2 minute read

Messaġġ Mid‑Direttur

Nisimgħu Lil Xulxin

Fil‑bidu ta’ kull sena ġdida, ilkoll noħolmu fuq ħafna ħwejjeġ, filwaqt li nawguraw xewqat tajba lil xulxin. Il‑ħolm huwa ħaġa naturali, basta min‑naħa l‑oħra nżommu saqajna mal‑art biex ma jiġrilniex li nsibu rwieħna nibnu ħajjitna fuq ir‑ramel jew ngħixu fis‑sħab. Fil‑bidu ta’ din is‑sena, nistedinkom tistaqsu lilkom infuskom: “X’inhu dak li l‑aktar qiegħed jinfluwenzana fil‑ħajja biex nimxu ’l quddiem? X’post għandha l‑Kelma t’Alla f’ħajjitna?”

Fil‑Vanġelju ta’ San Luqa (10:38‑42), naqraw li darba waħda, waqt li Ġesù kien nieżel Ġerusalemm, għadda jistrieħ fid‑dar ta’ Marta, Marija u ħuhom Lazzru, (li Ġesù qajmu mill‑mewt). Marta, (isem li jfisser is‑sinjura tad‑dar), bdiet tħejji ikla mill‑aħjar lil Ġesù u lil dawk kollha li kienu miegħu. Ilkoll nifhmu kemm taħbit u xogħol trid biex tlesti ikla tajba għal madwar għoxrin persuna. Waqt li oħtha Marija: “Niżlet bilqiegħda f’riġlejn il‑Mulej, tisimgħu x’kien qiegħed jgħid” (10:39). Marta, bir‑raġun, ilmentat li x‑xogħol kollu tad‑dar waqa’ fuqha, hekk li qalet lil Ġesù: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix‑xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi” (10:40). Marta ħasbet li Ġesù kien ser jagħtiha raġun u jgħid lil Marija biex tmur tgħinha ħalli jħejju dak li kellhom iħejju fil‑ħin. Imma Ġesù

qalilha: “Int taħseb wisq u tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ, imma waħda hija meħtieġa. U Marija għażlet l‑aħjar sehem, li ma jitteħdilhiex” (10:42). Ġesù żgur ma kienx kontra dak li Marta kienet qiegħda tagħmel, imma ried li kull ħidma tkun dejjem ispirata mill‑Kelma Tiegħu. Ġesù jrid li, l‑ewwel u qabel kollox, nisimgħuh. Nisimgħuh meta ninġabru fit‑talb, speċjalment fis‑skiet, u nisimgħuh meta naqraw il‑Kelma Tiegħu. Importanti li nkunu dejjem disposti li nisimgħuh. Hekk qalilna l‑Missier biex nagħmlu waqt li Ġesù tbiddel quddiem l‑Appostli fuq it‑Tabor: “Dan hu Ibni l‑Maħtur, isimgħu lilu” (Lq. 9:36). Hekk qalet Marija lill‑qaddejja fit‑Tieġ ta’ Kana: “Agħmlu kulma jgħidilkom Hu” (Ġw. 2:5). Meta nisimgħuh, il‑Mulej jurina x’għandna nagħmlu, b’liema spirtu għandna naħdmu u jurina wkoll dak li hu tassew importanti fil‑ħajja biex ma jiġrilniex li nkunu tħabatna għalxejn.

Jekk insibu ħin biex nisimgħu lil Ġesù, ser insibu ħin ukoll biex nisimgħu lil xulxin u l‑ħidma kollha tagħna tkun riżultat tas‑smigħ u mhux minflok is‑smigħ! Nawgura lil kulħadd sabiex matul din is‑sena nsibu ħin mhux biss biex nisimgħu lil Ġesù, imma wkoll li nisimgħu lil xulxin: ir‑raġel lill‑mara, il‑mara lir‑raġel, il‑ġenituri lil uliedhom, l‑ulied lill‑ġenituri, lill‑anzjani tagħna u lil dawk kollha li jkunu jixtiequ jiftħu qalbhom magħna. 

DONAZZJONIJIET B’RIS Q IL‑MISSJONI

sms fuq 50617374 –  2.33 | sms fuq 50618820 –  6.99

B’SMS ta’  €6.99 tkun qed B’SMS ta’ 6.99 tkun qed tixtri l‑kotba għal tifel jew tifla tixtri l‑kotba għal tifel jew għal sena skolastika. tifla għal sena skolastika.

B’SMS ta’ €2.33  tkun qed titma’ B’SMS ta’ 2.33 tkun qed 7 t’itfal għal ġurnata. titma’ 7t itfal għal ġurnata.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

(VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel 21236962

This article is from: