
2 minute read
Editorjal
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm
Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg
Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa:
2 Editorjal 4 Messaġġ Mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Katekeżi 12 Aktar Proġetti Fil‑Missjoni 22 Il‑Qaddis Tax‑Xahar 24 Poeżija 26 Intervista Ma’ Refuġjati Ukreni 30 Poeżija 32 Dehriet Tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni U Ċajt 39 Nitolbu Għall‑Mejtin Tagħna
Ritratt tal‑faċċata: Omm bit‑tifel bilwieqfa fil‑bitħa ta’ raħal Afrikan fil‑Botswana
Hemm Għalfejn Immorru l‑Knisja?
Persuna li tmur il‑knisja regolarment kitbet lill‑editur ta’ gazzetta fejn gergret li ma fiha l‑ebda sens li tmur il‑knisja ta’ kull nhar ta’ Ħadd. Il‑persuna kitbet hekk: “Issa ilni għal dawn l‑aħħar 30 sena mmur il‑knisja, li fihom nikkalkula li smajt madwar 3,000 prietka. Imma ma niftakar l‑ebda waħda minnhom! Allura, għalfejn immur il‑knisja? Dan mhux ħela ta’ ħin? U l‑qassisin li jqaddsu u jipprietkaw mhux ukoll qed jaħlu l‑ħin tagħhom!?”
Dan il‑kumment qanqal reazzjoni qawwija fost il‑qarrejja tal‑gazzetta u qamet kontroversja sħiħa li damet għaddejja ġimgħat sħaħ. L‑editur tgħidx kemm ħa gost. Sakemm waslet ittra fejn qarrej kiteb hekk: “Jien ilni 30 sena miżżewweġ. Tulhom marti sajritli aktar minn 32,000 ikla, imma bla dubju, ma niftakar l‑ebda
waħda minnhom! Bilkemm niftakar x’kilt ilbieraħ! Imma li naf hu li kienu dawn l‑ikliet li sostnewni u tawni s‑saħħa meħtieġa għal dak kollu li għamilt tul dawn it‑30 sena. Li kieku marti ma sajritlix dawk l‑ikliet kollha sustanzjużi, illum jien mejjet! U bl‑istess mod, li kieku ma mortx il‑knisja għas‑sosteniment, kieku llum jien spiritwalment mejjet!”
Meta tiġi dahrek mal‑ħajt, Alla jmidd idu u jerfgħek. Il‑fidi tara dak li hu inviżibbli, dak li ma jidhirx, u temmen dak li ma jitwemminx, u għalhekk tgawdi dak li nqisuh impossibbli. Ejjew nirringrazzjaw lil Alla tal‑ikel, sew tal‑ġisem kif ukoll tar‑ruħ.

Silta addattata minn rivista antika. F’isem id‑Direttur, il‑bord editorjali tar‑rivista Malta Missjunarja, l‑istaff u l‑voluntiera ta’ Missio Malta, nawgura lil kulħadd Sena Ġdida mimlija saħħa, risq u barka. Jalla l‑Mulej jagħtina l‑paċi u jwieġeb għat‑talb umli tagħna.
TFAL MISSJUNARJI

Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini bl‑għajnuna ta’ Nancy Camilleri. Kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).