
2 minute read
Intenzjoni Missjunarja
Jannar 2023
Għall‑Edukaturi.
Nitolbu għall‑edukaturi sabiex ikunu xhieda kredibbli, li jgħallmu l‑fraternità u mhux il‑kompetizzjoni, u li jgħinu fuq kollox liż‑żgħar u lil dawk l‑aktar vulnerabbli.
Dawn l‑intenzjonijiet ta’ Papa Franġisku għal din is‑sena ġdida 2023 ġew ippubblikati fid‑9 ta’ Frar 2022. L‑intenzjoni tiegħu għal dan l‑ewwel xahar tas‑sena ser tibda mill‑edukaturi li għandhom missjoni importanti fil‑Knisja, speċjalment fid‑dinja missjunarja, għaliex it‑tagħlim u l‑edukazzjoni huma ġid kbir għall‑umanità. Ejjew nitolbu sabiex l‑edukaturi jgħallmu mingħajr ebda interess personali u li jkunu fuq kollox xhieda awtentiċi bħala Nsara. Huma għandhom jgħallmu l‑imħabba u l‑fraternità, u qatt m’għandhom jiżirgħu xi pika, għira, mibegħda jew kompetizzjoni ostili fit‑tfal u fl‑istudenti li jkollhom quddiemhom. Fuq kollox, għandhom dejjem jgħinu lil dawk li huma vulnerabbli u b’diffikultajiet, ħalli dawn dejjem jikbru f’ħajja sana ta’ valuri awtentiċi u tajbin.
Fir‑riflessjoni ta’ dan ix‑xahar xtaqt naqsam magħkom il‑qarrejja, speċjalment l‑edukaturi kollha, l‑esperjenza u x‑xhieda ta’ saċerdot Taljan magħruf sewwa, Don Lorenzo Milani li twieled Firenze fl‑1923. Missieru kien Albano Milani li kien anjostiku, jiġifieri ma jemminx, u ommu kienet Lhudija, Alice Weiss, li kellha bħala kuġin tagħha lil Edoardo Weiss li kien dixxiplu ta’ Sigmund Freud. Permezz tal‑għajnuna li tah Don Raffaele Bensi, Don Lorenzo reġa’ skopra l‑fidi Kattolika fl‑1943, ta’ 20 sena. Huwa sar saċerdot fl‑1947 u mar jgħin lill‑kappillan xwejjaħ Don Daniele Pugi fil‑parroċċa ta’ San Donato f’Calenzano. Hemm waqqaf l‑ewwel skola tiegħu ‘Scuola Popolare’. F’din l‑iskola kien jaċċetta tfal ta’ kull twemmin, anke dawk li kienu ġejjin minn familji li ma jemmnux. Fl‑1954, intbagħat Barbiana, raħal imbiegħed fuq l‑għoljiet fir‑reġjun ta’ Mugello qrib Firenze. Hawnhekk kompla bl‑attività edukattiva tiegħu li b’xorti ħażina kienet tqajjem xi kritika minn min suppost jifhem u jrid il‑ġid lit‑tfal. Is‑sistema edukattiva tiegħu kienet inklussiva u l‑għan
tagħha kienet li tgħallem lil kulħadd, kemm lil dawk li kienu intelliġenti u kemm lil dawk li ma kinux intelliġenti fl‑iskola. Fl‑1958, kiteb il‑ktieb ‘Esperienze Pastorali’ li safa ċċensurat. Don Milani aċċetta dan kollu b’ubbidjenza lejn is‑superjuri tiegħu. Fl‑1965, kellu jħabbat wiċċu ma’ kwistjonijiet relatati mal‑ġustizzja minħabba l‑kitbiet tiegħu ‘Lettera ai cappellani militari’ u ittra lill‑imħallfin minħabba li deher li għallem kontra li wieħed jagħmel is‑servizz militari. Fl‑iskola tiegħu kien Franġisku kien għamel żjara fis‑sena 2017. Nitolbu mela sabiex l‑edukaturi kollha fuq l‑eżempju ta’ Don Lorenzo Milani jagħrfu l‑importanza tal‑missjoni tagħhom għall‑Knisja u għall‑umanità.
jagħti opportunità lit‑tfal kollha, b’mod partikulari lit‑tfal foqra, għaliex kien jemmen li l‑edukazzjoni għandha tkun għal kulħadd. Huwa ppubblika dokument importanti bl‑isem ‘Lettera a una professoressa’.
Don Milani miet bil‑lewċemija fl‑1967, fid‑dar t’ommu fl‑età tenera ta’ 44 sena. Telfa kbira għat‑tfal ta’ Barbiana, telfa kbira għas‑sistema edukattiva u telfa kbira għas‑saċerdozju Kattoliku. Huwa jinsab midfun f’Barbiana fejn il‑Papa

Skola ta’ Barbiana, Don Lorenzo Milani u studenti fil-klassi.
Qegħdin niġbru ‘soft toys’ f’kundizzjoni tajba. Jekk tista’ tgħin, jekk jogħġbok ċemplilna fuq 21236962 u staqsi għas‑Sa Nancy Camilleri. Grazzi.
BAŻAR
