
4 minute read
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija
Santissima B ħala Missjunarja
Il‑Wieħed u G ħoxrin Parti
Evu l‑Muntanja
Figogna kienet stazzjon ta’ osservazzjoni strateġika għall‑monitoraġġ tal‑movimenti bil‑baħar tal‑armati tul il‑Valpolcevera u tal‑vapuri li jkunu qrib Genova.
Id‑Dehra tal‑Madonna f’Ceranesi, Genova, l‑Italja
Is‑Santwarju ta’ Nostra
Signora della Guardia
(Il‑Madonna tal‑Għassa) jinsab fuq post ta’ pellegrinaġġi Nsara fuq il‑quċċata ta’ Monte Figogna fil‑Muniċipalità ta’ Ceranesi, madwar 20 kilometru bogħod mill‑belt ta’ Genova fil‑Majjistral tal‑Italja. Huwa l‑aktar Santwarju Marjan importanti fil‑Ligurja.
Is‑Santwarju jissejjaħ
‘Guardia’ għaliex fil‑Medju
Is‑Santwarju huwa d‑destinazzjoni tal‑pellegrini minn Genova u minn ħafna postijiet oħra fl‑Italja. Tant hu hekk, li l‑qima lejn il‑Madonna tal‑Għassa hija mifruxa sew fl‑Italja u anki f’pajjiżi oħra. Fil‑fatt, ħafna knejjes u santwarji fid‑dinja huma ddedikati lil ‘Nostra Signora della Guardia’.
Il‑Ġrajja: Skont it‑tradizzjoni, jingħad li fid‑29 t’Awwissu 1490, il‑Verġni Marija dehret lir‑raħħal Benedetto Pareto u talbitu jibni kappella fuq il‑muntanja Figogna. Pareto kien sorpriż u wieġeb li hu kien biss raġel fqir u ma kienx se jkun kapaċi jagħmel dan. Imma l‑Verġni ħeġġitu billi qaltlu: “Tibżax!” Madankollu, Pareto mar id‑dar u ma qal xejn lil ħadd dwar din id‑dehra. Ftit jiem wara, waqa’ minn fuq siġra tat‑tin u weġġa’ serjament. Il‑Verġni Marija reġgħet dehritlu u b’mod mirakoluż fejqitu. Dan il‑fejqan ikkonvinċieh biex jitkellem dwar id‑dehra u biex ifittex l‑għajnuna sabiex jibni l‑kappella.
L‑Ewwel Kappella: L‑ewwel kappella żgħira nbniet minn Pareto nnifsu fil‑post tad‑dehra; kappella rettangolari b’saqaf tal‑injam, li issa tinsab ġewwa kappella oħra akbar u aktar ġdida. F’niċċa fil‑kappella hemm Madonna tal‑irħam datata 1530.
Is‑Santwarju: Minħabba n‑numru kbir ta’ pellegrini, inbena santwarju ġdid fuq il‑quċċata tal‑muntanja bejn l‑1528 u l‑1530, bl‑għajnuna tad‑donazzjoni tal‑familja nobbli Ghersi. Ħdejn is‑santwarju nbena wkoll ospizju għall‑pellegrini, li nbena mill‑ġdid fl‑aħħar tas‑Seklu 18. Fit‑tieni nofs tas‑Seklu 19, beda jinbena santwarju ieħor ġdid u akbar. Kien hemm bosta diffikultajiet kemm tekniċi kif ukoll finanzjarji, iżda s‑santwarju tlesta fl‑1889 u tbierek fis‑26 ta’ Mejju 1890. Fis‑snin ta’ wara, in‑numru ta’ pellegrini kompla jiżdied u fl‑1903 inbnew ospizju ieħor u dar biex tilqa’ ’l‑pellegrini.
Mirakli u Fejqan:
Bosta fejqan mirakoluż assoċjati mal‑Madonna della Guardia ġew awtentikati uffiċjalment, hekk pereżempju fl‑1727 Patri Ġużeppi Maria

Sabelli kien qiegħed imut bit‑tuberkulożi, nofsu pparalizzat, meta sema’ lill‑Madonna tgħajjatlu u tgħidlu: “Ejja għandi fis‑Santwarju tal‑Madonna della Guardia u tfiq.’’ Fis‑26 ta’ Lulju 1727, festa ta’ Santa Anna, sħabu ġarrewh lejn il‑muntanja u wassluh fil‑knisja biex jitqarben. Waqt li kien qiegħed jitqarben sema’ leħen isejjaħlu: “Qum, bilwieqfa. Jien fejjaqtek. Ħalli lil kulħadd ikun jaf li inti fiqt u tinsab tajjeb.” Dun Ġużepp qam bilwieqfa u kulħadd ra li kien fieq għalkollox.
Kien hemm bosta fejqan ieħor u talb, u żdiedu ħafna d‑devozzjonijiet lejn il‑Madonna. Fil‑11 ta’ Marzu 1915, Papa Ġenoviż Benedettu XV ta lis‑Santwarju t‑titlu ta’ Bażilika, imbagħad fl‑1917, il‑Papa bena wkoll kappella fil‑ġonna tal‑belt tal‑Vatikan fejn tqiegħdet statwa tal‑Madonna tal‑Għassa mogħtija lilu mill‑poplu Ġenoviż.
Fl‑1929 f’Geranesi nbniet linja tal‑ferrovija magħrufa bħala l‑Autoguidovia, li ppermettiet lill‑pellegrini jilħqu s‑santwarju mill‑wied qrib il‑muntanja. Qabel biex il‑pellegrini kienu jaslu fis‑santwarju kien ikollhom jitilgħu bil‑mixi, sajf u xitwa. Fl‑1963 inbniet triq ġdida għall‑vetturi u l‑Autoguidovia ngħalqet. Fil‑22 ta’ Settembru 1985, Papa San Ġwanni Pawlu
II żar is‑santwarju u fit‑18 ta’ Mejju 2008 żaru wkoll
Papa Benedittu XVI. Papa Franġisku, waqt li kien qiegħed iżur Genova fis‑27 ta’ Mejju 2017, żar ukoll is‑santwarju, u kellu laqgħa kbira u talb ma’ nies foqra, ħabsin u refuġjati fejn qagħad jiekol magħhom. Din hija silta qasira mid‑diskors li l‑Papa San Ġwanni Pawlu II għamel fiż‑żjara tiegħu: “L‑Omm kbira għadha tiftaħ qalbha għas‑smigħ. Inqiegħed f’qalbha materna l‑bżonnijiet tal‑Knisja

Universali u b’mod speċjali, is‑Sinodu straordinarju li ġej, li laqqajt bl‑intenzjoni speċifika li jerġa’ jqajjem f’kulħadd is‑sens awtentiku ta’ vitalità spiritwali u pastorali li l‑Konċilju Vatikan II, madwar għoxrin sena ilu, ferra’ fuq l‑Għarusa Mistika ta’ Kristu, il‑Knisja, li hija ‘id‑dawl tal‑popli” (Lumen Gentium I).
Niedermorschwihr; raħal Franċiż ta’ madwar 580 abitant f’Colmar; għadda minn quddiem siġra kbira tal‑ballut fejn kienet tpoġġiet xbieha żgħira tad‑Duluri.
Id‑Dehra tal‑Madonna ta’ Trois‑Epis (Tliet Widnejn), f’Alsace, Franza

Raġel jismu Thierry Schoere, ħaddied ta’ Orbey, nhar it‑3 ta’ Mejju 1491 filgħodu waqt li kien sejjer is‑suq ta’
Skont id‑drawwa lokali, kull min jgħaddi minn hemm kien jieqaf jitlob quddiem ix‑xbieha għal raġel li kien miet hemm ftit qabel.
Thierry niżel minn fuq iż‑żiemel u għarkopptejh beda jitlob. F’daqqa waħda, f’nofs dawl qawwi, dehritlu l‑Verġni Marija mgeżwra f’velijiet bojod trasparenti.
Hija kienet qiegħda żżomm zokk bi tliet widnejn tal‑qamħ f’id waħda u merżuq tas‑silġ fl‑id l‑oħra.
Hija qaltlu: “Qum, raġel twajjeb u isma’. In‑nies ta’ dan il‑pajjiż qegħdin iqanqlu r‑rabja t’Alla bi dnubiethom; mur Niedermorschwihr u pprietka l‑indiema.
Kulħadd għandu jagħmel penitenza fl‑iqsar żmien possibbli, inkella l‑uċuħ tar‑raba’ tagħhom jintilfu.
Dan kollu għidu lill‑kleru u lin‑nies kollha; imma jekk il‑midinbin jikkonvertu, Alla jberkilhom l‑uċuħ tar‑raba’. Tara dawn il‑tliet widnejn tal‑qamħ? Huma simbolu tal‑abbundanza ta’ wċuħ tar‑raba’ sbieħ li se jiġu biex jippremjaw ħlejjaq virtużi u ġenerużi, u biex iġibu l‑ġid u l‑ferħ fil‑fuklar tal‑Insara fidili. Fir‑rigward ta’ dan il‑merżuq tas‑silġ dan simbolu tas‑silġ, ġlata, għargħar, ġuħ u mard li jittieħed u l‑konsegwenza kollha tagħhom ta’ deżolament u biża’ se jiġu biex jikkastigaw lil dawk kollha li ma jemmnux u li l‑kobor tad‑dnubiet tagħhom qiegħed jinkorla ħafna lil
Alla. Mur bniedem twajjeb, mur fl‑irħula u ħabbar lill‑abitanti kollha t‑tifsira ta’ dawn il‑profeziji. Għid lin‑nies b’dak li rajt u smajt.”
Għal dik id‑dehra, Thierry beża’ u għalhekk għall‑ewwel ma ried jgħid xejn lin‑nies. Meta wasal fis‑suq, xtara xkora qamħ, imma meta pprova jerfagħha mill‑art ma setax għax ħassha tqila ħafna. Thierry fehem li dan kien sinjal għalih mis‑sema talli ma wettaqx il‑missjoni li fdatlu l‑Madonna. Imbagħad, wara li qal lin‑nies bid‑dehra tal‑Madonna, l‑ixkora seta’ jerfagħha bla ebda diffikultà. In‑nies meta raw hekk, fiehmu wkoll l‑għan ta’ dik il‑ġrajja mirakoluża u ħafna nies fiehmu u emmnu l‑messaġġ tal‑Madonna li wasslilhom Thierry, u bdew jgħixu ħajja aktar qaddisa u jagħmlu l‑penitenzi kif kienet talbithom il‑Madonna. Saħansitra għamlu purċissjoni lejn il‑post tad‑dehra u kbira kienet id‑devozzjoni ta’ dak il‑poplu lejn il‑Verġni
Marija. Sa mill‑1491, f’dak il‑post inbniet kappella żgħira tal‑injam, imbagħad fis‑sena 1493 ġiet mibdula f’waħda mibnija bil‑ġebel. Saċerdot, megħjun minn eremita, kien iwettaq ħidma appostolika f’din il‑kappella sal‑Gwerra tat‑Tletin
Sena (1618‑1648). Matul din il‑gwerra, il‑kappella ġiet maħruqa fis‑Sena
1636. Snin wara nbena santwarju żgħir bil‑wasla ta’ komunità reliġjuża. Diversi komunitajiet komplew jieħdu ħsieb is‑santwarju sar‑Rivoluzzjoni Franċiża meta dan is‑santwarju ngħalaq. Dan reġa’ nfetaħ għal‑qima tan‑nies fis‑Sena 1804. Fil‑11 ta’ Lulju 1912, il‑Patrijiet Redentoristi waqqfu kunvent fi Trois‑Epis u minn dakinhar baqgħu jxerrdu l‑messaġġ tal‑Madonna.
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio
(Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 90 sena
Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar
Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet
Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt