3 minute read

Editorjal

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg

Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)

Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00 2 Editorjal 4 Messaġġ Mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Katekeżi 12 Insellmu L‑Memorja ta’ Mons. Philip Calleja 16 It‑Tfal Ukreni Dejjem F’Qalbna 22 Il‑Qaddisa Tax‑Xahar 24 90 Sena Ta’ Storja 28 Nifirħu Ma’ Wieħed Mill‑Kollegi Ta’ Missio 29 Poeżija 32 Dehriet Tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni U Ċajt 39 Nitolbu Għall‑Mejtin Tagħna

Ritratt tal‑faċċata: Gwerra fl‑Ukrajna. Eluf ta’ residenti ta’ Irpin jabbandunaw djarhom u jevakwaw hekk kif truppi Russi qed jibbumbardjaw belt paċifika.

IL‑HALLOWEEN

FESTA ANTI‑KRISTJANA

Fil‑gazzetta ‘OSSERVATORE ROMANO’, li hija l‑gazzetta uffiċjali tas‑Santa Sede, deher artiklu bl‑isem ta’ ‘Il‑messaġġi perikolużi ta’ Halloween’. Min kiteb l‑artiklu kkwota lill‑espert tal‑Liturġija Dun Juan Maria Canals li qal: “Il‑festa tal‑Halloween għandha kurrenti ta’ okkultiżmu u hija assolutament anti‑Kristjana.” Dun Canals, li huwa membru fil‑kummissjoni tal‑Liturġija Spanjola, ħeġġeġ lill‑ġenituri biex: “Ikunu konxji minn dan il‑fatt u biex jagħmlu ħilithom kollha biex jindirizzaw din il‑festa mhux lejn il‑biża’ u l‑mewt, imma lejn is‑sbuħija.” Il‑gazzetta faħħret id‑deċiżjoni li ħadet waħda mill‑komuni Spanjoli li fil‑lejl ta’ bejn l‑aħħar t’Ottubru u l‑ewwel ta’ Novembru, għamlet velja ta’ talb u organizzat logħob għat‑tfal li fihom setgħu jirbħu diversi oġġetti reliġjużi u edukattivi. B’hekk din il‑lejla, minflok semmewha ‘Halloween’, tawha l‑isem ta’ ‘Holy Wins’.

F’Mejju tas‑sena 610 W.K., l‑imperatur Phocas ta l‑bini tal‑Panteon lill‑Papa Bonifaċju IV biex jintuża bħala knisja. Peress li l‑Panteon kien tempju ddedikat lill‑allat kollha Rumani, il‑Papa ddedikah lill‑Madonna u lill‑qaddisin kollha Kristjani. Din il‑festa ġiet iċċelebrata l‑ewwel darba fit‑13 ta’ Mejju tas‑sena 610 W.K. Fis‑sena 834 W.K., Papa Gregorju IV mexxa l‑festa tal‑qaddisin kollha għall‑1 ta’ Novembru. Din il‑ġurnata ġdida ssejħet ‘All Hallows Day’, u b’hekk din il‑festa ma damitx ma bdiet tissejjaħ mill‑anti‑Kristjani ‘Halloween’.

Għaliex aħna bħala Nsara m’għandniex niċċelebraw il‑Halloween? 1. Il‑Halloween hija festa pagana ċċentrata fuq ir‑rebħa tal‑mewt fuq il‑ħajja, dlam fuq id‑dawl.

Dan huwa kontra l‑prinċipju Nisrani li Kristu rebaħ fuq il‑mewt meta qam minn bejn l‑imwiet.

2. Din il‑festa hija okkażjoni għal dawk li jippritkaw l‑okkult, il‑maġija s‑sewda, l‑ispiritiżmu jew is‑sataniżmu, biex jagħmlu r‑riti tagħhom fiha, tant li din il‑festa ntgħażlet bħala l‑ewwel festa fis‑sena tal‑maġija s‑sewda. 3. Il‑Kristjani ma jistgħux jissieħbu f’attivitajiet t’okkult u riti sataniċi oħra. Ara Ktieb tad‑Dewteronomju

Kapitlu 18.

4. Dawk li jipprattikaw l‑okkult jgħallmu li f’dak il‑lejl, spirti u iħirsa, joħorġu mill‑oqbra u jmorru fid‑djar ta’ nieshom. In‑nies, għaliex jibżgħu li jidhrulhom xi erwieħ, jilbsu ta’ skeletri, sħaħar u erwieħ biex ibeżżgħuhom ħalli ma jiġux iżuruhom aktar.

Iħallu wkoll xi ikel fuq l‑għatba tal‑bibien tagħhom biex l‑erwieħ ma jisħtuhomx. Din hija r‑raġuni vera għaliex it‑tfal jitlibbsu l‑kostumi koroh.

5. Id‑drawwa li jonqxu wiċċ fil‑qargħa ħamra hija wkoll mod kif ‘igerrxu’ l‑erwieħ li jkunu se jżuruhom.

6. Mhix ħaġa stramba li, filwaqt li l‑Ewropa qed tipprova tneħħi kull tifsira reliġjuża mill‑Milied u mill‑Għid, u tagħtihom isem ieħor, fl‑istess ħin qed tippromwovi ċ‑ċelebrazzjoni tal‑Halloween meta din għandha għeruq okkulti u pagani? 7. Onesimu Herrera Flores jgħid li: “Min jiċċelebra l‑Halloween ikun qisu qed jistieden lix‑xitan fid‑dar u fil‑ħajja tiegħu.” Anton

Szander La Vey, fil‑bibbja satanika paġna 96 jgħid li: “Flimkien mal‑għeluq is‑snin għandu jiġi ċċelebrat il‑Halloween.”

Ejjew aħna bħala Nsara ma nħallux min jisirqilna l‑ferħ li l‑Mulej ipoġġi f’qalbna meta niftakru f’dawk li tqabdu t‑taqbida t‑tajba, temmew il‑ġirja u ħarsu l‑fidi, u issa kisbu l‑kuruna li l‑Mulej ħejja għalihom. Nilqgħu l‑istedina li jagħmlilna San Ġakbu fl‑ittra tiegħu (4:7‑8): “Mela oqogħdu għar‑rieda t’Alla. Ieqfu lix‑xitan u hu jaħrab minnkom. Ersqu lejn il‑Mulej u hu jersaq lejkom. Midinbin naddfu jdejkom; nies ta’ moħħ imħawwad, saffu qlubkom.”

This article is from: