
1 minute read
San Nöel Pinot
l‑liġi. Nhar il‑Ħadd 27 ta’ Frar Nöel tressaq il‑qorti, safa arrestat fil‑5 ta’ Marzu u kkundannat għat‑tkeċċija mill‑Qorti Distrettwali. Però huwa baqà moħbi f’Beaupreau u fl‑1793 mar lura Louraoux, waqt li kienet għaddejja l‑gwerra ta’ Vendee. Nöel reġa’ safa arrestat fil‑lejl tat‑8 ta’ Frar 1794 waqt li kien qed iqaddes quddiesa klandestinament fir‑razzett ta’ Milandrie f’Louroux‑Béconnais, fejn kien qed jistaħba. Nöel ittieħed f’Angers fejn deher quddiem il‑kummissjoni militari rivoluzzjonarja u safa vittma tal‑giljottina fl‑età ta’ 46 sena. Meta nqatel kien għadu liebes l‑ilbies tal‑quddiesa fil‑ħin tal‑arrest. Hekk kif tellgħuh fuq l‑armar tal‑gilljottina, Nöel beda jitlob it‑talb tal‑bidu tal‑quddiesa li jinkludu l‑‘intoibo ad altare Dei’ (Salm 42), li f’Angers kien jingħad waqt li jkun riesaq lejn l‑artal tal‑Mulej.
Nöel ġie bbeatifikat minn Papa Piju XI f’Ottubru tas‑sena 1926. U wara reġa’ ġie mfakkar flimkien ma’ disgħa u disgħin martri ta’ Angers minn Papa San Ġwanni Pawlu II fit‑19 ta’ Frar 1984. Il‑festa ta’ dan il‑qaddis martri tiġi ċċelebrata nhar il‑21 ta’ Frar.