
2 minute read
PRESIDENT ĠDID GĦALL‑PMS
għall‑Evanġelizzazzjoni bil‑kariga ta’ President tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji, tah titolu ta’ Arċisqof u assenjah is‑sede titulari ta’ Satrianum. fl‑Ogħla Istitut tax‑Xjenzi
Ftit tal‑ġimgħat ilu, Papa Franġisku ħatar lir‑Reverendu Emilio Nappa, uffiċjal tas‑Segretarjat għall‑Ekonomija, bħala segretarju aġġunt tad‑Dikasteru
L‑Arċisqof elett Emilio Nappa twieled fid‑9 t’Awwissu tal‑1972 f’Napli. Ġie ordnat saċerdot għad‑djoċesi ta’ Aversa fit‑28 ta’ Ġunju 1997. Huwa ngħata dottorat fit‑teoloġija mill‑Università Pontifiċja
Gregorjana fl‑2004. Mons. Nappa kellu diversi karigi fid‑djoċesi, fosthom rettur tal‑Knisja ta’ San Rocco, direttur u professur sħiħ tat‑teoloġija fundamentali

Reliġjużi Interdjoċesani tal‑Appostli San Pietru u San Pawl, Żona ta’ Caserta, f’Capua, u kanonku tal‑Katidral. Barra minn hekk, kien kollaboratur lokali fin‑nunzjatura appostolika fl‑Italja u uffiċjal tas‑Sezzjoni għall‑Affarijiet Ġenerali tas‑Segretarjat tal‑Istat. Minn Settembru 2022 huwa serva bħala uffiċjal tas‑Segretarjat għall‑Ekonomija.
F’isem Missio Malta, nawguraw lil Mons. Arċisqof Emilio Nappa f’dan il‑ministeru ġdid fdat lilu minn Papa Franġsiku.
GRATITUDNI ‑ KONVERŻJONI ‑ PAĊI
Gratitudni, konverżjoni u paċi: Dawn huma t‑tliet ‘rigali’ li Papa Franġisku xtaq jitlob għalih innifsu u għall‑oħrajn. Dan qalu fid‑diskors tiegħu indirizzat lill‑kardinali, lill‑isqfijiet u lill‑membri tal‑Kurja Rumana, waqt il‑laqgħa għall‑iskambju tradizzjonali ta’ tislijiet qabel il‑Milied. Fl‑indirizz tiegħu, mogħti fis‑Sala tal‑Benedizzjoni tal‑Palazz Appostoliku, il‑Papa ssuġġerixxa li, fil‑każ tal‑Milied preċiżament
“l‑umiltà tal‑Iben ta’ Alla li ħa sehem mill‑kundizzjoni umana tagħna” tista’ ssir ukoll għal kulħadd “lezzjoni biex naraw l‑affarijiet kif verament huma”, tgħin ukoll biex wieħed jagħraf li l‑ewwel mottiv tal‑mixja Nisranija hija l‑gratitudni, u mhux il‑pretensjoni kompjaċenti jew il‑kburija spiritwali li wieħed iqis lilu nnifsu aħjar mill‑oħrajn u li jattribwixxi valur salvifiku lill‑istrateġiji u l‑programmi tiegħu. Għarfien u suġġerimenti ta’ valur għal dawk kollha li huma impenjati b’mod eżistenzjali fil‑missjoni appostolika fdata minn Kristu lill‑Knisja.
“Meta wieħed jeżamina l‑eżistenza tiegħu stess u ż‑żmien li għadda,” qal il‑Papa fl‑ewwel parti tad‑diskors tiegħu, l‑ewwel moviment ta’ kull pass awtentiku ‘l quddiem fil‑ħajja personali u ekkleżjastika tal‑fidi qatt ma jkun lament u mrar għall‑affarijiet li marru ħażin, iżda ‘il‑memorja tat‑tajjeb’. Li niffissaw il‑ħarsa tagħna fuq il‑faqar proprju mingħajr ma nagħrfu wkoll l‑imħabba ta’
Alla għalina “tgħaffiġna”. Nispiċċaw “nikkatalogaw il‑fallimenti tagħna u nitilfu dak li jgħodd l‑aktar: il‑grazzji li l‑Mulej jagħtina kuljum”, u li jiġġeneraw fina “gratitudni”.
Il‑konverżjoni titwieled mill‑gratitudni u qatt ma tista’ titqies bħala xi ħaġa miksuba għal dejjem, “storja li ma tispiċċa qatt”. L‑agħar ħaġa li tista’ tiġri hija “li naħsbu li m’għadniex fil‑bżonn ta’ konverżjoni, la bħala individwi u lanqas bħala komunità”, filwaqt li qabel l‑Evanġelju ta’ Kristu “aħna dejjem bħal tfal li għandhom bżonn jitgħallmu. L‑illużjoni li tgħallimna kollox iġġegħelna naqgħu fil‑kburija spiritwali”, irrimarka Papa Franġisku.
“Jekk irridu tassew li t‑taqlib tal‑gwerra jieqaf u jċedi għall‑paċi, allura kull wieħed minna għandu jibda minnu nnifsu”, filwaqt li nżommu f’moħħna li “minbarra l‑vjolenza tal‑armi, hemm ukoll il‑vjolenza verbali, il‑vjolenza psikoloġika, il‑vjolenza tal‑abbuż tal‑poter u l‑vjolenza moħbija tat‑tpaċpiċ żejjed, li kollha huma tant profondament ta’ ħsara u distruttivi”.
Il‑Papa ssuġġerixxa wkoll x’inhuma l‑uniċi antidoti effettivi kontra l‑ispirali tal‑imrar, it‑tidwir, il‑viċi li jimmortifika lill‑oħrajn. Parti mill‑opri tal‑ħniena hija l‑benevolenza “li taċċetta li l‑ieħor ikollu wkoll il‑limitazzjonijiet tiegħu”. In‑nies u l‑istituzzjonijiet, “propju għax huma umani, huma wkoll limitati. Knisja safja għall‑puri hija biss ripetizzjoni tal‑ereżija Katara. Kieku dan ma kienx il‑każ, l‑Evanġelju u l‑Bibbja inġenerali ma kinux jgħidulna bil‑limitazzjonijiet u n‑nuqqasijiet ta’ ħafna minn dawk li llum nagħrfu bħala qaddisin”.



BEST PRODUCTS ‑ BEST PRICES


Sales & Import of TV’s, Hi‑Fi & Appliances
David Azzopardi Director
Tel: +356 27570916

Mob: +356 99445723
Email: info@sathobby.com www.sathobby.com
Sathobby, St. Paul’s Road, St. Paul’s Bay SPB3300, Malta.


T: (356) 21311685
M: (356) 9945 7557
E: info@radprintingmalta.com
W: www.radprintingmalta.com
