7 minute read

Akkoljenza ta’ Minorenni Mhux

Akkumpanjati

l‑importanza ta’ relazzjoni fraterna

L‑inklużjoni hija esperjenza ta’ reċiproċità li għaliha aħna lkoll imsejħa biex nipparteċipaw. Mhix sempliċiment li wieħed jagħti xi ħaġa, imma wkoll li jirċievi. Esperjenza magħmula minn nies li jafu u jistgħu jaqsmu ma’ xulxin, jikkoperaw u jiffaċilitaw l‑inserzjoni tal‑aktar dgħajfa fis‑soċjetà, u li b’konsegwenza jirċievu r‑rikkezza ta’ kulturi ġodda u ħafna drabi ta’ ħbieb kbar f’dirgħajhom. Meta dawn l‑immigranti irregolari jaslu l‑Italja, wara l‑perijodu tal‑akkoljenza, it‑tfal huma ġeneralment trasferiti għal ‘foster homes’ u jsegwu proċess ta’ integrazzjoni li jibda bit‑tagħlim tal‑lingwa Taljana, u billi jsibulhom xogħol. Imma, mhux biżżejjed li tiffavorixxi l‑awtonomija tax‑xogħol, il‑proċess reali u dejjiemi ta’ inklużjoni jieħu aktar minn hekk: il‑prossimità, il‑qrubija, is‑sensazzjoni li għandek lil xi ħadd li tista’ tafdah daqslikieku kien wieħed mill‑familja tiegħek ‑ li tħossok ‘at home’ magħhom!

Permezz tal‑programm

‘Oħloq Sistema Lil Hinn Mill‑Akkoljenza’ dawn iż‑żgħażagħ jidħlu f’kuntatt ma’ familji li huma disponibbli li jilqgħuhom. Wara li jissuperaw l‑ewwel mument kemxejn diffiċli tal‑ewwel laqgħa, ħafna jirrakkontaw episodji ta’ ‘sharings’ mill‑aktar profondi, kemm mumenti ta’ ferħ kif ukoll ta’ niket. Dawn huma sinjali ta’ kemm din ir‑rabta hija qawwija. Iż‑żgħażagħ iħossuhom milqugħa u aċċettati, jitgħallmu jgħixu relazzjonijiet ta’ fiduċja mal‑oħrajn, iħossu li hemm min jemmen fit‑talenti li għandhom u fil‑possibbiltà li jkunu protagonisti fil‑mixja tagħhom lejn l‑awtonomija u t‑twettiq tal‑proġetti tagħhom.

Ħolma leġittima Ġ. tirrakkonta:

“Jiena u r‑raġel tiegħi F. ngħixu fiċ‑ċentru tal‑belt, u aħna t‑tnejn tobba. Għandna żewġt itfal bniet, diġà adulti. Tliet snin ilu rajt u smajt fuq it‑televixin l‑aħbar ta’ xi żgħażagħ li waslu l‑art mill‑baħar u ta’ tfal li mietu fil‑baħar, u li kien għad għandhom ir‑‘report card’ tal‑iskola fil‑but, u meta mort norqod dak ir‑ritratt baqa’ jdur f’moħħi. Bħallikieku kien qed jgħidli: “U inti x’se tagħmel?

L‑ewwel darba li Adrian, żagħżugħ Rumen ta’ etniċità żingara, ġie d‑dar tagħna, binti waslet ukoll bit‑tifel tagħha ta’ sena. Meta daħlet, it‑tifel ħareġ idejh lejn Adrian u mar f’idejh. Qatt ma stennejnieha. Adrian qal: “Kont qed nistennieha, għax għandi ħuti ċkejknin id‑dar u jiena nħobbhom it‑tfal.” Aħna ngħinuh fit‑triq lejn l‑awtonomija tiegħu. Pereżempju, l‑ewwel ftit drabi li ġie għandna kien akkumpanjat bil‑karozza mill‑operatur tal‑‘foster homes’, imma mbagħad sibna li jkun tajjeb jekk inġegħluh jagħmel pass ieħor u jitgħallem jiġi waħdu. Hekk, beda jaqbad il‑ferrovija waħdu minn Caserta. Tgħallem li kellu jixtri l‑biljett u jivvalidah, u jobdi l‑liġijiet. Issa, meta jasal, immedjatament jgħidilna: “Għamiltu l‑biljett!” Adrian għandu ħolma. Iħobb isajjar u jixtieq isir kok, imma l‑akbar xewqa li għandu mhix din! Ix‑xogħol jiswielu biex ikun jista’ jikri dar ħalli jkun jista’ jġib lil ħutu ż‑żgħar jgħixu miegħu. Mhix ħolma impossibbli u hija ħolma ġusta.”

X’differenza hemm bejn jien u int?

Dak li l‑familja tista’ tagħti lil dan it‑tifel ma jistax jidħol fi standards preordinati.

Aħna nixtiequ li, fuq kollox, din tkun skambju, qsim bejn il‑familja u l‑minorenni. Barra minn hekk, l‑għan huwa li jiġu pprovduti l‑għodod kollha meħtieġa biex jakkumpanjaw bl‑aħjar mod lit‑tifel fil‑mixja tiegħu lejn l‑awtonomija f’din il‑kumpanija l‑ġdida li sab fejn ikun żbarka.

M. tirrakkonta:

“Ix‑xrara tal‑bidu qabdet ma’ Alassane. Ix‑xrara li qed nirreferi għaliha hija dik ta’ merħba. Jiena, żewġi u ż‑żewġt itfal ingħaqadna mal‑programm meta smajna x‑xhieda ta’ voluntiera oħra. Mill‑ħarifa tal‑2019, it‑tifel Senegaliż beda jgħaddi xi żmien magħhom u jaqsam magħhom mumenti importanti ħafna, bħal tiġijiet, festi ta’ gradwazzjoni, festini ta’ għeluq is‑snin u anki xi vaganza fis‑sajf.

Alassane ntlaqa’ ġo ‘foster family’. Kien għadu minorenni: kellu sbatax‑il sena. Kollox beda mill‑mument meta konna qed nieklu pizza. Minn dak l‑ewwel mument, bdejna nsibu kull okkażjoni biex inkunu flimkien. Ir‑relazzjoni kienet immedjata u spontanja. Hu għandu karattru miftuh ħafna, ferrieħi u faċli li tħobbu. Jixtieq ħafna jitgħallem, ġej mis‑Senegal fejn kellu jħalli ’l‑familja tiegħu. Ma nafu xejn aktar fuqu għax qatt ma qalilna xejn. Forsi għax aħna qatt ma nsistejna. Mat‑tifel tiegħi, Mattia, kien aktar miftuħ u rrakkuntalu fuq il‑vjaġġ twil li kien għamel sal‑Libja, u kif wara qasmu l‑Mediterran sakemm waslu f’pajjiżna. Kien ikellimna però fuq il‑kultura tiegħu u l‑użanzi tagħhom. Kellu ħolma, dik li jsir plejer tal‑futbol, imma mbagħad stqarrilna: “Maż‑żmien tirrealizza li hija impossibbli, li trid taħdem biex tista’ tgħix.”

Għaddejna l‑Milied flimkien u ċċelebrajna għeluq sninu. Issa beda jsejjaħli mamà. Din l‑emozzjoni ma stennejtha qatt; li nisma’ lil xi ħadd bħalu jsejjaħli hekk! Ma’ wliedi jġib ruħu daqslikieku kien ħuhom. Mattia jgħidlu: “X’differenza hemm bejni u bejnek? L‑unika differenza hi li jiena kelli x‑xorti nitwieled f’pajjiż differenti minn tiegħek.” Is‑sajf li għadda, Mattia stieden għall‑ikla ta’ filgħaxija lil Alassane u żewġ

Lebaniżi oħra li jistudjaw f’Napli. Issuġġerielhom li jieħdu vaganza kollha flimkien. Kollha qablu. Bdew jorganizzaw u jippjanaw din il‑vaganza, u telqu biex jgħaddu għaxart ijiem fil‑Kalabrija bil‑karozza mimlija ikel. Mattia xtaq iħallas kollox hu, imma ma kienx hemm bżonn. Alassane ħallas kollox għalih. Li tkun parti minn familja ta’ ħbieb hi importanti għax hekk ma tħossokx waħdek; taf li jekk jinqala’ xi ħaġa, int żgur li dejjem hemm min jgħinek.” hemm modi oħra kif inħarsu lejn id‑dinja.

A. għalliema tal‑primarja tirrakkonta:

Il‑konfront mal‑oħrajn jherrik

Li nkunu miftuħa għall‑oħrajn iġib dejjem xi ftit tal‑bidla f’ħajjitna. Mhux biss is‑sensazzjoni li tħoss meta tisma’ lil xi ħadd isejjaħlek mamà bħalma ġara lil M. jew li tħoss li għandek aħwa minn pajjiżi oħra. Hija kwistjoni li nifhmu wkoll li l‑orizzonti tagħna u l‑mod kif inħarsu lejn l‑affarijiet huma ħafna drabi limitati u

“Evans beda jiffrekwenta l‑familja tagħna. Niltaqgħu nhar ta’ Ħadd. Fil‑bidu, biex ma jsibhiex diffiċli, kont nippjana l‑ħruġ tagħna flimkien ma’ familja oħra. Huma wkoll kienu laqgħu tifel għandhom u bdejna mmorru naraw xi partita futbol, nagħmlu xi passiġġata jew immorru nieħdu kafè flimkien. Affarijiet sempliċi bħal dawn, imma mbagħad rajna li kien ikun aħjar jekk inkomplu dan il‑proċess tal‑akkoljenza waħedna, għaliex huwa tajjeb li Evans jifhem li aħna l‑familja li magħha jrid ikollu riferiment. Matul il‑ġimgħa kien imur l‑iskola biex jitgħallem jaħdem ta’ barbier (il‑ħolma tiegħu) u nhar ta’ Ħadd ir‑raġel tiegħi kien imur għalih biex din il‑ġurnata ta’ vaganza ngħadduha flimkien. Mingħajr ma għednielu xejn, iddeċieda li jibda jiġi magħna għall‑quddiesa ta’ filgħodu. U wara, ilkoll għall‑pranzu fejn ħafna drabi kien ikun hemm ukoll it‑tlett itfal tagħna bil‑familji tagħhom.

Din l‑esperjenza għallmitna li l‑akkoljenza hija ħaġa sempliċi. Iktar sempliċi milli wieħed jista’ jimmaġina. Li niltaqgħu kull ġimgħa saret ħaġa normali u kienet ħaġa konkreta; meta tkun hekk viċin tal‑oħrajn li tista’ tħares f’għajnejhom u tkellimhom, toħloq emozzjonijiet. Tgħallimna li, iva, jeżistu kulturi differenti u imġiba diversa, imma fl‑aħħar mill‑aħħar aħna lkoll aħwa. Meta niltaqgħu mhux sempliċement inkunu qed nagħtu, imma nkunu anki qed nirċievu. Nifhmu wkoll li xi drabi jkollna ħsibijiet diġà prifabbrikati u żbaljati.

M’għandna nieħdu qatt xejn bħala fatt.”

Aqsam magħna

Jiena żgur li dawn l‑esperjenzi mhux qed isiru biss l‑Italja, imma anki hawn Malta. Naf min dan ilu jagħmlu. Però ma naf lil ħadd li qasam dawn l‑esperjenzi sbieħ bil‑kitba. Inħeġġiġkom taqsmu magħna esperjenzi sbieħ bħal dawn li jistgħu jagħmlu ħafna ġid lil kulħadd. Din hija l‑evanġelizzazzjoni li Ġesù jridna nagħmlu, mhux biss barra minn xtutna, imma qabel kollox hawn f’pajjiżna.

Final Report of the Construction of the New Holy Trinity Cathedral in the Diocese of Monze.

Dear Msgr Valentino Borg,

Greetings from Zambia. Kindly accept our sincere and humble gratitude to you and the benefactors for your donation towards the construction of the new cathedral in our diocese. By the grace of God, construction works for the New Holy Trinity Cathedral have been concluded. The works have been concluded some months behind schedule. The major reasons for the delay include the delay by the Zambian Government to approve the use of the land for the project, as well as approving the building plan and other legal necessities, and the Covid‑19 pandemic, with border closures (thereby delaying importation of essential materials), as well as association/work restrictions. The project turned out to be more expensive than had been projected. Some additional works were deemed necessary along the way, including the purchase and installation of marble tiles for the floor. Some of this total was received from different international donors, while the remaining was contributed by our local church. Because of your prayers and generosity, this project has successfully been completed.

To you we say thank you. We assure you our prayers that our loving God continues to bless you and your noble work. With friendship, appreciation and rejoicing in the Lord always, I am, fraternally yours,

+ Raphael Mweempwa Bishop Diocese of Monze

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5

Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24

Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35

Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43

Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.

• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:

€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż)

€2400 (l‑ispejjeż kollha)

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil

Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

Jew fuq: www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑ QALB

Dear Monsignor,

I’m really happy to write to you this from Jerusalem.

Thank you very much for your welcoming me in Malta and for all you did for me. I’m continuing to celebrate the masses and I thank God every day for your missionary help. May God assist you and bless all the volunteers of Missio Malta.

Blessings,

Father Stein Bilou Congo‑Brazzaville

Dear Monsignor Valentino,

Cordial greetings from India. I hope and pray that you are doing well.

Here, I am doing well and having various programmes in different dioceses. I always cherish your company and generosity. Moreover, you and your collaborators are remembered during the Holy Mass. While thanking you for the mass intentions that you gave us during the General Assembly, I assure you that the priests, collaborators and myself have fulfilled the intentions. It was a great help for us indeed. At this juncture, may I request you to send some mass intentions, if possible, for me as well as for the priests who help me for the mission activities of PMS, India.

With kind regards and prayers,

Father Ambrose Muthu

This article is from: