2 minute read

Nagħtu Bidu għar‑ Randan Imqaddes

Next Article
fis‑Sawm

fis‑Sawm

aktar minn żminijiet oħra, issejħilna lkoll ghall‑indiema.

La aħna lkoll nidinbu kontra

Alla, ilkoll għandna bżonn li nqumu u nerġgħu lura lejn

Alla l‑Missier tagħna. Il‑kelma

‘indiema’ tiġbor dawk is‑sentimenti kollha li lkoll inħossu meta nindmu

Nhar l‑Erbgħa 22 ta’ Frar, il‑Knisja tagħti bidu għar‑Randan Imqaddes; erbgħin jum ta’ sawm, astinenza u sagrifiċċji oħrajn. Jekk wieħed jgħodd in‑numru ta’ jiem mill‑bidu tar‑Randan sa Sibt il‑Għid, għandu jsib sitta u erbgħin jum. Dan għaliex is‑sitt iħdud tar‑Randan qatt ma kienu meqjusa bħala jiem ta’ penitenza. Il‑jiem tar‑Randan huma mfassla fuq l‑erbgħin jum li Ġesù għadda fid‑deżert qabel beda l‑ħajja pubblika tiegħu.

Matul dawn il‑jiem, il‑Knisja, tassew, jiġifieri li nagħrfu u nammettu l‑iżbalji tagħna, niddiżapprovawhom, jiddispjaċina għall‑ħażin kollu li għamilna u niddeċiedu li nibdew ħajja ġdida. L‑indiema ta’ David għad‑dnub li għamel meta mtedd mal‑mara t’Urija u lil dan għaddieh minn xifer is‑sejf (2Sl:11); u l‑parabbola magħrufa bħala Tal‑Iben il‑Ħali (Lq. 15:11), ifissru b’mod drammatiku dawn is‑sentimenti kull darba li aħna nindmu minn dnubietna. It‑Testment il‑Ġdid normalment juża l‑kelma ‘metanoia’ għall‑indiema, kelma Griega li tfisser li wieħed jibdel kompletament il‑ħsieb ta’ moħħu u jfittex li jgħix fid‑dawl tal‑kelma t’Alla u tal‑liġi tiegħu. Il‑profeti kienu jinsistu mal‑poplu li ma jiqfux biss fuq atti esterni, bħal sawn, ilbies tal‑ixkejjer u tqegħid ta’ rmied, jekk fl‑istess waqt ma jibdlux qalbhom u jfittxu mill‑ġdid il‑ħbiberija tagħhom m’Alla. Hekk il‑profeta Ġoel jgħid: “Ċarrtu qlubkom u mhux ilbieskom”, filwaqt li l‑profeta Ħosea jgħid: “Jiena tjieba rrid, mhux sagrifiċċji; li tagħrfu lil Alla u mhux vittmi maħruqa.” Ġwanni l‑Battista, il‑prekursur tal‑Mulej u l‑aħħar profeta, kompla fuq din it‑tradizzjoni tal‑profeti kollha ta’ qablu, hekk li xandar: “Indmu għax is‑saltna tas‑smewwiet waslet” (Mt. 3:2), u bħala sinjal ta’ ndiema, kien jgħammed lin‑nies fix‑xmara Ġordan (Mk. 1:4). Ġesù wkoll beda l‑missjoni pubblika tiegħu billi stieden lin‑nies għall‑indiema: “Indmu u ġie fid‑dinja, biex isejjaħ lill‑midinbin għall‑indiema (Lq. 5:32).

għall‑maħfra

tad‑dnubiet (Lq. 24:42).

Għalhekk, il‑Knisja ma tista’ tieqaf qatt tistieden lill‑poplu kollu t’Alla biex jindem tassew minn dnubietu ħalli jerġa’ jdur mill‑ġdid lejn

Alla. Alla diġà għandu jdejh miftuħa beraħ llum, li xxandar l‑indiema biex jilqagħna mill‑ġdid u jagħtina lkoll il‑bewsa tal‑paċi bħala sinjal ta’ din il‑ħbiberija. Li jonqos hija d‑deċiżjoni min‑naħa tagħna, li bħall‑iben tal‑parabbola, niddeċiedu u ngħidu: “Ħa nqum u mmur għand missieri, u ngħidlu: “Missier, dnibt kontra s‑sema u kontra tiegħek; ma jistħoqqlix iżjed nissejjaħ ibnek; żommni b’wieħed mil‑lavranti tiegħek” (Lq. 15:18‑9). 

Għall‑Parroċċi.

Nitolbu sabiex il‑parroċċi jpoġġu l‑komunjoni fiċ‑ċentru tagħhom u jsiru iktar komunitajiet ta’ fidi, ta’ fraternità u ospitalità lejn dawk l‑iktar fil‑bżonn.

Il‑ħajja tal‑Knisja u l‑ħajja fid‑djoċesi jduru mal‑ħajja tal‑parroċċa, bil‑preżenza tas‑saċerdoti, tal‑katekisti, tal‑lajċi u tal‑komunità

Frar 2023

kollha. Hija l‑parroċċa li tgħaqqad lid‑diversi familji u persuni f’komunità ħajja. Il‑parroċċa tilħaq dan il‑għan permezz tal‑mixja li hija tagħmel mal‑Kelma t’Alla, bħala liturġija u bħala djakonija. Hija l‑Kelma t’Alla li ssuq lill‑parroċċa sabiex tasal għall‑għaqda u għall‑komunjoni fid‑diversità ta’ ħafna persuni u familji li jsawru ’l‑komunità. Il‑ħajja tal‑parroċċa ddur ukoll madwar l‑Ewkaristija li hija l‑quċċata tal‑ħajja tal‑Knisja. Fuq kollox, komunità li hija animata mill‑Kelma t’Alla u li tiċċelebra l‑Ewkaristija, għandha tkun ukoll komunità li twettaq l‑opri tal‑ħniena u d‑djakonija.

Skont statistiċi ta’ ftit snin ilu, fl‑Italja hemm l‑ikbar numru ta’ parroċċi li huwa ta’ 25,694 parroċċa f’225 djoċesi, segwit minn Spanja fejn hemm 22,680 parroċċa. Wara nsibu lill‑Istati Uniti b’19,081 parroċċa u wara Franza fejn inisbu 18,844 parroċċa. Tajjeb ngħidu li 25% tal‑parroċċi fid‑dinja m’għandhomx kappillan, u dan l‑aktar fil‑missjoni. Sfortunatament, minħabba nuqqas ta’ saċerdoti, diversi parroċċi ġew magħluqa jew kellhom jingħaqdu m’oħrajn.

Ejjew mela f’dan ix‑xahar nitolbu verament għall‑ħajja Nisranija u komunitarja fil‑parroċċi tagħna. Ejjew inħallu verament l‑imħabba għal Kristu ssuqna sabiex inxandru l‑Evanġelju lill‑ġnus kollha, bħalma Kristu bagħat lill‑appostli tiegħu: “…fil‑kura pastorali tagħhom, għandhom iqajmu u jżommu fost il‑fidili l‑ħerqa għat‑tixrid tal‑Vanġelu fil‑Knisja, billi jgħarrfuhom bis‑saħħa tal‑Katekiżmu u l‑prietki dwar ix‑xogħol tal‑Knisja li xxandar lil Kristu lill‑ġnus; billi jgħallmu ’l‑familji Nsara dwar il‑ħtieġa u l‑ġieħ li jieħdu ħsieb il‑vokazzjonijiet missjunarji fost l‑ulied, subien u bniet tagħhom; billi jrawmu ħerqa missjunarja fiż‑żgħażagħ

tal‑iskejjel u tal‑għaqdiet

Kattoliċi, biex hekk joħorġu minnhom ħabbara tal‑Vanġelu għall‑quddiem…”

(‘Ad Gentes’ Nru.39).

Għalhekk, ejjew ukoll illum inkomplu naħdmu f’din l‑għalqa tal‑Mulej fil‑parroċċi tagħna, ħalli l‑isem ta’ Ġesù jkompli jixxandar lill‑ġnus kollha tad‑dinja. 

This article is from: