5 minute read

Insellmu L‑Memorja ta’ Mons. Philip Calleja

Monsinjur Philip Calleja

1921‑2022

Ftit tal‑ġimgħat ilu għadda għall‑ħajja ta’ dejjem Monsinjur Philip Calleja. Tajjeb għalhekk li nibqgħu nżommu t‑tifkira tiegħu ħajja. Huwa twieled fit‑8 ta’ Diċembru 1921 fil‑Belt Valletta minn Karmena mwielda Grech u Ġużeppi. Missieru kien jaqla’ l‑għajxien ta’ kuljum bħala pjazzista; jixtri u jbigħ oġġetti fi Triq il‑Merkanti l‑Belt. Skont kif jingħad minn Monsinjur Calleja, ommu kienet intelliġenti ħafna u huwa wiret ħafna mill‑kwalitajiet tagħhom it‑tnejn. Meta żżewġu, nhar il‑Festa ta’ San Mikiel Arkanġlu, fid‑29 ta’ Settembru 1923, fil‑knisja ta’ San Pawl Nawfragu l‑Belt, ommu kellha 21 sena u missieru 30 sena. Iċ‑ċelebrant kien Dun Emanuel Micallef. Huma kellhom sitt itfal; Anġolina, li mietet ta’ sitt snin, Philip, Marija, Pawlinu, li sar Patri Karmelitan bl‑isem ta’ Ġiljan, Ġużeppi u Karmenu. Meta kienu żgħar, il‑familja bidlet mir‑residenza ta’ Triq San Pawl għal Triq San Ġwann. Ommu u nanntu kollha kien jisimhom ‘Karmena’, għax fil‑familja kien hemm devozzjoni kbira lejn il‑Madonna tal‑Karmnu. Din l‑għożża wasslet lil ommu biex tippreżenta lit‑tfal lill‑Madonna tal‑Karmnu. Kienu jmorru m’ommhom jitolbu kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Sibt fil‑knisja tal‑Karmnu. Pawlinu kien jivvinta l‑praspar u darba meta kellu tliet snin waqa’ għoli ta’ erba’ sulari u ma’ ġralu xejn. Din il‑ġrajja ġibdet ir‑rabta tal‑familja mal‑Madonna tal‑Karmnu. Kien hemm raġel li kien qiegħed iqerr għand Dun Alfred Gatt fil‑knisja tal‑Erwieħ f’dak il‑waqt, Dun Alfred waqqfu u qallu: “Ieqaf; bħalissa l‑Madonna ħelset lil wieħed tifel milli jmut,” u infatti Pawlinu ma’ ġralu xejn.

Żmien it‑tfulija ta’ Philip kien ukoll żmien meta kienu jgħallmuhom fuq l‑Anġlu Kustodju. Monsinjur Philip Calleja jirrakkonta li kellu tfulija sempliċi u ħelwa. Radd is‑salib meta kellu biss tliet snin, mat‑twelid ta’ ħuh Ġużi. Kellu twemmin kbir fuq l‑Anġlu Kustodju li kien dejjem lest biex iħarsu u jipproteġih. Meta kien għadu żgħir, il‑Monsinjur kien iservi l‑quddiesa fil‑knisja Ta’ Ġieżu fejn jinsab il‑Kurċifiss Mirakoluż. Meta kellu biss sitt snin, huwa daħal l‑isptar biex iżur patri tal‑Komunità Franġiskana ma’ żewġ abbatini oħra. Wara, abbati li ta s‑servizz f’Ta’ Ġieżu, kompla din

il‑ħidma fil‑knisja ta’ San Pawl Nawfragu. Dak iż‑żmien kien hemm id‑drawwa li joħorġu l‑Vjatku meta bniedem kien qed imut u Philip kien iħobb jakkumpanja lis‑Sagrament. Il‑Monsinjur kien jattendi l‑Iskola Primarja tal‑Baviera. Kull filgħaxija l‑familja tiegħu kienet tinġabar għall‑ikel u wara tgħid ir‑Rużarju flimkien. Qabel kien ilesti l‑‘homework’, u wara r‑Rużarju kienu jirrakkontaw xi stejjer u jitkellmu fuq dak kollu li għaddew minnu matul il‑jum sakemm jaqbadhom in‑ngħas. Dan kollu kien jitwettaq minn missieru li kien ukoll iħobb jurihom xi ritratti antiki li kienu miżmuma f’xi kexxun tal‑ gradenza. Kien iħobb jitkellem fuq in‑nanniet bil‑mustaċċi u dwar il‑bużnanniet li kienu jilbsu ilbies twil magħruf bħala barbazzar, u l‑istejjer li għandhom x’jaqsmu ma’ kull ritratt. Wieħed mir‑ritratti kien juri ż‑żjara ta’ missieru f’Tuneż mal‑Kumpanija Ċittadini, li kellha x‑xogħol li tferraħ lill‑emigranti Maltin b’wirjiet teatrali. L‑akbar numru t’emigranti kien ta’ 15,000 Kattoliku Malti.

Mons. Philip kellu ħafna għal qalbu l‑għaqda

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.

• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:

€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha)

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB

Mons. Philip Calleja jiġi ippreżentat il‑Premju Dun Mikiel Azzopardi 2018 mill‑Isqof Mons. Joe Galea Curmi.

fil‑familja u l‑emigrant għax ħadem b’ruħu u b’ġismu għalihom. Kien saċerdot ħabib kbir tat‑tfal u dejjem għamlilhom ġid kbir. Ta sehmu qatigħ biex jiġi ċċelebrat Jum l‑Emigrant u ħadem biex titwaqqaf l‑Assoċjazzjoni Familja Emigranti. Huwa kien studja fis‑seminarju u fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fis‑sena 1953. Kien maħtur Kap tal‑Uffiċċju taż‑Żwiġijiet fil‑Knisja fis‑sena 1956. Inħatar ukoll Segretarju Amministrattiv fis‑sena 1979 u serva bħala Kanċillier bejn is‑sena 1986 u s‑sena 1994. Stinka bosta biex titħallas somma bħala remunerazzjoni lis‑saċerdoti djoċesani. Ħadem ukoll biex tinkiseb biċċa art ħalli tinbena d‑Dar tal‑Providenza u ta sehmu biex id‑Dar tal‑Kleru issir fi Fleur‑de‑lys, titwaqqaf Dar Sawra fir‑Rabat u d‑Dar ta’ San Ġużepp f’Ħaż‑Żebbuġ, u għen biex tinfetaħ Casa Leone f’San Ġiljan. Kien ukoll membru attiv f’kumitati straordinarji għar‑riformi amministrattivi, minbarra xogħol siewi ieħor li wettaq fuq bordijiet tal‑Gvern u tal‑Knisja. Wera interess kbir fid‑destin tal‑emigranti Maltin u ngħaqad mal‑Kummisjoni Emigranti tal‑Azzjoni Kattolika, u laħaq l‑Ewwel Direttur Nazzjonali tal‑Attivitajiet Kattoliċi tal‑Emigranti fis‑sena 1958. Fis‑sena 1969 waqqaf Dar l‑Emigrant u fis‑sena 1980 l‑Arċisqof Mons. Ġużeppi Mercieca għamlu delegat tiegħu għall‑immigranti u għat‑turisti. Kien ukoll teżorier u membru tal‑gvern fl‑International Catholic Migration Commission (ICMC) f’Ġiniva. Il‑Monsinjur mar bosta kungressi internazzjonali u żar uffiċjalment l‑Awstralja, il‑Lvant Imbiegħed, l‑Amerika ta’ Fuq u pajjiżi oħra fl‑Ewropa. Fis‑sena 1969 mexxa l‑Kumitat Organizzattiv tal‑Konvenzjoni tal‑Immigranti Maltin u kien segretarju ma’ ħaddieħor fil‑Kungress Internazzjonali. Fetaħ bosta djar biex jagħti kenn lir‑refuġjati. Fis‑sena 1971 sar il‑kappillan tal‑Kamra tad‑Deputati. Kien Viċi Postulatur tal‑kawża tal‑Kanonizzazzjoni ta’ Nazju Falzon u kien l‑assistent ekkleżjastiku tal‑Azzjoni Kattolika għaż‑żgħażagħ.

Monsinju Philip Calleja għadda l‑aħħar żmien ta’ ħajtu fid‑Dar tal‑Kleru fejn mar jistrieħ fil‑Mulej fis‑16 t’Awwissu 2022. Il‑funeral tiegħu sar ftit jiem wara fil‑Knisja tal‑Ġiżwiti fil‑Belt Valletta u tmexxa minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑Isqof Mons. Joe Galea Curmi, flimkien ma’ xi ħamsin saċerdot ieħor. Huwa ndifen fil‑qabar tal‑familja fiċ‑ċimiterju ta’ Ħaż‑Żebbuġ. Wara t‑tislima aħħarija nqrat poeżija mis‑Sinjorina Vinċenza Bernarda Zammit li tgħid hekk:

Lil wisq maħbub u għażiż Monsinjur Philip Calleja f’jum il‑funeral tiegħu: Għażiż Monsinjur Philip It‑Tlieta int ħallejtna F’sigħat bikrin filgħodu.

Tlieta u Disgħin sena Dejjem fil‑għalqa tal‑Mulej Ġesù lilek mar bena Tiegħu sur, għażlek b’mexxej.

Ta’ dawk li Hu mar fdalek Sabiex tmexxi ’l quddiem Migranti u refuġjati Minn kull art u kull ilsien.

Għalihom ġrejt mad‑dinja Biex jiksbu tagħhom l‑għajxien B’kull mod u kull manjiera, Ta’ kull razza u twemmin.

Kont int illi ħabbejthom Dawn kienu ħafna nies fqar Għal għandek kienu jiġu Ħafna anqas kellhom dar.

B’fiduċja fil‑Madonna Kont dejjem iddur lejha Lilek u lil dawn ħutna Lil kulħadd kont tafdalha.

Id‑data tnejn t’Awwissu, Festa tal‑Porzjunkola Kienet l‑aħħar ġurnata Illi ċċelebrajt magħna.

F’jum il‑Konsagrazzjoni L‑aħħar darba kellimtek Qabel ħallejt id‑dinja F’dan l‑ isbaħ jum ta’ ħajtek.

Issa qiegħed fil‑Glorja Titlob għalina lkoll Ħutek qraba u ħbiebek Mill‑irbit tal‑ħażen ħoll. 

This article is from: