemma episkopali. Huwa għex dejjem qrib il‑fqar u l‑ħaddiema, u baqa’ sod fejn jidħol l‑użu ħażin tal‑flus detriment għan‑nies. Insista wkoll fuq it‑tema tal‑ħniena. Wara l‑mewt ta’ Papa Pawlu VI, fis‑26 t’Awwissu 1978, inħatar Papa.
Papa Ġwanni Pawlu I miet għal għarrieda fil‑lejl tat‑28 ta’ Settembru, 1978. Instab

mejjet f’kamartu. Il‑Papat tiegħu dam biss 34 ġurnata, wieħed mill‑iqsar fl‑istorja tal‑Knisja, imma l‑umiltà tiegħu, il‑kliem li jiddefendi l‑fqir u t‑tbissima tiegħu baqgħu ttimbrati fil‑qalb ta’ kulħadd. Papa Franġisku awtorizza d‑digriet biex jirrikonoxxi miraklu attribwit mill‑interċessjoni ta’ dan il‑Papa hekk twajjeb. Dan il‑miraklu huwa dwar fejqan ta’ tfajla ta’ ħdax‑il sena minn Buenos Aires, fl‑2011, li kienet tbati minn marda serja u rari ħafna, li kienet tinvolvi ħafna aċċessjonijiet u brokopnewmonja. Fl‑aħħar ta’ ħajjitha, il‑kappillan tal‑isptar ħa l‑inizjattiva u ħeġġeġ lil ommha u lill‑infermiera biex jitolbu l‑interċessjoni ta’ dan il‑Papa, tant li wara ftit jiem fieqet. Dan il‑miraklu ġie approvat fl‑2019. Il‑Papa ser jibbeatifika lil dan il‑Papa qaddis fl‑4 ta’ Settembru 2022. Kemm Papa Ġwanni Pawlu II u Papa Benedittu kienu jirreferu għalih bħala l‑Papa li jitbissem.

“Mhux ħażin li trid tgħix aħjar. Dak li hu ħażin huwa stil ta’ ħajja li huwa preżunt li jkun aħjar meta jkun immirat lejn ‘li jkollok’ aktar milli ‘li tkun’ aktar, biex tqatta’ l‑ħajja fit‑tgawdija fik innifsek.” San Papa Ġwanni Pawlu I
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal: Tel: Kodiċi Postali: