
1 minute read
“Mulej, jiena nħobbok.”
L‑aħħar kelmiet li lissen Papa Benedittu XVI qabel ħalla din id‑dinja.
“Nixtieq infakkar lil kulħadd, speċjalment lill‑gvernijiet impenjati biex jagħtu spinta lill‑assi ekonomiċi u soċjali tad‑dinja, li l‑kapital primarju li għandu jiġi salvagwardjat u stmat huwa l‑bniedem, il‑persuna umana fl‑integrità tagħha.”
“L‑ambjent huwa r‑rigal t’Alla għal kulħadd, għalhekk aħna għandna responsabbiltà lejn il‑foqra, lejn il‑ġenerazzjonijiet futuri u lejn l‑umanità kollha kemm hi.”
“L‑Evanġelju jrid jiġi pprietkat u mgħallem bħala mod ta’ ħajja integrali, li joffri tweġiba attraenti u vera, intellettwalment u prattikament, għall‑problemi umani reali.”
(16 t’April, 1927 – 31 ta’ Diċembru, 2022)
“Kif jista’ jkun li l‑aktar spazju tal‑għaġeb u sagru fil‑bniedem – il‑ġuf – sar post ta’ vjolenza indeskrivibbli permezz tal‑abort?”
“Billi nħalli lili nnifsi niġi maħfur, nitgħallem naħfer lill‑oħrajn. Billi nagħraf id‑dgħufija tiegħi stess, insir aktar tolleranti u nifhem in‑nuqqasijiet tal‑proxxmu.”
“Il‑ħajja ta’ dejjem tkun bħal donnok tgħaddas ruħek fl‑oċean ta’ mħabba infinita fejn iż‑żmien ‑ qabel u wara ‑ m’għadux jeżisti. Milja ta’ ħajja u ferħ: Dan huwa dak li nittamaw u nistennew mill‑fatt li nkunu ma’ Kristu.”
“Il‑fidi mhix illużjoni, titjira ta’ fantasija, kenn jew sentimentaliżmu; anzi hija involviment totali fil‑ħajja kollha u hija t‑tħabbira tal‑Vanġelu, l‑Aħbar it‑Tajba li tista’ teħles lill‑persuna sħiħa.”
“Iktar ma persuna tkun qrib ta’ Alla, iktar tkun qrib in‑nies.”
“Meta nara b’għajnejn Kristu, nista’ nagħti lill‑oħrajn ħafna aktar mill‑ħtiġijiet esterni tagħhom; nista’ nagħtihom id‑dehra ta’ mħabba li verament jixtiequ.”
“Alla hu ħaj, u għandu bżonn nies biex jaqduh u jġibuh għand ħaddieħor. Jagħmel sens li ssir qassis: id‑dinja għandha bżonn saċerdoti u rgħajja, illum, għada u dejjem, sal‑aħħar taż‑żmien.”