5 minute read

Dehriet Tal‑Madonna

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja

It‑Tmintax‑il Parti

Id‑Dehra tal‑Madonna tal‑Karmnu, f’Aylesford, l‑Ingilterra

Fis‑16 ta’ Mejju, il‑Knisja Kattolika tfakkar lil San Xmun Stock, patri Karmelitan tas‑Sekli 12 u 13 li d‑dehra li kellu tal‑Verġni Marija hija s‑sors tad‑devozzjoni tal‑Iskapular Kannella. San Xmun Stock twieled fil‑Kontea Ingliża ta’ Kent minn waħda mill‑aktar familji Nsara magħrufa fl‑Ingilterra, fil‑Kastell ta’ Harford fl‑1165. Jingħad li minn żgħożitu kellu qima u mħabba kbira lejn Alla, sal‑punt li telaq mid‑dar ta’ 12‑il sena biex jgħix f’foresta bħala eremita. Għalkemm ftit huwa magħruf dwar il‑ħajja bikrija tiegħu, skont it‑tradizzjoni, l‑isem Stock, li jfisser ‘zokk ta’ siġra’, ġej mill‑fatt li kien jgħix f’zokk ta’ siġra kbira tal‑ballut imħaffra. Fuq l‑eżempji tal‑ewwel eremiti, huwa kien jgħix fuq ħxejjex aromatiċi, għeruq tal‑pjanti u siġar, tuffieħ selvaġġ u ilma, u kien iqatta’ l‑ħin fit‑talb u l‑meditazzjoni. Sa minn tfulitu kellu devozzjoni kbira lejn il‑Verġni Marija, kien iħobb jikteb ħafna poeżiji fuq il‑Madonna, inaqqax isimha fuq is‑siġar u kien jirreċita kuljum l‑uffiċċju ċkejken tal‑Verġni Mbierka.

Wara għoxrin sena ta’ ħajja solitarja ta’ eremitaġġ fil‑foresta, reġa’ lura fil‑familja tiegħu u kompla bl‑istudji tiegħu, b’mod partikolari t‑teoloġija. Wara reġa’ lura fl‑eremitaġġ, li mbagħad kien ħallieh definittivament fl‑1212. Ir‑raġuni kienet ir‑rivelazzjoni li l‑Verġni Marija għamlitlu dwar li kien se jiġi Ordni fiż‑żona tiegħu li kien ddedikat ħafna għad‑devozzjoni tagħha u xtaqitu jingħaqad miegħu. Ftit snin wara, żewġ patrijiet Karmelitani waslu l‑Ingilterra mill‑Palestina biex iwaqqfu monasteru hemmhekk. Xmun ingħaqad mal‑Ordni tagħhom għal ftit snin. Sar saċerdot fl‑età ta’ 40 sena u ftit wara mar pellegrinaġġ lejn l‑Art Imqaddsa, imma reġa’ lura l‑Ingilterra meta l‑Musulmani invadew l‑Art Imqaddsa. Mal‑wasla tiegħu lura, ingħaqad mal‑Ordni

San Ġwann tas‑Salib, San Peter Tumas u San Simon Stock. Pittura li tinsab fil‑Knisja ta’ Stella Maris ġewwa Haifa l‑Iżrael.

Karmelitan u eventwalment wara xi snin sar il‑Prijur Ġenerali tal‑Ordni.

L‑Oriġni tal‑Ordni Karmelitan

Dan l‑Ordni għandu l‑oriġini tiegħu fuq il‑Muntanja tal‑Karmelu, medda twila muntanjuża f’Iżrael/Palestina, fejn, kif naqraw fl‑Ewwel Ktieb tas‑Slaten, il‑Profeta Elija, madwar is‑Seklu 8 Q.K. iddefenda l‑fidi vera f’Alla ta’ Iżrael meta rebaħ l‑isfida kontra s‑saċerdoti ta’ Bagħal. Kien ukoll fuq din il‑muntanja li l‑istess profeta, li beda tradizzjoni twila ta’ ħajja kontemplattiva u talb, ra s‑sħaba ċkejkna li ġabet ix‑xita li tat l‑ħajja wara nixfa twila. Minn żminijiet antiki din il‑muntanja kienet meqjusa bħall‑Ġnien tal‑Palestina, u simbolu tal‑fertilità u s‑sbuħija. Għax tabilħaqq ‘Karmelu’ tfisser ‘ġnien’. Madwar il‑bidu tas‑Seklu 13, (forsi wara t‑Tielet Kruċjata 1189‑1191), xi pellegrini Kristjani mill‑Ewropa, ingħaqdu flimkien f’komunità qrib ‘in‑nixxiegħa ta’ Elija’, f’wieħed mill‑widien dojoq tal‑muntanja tal‑Karmelu, biex jgħixu l‑Kristjaneżmu bħala eremiti fuq l‑eżempju tal‑Profeta Elija. Huma bnew kappella f’nofs l‑eremitaġġ u ddedikawha lil Marija Bambina. Saru magħrufa bħala l‑Fratelli tal‑Madonna tal‑Karmnu; aktar tard bħala Karmelitani. L‑istil ta’ ħajja axxetika u kontemplattiva tagħhom kienet magħquda mad‑devozzjoni lejn Marija Santissima.

Bejn l‑1206 u l‑1214, Albertu ta’ Avogardo, Patrijarka ta’ Ġerusalemm, fuq talba tagħhom stess, għaqqad dawn l‑eremiti flimkien fi grupp wieħed u tahom formula ta’ għajxien li esprimew l‑ideali eremetiċi stess (propositum) li jirriflettu l‑ispirtu tal‑pellegrinaġġ lejn l‑Art Imqaddsa u tal‑komunità bikrija ta’ Ġerusalemm. Approvazzjonijiet suċċessivi ta’ din il‑formula tal‑ħajja minn diversi Papiet għenu fil‑proċess tat‑trasformazzjoni tal‑grupp f’Ordni reliġjuż; fatt li seħħ fiż‑żmien tal‑approvazzjoni definittiva tat‑test bħala regola minn Papa Innoċenzu IV, fl‑1247. Għalhekk, l‑Ordni Karmelitan ħa postu flimkien mal‑Ordnijiet Mendikanti. Madanakollu, madwar is‑Sena 1225, il‑Karmelitani, li kienu mġiegħla jabbandunaw il‑post tal‑oriġini tagħhom minħabba l‑inkursjonijiet u l‑persekuzzjonijiet tas‑Saraċini li kienu qed jerġgħu jiksbu l‑Art Imqaddsa mingħand il‑Kruċjati, kellhom imorru lura lejn pajjiżhom.

Il‑Madonna tal‑Karmnu u l‑Qaddisin tal‑Karmelu. Simon Stock jinsab fuq il‑lemin. Pittura ta' Pietro Novelli. 1251, għamel talba sabiħa lil Marija Santissima li għadha tingħad mill‑Ordni sal‑ġurnata tal‑lum. Imbagħad, il‑Madonna dehret lil Xmun u tagħtu l‑iskapular kannella (parti mil‑libsa tal‑patrijiet Karmelitani) u qaltlu: “Irċievi, ibni l‑maħbub, dan l‑iskapular tal‑Ordni tiegħek. Dan ikun privileġġ għalik u għall‑Karmelitani kollha. Kull min imut liebes b’devozzjoni dan l‑iskapular ma jbatix fil‑fjammi ta’ dejjem.” Xmun imtela’ bil‑ferħ għall‑għotja ta’ dan l‑iskapular mingħand il‑Madonna u ġera jgħid lil ħutu l‑patrijiet Karmelitani kollha. Huwa rringrazzja lil Marija Santissima għal dan u għall‑grazzji li jagħti lil kull min jilbsu. Ftit wara, id‑diffikultajiet kollha li kien iltaqa’ magħhom fl‑Ordni ġew solvuti.

Id‑Dehra tal‑Madonna lil Xmun Stock

F’dan l‑isfond storiku, fl‑1241, il‑Baruni ta’ Gray tal‑Ingilterra kien sejjer lura f’pajjiżu mill‑Kruċjati fil‑Palestina u ġab lura miegħu grupp ta’ reliġjużi Karmelitani mill‑muntanja qaddisa tal‑Karmelu. Mal‑wasla tiegħu, il‑Baruni ppreżentalhom dar żgħira fil‑belt ta’ Aylesford, bil‑ħsieb li sservi għalihom bħala monasteru. Kien proprju f’dak iż‑żmien li Xmun ingħaqad magħhom fejn ftit wara sar Prijur Ġenerali. Iżda, kien hemm ħafna problemi li nqalgħu li Xmun ħasshom impossibbli li jsib tarfhom waħdu. Fost dawn kien hemm il‑kunflitt tar‑Re Brittaniku mal‑Papa. San Xmun ikkompona l‑innu magħruf ‘Alma Redemptoris Mater’ f’ġieh l‑Omm Marija biex jitlob għat‑tmiem ta’ dak il‑kunflitt. It‑talb tiegħu instema’. Fis‑16 ta’ Lulju

L‑Approvazzjoni tal‑Vatikan

Papa Piju XII spiss tkellem dwar l‑Iskapular Kannella. Fis‑sena 1951, f’għeluq is‑700 sena mid‑dehra tal‑Madonna lil San Xmun Stock, il‑Papa, fid‑diskors tiegħu lill‑udjenza kbira miġbura f’Ruma għal din l‑okkażjoni, irrefera għall‑iskapular bħala: “Is‑Sinjal tal‑Konsagrazzjoni lill‑Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija. L‑iskapular

jirrappreżenta wkoll il‑madmad ħelu ta’ Ġesù Kristu li Marija tgħinna nġorru.” Fl‑aħħar nett, il‑Papa kompla jgħid li: “L‑iskapular jimmarkana bħala wlied magħżula ta’ Marija, u jsir għalina ‘ilbies tal‑Grazzja.” F’din l‑istess okkażjoni, il‑Papa ħeġġeġ ħafna lin‑nies biex jilbsu l‑Iskapular Kannella. Il‑Madonna talbet din il‑konsagrazzjoni fl‑aħħar dehra tagħha f’Fatima, bħala l‑Madonna tal‑Karmnu, u tat l‑Iskapular Kannella lid‑dinja kollha. Kien l‑aħħar appell kommoventi tagħha lill‑erwieħ biex jilbsu l‑iskapular tagħha bħala sinjal tal‑konsagrazzjoni tagħhom lill‑Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija. Stqarrija dottrinali tad‑29 ta’ Novembru 1996, approvata mill‑Kongregazzjoni għall‑Qima Divina u d‑Dixxiplina tas‑Sagrament tgħid: “Id‑devozzjoni lejn il‑Madonna tal‑Karmnu hija marbuta mal‑istorja u l‑valuri spiritwali tal‑Ordni tal‑Fratelli ta’ Marija Bambina tal‑Karmnu u hija espressa permezz tal‑iskapular. Għalhekk, min jirċievi l‑iskapular isir membru tal‑Ordni u jwiegħed lilu nnifsu li jgħix skont l‑Ispiritwalità tagħha u skont il‑karatteristiċi tal‑istat tiegħu/tagħha fil‑ħajja.”

Id‑devozzjoni lejn l‑Iskapular Kannella tibqa’ mifruxa u rrakkomandata mill‑Knisja Kattolika. Il‑Karmelitani jkomplu jsibu tifsira fl‑istorja u l‑ikonografija tradizzjonali ta’ San Xmun Stock li rċieva l‑iskapular, partikolarment bħala riflessjoni filjali ma’ Marija. Meta Papa San Ġwanni Pawlu II indirizza lill‑familja Karmelitana, fil‑25 ta’ Marzu 2001, fl‑okkażjoni tas‑750 Anniversarju mill‑għoti tal‑Iskapular mill‑Madonna, qal: “Maż‑żmien dan il‑wirt Marjan tal‑Karmelu sar, permezz tat‑tixrid tad‑Devozzjoni tal‑Iskapular Mqaddes, teżor għall‑Knisja kollha. Bis‑sempliċità tiegħu, il‑valur antropoloġiku tiegħu u r‑relazzjoni tiegħu mal‑irwol ta’ Marija fir‑rigward tal‑Knisja u l‑umanità, din id‑devozzjoni kienet aċċettata b’mod tant profond u wiesa’ mill‑Poplu t’Alla, li ġiet espressa fit‑tifkira tas‑16 ta’ Lulju fuq il‑Kalendarju Liturġiku tal‑Knisja Universali: Il‑Festa tal‑Madonna tal‑Karmnu.”

San Xmun Stock miet f’Bordeaux, fi Franza, fl‑età ta’ 100 sena fis‑16 ta’ Mejju 1265, u ndifen fil‑Katidral ta’ Bordeaux. 

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena

Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib: Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet

Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.

This article is from: