
2 minute read
Messaġġ Mid‑Direttur
X’Ser Jiġri Wara l‑Mewt?
Meta kont tfal, il‑katekisti kienu jgħallmuna li min jaħseb fuq il‑mewt, il‑ġudizzju, l‑Infern u l‑Ġenna, ma jidneb qatt. Jekk hawn xi ħaġa ċerta mija fil‑mija, bla dubju ta’ xejn hija l‑mewt. Ix‑xjuħ tagħna kienu jgħidu li Alla kollox sew għamel, saħansitra l‑mewt, għaliex din ma tħares lejn wiċċ ħadd. Intix sinjur jew fqir, b’saħħtek jew marid, tifel jew anzjan, president jew tallab, meta l‑mewt tħabbat il‑bieb ta’ darek, trid jew ma tridx ikollok tiftħilha. Meta? Fejn? Xħin? Ħadd minna ma jaf meta ser jiġi wiċċ imb wiċċ mal‑mewt. Il‑Malti jgħid li mietu l‑ħrief qabel in‑nagħaġ u li l‑mewt mhix għal min hi maħsuba, imma għal min hi miktuba.
X’ser jiġri wara l‑mewt? Kulħadd irid jidher quddiem Alla biex jieħu dak li jkun jistħoqqlu għall‑ħajja li jkun għażel li jgħix. Alla ħalaqna lkoll liberi, għalhekk aħna lkoll responsabbli tal‑għażliet li nkunu għamilna fuq wiċċ din l‑art. Nista’ nagħżel li ngħix fl‑imħabba t’Alla u tal‑proxxmu u nista’ nagħżel li ngħix ’il bogħod minnhom. Il‑ġudizzju t’Alla mhux ser ikun wisq ikkumplikat. Il‑mistoqsija li rrid inwieġeb waħdi quddiem Alla, diġà nafuha lkoll. “Kemm ħabbejtni fil‑proxxmu?” (Mt. 25). Hekk li Ġesù jgħidilna: “Tassew ngħidilkom, kulma għamiltu ma’ wieħed mill‑iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi”

(Mt. 25:40). Il‑ġudizzju tagħna qiegħed isir issa. Quddiem Alla nikkonferma dak li aħna għexna għalih, tajjeb jew ħażin. Wara dan, hemm tistenna l‑ħajja ta’ dejjem jew id‑dannazzjoni ta’ dejjem. Illum diversi huma dawk li jgħidulek: “La Alla hu mħabba u ta’ tjieba bla tarf, żgur li mhux ser iħallina nbatu għal dejjem.” Alla ħalaqna lkoll, bla eċċezzjoni ta’ ħadd, biex ingawduh għal dejjem. Alla, li hu għani fil‑ħniena, jgħin lil kulħadd sal‑aħħar nifs biex nindmu minn dnubietna. Eżempju ta’ dan huwa wieħed mill‑ħallelin li kienu msallba ma’ Ġesù fuq l‑Għolja tal‑Kalvarju (Lq. 23:43), iżda jekk jiena nibqa’ nwebbes qalbi u nagħżel li mmut fi dnubieti, Alla jirrispetta d‑deċiżjoni li nkun għamilt. Alla, minkejja li jista’ kollox, ma jista’ qatt iġegħelna nagħżluh bilfors. Ġesù, fil‑parabbola tax‑xebbiet li ħamsa minnhom kienu għaqlin u ħamsa boloh, jgħid ċar u tond: “Tassew ngħidilkom, lilkom ma nafkomx” (Mt. 25:12); filwaqt li għal dak li ma għarafx iħaddem tajjeb it‑talent li kellu, qal: “Itfgħuh ’il barra fid‑dlam; hemmhekk ikun hemm il‑biki u theżżiż tas‑snien” (Mt. 25:30).
Minkejja din il‑verità, ħadd ma għandu jibża’ jew jaqta’ qalbu għax Alla hu fidil u t‑tjieba tiegħu hi bla tarf. Ġesù stess jgħid: “Ibqa’ fidil sal‑mewt u jien nagħtik il‑kuruna tal‑ħajja” (Apok. 2:10). Issa l‑waqt li nwieġbu għas‑sejħa t’Alla u nfasslu ħajjitna fuq il‑Kelma Tiegħu, ħalli la nidhru quddiemu nkunu nistgħu ngħidulu: “Mulej, inqasna u dnibna; imma ppruvajna nkunu fidili lejk.” Ġesù żgur li jweġibna: “Sewwa, qaddej tajjeb u fidil, idħol fil‑hena ta’ sidek” (Mt. 25:23).
DONAZZJONIJIET B’RIS Q IL‑MISSJONI
sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99
B’SMS ta’ €6.99 tkun qed B’SMS ta’ 6.99 tkun qed tixtri l‑kotba għal tifel jew tifla tixtri l‑kotba għal tifel jew għal sena skolastika. tifla għal sena skolastika.
B’SMS ta’ €2.33 tkun qed titma’ B’SMS ta’ 2.33 tkun qed 7 t’itfal għal ġurnata. titma’ 7t itfal għal ġurnata.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
(VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel 21236962
