Il-Manwal #EUandME

Page 1

Il-Manwal #EUandME Skopri dak li l-UE tagħmel għalik

L-UNJONI EWROPEA

europa.eu/euandme



“Kif l-UE tikkontribwixxi għal ħajti?” Qatt ħlomt li tibda negozju, tistudja barra mill-pajjiż, jew tagħmel volontarjat biex tgħin komunitajiet fil-bżonn? Kont taf li l-UE tista’ tagħtik appoġġ biex tikseb dawn l-affarijiet kollha? 60% taż-żgħażagħ bejn 15 u l-34 sena1 ma jikkunsidrawx lilhom infushom li huma infurmati sew dwar l-UE. Minkejja li jirrikonoxxu dak li l-Unjoni Ewropea tirrappreżenta, ħafna persuni qegħdin jitilfu l-ġid ta’ opportunitajiet u benefiċċji li huma intitolati għalihom bħala ċittadini tal-UE.

Ħerqan għal aktar? Illoggja fuq www.europa.eu/euandme fejn se nkunu qed inniedu kompetizzjonijiet, films, stejjer u avvenimenti madwar l-Ewropa.

Ewrobarometru Standard 86, QD7 and QE2.

1

L-appoġġ tal-UE jista’ jieħu diversi forom. Kemm jekk tkun imprenditur li għadek tibda li teħtieġ appoġġ biex tniedi applikazzjoni ġdida, nomadu diġitali li qed tfittex għal WiFi f’żoni remoti, jew persuna avventuruża li lesta tagħti daqqa t’id kull fejn ikun hemm bżonn jew persuna li tħobb il-kultura u li qed tfittex is-sbuħija, hemm xi ħaġa li tgħodd għalik. Tkun xi tkun il-passjoni tiegħek, jekk hix ikel sustanzjuż, ilma nadif, is-serje televiżiva favorita tiegħek, jew xiri online, Il-Manwal #EUandME: Skopri dak li l-UE tagħmel għalik jippermettilek li tiskopri r-rwol kruċjali li l-UE għandha biex tgħinek tagħmel dak li tħobb l-aktar.

3


IL-KARRIERA TIEGĦI. ĦAJTI. Agħżel fejn taħdem u tgħix fl-UE.

Kif taħdem

#EUANDME

Bħala ċittadin/a tal-UE, l-opportunità li naħdem f’pajjiż differenti hija waħda mid-drittijiet bażiċi tiegħi. Irrispettivament minn jekk inkunx qed nibda karriera ġdida barra mill-pajjiż, jew infittex li nikseb perspettiva ġdida permezz ta’ internship jew opportunità ta’ volontarjat, il-liġi tal-UE tfisser li jien dejjem inkun kopert/a minn sistema tas-sigurtà soċjali. Jekk naħdem għal kumpanija jew naħdem għal rasi, għandi d-dritt li nagħżel fejn naħdem. U jekk qed infittex li nagħmel l-ewwel pass fuq is-sellum tal-karrieri, l-UE se tgħinni nsib l-opportunità t-tajba.

4

17-il miljun

ċittadin tal-UE kienu qegħdin jgħixu fi Stat Membru barra l-pajjiż ta’ oriġini tagħhom fl-2017.

Passaport tal-karrieri L-editur tal-Europass CV jippermettili nippreżenta l-ħiliet, il-kwalifiki u l-kisbiet tiegħi b’mod li jiġi rikonoxxut b’mod universali madwar l-Ewropa.

1.4 miljun

ċittadin tal-UE mxew għal pajjiż differenti fl-UE fl-2015.

Drop'pin

huwa servizz mingħajr ħlas minn EURES li joffri għajnuna prattika sabiex nagħmel l-ewwel pass fuq is-sellum tal-karrieri. Biex inżid il-probabbiltà li niġi impjegat/a, nista’ nirreġistra għal taħriġ, korsijiet lingwistiċi, apprendistati u aktar.

58,000 żagħżugħ u żagħżugħa diġà rreġistraw għal opportunitajiet mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.


1

3

5

2

4

6

1 META PAJJIŻ WIEĦED MA JKUNX BIŻŻEJJED...

Bis-saħħa taċ-ċittadinanza tal-UE tiegħi, għandi l-Ewropa kollha fuq l-għatba. Irrispettivament minn jekk nixtieqx inkun pumpier f’Ċipru jew elettriċista fl-Estonja, għandi d-dritt ngħix u naħdem fi kwalunkwe pajjiż tal-UE. Kull ma għandi bżonn hija assigurazzjoni tas-saħħa u prova li nista’ nsostni lili nnifsi finanzjarjament, u nista’ nsejjaħ lil kwalunkwe pajjiż tal-UE bħala d-dar il-ġdida tiegħi.

2 SIB L-IMPJIEG IT-TAJJEB

Minn dejjem kont noħlom li ngħix barra mill-pajjiż, u l-EURES qiegħed hawn sabiex jibdel dil-ħolma f’realtà. Hemm aktar minn 1.3 miljun opportunità ta’ karrieri potenzjali online, u jista’ anki jkolli konsulent apposta li jista’ jgħinni nsib l-impjieg ideali tiegħi fil-pajjiż li nħobb. U jekk għandi 18-35 sena, għajnuna addizzjonali hija disponibbli permezz ta’ L-Ewwel Impjieg EURES Tiegħek, bħal għotja biex tivvjaġġa għal intervista barra mill-pajjiż.

AKTAR INFORMAZZJONI

3 BIDDEL ID-DINJA

Interessat tgħin lin-nies fil-bżonn? Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jipprovdi oppor­ tunitajiet mħallsa u ta’ volontarjat lil żgħażagħ ta’ bejn it-18-30 sena li huma ħerqanin għal sfida. Dan jista’ jinvolvi l-bini mill-ġdid ta’ skola wara terremot, jew il-ħidma ma’ persuni b’diżabbiltà f’ċentru tal-komunità, jew ħafna aktar.

4 APPRENDISTATI BARRA MILL-PAJJIŻ

Ejja ngħidu li jien kok apprendista li jixtieq jitgħallem aktar dwar il-kċina Franċiża, jew infermier trainee interessat li jaħdem fil-Portugall. ErasmusPro joffri­li l-opportunità li nqatta’ 6-12-il xahar appren­ distat f’pajjiż differenti tal-UE. Nista’ nakkwista esperjenza prattika ta’ ħidma f’kultura differenti, u din tgħodd għall-apprendistat tiegħi.

https://europa.eu/youreurope/citizens/ work/index_mt.htm

5 KIF TIKKOMUNIKA MAL-IMPJEGATURI

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi huma fieri tal-karrieri madwar l-Ewropa li għandhom l-għan li juru l-opportunitajiet disponibbli għalija fi ħdan l-UE, l-Iżlanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera. M’għandix għalfejn nattendi l-avveni­ menti fiżikament – ħafna Jiem Ewropej tal-Impjiegi jsiru online, għalhekk nista’ nsib l-impjieg perfett f’pajjiż ieħor mingħajr ma noħroġ mill-kumdità tassufan tiegħi stess.

6 KULTURI ĠODDA, L-ISTESS DRITTIJIET

Aħbar tajba – Ġejt mibgħut temporan­ jament f’pajjiż differenti tal-UE biex intemm kuntratt għall-impjegatur tiegħi! Iżda x’jiġri mid-drittijiet tax-xogħol tiegħi meta nasal? Fl-UE, il-ħaddiema kollha stazzjonati awtomatikament jirċievu l-istess sett ta’ drittijiet bażiċi – bħar-rata minima ta’ ħlas – bħall-ħaddiema filpajjiż ospitanti tiegħi. Dan ma jfissirx biss li d-drittijiet tiegħi huma protetti fl-UE kollha, iżda l-fornituri tas-servizz barranin ma jistgħux inaqqsu l-kompetizzjoni lokali bi standards ta’ xogħol aktar baxxi. Fil-qosor, tiżgura li x-xogħol fl-UE hu tajjeb għas-saħħa, sigur u ġust. 5


L-ISTUDJI TIEGĦI. ĦAJTI. Ikseb ħiliet ġodda billi tistudja, titħarreġ jew tagħmel volontarjat barra mill-pajjiż.

Kif taħdem

#EUANDME

Iċ-ċittadinanza tiegħi tal-UE taqtagħli passaġġ biex nitgħallem, nitħarreġ, niskopri u nispira ruħi f’wieħed mit-33 pajjiż madwar l-Ewropa u d-dinja permezz tal-iskema Erasmus+. Irrispettivament minn jekk inkunx student li qed ifittex li javvanza fl-istudji tiegħu fi ħdan kultura ġdida, jew ħaddiem żagħżugħ li jixtieq jitħarreġ u jtejjeb iċ-ċans tiegħu li jsib xogħol f’ambjent uniku, Erasmus+ jagħtini aċċess għal ħiliet, għarfien u esperjenzi ġodda. Nista’ anki nagħmel volontarjat għal esperjenzi ta’ kwalità u sodisfaċenti, li jippermettuli nesprimi solidarjetà ma’ Ewropej oħra. Kull ma għandi bżonn nagħmel huwa li nagħżel pajjiż, nipprattika l-ħiliet lingwistiċi tiegħi u nippr­ epara għal esperjenza li ma tintnesa qatt.

6

4 miljun

persuna se tistudja, titħarreġ, tikseb esperjenza tax-xogħol jew tagħmel volontarjat barra mill-pajjiż bejn l-2014 u l-2020, bis-saħħa ta’ Erasmus+.

L-avventura tiegħi

Mijiet ta’ eluf ta’ opportunitajiet qegħdin biss ftit klikkjaturi bogħod. Biex napplika għall-avventura Erasmus+ tiegħi stess, nista’ nikkuntattja lill-aġenzija nazzjonali tiegħi fil-pajjiż fejn ngħix.

95%

Il-perċentwal ta’ studenti li ħassewhom sodisfatti jew sodisfatti ħafna bl-iskema tal-Erasmus+.

Id-drittijiet tiegħi

M’inix ċert dwar x’għandi nistenna waqt li nkun imsiefer? Id-drittijiet u l-obbligi tiegħi huma disponibbli biex naqrahom fil-Karta tal-Istudenti ta’ Erasmus+.

€2.2 biljun

Il-baġit ta’ Erasmus+ li ġie investit sabiex iż-żgħażagħ jingħataw appoġġ biex jitgħallmu, jistudjaw u jiżviluppaw fl-2016.

Ewropa Kreattiva

tgħin lill-artisti u lill-persuni kreattivi jsegwu opportunitajiet fis-setturi kulturali barra mill-pajjiż – skopri kif tibbenefika.


1

3

2

4

1 NINVESTI FIJA

Imħasseb dwar l-ispejjeż ta’ studju jew taħriġ barra mill-pajjiż? L-UE qiegħda hawnhekk biex tgħin! Il-programm Erasmus+ jipprovdi għotjiet kemm għallistudenti kif ukoll għall-persuni fit-taħriġ vokazzjonali, u l-ErasmusPro jista’ jiffi­ nanz­ja kollokamenti ta’ apprendistat ta’ 6-12-il xahar barra mill-pajjiż. Dan ifisser li jien minn jien u jkun xi jkun il-kors jew il-professjoni tiegħi, iż-żmien ‘il bogħod mid-dar ikun kemm sodisfaċenti kif ukoll finanzjarjament affordabbli.

2 TGĦALLEM B'PERSPETTIVA ĠDIDA

It-tagħlim barra mill-pajjiż jista’ jibdilni f’persuna b’aktar informazzjoni, kultura u għarfien – li bħala riżultat tagħmilha aktar faċli li niġi impjegat. Il-programm Erasmus+ jippermettili nistudja, nitħarreġ, nagħmel volontarjat jew nagħmel skam­ bju taż-żgħażagħ f’wieħed mit-33 pajjiż madwar l-Ewropa u lil hinn. Nista’ nit­ għallem lingwa ġdida, niskopri pajjiż ġdid u niltaqa’ ma’ persuni ġodda – mela fejn poġġejt il-passaport tiegħi?

3 SOLIDARJETÀ GĦALL-EWROPA

Tixtieq tagħti xi ħaġa lura lill-komunità? Dan jista’ jsir permezz tal-għoti ta’ appoġġ lil persuni li jfittxu asil li għadhom kif jaslu, it-tneħħija ta’ veġetazzjoni sabiex jiġu evitati nirien tal-foresti, jew għajnuna fit-tqassim tal-assistenza fir-reġjuni affet­ twati minn diżastri. Nista’ nagħmel volon­ tarjat, naħdem jew nagħmel traineeship ­per­mezz tal-Korp Ewropew ta’ Solidar­ jetà sabiex ngħin lill-komunitajiet fl-Ewropa, u fl-istess waqt nitgħallem ħiliet ġodda prezzjużi.

5

5 RIĊERKA U LIL HINN

Ma tistax tixba’ mill-istudju? Il-fatt li nlesti Lawrji tal-Masters Konġunt Erasmus Mundus se jippermettili nistudja bħala postgradwat f’żewġ pajjiżi differenti fl-UE jew madwar id-dinja. Jew bħala akkade­ miku, l-azzjonijiet Marie SkłodowskaCurie jistgħu jagħtuni l-opportunità li ngħix, nagħmel riċerka u naħdem barra mill-pajjiż.

4 ORIZZONTI ĠODDA, OPPORTUNTIAJIET ĠODDA

Għandek bżonn terġa’ taqbad il-Franċiż jew tibda tifhem il-Grieg? Jiena nista’ nieħu kors diġitali fuq is-sit web tal-­ Appoġġ Lingwistiku Online ta’ Erasmus+ qabel ma nitlaq mid-dar. Barra minn hekk, din il-ħila ġdida, u l-oħrajn li nikseb matul iż-żmien li nkun imsiefer, se jagħtu lis-CV tiegħi faxxinu addizzjonali sabiex jgħinuni nispikka mal-impjegaturi.

AKTAR INFORMAZZJONI

https://europa. eu/youreurope/ citizens/education/ index_mt.htm 7


Kif taħdem

#EUANDME

Li nkun ċittadin/a tal-UE jfisser li nista’ nuża s-servizzi tal-kura tas-saħħa pubbliċi ta’ kwalunkwe pajjiżi ieħor tal-UE, flimkien mal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Iżvizzera, fil-każ ta’ bżonn mediku grazzi għall-Karta talAssigurazzjoni tas-Saħħa tal-UE tiegħi. Il-liġi tal-UE tippermettili li nirċievi l-kura bl-istess mod bħar-residenti tal-pajjiż li qed inżur, madankollu jien nista' nintalab nonora kull ko-pagament li r-residenti jħallsu minn qabel. Dan ifisser li nista’ ngawdi liberament dak kollu li kull pajjiż għandu x’joffri, b’moħħi mistrieħ fl-għarfien li jien inkun kopert f’każ li tiġri xi ħaġa meta nkun ’il bogħod mid-dar. F'każ ta' kura ppjanata fi Stat Membru ieħor (flimkien mal-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja), nista' nikkuntattja lill-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali tiegħi meta nkun qed nippjana l-vjaġġ biex insir naf aktar dwar id-drittijiet tiegħi.

8

SAĦĦTI. ĦAJTI.

Ikseb kura tas-saħħa ta' emerġenza u ppjanata kull fejn tkun fl-UE.

200 miljun

Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea kienu fiċ-ċirkolazzjoni fl-2014.

Transkonfinali

Għandi bżonn li ningħata mediċini b’riċetta meta nkun barra mill-pajjiż? It-tabib tiegħi jista’ jagħtini riċetta li nista’ nuża f’pajjiż ieħor tal-UE, sabiex inkun nista’ nkompli naċċessa l-medikazzjoni tiegħi waqt li nkun imsiefer.

1.6 miljun

In-numru ta’ talbiet għal rimbors sottomessi fl-2013 taħt l-iskema tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea.

Għandek xi mistoqsijiet?

Network ta’ Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali madwar l-Ewropa jista’ jwieġeb għall-mistoqsijiet tiegħek dwar kura ppjanata u mhux ippjanata qabel tivvjaġġa barra mill-pajjiż, biex inti tkun tista’ tiffoka fuq dak li verament jikkonċernak waqt li tkun qiegħed hemm.


1

3

5

2

4

6

1 PASSAPORT, BAGALJI, NUĊĊALI TAX-XEMX... ASSIGURAZZJONI!

Irrispettivament minn jekk inkunx qed nagħmel skiing fl-Italja jew żjara turistika fil-Polonja, dejjem hemm ċans li nista’ nimrad jew li jkolli aċċident “il bogħod mid-dar. Li jkolli Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea jfisser li nkun nista” nuża servizzi tal-kura tas-saħħa pubbliċi neċessarji sabiex nikseb trattament ta’ emerġenza fil-pront u faċilment, f’każ li jinqala’ xi diżastru.

2 BTAJJEL BLA STRESS

Imradt fi Spanja jew waqajt fil-Greċja? M’għandekx għalfejn tinkwieta dwar spejjeż mediċi enormi. Jekk il-kura tassaħħa tkun mingħajr ħlas għaċ-ċittadini, se tkun mingħajr ħlas għalija wkoll.

3 F'KAŻ TA' EMERĠENZA, ĊEMPEL IL-112!

Ħadd ma jixtieq jippjana għal diżastru, iżda kollox jista’ jiġri. Jekk ikolli bżonn xi għajnuna, nista’ nċempel il-112 minn kwalunkwe linja fissa jew mowbajl mingħajr ħlas, inkun fejn inkun fl-UE.

4 L-GĦAJNUNA FUQ IL-PONOT TA' SUBGĦAJK

Mistoqsijiet? L-informazzjoni kollha li għandi bżonn dwar il-proċess tarrimborż, it-trattamenti disponibbli, l-ispejjeż, u n-numri ta’ kuntatt ta’ emer­ ġenza tista’ tinstab online Illoggja biex tkun taf aktar.

5 IPPJANAT U MHUX IPPJANAT

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea tintitolani għal trattament neċes­ sarju permezz tas-servizzi tal-kura tassaħħa pubbliċi, iżda bħala ċittadin tal-UE nista’ wkoll nippjana t-trattament barra mill-pajjiż (ikolli nitkellem mal-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-Kura tas-Saħħa Transkonfinali tiegħi u mal-assiguratur tas-saħħa tiegħi dwar dan qabel ma nitlaq minn pajjiżi).

6 KURA PERMEZZ TA' KOLLABORAZZJONI

B’xorti tajba, it-tobba u l-infermiera tagħna għandhom għarfien estensiv dwar il-maġġoranza l-kbira tal-mard li niltaqgħu miegħu llum. Iżda x’jiġri jekk taqbadni marda rari li t-tabib tiegħi qatt ma ltaqgħa magħha qabel? In-Networks ta’ Referenza Ewropej jagħtu aċċess lit‑tobba għal grupp ta’ speċjalisti minn 900 unità għall-kura tas-saħħa biex ikunu jistġħu jikkonsultaw magħhom u jirċievu parir mingħandhom fuq firxa ta’ mard rari jew kumpless f’24 qasam tematiku. Jekk jaħdmu flimkien, jistgħu jgħinuni naċċessa kura tas-saħħa ta’ kwa­ lità għolja waqt li noqgħod qrib in-nies mill-ambjent ta’ dari.

AKTAR INFORMAZZJONI

https://europa. eu/youreurope/ citizens/health/ index_mt.htm 9


IL-VJAĠĠI TIEGĦI. ĦAJTI. Ivvjaġġa faċilment fl-UE.

Kif taħdem

#EUANDME

Li nkun ċittadin/a tal-UE jfisser li nista’ nesplora, nistudja jew naħdem f’pajjiż ieħor tal-UE – huwa dritt fundamentali. Il-Ftehim ta’ Schengen neħħa l-kontrolli fil-fruntieri għal 26 pajjiż Ewropew, għalhekk nista’ nivvjaġġa faċilment mingħajr ma nuri passaport jew ID meta nkun qed niċċaqlaq minn pajjiż għal ieħor. Kemm jekk b’karozza, b’ajruplan jew b’ferrovija – l-Ewropa għandha l-aktar netwerk tal-ferrovija dens fid-dinja – Jien nista’ nesplora l-270 provinċja kollha fi ħdan l-UE x’ħin inkun komdu. Barra minn hekk, il-munita komuni tfisser li nista’ nħallas bil-euro fi 19-il pajjiż. Dan kollu, u aktar, jagħtini l-libertà nieħu għadd bla qies ta’ deċiżjoni­ jiet relatati mal-ivvjaġġar, kollha protetti bid-drittijiet tal-UE li jżommuni ħieles/ħielsa mill-istress u bla periklu.

10

1.25 biljun

In-numru ta’ vjaġġi li qed iseħħu fis-26 pajjiż taż-żona Schengen kull sena mingħajr il-ħtieġa li jintwera passaport jew karta tal-ID.

112

Kull fejn inkun, ikun x’ħin ikun fl-UE, dan in-numru mingħajr ħlas jista’ jsalvali ħajti. Biex inċempel is-servizz tat-tifi tan-nar, tal-pulizija jew tal-ambulanza, nista’ sempliċiment inċempel 112.

341 miljun

15,000

In-numru ta’ persuni li jużaw il-euro f’19-il pajjiż kull ġurnata.

In-numru ta’ biljetti tal-ivjaġġar b’xejn li ngħataw diġà biex jiġu megħjuna ż-żgħażagħ ta’ 18-il sena biex jiskopru l-Ewropa fl-2018. Kun af aktar dwar kif tapplika fuq il-websajt ta’ #DiscoverEU.

Pet power

€430 miljun fis-sena

Iċ-ċittadini tal-UE bħali jistgħu jivjaġġaw faċilment flimkien mal-klieb, il-qtates u anki n-nemes tagħhom. Jeħtieġu biss passaport Ewropew għall-annimali domestiċi.

It-tnaqqis f’danni kumpensatorji lill-konsumaturi grazzi għall-protezzjoni tal-Unjoni Ewropea għal vjaġġi b’kollox inkluż, li tinkludi drittijiet ta’ kanċellazzjoni aktar b’saħħithom u regoli aktar ċari dwar min huwa responsabbli jekk xi ħaġa fil-fatt tmur ħażin.


1

3

5

2

4

6

1 DRITTIJIET F'KAŻ TA' GĦAWĠ

Esperjenzajt dewmien u kanċellazzjoni­ jiet? Bħala passiġġier tal-ajru, ta’ fer­ rovija, ta’ vapur jew ta’ xarabank, jien għandi d-drittijiet meta nkun qed niv­ jaġġa fl-UE. Pereżempju l-ivvjaġġar bl-ajru: Jien intitolat/a għal biex nieħu flusi lura jekk it-titjira tiegħi tkun ikkan­ ċellata, ittardjata b’aktar minn 3 sigħat, jew jekk inkun imċaħħad/imċaħħda milli nirkeb għal raġunijiet operazzjonali jew minħabba bbukkjar żejjed, jien nista’ nirċievi kumpens ta’ massimu ta’ €600, skont id-distanza.

3 NIEĦU ĦSIEB L-ISPEJJEŻ

Nuża l-karta tal-kreditu tiegħi f’Barcelona, f’Budapest jew fi Bratislava? Fi ħdan l-UE, l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet – online, offline, f’kull ħin – huma l-istess bħalli­ kieku qiegħed f’pajjiżek.

4 ID-DAWRA TA' ĦAJTI

Autoroute jew Autobahn? Triq bin-noll jew triq kostali? Jekk il-liċenzja tassewqan tiegħi tinħareġ minn pajjiż tal-UE, din tista’ tintuża kullimkien fl-UE.

5 PASSAPORT GĦALL-ISKOPERTA

Li sempliċiment nagħmel parti mill-madwar 500-il miljun ċittadin tal-UE jipper­mettili nesplora, naħdem jew ngħix f’diversi pajjiżi eċċitanti Ewropew. Passaport wieħed, infinità ta’ possibbiltajiet.

6 MUNITA BLA PROBLEMI

Ħassarha dik l-app tal-kambju, addio bureau de change, u bonjour u hola lillewro. L-euro, issa milqugħa fi 19-il pajjiż, saret essenzjali għall-ivvjaġġar fl-UE.

2 LEST BIEX TITLAQ

Sempliċi swipe fuq il-mowbajl, u nista’ nivjaġġa minn belt għall-oħra tal-UE għall-prezz ta’ ikla ħafifa. L-ispiża tas-safar naqset b’41% bejn l-1992 u l-2000 bħala riżultat tad-deregolamentazzjoni tal-UE u tal-liberalizzazzjoni tas-suq – li jfisser li bħalissa hemm aktar linji tal-ajru li nista’ nagħżel minnhom sabiex nikseb l-aħjar offerta.

AKTAR INFORMAZZJONI

https://europa.eu/youreurope/citizens/ travel/index_mt.htm 11


IL-MOWBAJL TIEGĦI. ĦAJTI. Iċċempel, tibgħat messaġġi u tuża d-data mingħajr spejjeż addizzjonali meta tkun qed tesplora l-UE.

Kif taħdem

#EUANDME

F’Ġunju 2017, l-UE għaddiet regolamenti ġodda li temmew l-era tat-tariffi tar-roaming – li jfisser li irrispettivament minn jekk jien inkunx imsiefer fuq btala jew qed nivjaġġa fuq xogħol, nista’ nuża l-mowbajl tiegħi kull fejn inkun fl-UE mingħajr spejjeż żejda. Is-servizz ta’ Roam like at Home (Agħmel roaming qisek qiegħed f’Pajjiżek) issa hu inkluż ukoll f’kull kuntratt tal-mowbajl tar-roaming – irrispettivament minn min ikun l-operatur. Barra minn hekk, ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE temmew il-monopolji tal-kumpaniji tat-telefonija, u offrew aktar kompe­ tizzjoni u prezzijiet aktar baxxi għall-kosumaturi.

12

100 darba

Iż-żieda fil-volum ta’ data tar-roaming użata bejn l-2008 u l-2015.

4 xhur

Jekk inqatta’ aktar ħin fuq il-mowbajl tiegħi meta nsiefer milli kemm inqatta’ ħin fuqu f’pajjiżi fuq perjodu ta’ 4 xhur, l-operatur tiegħi jista’ jikkuntattjani sabiex jiddiskuti l-użu tiegħi, u potenzjalment japplika ħlasijiet addizzjonali żgħar. Dawn il-ħlasijiet addizzjonali jitilgħu sa 3.2 ċenteżmi l-minuta għat-telefonati, ċenteżmu (1) għal kull SMS u 0.6 ċenteżmu għal kull megabyte ta’ dejta, li sal-2022 tinżel għal 0.25 ċenteżmu għal kull megabyte.

12% biss

tal-individwi tfew il-mowbajls tagħhom u m’użawhomx waqt li kienu qed jivvjaġġaw fl-UE minn Ġunju 2017.

69%

taċ-ċittadini Ewropej jemmnu li personalment se jibbenefikaw mit-tmiem tat-tariffi tar-roaming.


3

1

1 ROAMING DAQSLIKIEKU F'PAJJIŻEK

M’iniex qiegħed f’pajjiżi u għandi bżonn inċempel Stokkolma... Mhux problema – li tibqa’ f’kuntatt waqt li tkun qed tivvjaġ­ġa issa huwa faċli aktar minn qatt qabel! M’hemm l-ebda spiża addizzjonali biex nuża l-mowbajl tiegħi meta nkun imsiefer fl-UE, fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein jew fin‑Norveġja – għalkemm l-operaturi tal‑mowbajl fil-Finlandja, fil-Litwanja u fl-Estonja xorta jistgħu japplikaw tariffi żgħar ħafna tar-roaming. Nista’ nċempel, nibgħat messaġġi u nuża d-data, u dan jiswieni l-istess bħallikieku qiegħed iddar. Mhux ta’ b’xejn li l-użu tal-internet fuq il-mowbajl waqt l-ivvjaġġar fl-UE żdied b’ħames darbiet minn meta ntemmu t-tariffi tar-roaming!

2 IBDA SSWAJPJA!

Il-ħin kollu nibgħat il-messaġġi fuq il-mowbajl, għalhekk aħbar tajba li – filbiċċa l-kbira tal-każijiet – meta nivjaġ­ġa nista’ nżomm l-istess ammont ta’ tele­ fonati, messaġġi u data daqslikieku qiegħed id-dar. Għal xi kuntratti, speċjal­ ment dawk li jinkludu data mhux limitata, jista’ jkun hemm limitu fuq kemm nista’ nuża data mingħajr tariffa tar-roaming waqt l-ivvjaġġar – iżda għandu jkun biżżejjed sabiex nissodisfa d-drawwiet tiegħi tal-midja soċjali.

2

4

3 LEST BIEX NITLAQ?

Ippakkjajt il-bagalji, għandi l-passaport f’idejja – issa kif nista’ nattiva r-Roaming Daqslikieku Qiegħed f’Pajjiżi? It-tweġiba fil-qosor hija: Ma nattivahiex! L-UE teħtieġ li l-operaturi tal-mowbajl jinkluduha awtomatikament fil-pakkett tas-servizzi tiegħi, għalhekk jekk jien nivjaġġa lejn il-Litwanja jew il-Lussemburgu, il-mowbajl tiegħi jkun lest biex nużah mingħajr ħlasijiet addizzjonali.

4 GĦAŻLA AKBAR, PREZZIJIET ORĦOS

L-ispiża għall-użu ta’ mowbajl naqset ħafna mill-1998, bis-saħħa tal-UE li temmet il-monopolji tal-kumpaniji talmowbajl u minħabba l-fatt li tfaċċaw aktar operaturi fis-suq. Għalhekk, it-telefonati tiegħi qegħdin jitwalu, iżda l-kontijiet tiegħi qegħdin jonqsu.

AKTAR INFORMAZZJONI

https://europa.eu/youreurope/ citizens/consumers/internettelecoms/mobile-roamingcosts/index_mt.htm 13


IL-KONNESSJONI TIEGĦI. ĦAJTI. Dur l-internet minn kull pajjiż fl-UE.

Kif taħdem Il-liġijiet tal-UE jfissru li irrispettivament minn kemm iż-żona fejn ngħix tkun rurali jew remota, jekk hi fl-UE għandi aċċess garantit għall-aħjar konnessjoni tal-internet possibbli bi prezz raġonevoli. Nista’ naċċessa eluf ta’ hotspots tal-Wi-Fi b’xejn madwar l-Ewropa u nieħu s-servizzi ta’ abbonament tal-vidjows, tal-mużika, tal-logħob u tal-isports miegħi kull fejn immur.

72%

tal-Ewropej jużaw l-internet kuljum.

#EUANDME

46%

14

tal-Ewropej jużaw l-internet biex iċemplu jew jagħmlu telefonati bil-vidjow.

90%

taż-żgħażagħ Ewropej (bl-età bejn 16-24 sena) jużaw networks tal-midja soċjali.

50%

tal-Ewropej ta’ bejn il‑15 u d-39 sena jaħsbu li huwa importanti li, waqt li jkunu qed jivvjaġġaw, ikollhom aċċess għas-servizzi li abbonaw għalihom.

53%

tal-Ewropej jibbukkjaw il-vjaġġ jew l-akkomodazzjoni jew il-biljetti online.

Ikkonnettja

Jekk tinsab f’żona rurali mingħajr konnessjoni tal-internet, kellem lill‑awtorità regolatorja nazzjonali tiegħek, li tista’ tgħinek tmur online.


1

3

2

4

1 WORLD WIDE WEB

Irrispettivament minn jekk hux biex inkellem lil sħabi jew nistrimja l-aħħar episodju tas-sensiela favorita tiegħi, fl-UE għandi d-dritt għal konnessjoni bażika tal-internet fid-dar. Kull fejn inkun, għandu jkun hemm tal-inqas fornitur tal-internet wieħed li jista’ jagħtini aċċess għal konnessjoni ta’ kwalità bi prezz affordabbli – dan hu magħruf bħala l-prinċipju ta’ “servizz universali”. Barra minn hekk, l-UE qed tinvesti “il fuq minn €2 biljuni biex issaħħaħ il-broadband fl-oqsma rurali. Għalhekk jekk jien dieħel fir-Repubblika Ċeka, jew jekk qed intella” selfie minn Spanja, naf li nista’ nuża l-aħjar kon­ nessjoni possibbli tal-internet domestiku bi prezz fiss u affordabbli.

2 KONNESSJONI ĠUSTA

Qed tfittex l-aħbarijiet lokali jew infor­ mazzjoni dwar il-Kampjonat Ewropew li jmiss? Ikun xi jkun l-interess tiegħi, il-fornituri tas-servizz tal-internet fl-UE ma jistgħux idewmu jew jimblokkaw il-kontenut li naċċessa sabiex jipprom­ wo­ vu sit web fuq ieħor. Diment li n-network ikun legali, sigur u ma jkunx okkupat iżżejjed, nista’ nagħżel li naqra, nara jew nilgħab li rrid.

3 DIVERTIMENT LIL HINN MILL-FRUNTIERI

L-UE temmen li l-fruntieri nazzjonali m’għandhomx iċaħħduni milli ngawdi film, album jew logħba tajba. Għalhekk, nista’ naċċessa l-abbonamenti tiegħi għal servizzi ta’ streaming online talvidjows u tal-mużika kull fejn nivvjaġġa fl-UE. Episodju ieħor biss, tgħid?

4 WIFI4EU

Qed tiċċekkja l-iskeda tal-ferrovija int u tivjaġġa? Jien nixtieq niddependi fuq Wi-Fi pubbliku bla ħlas minflok nuża l-ammont ta’ data prezzjuż tiegħi. L-UE qed tinvesti €120 miljun biex tinstalla hotspots bla ħlas tal-Wi-Fi f’sa 8,000 loka­ lità differenti madwar l-Ewropa, sabiex ikolli konnessjoni kull fejn inkun.

5

5 NAĠĠORNAW RUĦNA

Kont taf li 44% tal-Ewropej li għandhom bejn is-16 u l-74 sena m’għandhomx ħiliet diġitali bażiċi? Barra minn hekk, 9 minn 10 impjiegi fil-futur se jkunu jirrikjedu dawn il-ħiliet diġitali. Biex neli­ mina d-diskrepanza bejn il-ħiliet u nkun ċert li ninsab ippreparat għad-dinja taxxogħol t’għada, nista’ naċċessa l-Inizjattiva tal-UE għal Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet, nieħu sehem f’korsijiet ta’ taħriġ offruti mill-membri tal-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali, u nitgħallem aktar dwar it-teknoloġija u l-ikkowdjar f’waħda mill-eluf ta’ avvenimenti tal-Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar. Jekk jiena stu­ dent tal-università, nista’ nagħmel it-Traineeship tal-Opportunità Diġitali f’pajjiż Ewropew ieħor u nikseb ħiliet diġitali avvanzati.

AKTAR INFORMAZZJONI

https://europa.eu/youreurope/ citizens/consumers/internettelecoms/index_mt.htm 15


Kif taħdem

#EUANDME

Kull darba li nibbukkja vaganza, nikteb xi ħaġa fuq sit tal-midja soċjali, infittex aktar informazzjoni online, niftaħ kont tal-bank jew nixtri biljett tal-ferrovija online, inkun qed nagħti biċċiet importanti ta’ informazzjoni personali. Fl-UE, il-protezzjoni tad-data personali hi dritt fundamentali. L-informazzjoni personali tiegħek trid tkun trattata b’attenzjoni u b’responsabbiltà. L-organizzazzjonijiet huma mitluba li jiġbru d-data b’mod xieraq u għal għan speċifiku; l-informazzjoni li jiġbru għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju, u l-informazzjoni ma tistax tinżamm għal aktar minn kemm ikun meħtieġ. Id-data personali tiegħi trid tiġi protetta wkoll kontra t-telf, il-qerda, jew is-serq, u hija r-responsabbiltà tal-organizzazzjoni li tiżgura li dan ikun il-każ.

16

IS-SIGURTÀ ONLINE TIEGĦI. ĦAJTI. Ipproteġi d-data personali tiegħi bir-regoli tal-UE.

71%

68%

tal-Ewropej jemmnu li d-divulgazzjoni tal-informazzjoni personali hija parti dejjem ikbar mill-ħajja moderna.

tal-utenti kollha tal-internet fl-UE xtraw online fl-2017.

46%

Insini, jekk jogħġbok

tal-Ewropej jagħtu l-informazzjoni personali tagħhom sabiex jagħmlu pagament online, u 44% minnhom jagħmlu dan sabiex ix-xirja tintbagħtilhom id-dar.

M’għadekx tuża kont tal‑midja soċjali? Nista’ nitlob lil organi­zzaz­ zjoni jew negozju jħassru d-data personali tiegħi meta ma tibqax rilevanti jew neċessarja.

25 ta' Mejju 2018

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal‑leġiżlazzjoni l-ġdida dwar il-protezzjoni tad-data (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) u tad-drttijiet il-ġodda tiegħi.

Tippreferi n-nies?

Jiena nista’ nitlob li kull deċiżjoni importanti bbażata fuq proċessar awtomatizzat ta’ data – bħalleliġibbiltà tiegħi għal self – issir minn nies reali, mhux mill-kompjuters biex inkun żgur li xi ħadd qed jieħu l-ħin biex jirrevedi l-informazzjoni tiegħi.


1

3

5

2

4

6

1 PROTEZZJONI TAD-DATA

Għandi għalfejn ninkwieta jekk negoz­ju li qatt ma smajt bih ikun jaf ismi u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħi? Mill-25 ta’ Mejju 2018, leġiżlazzjoni ġdida toffri pro­ tezzjoni msaħħa tad-data personali tiegħi, li tagħtini iktar kontroll fuq il-mod kif organizzazzjonijiet jiksbu, jipproċes­ saw u jaħżnu informazzjoni dwari. Per­ eżempju, jien nista’ nikseb kopja tad-data kollha li negozju jew organizzazzjoni partikolari jkollhom dwari, u nista’ nitlob biex din titħassar meta ma tkunx meħtieġa aktar jew jekk l-ipproċessar tagħha hu illegali. Jien nista’ wkoll nitlob għal kwalunkwe data personali mhux preċiża jew mhux kompluta biex tkun ikkoreġuta. F’sitwazzjonijiet fejn hemm bżonn tal-kunsens tiegħi, jien irrid nagħtih permezz ta’ azzjoni affermattiva ċara. Jien għandi wkoll id-dritt li nirtira l-kunsens tiegħi fi kwalunkwe ħin.

2 MOĦBIJA U MSAKKRA

Meta ngħaddi informazzjoni importanti dwari – bħal ismi, in-numru tat-telefown jew id-dettalji tal-karta tal-kreditu tiegħi – nixtieq inkun naf li din tkun qed tiġi mħarsa. Il-liġijiet tal-UE jirrikjedu li kull min jipproċessa d-data personali tiegħi jiżgura li din tiġi ttrattata b’attenzjoni.

3 SIGURI

X’għandhom komuni n-networks soċjali, il-ħwienet online u l-opportunitajiet taxxogħol? Sempliċi: dawn kollha jirrikje­du li jiena nafda lill-organizzazzjonijiet b’infor­ mazzjoni personali li potenzjal­ment tista’ tintilef jew tinsteraq. Tinkwieta xejn – minn Mejju 2018 daħlu fis-seħħ regoli ġodda tal-UE li jindirizzaw ksur tar-regoli dwar id-data. Jekk data personali dwari tkun kompromessa b’mod li jista’ jipperi­ kola d-drittijiet u l-libertajiet tiegħi, jien għandi niġi mwissi mingħajr dewmien. Jien nista’ nkun intitolat ukoll għal kum­ pens. Għalhekk, daqshekk problemi ċiber­netiċi għalija – nista’ nkompli nixtri u nfittex online b’mod sigur.

4 RISPETT TAL-PRIVATEZZA

Dak is-sit web kif qed jurini reklami għal żarbun tal-ġiri li ċċekkjajt dwaru lbieraħ? Kollox jiddependi mill-cookies maħżuna mis-siti web fuq il-kompjuter tiegħi sabiex jiftakru l-preferenzi online tiegħi. Ir-regoli tal-UE jiżguraw li rrid nagħti l-kunsens tiegħi qabel ma s-sit ikun jista’ jagħmel dan u li jien nista’ noġġezzjona għal dan it-tip ta’ reklamar fi kwalunkwe ħin, u b’hekk jgħinuni nipproteġi l-privatezza online tiegħi.

5 MHIX PERMESSA POSTA MHUX MIXTIEQA

Sa ftit żmien ilu, l-inboxes tagħna kienu jkunu mimlijin reklami, spam u posta elet­ tronika mhux mixtieqa. Illum, grazzi ­għal-liġijiet tal-UE, jien għandi d-dritt li noġġezzjona li nirċievi emails għal sko­ pijiet ta’ reklamar. Dan ifisser li meta jien niftaħ l-inbox tiegħi, nara biss mes­saġġi min-negozji li verament nixtieq nisma’ mingħandhom.

6 RAĠUNI GĦALL-ILMENT

Jekk ma nkunx kuntent bil-mod kif id-data personali tiegħi tkun qed tiġi pproċessata, għandi d-dritt inressaq ilment mal-persuna jew l-organizzazzjoni li tkun qed tipproċessaha, lill-awtorità nazzjonali tal-protezzjoni tad-data tiegħi, jew lil qorti.

AKTAR INFORMAZZJONI

https://ec.europa. eu/info/law/ law-topic/dataprotection/ reform_mt 17


LEĦNI. ĦAJTI.

Ivvota, oħroġ għall-elezzjonijiet Ewropej u għin biex issolvi l-problemi tal-Ewropa.

Kif taħdem

#EUANDME

Bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE, jien awtomatikament ningħata ċittadinanza tal-UE wkoll – anki filpassaport tiegħi hemm miktub hekk! Din iċ‑ċittadinanza tintitolani li nsemma’ leħni fuq kif l-UE titmexxa. Nista’ nivvota fl-elezzjonijiet Ewropej u muniċipali, nikkontribwixxi għal diskussjonijiet dwar liġijiet u politiki tal-UE u anki noħroġ jien stess bħala kandidat f’elezzjoni. Dan kollu huwa possibbli grazzi għall-Karta tadDrittijiet Fundamentali tal-UE, li tagħtini l-libertà li nsemma’ leħni – jew billi nipparteċipa f’elezzjonijiet, jew billi nippreżenta petizzjoni lill-Parlament Ewropew għal bidla.

18

19%

taż-żgħażagħ fl-Ewropa qalu li jikkunsidraw joħorġu bħala kandidat politiku fl-UE fil-futur.

1.6 miljun

In-numru ta’ firem li nġabru sabiex tiġi appoġġjata l-ewwel inizjattiva taċ-ċittadini li qatt saret, “Right2Water”, li wasslet biex il-Kummissjoni tissottometti proposta sabiex titjieb il-kwalità tal-ilma għaċ-ċittadini madwar l-Ewropa.

55%

In-numru ta’ ċittadini tal-UE li għandhom interess fl-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin tal-2019.

41%

taċ-ċittadini mhumiex konxji li l-Parlament Ewropew hu elett direttament miċ-ċittadni ta’ kull Stat Membru.

42.61%

L-għadd ta’ votanti eliġibbli li ħarġu jivvutaw madwar l-Ewropa għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew 2014, bil-parteċipazzjonijiet nazzjonali jvarjaw ħafna, minn 13% fis-Slovakkja għal 89% fil-Belġju.


1

3

2

1 ITFA VOT

Tixtieq tagħmel bidla? Nista’ nsemma’ l-opinjonijiet tiegħi bl-aħjar mod billi mmur nivvota. Bħala ċittadin/a tal-UE, jien intitolat/a nivvota fl-elezzjonijiet Ewropej u muniċipali, irrilevanti minn f’liema pajjiż tal-UE ngħix. Irrispetti­ vament minn jekk qiegħedx nagħżel membru tal-Parlament Ewropew sabiex jiddiskuti s-suġġetti l-kbar li jinfluwenzaw il-ħajja tiegħi ta’ kuljum, jew nagħżilx kunsillier sabiex jirrappreżenta l-fehmiet tiegħi dwar il-kwistjonijiet lokali li jaffett­ wawni, l-aħjar mod kif nistgħu nixtħu l-ħarsa tal-politikanti fuq il-kwistjonijiet li jien jimpurtani minnhom huwa billi nivvota. L-elezzjonijiet Ewropej li jmiss huma skedati għat-23-26 ta’ Mejju 2019.

2 TURI T-TRIQ

Ma taqbilx ma’ dak li l-politiċi qegħdin jgħidu fuq it-TV? Se tfur b’ideat tajbin li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini madwar l-Ewropa? Mela għaliex ma tgħinx fit-tfassil tal-futur tal-UE billi toħroġ għall-elezzjoni? Bħala ċittadin/a tal-UE, jien nista’ noħroġ kemm għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kif ukoll għal dawk lokali. Għandi l-flyers, lestejt il-manifest u pprattikajt d-diskors – kulma għandi bżonn issa huwa li n-nies jivvutawli!

4

3 GĦID TIEGĦEK

Għandi xi ħaġa f’moħħi – iżda l-UE trid tisma’ dwarha? Dażgur! Jekk ikolli fehmiet sodi dwar xi liġi jew politika ġdida, allura nista’ jew nagħti l-feedback tiegħi permezz ta’ sit web dedikat, jew nipparteċipa f’xi konsultazzjoni pubblika. Bl-istess mod, nista’ nuża pjattaforma online biex nagħti l-opinjonijiet tiegħi dwar il-politiki eżistenti tal-UE meta dawn jiġu riveduti, u nagħti suġġerimenti dwar kif dawn isiru aktar effiċjenti.

5

5 IL-FUTUR TAL-EWROPA

L-Ewropa ta’ għada tibda llum. Bl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew resqin fil-qrib is-sena d-dieħla, il-mexxejja tal-UE jridu jkunu jafu dak li hu importanti għalija, u kif inħoss li l-UE tista’ tippre­ para aħjar biex tilqa’ l-isfidi tal-futur. Jien nista’ nwassal l-opinjonijiet tiegħi billi nikkontribwixxi għal konsultazzjoni kontinwa mfassla miċ-ċittadini nfushom, u nagħti l-ħsibijiet tiegħi dwar il-White Paper dwar il-Futur tal-Ewropa.

4 IL-VUĊI TIEGĦI TGĦODD

L-Ewropa għandha madwar 500-il miljun ċittadin – xi ideat tajbin żgur li jkollna. Għalhekk għax ma nagħtux prova ta' dan? Jekk kwistjoni tikkonċernani b’mod dirett, u jien nemmen li l-UE għandha tieħu azzjo­ni, nista’ nibda niġbor il-firem permezz ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Diment li miljun ċittadin ieħor minn mill-inqas 7 pajji­żi jaqblu miegħi, allura l-Kummissjoni Ewropea tfittex li tipproponi liġijiet ġodda biex issolvi l-problema.

AKTAR INFORMAZZJONI

https://europa.eu/youreurope/citizens/ residence/elections-abroad/index_mt.htm 19


ID-DRITTIJIET TIEGĦI. ĦAJTI. Ngħix f’soċjetà demokratika li tiggarantixxi l-ugwaljanza u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet tiegħi.

#EUANDME

Kif taħdem Bħala persuna li tgħix fl‑UE, id-drittijiet u l-libertajiet tiegħi huma stabbiliti fil-Karta tadDrittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F’dan id‑dokument, l-UE tagħmilha ċara li kulħadd jitwieled liberu u ugwali fir-rispett u fid-drittijiet li jixirqulu. Il-karta tiżgura li ċ-ċittadini tal-UE – persuni ta’ età, sess, razza, orjentazzjoni sesswali, reliġjon u opinjoni differenti – ikunu jistgħu jgħixu flimkien fil-paċi u f’armonija. Dawn il‑prinċipji huma possibbli bis-saħħa tal-istat tad-dritt tal-UE, li jfisser li kull persuna f’kull soċjetà għandha l-istess libertajiet u drittijiet legali u għandha tirċievi l-istess trattament. Din tissalvagwardja d-dritt tiegħi li nivvota u tipprevjeni lillgvernijiet milli jabbużaw mis-setgħa tagħhom.

20

65%

70%

tal-Ewropej jgħidu li huma familjari mal‑Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, filwaqt li 35% qatt ma semgħu biha.

tal-Ewropej għandhom ħbieb jew jafu nies ta’ reliġjon differenti jew li għandhom twemmin differenti minnhom – u dak in‑numru qed jiżdied.

6 miljun

Tolleranza żero għad-diskriminazzjoni

In-numru ta’ persuni Rom, l-akbar minoranza tal-Ewropa, li jgħixu fl-UE. Ħafna minnhom huma ċittadini tal-UE.

L-UE kienet l-ewwel organizzazzjoni internazzjonali li rrikonoxxiet b’mod espliċitu l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru bħala raġunijiet legali ta’ diskriminazzjoni.


3

1

2

1 MAGĦQUDA FID-DIVERSITÀ

Aħna lkoll differenti – dak li jagħmel il-ħajja interessanti. Peress li ngħix fl-UE, nista’ ngħix ħajja libera u ugwali, irrispet­ ti­vament mis-sess, l-età, id-diżabbiltà, ir-reliġjon, l-etniċità jew l-orjentazzjoni sesswali tiegħi.

2 INĦEĠĠUK TITKELLEM

Irrispettivament jekk qiegħedx nikteb tweet dwar film ġdid, nirrakkonta lil ħabib tiegħi dwar ir-reliġjon tiegħi, jew nitkellem dwar protesta li nkun rajt fuq l-aħbarijiet, l-opinjoni tiegħi tiswa u jien intitolat li nsemmagħha. Hekk taħdem id-demokrazija. Il-libertà tal-espressjoni hija l-pedament tal-UE, u kull fejn ngħix, jien għandi d-dritt li nitkellem dwar l-ideat u t-twemmin tiegħi.

3 FRISKA MILL-ISTAMPAR

Inġib minn fejn inġib l-aħbarijiet tiegħi – irrispettivament jekk hux online, fuq it-TV jew minn gazzetta – kull mezz tal-midja huwa liberu li jirrapporta l-avvenimenti attwali b’mod preċiż – ikun kemm ikun kritiku ta’ politika jew partit politiku. Dan jippermettili niżviluppa opinjonijiet infor­ ma­ti dwar avvenimenti politiċi, kwistjonjijet tal-konusmatur u t-tip ta’ soċjetà li rrid

4

ngħix fiha. Fortunatament, il-Kummissjoni qed taħdem bi pjattaformi bħal Facebook u Twitter biex trażżan id-diskors ta’ mibegħda online u t-terroriżmu, b’hekk jekk ninnota xi ħaġa illegali, nista’ nirrapportaha u huma jneħħu l-post.

4 ĠUST U XIERAQ

L-affarijiet mhux dejjem jimxu skont il-pjan, iżda f’dawn is-sitwazzjonijiet, naf li l-UE qiegħda hawn biex tiżgura li tinstab soluzzjoni imparzjali. Għandi d-dritt għal ġustizzja u għal proċess ġust, u nista’ naċċessa dokumenti u rekords miżmuma mill-korpi tal-UE. Nista’ wkoll inressaq kull każ quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jekk inħoss li jkun hemm lok għal tħassib dwar il-legalità ta’ att, li s-setgħa tkun intużat b’mod ħażin, jew li organizzazzjoni turi nuqqas ta’ kompetenza. U jekk inħoss li ma nkunx qiegħed/qiegħda niġi ttrattat/a

5

b’mod ġust minn istituzzjoni Ewropea, jien nista’ nressaq il-każ tiegħi quddiem l-Ombudsman.

5 NAĦDMU FLIMKIEN, B'MOD ĠUST

Il-post tax-xogħol jista’ jkun stressanti xi drabi, għalhekk ikolli moħħi mistrieħ li nkun naf li l-UE qed tipproteġi d-drittijiet tiegħi meta nkun hemm. Jekk inħoss li nkun qed niġi ttrattat differenti fuq ix-xogħol – forsi minħabba r-reliġjon jew l-orjentazzjoni sesswali tiegħi – allura nista’ nikkuntattja lill-korp nazzjonali tal-ugwaljanza tiegħi, trade union, jew lil kwalunkwe organizzazzjoni nongover­ nat­ tiva rilevanti, li tkun tista’ tgħinni. Id-drittijiet tal-UE jfissru li jien għandi niġi trattat bl-istess mod bħall-oħrajn li naħdem magħhom, biex jiżguraw li jien inkun nista’ ngawdi karriera sħiħa u kuntenta.

AKTAR INFORMAZZJONI

https://ec.europa.eu/info/aiddevelopment-cooperation-fundamentalrights/your-rights-eu/eu-charterfundamental-rights_mt 21


Kif taħdem

#EUANDME

Ir-regoli tal-UE jipproteġu d-drittijiet tiegħi f’każ ta’ dewmien jew kanċellazzjon­ ijiet li nista’ nesperjenza waqt li nkun qed nivvjaġġa. Irrispettivament minn jekk nagħżilx li nivvjaġġa bl-ajruplan, bil-ferrovija, bid-dgħajsa, jew b’tal-linja, jien intitolat/a li niġi ttrattat/a b’mod ġust – li jinkludi l-għoti ta’ kumpens, rimborżi, skedar mill-ġdid, jew akkomo­ dazzjoni f’lukanda. Dan ma japplikax meta t-tfixkil jiġi kkawżat minn ċirkostanzi straordinarji – bħal strajk tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, instabbiltà politika, riskji ta’ sigurtà jew temp estrem. Madankollu, dan ifisser li għal dewmien ieħor, id-drittijiet tiegħi huma protetti waqt li nkun qed nivjaġġa mill-UE jew ġewwa fiha, jew għall-UE permezz ta’ linja tal-ajru tal-UE. Li nkun ċittadin tal-UE jfisser ukoll li, jekk xi darba jkolli bżonn protezzjoni jew assistenza barra mill-pajjiż, u pajjiżi m’għandux ambaxxata jew konsolat fil-pajjiż fejn ninsab, jien nista’ mmur f’ambaxxata ta’ pajjiż ieħor tal-UE għall-għajnuna.

22

IL-VJAĠĠ TIEGĦI. ĦAJTI.

Ikseb kumpens jekk it-titjiriet jew il-vjaġġi tal-ferrovija jiġu ttardjati, u ikseb għajnuna fi kwalunkwe ambaxxata ta’ pajjiż tal‑UE barra minn pajjiżek.

392 biljun km

Id-distanza totali li l-passiġġieri vvjaġġaw fuq networks tal-ferroviji nazzjonali fl-UE fl-2015.

0.15 ajruplan f'kull 1,000,000 titjira biss saritilhom ħsara li ma setgħetx tissewwa fl-2014 fl-Ewropa, li tagħmilha wieħed mill-aktar postijiet siguri għat-titjiriet fid-dinja.

€1,300

Niżżel l-applikazzjoni

Tinsiex!

7 miljun

L-ammont massimu ta’ kumpens li jien intitolat/a li nirċievi mil-linja tal-ajru tiegħi jekk issir xi ħsara lill-bagalja tiegħi, diment li nissottometti t-talba tiegħi fi żmien 7 ijiem.

Se tivvjaġġa daqt? Nista’ nitgħallem dwar id-drittijiet tiegħi qabel ma nsiefer b’sempliċi swipe b’subgħajja bl-użu tal-applikazzjoni tad-Drittijiet tal-Passiġġieri.

Il-kumpens ma jingħatax In-numru ta’ ċittadini tal-UE awtomatikament – hija li jgħixu jew li jivvjaġġaw r-responsabbiltà tiegħi li nitolbu! f’pajjiż fejn l-Istat Membru Għandi nibgħat l-ilment tiegħi tagħhom m’għandux lit-trasportatur tal-ajru tiegħi u, jekk ambaxxata jew konsolat. ma nirċevix rispons, nista’ nilmenta Dan in-numru mistenni li jitla’ mal-awtorità nazzjonali tiegħi. għal 10 miljuni sal-2020. F’ċerti ċirkostanzi jien nista’ nuża entitajiet għal soluzzjoni alternattiva tat-tilwim jew qorti sabiex insolvi t-tilwim tiegħi.


1

3

5

2

4

6

1 GASS MAL-PJANĊA

Wasalt l-istazzjon u skoprejt li l-ferrovija tiegħi ġiet ittardjata mill-inqas b’siegħa – x’se nagħmel issa? Mhix aħbar ħażina għal kollox- f’każijiet bħal dawn, ir-regoli tal-UE jfissru li nista’ nkun intitolat/a li nieħu flusi lura immedjatament jekk nikkanċella l-pjanijiet tal-ivvjaġġar tiegħi, inkella għal trasport alternattiv fl-ewwel opportunità li titfaċċa. Jekk din tkun stennija twila, nista’ wkoll inkun intito­ lat/a għal xi ikel u xorb.

2 FIT-TRIQ

Vera li mhuwiex l-aktar metodu rapidu tat-trasport, iżda l-vjaġġi bil-karozzi tallinja jistgħu jgħinuni niskopri postijiet mhux magħrufa u li diffiċli tasal għali­ hom. Barra minn hekk, l-operaturi m’għandhomx permess jitolbuni nħallas prezz ogħla minħabba n-nazzjonalità tiegħi jew minħabba l-pajjiż minn fejn inkun qed nixtri l-biljett tiegħi. Għalhekk, irrispettivament minn jekk nixtrix biljett f’Dublin jew f’Dubrovnik, l-ivvjaġġar b’tallinja jibqa’ mod affordabbli kif wieħed jara l-Ewropa.

3 FUQ, FUQ, TLAQNA!

Weħilt l-ajruport nistenna titjira li ġiet ittardjata? Jaf ikolli nipposponi milli nerġa’ nittoppja l-vitamina D tiegħi, iżda sada­ nit­tant, naf inkun intitolat/a għal assisten­za, rimborż, jew titjira ta’ ritorn. U jekk it-titjira tiegħi tasal fid-destinazzjoni tagħha aktar minn 3 sigħat tard, f’ċerti ċirkostanzi, nista’ nkun eliġibbli għal kumpens ta’ €250, €400, jew €600, skont it-tul tar-rotta.

4 RAQDA TAJBA

Jekk il-vjaġġ tiegħi jiġi pospost salġurnata ta’ wara, ir-regoli tal-UE jirrikjedu lill-fornitur tat-trasport jipprovdili lukan­da, ikel u xorb. Allura, m’hemmx għalfejn ninkwieta dwar jekk niħux nagħsa fl-­ ajruport jew fl-istazzjon tal-ferrovija – minflok, nista’ nivjaġġa l-ġurnata ta’ wara, fejn inħossni mistrieħ u frisk.

5 ŻONA TA' DIVJET TA' TITJIRIET

L-ajruplan tiegħi m’hu sejjer imkien – iżda jien għadni biċ-ċans! Jekk it-titjira tiegħi tiġi kkanċellata, l-UE tista’ tirrikjedi lil-linja tal-ajru tħallasli lura l-prezz talbiljett tiegħi jew titjira oħra mingħajr spejjeż addizzjonali. Jien nista’ nivjaġġa permezz ta’ ajruport differenti – jew jekk inkun wasalt f’nofs triq tal-vjaġġ tiegħi, jien nista’ naqbad titjira lura ­għall-ajruport oriġinali tiegħi u nsiefer ġurnata oħra.

6 RAĠĠ TA' TAMA WAQT IS-SAFAR

Tkun il-vaganza ta’ ħajti sakemm... jinsterquli l-kartiera u l-passaport. U biex tkompli tgħaxxaqha, pajjiżi m’għandux ambaxxata f’din il-parti tad-dinja. Iżda bħala ċittadin/a tal-UE, jien intitolat/a għal għajnuna minn kwalunkwe ambaxxata jew konsolat tal-UE jekk pajjiżi stess ma jkunx irrappreżentat. Inkun fejn inkun fid-dinja, iċ-ċittadinanza tiegħi tal-UE tfisser li nista’ nikseb appoġġ malajr, u mingħajr problemi.

AKTAR INFORMAZZJONI

https://europa.eu/youreurope/citizens/ travel/passenger-rights/index_mt.htm 23


IX-XIRI TIEGĦI. ĦAJTI.

Nirritorna l-oġġetti li nixtri online fi żmien 14-il ġurnata, u drittijiet oħra bħala konsumatur.

Kif taħdem Bħala konsumatur tal-UE, jien intitolat/a li niġi ttrattat/a b’mod ġust – minn li jkolli l-oġġetti tiegħi msewwija jew mibdulin jekk jinkisru fi żmien sentejn, għal li nkun nista’ nibdel fehmti dwar ix-xirja online tiegħi fi żmien 14-il ġurnata, jew li jkolli kuntratt ċar u li jinftiehem x’niffirma għal servizz ġdid. Ir-regoli tal-UE għandhom l-għan li x-xiri – irrispettivament jekk dan isirx online, bit-telefon, b’ordni bil-posta jew fil-ħwienet – ikun jista’ jsir b’mod ċar, sempliċi u ġust.

71%

Il-perċentwal ta’ utenti tal-internet bl-età ta’ bejn is-16-24 sena li jixtru online.

#EUANDME

Solvien tat-tilwim

24

Mhux qed tasal għal qbil ma’ negozjant online? Għal pariri u appoġġ mingħajr ħlas, jien nista’ nirrikorri għaċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi tiegħi.

18%

Iż-żieda fin-numru ta’ xirjiet online minn utenti tal-internet bejn l-2007 u l-2017.

Mingħajr spejjeż

Il-ħwienet u n-negozjanti fl-UE mhumiex permessi japplikaw xi ħlas addizzjonali għax-xiri tiegħi talli nuża l-karta ta’ kreditu jew debitu tiegħi.

32,000

In-numru ta’ lmenti transkonfinali rċevuti miċ-Ċentri Ewropej talKonsumaturi fl-2013, fejn 66% tagħhom kienu relatati ma’ oġġetti li nxtraw fuq l-internet.


3

1

5

2 1 IŻ-ŻAMMA TAL-ĦIN

Ħadd ma jrid jiddiżappunta lill-ħabib tiegħu f’għeluq sninu, iżda xi drabi jekk tordna r-rigal tagħhom online jista’ jfisser li l-ġurnata tant mistennija tasal u tgħaddi mingħajr ħjiel tar-rigal tagħhom fil-posta. Jistgħu jibqgħu b’idejhom vojta, iżda mhux kollox hu mitluf. Il-liġi tal-Unjoni jfisser li jekk jien ma nirċevix l-oġġetti fi żmien 30 ġurnata minn meta nixtrihom, jien nista’ navża lin-negozjant u nagħtih ġimgħa żejda biex jibgħathom. Jekk wara l-estensjoni nibqa’ mingħajr l-oġġett, jien nista’ nikkanċella l-ordni tiegħi u nitlob rifużjoni sħiħa. Ovvjament, jekk l-ordni tiegħi kienet għal avveniment speċifiku – bħal għeluq snin xi ħadd – m’għandix għalfejn noffri l-ġimgħa żejda u nista’ nikkanċella l-ordni tiegħi wara l-perjodu ta’ 30 ġurnata.

2 IĊĊEKKJA L-KITBA Ż-ŻGĦIRA

Li niffirma l-karti għal ftehim dwar self jew karta tal-kreditu tista’ tkun espe­ rjenza iebsa, speċjalment jekk inkun inkwetat li xi mkien jista’ jkun hemm xi klawżola li tiswieni nofs id-dħul tiegħi. Imma mhux fl-UE. Il-kuntratti kollha jridu jkunu ċari, jinftiehmu, u mingħajr kundizzjonijiet jew rekwiżiti inġusti. Għalhekk biex inkun żgur li m’hemmx sorpriżi koroh, it-termini kollha jridu jiġu ppreżentati b’mod ċar qabel ma niffirma.

4 3 OĠĠETTI BI ĦSARA

Hemm xi ħaġa li ħadd ma jkun irid jara b’għajnejh: il-bozza ħamra tteptep li tfisser li l-magna tal-ħasil il-ġdida ma tkunx qed taħdem. L-oġġetti kollha li jinxtraw fl-UE jinkludu garanzija ta’ mill-inqas sentejn, għalhekk jekk prodott li nkun xtrajt ma jkunx qed jaħdem kif suppost, nista’ nsewwih jew nibdlu mingħajr ħlas. Mela insa l-launderette – il-magna tal-ħasil tiegħi għandha tibda terġa’ taħdem f’qasir żmien.

4 FUQ IN-NAĦA TIEGĦEK

Problemi ma’ negozjant f’pajjiż ieħor tal-UE? Forsi dak il-handbag il-ġdid hu falz jew dak in-nuċċali tax-xemx kien migruf meta wasal? L-UE toffri suġġeri­ menti u appoġġ mingħajr ħlas permezz taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi f’kull pajjiż tal-UE, u fl-Iżlanda u n-Norveġja. Jekk ma nistax nasal għal riżoluzzjoni man-negozjant, jien nista’ nitlob l-għajnuna permezz tal-pjattaforma għas-Soluzzjoni Online tat-Tilwim. Bl-użu ta’ din is-sistema, nista’ niżgura li t-tilwima tiegħi tiġi riżolta b’mod ġust, jew mingħajr ħlas jew bi spiża żgħira. Dan ifisser ukoll li n-negozjanti jistgħu jevitaw proċeduri ta’ litigazzjoni li jiswew ħafna flus, li jgħin biex jinbnew u jitjiebu r-relazzjonijiet tagħhom mal-konsumaturi.

6 5 TAJBA WISQ BIEX TKUN VERA

Rajt offerta tajba għal rota ġdida iżda qed tinkwieta li hemm xi nasba? Il-kumpaniji li jaħdmu f’pajjiż tal-UE huma pprojbiti milli jirrappreżentaw b’mod ħażin il-prodotti jew is-servizzi tagħhom b’reklami qarrieqa. Għalhekk jekk ma nirċevix dak li kont qed nistenna, nista’ nuża d-drittijiet tiegħi sabiex jew nikseb dak li kont imwiegħed jew nieħu flusi lura.

6 DAQS ĦAŻIN?

Għalhekk jidher li kont naqra ambizzjuż dwar id-daqs ta’ dak il-par jeans li xtrajt online... Fortunatament, id-drittijiet tiegħi bħala konsumatur ifissru li nista’ nirritorna kwalunkwe prodott li xtrajt online, bit-telefown jew bil-posta fi żmien 14-il ġurnata. Diment li l-prodott ikun f’kundiz­ zjoni perfetta u jista’ jerġa’ jinbigħ, nirċievi flusi kollha lura jew skambju – m’hemmx argumenti, ma ssir l-ebda mistoqsija u m’hemm bżonn tal-ebda spje­ gazzjoni. Mela nista’ nibgħat dak il-jeans lura u nsib il-par li jiġini perfettament.

AKTAR INFORMAZZJONI

https://europa. eu/youreurope/ citizens/consumers/ 25


Kif taħdem

#EUANDME

Id-dinja qed tinbidel malajr, u bħala riżultat, il-ħiliet u l-kwalifiki li neħtieġ biex nagħmel xogħli qed jinbidlu wkoll. Biex tgħinni nibqa’ aġġornat, l-UE qiegħda taħdem mill-qrib malgvernijiet nazzjonali, mat-trade unions, malimpjegaturi u mal-edukaturi sabiex ittejjeb il-kwalità tat-taħriġ tiegħi llum qabel għada, u sabiex tifhem liema ħiliet se jkunu impor­ tanti fil-futur. Irrispet­tiva­ment minn jekk inkunx fil-klassi jew fil-post tax-xogħol, hemm opportunitajiet ta’ taħriġ u ta’ żvilupp tal-karriera disponibbli permezz tal-Fond Soċjali Ewropew u tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. L-iskema Erasmus+ ipprovdiet ukoll baġit ta’ €14.7 biljun sabiex tipprovdili traineeships, apprendistati, skemi ta’ skambju u edukazzjoni, biex tgħinni nżomm il-ħiliet tiegħi aġġornati u s-CV tiegħi attraenti għall-impjegaturi.

26

IL-ĦILIET TIEGĦI. ĦAJTI. Ikseb taħriġ, akkwista ħiliet importanti, u ħejji għall-futur.

93 miljun

21%

In-numru ta’ Ewropej irreġistrati fl-edukazzjoni, mill-edukazzjoni primarja għall-istudji f’livell postgradwat.

tal-ħaddiema fl-UE jaħsbu li l-ħiliet tagħhom mhux se jibqgħu rilevanti fil‑ħames snin li ġejjin.

58%

Ħsieb intelliġenti

tal-istudenti Ewropej fl-edukazzjoni sekondarja għolja qed jitgħallmu 2 lingwi barranin jew aktar.

Nista’ niżviluppa l-ħiliet tas-soluzzjoni tal-problemi, il-ħsieb kritiku u l-ħiliet lingwistiċi tiegħi billi nieħu sehem fi skema ta’ skambju Ewropea, bħall-Erasmus+ jew il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

43%

taċ-ċittadini Ewropej huma nieqsa minn ħiliet diġitali bażiċi.


1

3

2

4

1 LIL HINN MILL-KLASSI

Żmien l-iskola ilu li għadda, iżda xorta għad għandi nkompli nitgħallem. L-iżvilupp tal-ħiliet tiegħi jippermettili nlaħħaq malbidla, nadatta għall-isfidi tax-xogħol u nagħti spinta lill-impjegabbiltà tiegħi. Sabiex tgħinni nagħmel dan, l-UE tiffi­ nanzja opportunitajiet ta’ taħriġ permezz tal-Fond Soċjali Ewropew u programmi bħal Erasmus+, li jagħtuni ċ-ċans nisfrut­ta bl-aħjar mod il-karriera tiegħi.

2 IL-FUTUR DIĠITALI

Iħawdek il-coding u tgerfxek il-big data? Sabiex inħejji lili nnifsi biex naħdem f’dinja dejjem aktar diġitali, nista’ nagħmel traineeship prattiku f’suġġetti li jvarjaw minn ICT bażiku saċ-ċibersigurtà permezz tal-iskema tat-traineeships tal-Opportunità Diġitali tal-UE.

3 TAGĦLIM APPLIKAT

Forsi t-taħriġ prattiku jaqbel aktar għalija? Mill-agrikoltura għall-kura tal-fjuri, hemm għażla sħiħa ta’ oqsma li joffru appren­ distati. Jekk ninsab ħerqan li nikseb esperjenza fuq il-post tax-xogħol u taħriġ ta’ kwalità għolja permezz ta’ traineeship jew apprendistat, nista’ nsib opportu­ nità permezz tal-iskemi Garanzija għaż-­ Żgħażagħ jew Erasmus+.

4 LURA GĦALL-BAŻIKU

5

5 ĊAR KRISTALL

Il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) jippermetti li n-nies madwar l-UE jifhmu l-kwalifiki tiegħi – li jfisser li nista’ nkompli t-taħriġ tiegħi b’moħħi mistrieħ li naf li l-kwalifiki u l-kisbiet tiegħi se jkunu rikonoxxuti fi kwalunkwe pajjiż li nagħżel li nsejjaħlu dari. Jien nista’ nippreżenta l-ħiliet u l-kwalifiki tiegħi fil-Europass tiegħi, sabiex inkun nista’ napplika faċilment għal xogħol jew taħriġ f’xi pajjiż tal-UE.

Li taqra riċetta, tgħodd il-bqija filħwienet, tuża l-internet – dawn l-affarijiet jistgħu jħawduk jekk m’għandekx ħiliet bażiċi. Madwar 70 miljun Ewropej ibatu bil-qari, bil-kitba, bil-kalkoli jew biex jużaw għodod diġitali. Biex naġġorna ruħi, nista’ nieħu kors tal-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet, li jagħtini l-ħiliet bażiċi li għandi bżonn biex nilħaq il-potenzjal tiegħi.

AKTAR INFORMAZZJONI

https://europa.eu/ european-union/ topics/educationtraining-youth_mt 27


L-AMBIZZJONI TIEGĦI. ĦAJTI. Sib impjieg tajjeb, jew ikseb għajnuna fil-forma ta’ kkowċjar.

#EUANDME

Kif taħdem Bħala żgħażugħ, tista’ tkun ta’ sfida li nitla’ l-ewwel pass fuq is-sellum tal‑karriera. Madankollu, l-UE qiegħda hawn sabiex tappoġġjani meta nkun qed infittex xogħol, irrispettivament minn jekk tagħmilx dan permezz tal-iskema tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ – li tat opportunitajiet lil aktar minn 3.5 miljun persuna żagħżugħa kull sena mill-2014 – jew permezz ta’ programmi u inizjattivi oħra. Grazzi għal dawn l-iskemi, diġà hemm 1.6 miljun żagħżugħ inqas mingħajr xogħol fl-UE mill-2013. Jekk għandi l-ħeġġa u l-entużjażmu, allura l-UE tista’ tagħtini l-ħiliet li għandi bżonn biex nippreżenta lili nnifsi lid-dinja t’hemm barra u nsib ix-xogħol li jgħodd għalija.

28

2 miljuni

L-ammont li bih naqas l-għadd ta’ żgħażagħ Ewropej qiegħda mill-2013.

11-il miljun

In-numru ta’ żgħażagħ li ngħataw opportunitajiet permezz tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

€8.8 biljun

Il-baġit tal-UE allokat sabiex l-impjieg taż‑żgħażagħ jingħata spinta f’reġjuni b’rata ta’ qgħad ta’ aktar minn 25% fost iż-żgħażagħ.

4 xhur

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha l-għan li tipprovdi liż-żgħażagħ b’offerta ta’ impjieg ta’ kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew traineeship fi żmien 4 xhur minn meta jisfaw qiegħda jew jispiċċaw l-edukazzjoni.


4

1

1 LL-PASSI LI JMISS

Kemm jekk lestejt kors reċentement jew għadni kemm tlaqt minn impjieg, hu normali li nsib lili nnifsi nhewden dwar xi jmissni nagħmel? M'inix waħdi, lanqas: madwar 6.3 miljun żagħżugħ u żagħżugħa Ewropea jinsabu fl-istess pożizzjoni. Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE għandha l-għan li tipprovdili offerta ta’ impjieg, edukaz­zjoni, apprendistat, jew traineeship fi żmien erba’ xhur minn meta nkun sfajt bla xogħol jew minn meta tlaqt missistema edukattiva. Nista’ napplika per­ mezz tas-servizz pubbliku tal-impjiegi nazzjonali tiegħi jew fornitur ieħor, sabiex nagħti bidu lill-karriera tiegħi jew biex inkun nista’ nirritorna għall-istudju.

2 BIDLA FID-DIREZZJONI

Huwa stmat li aktarx nibdel il-karriera aktar minn 5 darbiet matul il-ħajja taxxogħol tiegħi. Ma’ kull bidu ġdid titfaċċa l-ħtieġa għal taħriġ mill-ġdid sabiex nikseb il-ħiliet rilevanti għall-industrija l-ġdida tiegħi. Irrispettivament minn jekk neħtieġx għarfien prattiku ġdid jew

AKTAR INFORMAZZJONI

2

5

3

6

kwalifika addizzjonali, nista’ napplika għal korsijiet ta’ taħriġ iffinanzjati per­ mezz tal-Fond Soċjali Ewropew.

3 NAGĦMEL DIFFERENZA

Ix-xogħol f’uffiċċju mhuwiex għal idejn kulħadd. Jekk tħajjarni aktar l-idea li nibni skola mill-ġdid jew li nassisti lil appli­kanti għall-ażil li għadhom kemm waslu fl-UE, ikun aħjar li kieku nikkunsidra napplika għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Hemm opportunitajiet bil-ħlas u volontarji disponibbli fi proġetti madwar l-Ewropa, mela x’qed nistenna?

4 IMPJIEGI MINGĦAJR FRUNTIERI

Qed tħoss ix-xewqa li taqbad l-ewwel titjira u titlaq? M’iniex marbut li nfittex impjieg biss ġewwa pajjiżi, l-UE miftuħa għalija kollha kemm hi. B’aktar minn 2,300 post vakanti disponibbli online, L-ewwel Impjieg EURES Tiegħek jista’ jgħinni nibda karriera f’pajjiż ieħor, jagħtini konsulent dedikat u jissuġġerixxi opportunitajiet ta’ xogħol li jistgħu jkunu tajbin għalija. L-iskema tista’ wkoll tiffinanzja l-vjaġġ tiegħi jekk niġi offrut intervista barra.

5 NAĦDEM MAL-EWROPA

Jien inħobbha lill-UE u nixtieq ningħaqad mal-55,000 persuna li jgħinu sabiex tiffunzjona – jidher li karriera f’istituzzjoni tal-UE tista’ tkun tgħodd għalija! B’postijiet “il bogħod u madwar l-Ewropa kollha, kif ukoll fil-hubs fi Brussell jew fil‑Lussemburgu, l-istituzzjonijiet joffruli l-opportunità li naħdem ma” tim total­ ment differenti fuq xi wħud mill-aktar sfidi urġenti li qed naffaċċjaw bħala soċje­tà. Jien nista’ nżur l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex insir naf aktar dwar ir-rwoli disponibbli.

6 TITFAĊĊA OPPORTUNITÀ

Sibt diskrepanza fis-suq? Dejjem ridt tkun l-imgħallem? Jekk għandi idea brillanti u ħafna spirtu imprenditorjali, mela l-UE tista’ tgħinni nibda n-negozju tiegħi stess. Il-pajjiżi tal-UE huma mħeġġin li jilħqu ċerti miri, inkluż li jippermettu lillimprendituri li jistabbilixxu n-negozju tagħhom f’mhux aktar minn 3 ijiem taxxogħol għal mhux aktar minn €100. Il-finanzjament m’għandux ikun uġigħ ta’ ras lanqas – Jien nista’ nesplora oppor­ tunitajiet ta’ ffinanzjar permezz tal-Klabb Startup Europe, u nikseb għajnuna biex nespandi u niżviluppa n-negozju per­ mezz tas-Sħubija Startup Europe.

https://europa.eu/youth/EU_mt 29


Kif taħdem

#EUANDME

Bħala waħda mill-akbar ekonomiji tad-dinja, l-UE hija l-post perfett biex tibda jew tkabbar negozju. Is-Suq Uniku jfisser li l-UE titqies bħala żona kbira waħda, għalhekk irrid niddeċiedi biss f’liema pajjiż jew pajjiżi nixtieq nagħmel negozju. Kważi n-negozji Ewropej kollha huma żgħar jew ta’ daqs medju u aktar minn 9 minn kull 10 huma mikro-intrapriżi (b’fatturat annwali ta’ anqas minn €2 miljuni). Għal dik ir-raġuni, il-politika tal-UE hi ddisinnjata biex tgħin tali negozji jikbru. Din tidentifika u tindirizza l-problemi ewlenin li dawn jaffaċċjaw, bħaż-żmien li jittieħed sabiex tiġi stabbilita intrapriża. Barra minn dan, l-UE tista’ tagħtini dak li għandi bżonn sabiex nisfrutta bl-aħjar mod l-idea tan-negozju tiegħi – mill-finanzjament għall-ikkowċjar, u minn netwerks tan-negozju għal skemi ta’ skambju.

30

IN-NEGOZJU TIEGĦI. ĦAJTI. Ibda, immaniġġja u kabbar negozju b’appoġġ mill-UE.

25%

il-perċentwal tal-PDG li jiġi ġġenerat mill-moviment liberu tal-merkanzija fi ħdan l-UE.

€25,000

L-ammont massimu li nista’ napplika għalih f’mikrokreditu sabiex nibda jew niżviluppa n-negozju tiegħi. Nista’ napplika wkoll għal garanzija għal self sa €150 000 sabiex nappoġġja n-negozju tiegħi.

€2.3 biljun

tal-baġit tal-UE huwa allokat speċifikament sabiex ikunu appoġġjati l-intrapriżi żgħar u medji sal-2020.

€2.7 biljun

Il-baġit tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, li jappoġġja proposti ambizzjużi u innovattivi.

Espansjoni internazzjonali

In-negozju tiegħi jista’ joffri l-oġġetti u s-servizzi tiegħu lil kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE mingħajr ma jkun ibbażat hemm. Kulma għandi bżonn huwa negozju li jeżisti minn qabel fil-pajjiż fejn ngħix.

589,000

In-numru ta’ negozji żgħar u ta’ daqs medju li mistennija jibbenefikaw minn aċċess imtejjeb għall-finanzi bħala riżultat tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), l-element bażiku tal-Pjan Juncker.


1

3

2

4

1 SUQ UNIKU, POTENZJAL BLA LIMITU

X’irrid nagħmel jekk irrid niftaħ negozju bħala barbier fil-Belġju, jew naħdem bħala konsulent fil-Kroazja? Mela, fejn jidħol in-negozju fl-UE, ma jeżistux frun­ tieri. Is-Suq Uniku jippermettili noffri l-prodotti jew is-servizzi tiegħi lil aktar minn 500 miljun konsumatur. L-oġġetti, il-persuni u l-kapital jistgħu jiċċaqilqu b’mod liberu bejn il-pajjiżi, għalhekk jien nista’ nsegwi l-ambizzjonijiet tannegozju tiegħi lejn kull fejn imexxuni.

2 IL-FINANZJAMENT: KIF TFITTXU U SSIBU

Il-ftuħ ta’ negozju mhux bilfors ifisser li jkolli niżbanka. Jekk ikolli idea brillanti, l-UE tkun tista’ tipprovdili l-appoġġ finan­ zjarju li jkolli bżonn permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ inizjattivi lokali, reġjonali u nazzjonali. Kemm jekk inkun se niftaħ negozju ġdid, jew niżviluppa wieħed li diġà jeżisti, nista’ napplika għallgħajnuna minn self, mikrofinanzjament, garanziji u kapital ta’ riskju appoġġjati mill-UE.

3 SUĠĠERIMENTI SIEWJA

Fejn għandi nfittex għal parir sod? In-Network Enterprise Europe, l-akbar network ta’ appoġġ għal negozji żgħar u ta’ daqs medju b’ambizzjonijiet inter­ nazzjonali, jista’ jlaqqagħni ma’ espert b’esperjenza li jifhem il-mudell tannegozju tiegħi. Huma jistgħu joħolqu pjan ta’ azzjoni u jgħinuni nifhem kollox, mill-finanzi sal-proprjetà intellettwali. Jistgħu jgħinuni wkoll insib sħab interna­ zzjonali sabiex inkabbar u nespandi n-negozju tiegħi barra mill-pajjiż.

4 ĦU VANTAĠĠ

Nista’ wkoll nitgħallem mill-professjonisti. Jekk dan l-aħħar għadni kif bdejt in-negozju tiegħi stess, jew qed infittex li nagħmel dan dalwaqt, jien eliġibbli għal taħriġ fuq il-post tax-xogħol ma’ negozju żgħir stabbilit fi kwalunkwe post fl-UE. L-iskema Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ se tagħtini esperjenza ta’ swieq Ewropej oħra, li tista’ tgħin lillimpriża l-ġdida tiegħi tiżviluppa.

5

5 UĠIGĦ TA' RAS TA' AMMINISTRATUR?

Mhux meta nkun qed nirreġistra n-negozju tiegħi f’pajjiż tal-UE: il-proċess jista’ jitlesta online. Barra minn hekk, l-UE tħeġġeġ lill-pajjiżi jirreġistraw negozji bħal tiegħi fi żmien 3 ijiem bi spiża ta’ anqas minn €100. L-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar tal-UE jipprova jtejjeb l-intraprenditorija fl-Ewropa billi jissim­ plifika l-ambjent regolatorju u tal-politika għan-negozji ż-żgħar, u jneħħi l-ostakli li jkun fadal għall-iżvilupp tagħhom. Għalhekk, mingħajr ħafna inkwiet dwar munzelli ta’ karti, nista’ nwaqqaf in-­ negozju tiegħi b’mod sempliċi u mingħajr tbatija.

AKTAR INFORMAZZJONI

http://europa.eu/youreurope/business/ index_mt.htm 31


ID-DRITTIJIET TAX-XOGĦOL TIEGĦI. ĦAJTI. Vaganzi mħallsa, leave tal-maternità, u benefiċċji oħrajn meta taħdem fl-UE.

Kif taħdem

#EUANDME

Inġinier, assistent f’ħanut, professur, infermier jew plumber: irrispettivament kif naqla’ l-għajxien tiegħi, jekk naħdem fl-UE għandi d-dritt niġi ttrattat b’mod ġust. Id-drittijiet tiegħi – bħal li jkolli erba’ ġimgħat vaganzi jew li nirċievi benefiċċji tas-sigurtà soċjali jekk nitlef l-impjieg tiegħi bħala impjegat – kollha huma stabbiliti fil-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali u fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-protezzjoni li tipprovdi l-UE tgħinni naffronta kwalunkwe sorpriża li titfaċċa fil-ħajja tax-xogħol tiegħi.

32

245.8 miljun

In-numru ta’ nies li għandhom bejn 15 u 74 sena li jaħdmu jew li qed ifittxu x-xogħol fl-UE.

48

In-numru massimu ta’ sigħat li ħaddiem fl-UE jista’ jaħdem fuq medja fi kwalunkwe perjodu ta’ 7 ijiem.

70

In-numru ta’ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni tal-UE li jipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema.

4 ġimgħat

Il-perjodu minimu ta’ leave bi ħlas garantit għal kull ħaddiem fis-sena.

19.1%

L-ammont medju ta’ PDG li jintnefaq fuq il-protezzjoni soċjali, bħal-leave tal-ġenituri jew il-ħlas għall-mard, fl-UE fl-2016.


1

3

5

2

4

6

1 SERĦAN U RILASSAMENT

Kulħadd għandu bżonn xi ftit mistrieħ kull tant żmien. Irrispettivament minn jekk nixtieqx inqatta’ l-vaganza tiegħi hiking fil-Black Forest, nilgħaq ix-xemx f’Lisbona, jew sempliċiment nitgeddes bi ktieb tajjeb id-dar, il-fatt li għandi impjieg fl-UE jintitolani għal minimu ta’ 4 ġimgħat ta’ leave bil-ħlas. Kulma għandi bżonn nagħmel huwa li nagħżel kif nużah!

2 XOGĦOL MID-DISGĦA SAL-ĦAMSA

Jien inqatta’ ħafna ħin ix-xogħol, għal­ hekk l-UE teħtieġ li min-naħa tiegħu, l-impjegatur tiegħi jirrispetta d-drittijiet tiegħi. Għandu jħallasni b’mod ġust, jipprovdi kundizzjonijiet tax-xogħol siguri u diċenti, u ma jġegħelnix naħdem aktar minn 48 siegħa f’perjodu ta’ 7 ijiem. Huwa d-dritt tiegħi li naħdem f’ambjent pjaċevoli, u b’mod li ma jġiegħelnix ngħejja.

AKTAR INFORMAZZJONI

3 KOLLOX JISTA'JINQALA'

Il-ħajja għandha ħabta tagħtina sorpriżi koroh. Ksirt idi? Imradt għall-għarrieda? Tlift ix-xogħol? Tkun xi tkun l-isfortuna, il-fatt li jien ċittadin tal-UE jintitolani għal protezzjoni tas-sigurtà soċjali bħal ħlas għall-mard jew benefiċċji talqgħad. L-UE daħħlet fis-seħħ miżuri ta’ sigurtà sabiex jgħinuni ngħaddi minn kwalunkwe perjodu ta’ diffikultà, anki jekk ngħix f’pajjiż ieħor tal-UE.

4 UGWALJANZA ESSENZJALI

Taħseb li mhijiex ħaġa ġusta jekk kolle­ga jitla’ s-sellum tal-karriera malajr sempliċi­ ment bħala riżultat tas-sess tiegħu/ tagħha? Anki l-UE taħseb hekk. Opportu­ nitajiet indaqs kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa hija xi ħaġa li l-UE tistenna min-negozji kollha. Kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel għandhom ukoll id-dritt għal paga ugwali għal xogħol ugwali.

https://europa.eu/youreurope/ citizens/work/index_mt.htm

5 IL-FAMILJA IMPORTANTI

Ir-rwol ta’ ġenitur huwa xogħol full-time, iżda jien jimpurtani wkoll mill-karriera tiegħi. Irrid insib il-bilanċ it-tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tiegħi. Skont il-liġi tal-UE, in-nisa u l-irġiel huma inti­to­ lati li jieħdu 4 xhur ta’ leave tal-ġenituri, u n-nisa tqal kollha huma intitolati għal tal-inqas 14-il ġimgħa leave tal-maternità mħallas. U dan mhux kollox: il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta biex ittej­ jeb aktar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja biex l-Ewropa tkompli tkun post fejn wieħed jaħdem kuntent u fejn is-saħħa tal-ħaddiem tkun imħarsa.

6 MOĦĦHA FIJA

Mill-kompjuters sas-siti tal-kostruzzjoni, niltaqgħu ma’ ħafna riskji fil-ħajja taxxogħol tagħna li potenzjalment jistgħu jippreżentaw theddida kuljum. Sabiex nibqgħu siguri fuq il-post tax-xogħol, l-UE daħħlet fis-seħħ rekwiżiti ta’ sigurtà. Dawn jistgħu jkunu xi ħaġa sempliċi bħal li jintlibes elmu protettiv jew li jiġi żgurat li t-tagħmir elettriku jiġi ttestjat; jew jistgħu jinvolvu korsijiet ta’ taħriġ u kon­ di­viżjoni tal-għarfien. Ikun xi jkun, dan ifisser li jien nista’ nagħmel xogħli mingħajr ma nipperikola s-sigurtà tiegħi. 33


IL-BERAĦ TIEGĦI. ĦAJTI. Gawdi ilma nadif, arja aktar nadifa u natura protetta.

Kif taħdem L-UE tipproteġi l-ambjent tiegħi bil-liġi u tagħtini ċ-ċans li nikkontribwixxi għal dak l-isforz. Tiggarantixxi li l-ilma tiegħi huwa tajjeb għax-xorb, li l-post favorit tiegħi biex ngħum, naqdef bil-kenura jew indur bil-kayak ikun nadif, u tagħmel ħilitha biex tiżgura li l-arja li nieħu tkun friska. Permezz tal-programm Natura 2000, l-UE żżomm madwar 26,000 żona naturali protetta, fejn tkopri kważi waħda minn ħames partijiet tal‑UE – din hija żona akbar mill‑Ġermanja, il‑Polonja u r-Repubblika Ċeka kkombinati.

500

L-ammont ta’ speċijiet ta’ għasafar selvaġġi Ewropej li jinsabu fil-periklu ta’ estinzjoni li huma protetti mill-UE.

1,500

#EUANDME

In-numru ta’ pjanti u annimali rari u mhedda protetti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.

34

85%

tal-postijiet għall-għawm fl-UE għandhom kwalità eċċellenti tal-ilma, żieda ta’ aktar minn 7% mill-2011.

Indawru r-rotta

Bis-saħħa ta’ politiki bħal MedFish4Ever, wegħda ta’ 10 snin sabiex jiġu salvati l-istokks tal-ħut Mediterranji, l-UE hija element kruċjali fil-ġlieda kontra s-sajd eċċessiv, li twassal għall-irkupru ta’ speċijiet bħat-tonn.


3

1

1 BIDLA FL-ARJA

Il-liġijiet tal-UE qegħdin jieħdu azzjoni kontra min iniġġes l-arja sabiex tiġi salvata l-ħajja tal-Ewropej u tittejjeb is-saħħa tagħhom. F’żewġ deċennji biss, l-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, il-kawża ewlenija tax-xita aċiduża, inqatgħu bi kważi 80%.

2 KULL QATRA

Bħall-parti l-kbira tal-Ewropej, m’għandix problema ta’ xorb fejn jidħol l-ilma frisk. L-ilma li nixorbu jrid jissodisfa ­l-istandards tal-UE, u jkun ħieles minn kwalunkwe mikroorganiżmu, parassita u sustanza perikoluża.

3 IR-RENJU TAL-ANNIMALI

Aħna m’aħniex l-uniċi residenti li nsejħu lill-Ewropa bħala d-dar tagħna. Millbumerin sal-Astun Aħmar, eluf ta’ anni­ mali u ħlejjaq jgħixu hawn ukoll – u ħafna speċi għandhom bżonn il-protezzjoni tagħna. Waqt li jkopri 18% tal-erja tal-art tal-UE u kważi 6% tax-xmajjar, l-ibħra u l-oċejani tagħha, Natura 2000 huwa l-ikbar network ikkoordinat ta’ żoni pro­ tetti fid-dinja. Dan joffri kenn għall-ispeċi u l-ħabitats l-aktar ta’ valur u mhedda tal-Ewropa.

2

4

4 GĦAWMA TAJBA

Lag, xmara jew baħar: Nista’ ngħum kullimkien fl-Ewropa, billi naf b’mod sigur li d-Direttiva tal-Ilma għall-Għawm tal-UE għamlet il-postijiet għall-għawm tal-Ewropa ħafna aktar siguri u nodfa. Illum il-ġurnata, aktar minn 96% tas-siti ­jissodisfaw l-istandards minimi meħtieġa, għalhekk kull ma jonqosni huwa li naqbad il-paddleboard tiegħi u nirrilassa kull fejn nixtieq. Jien dejjem noqgħod attent li narmi l-iskart tiegħi jew nieħdu d-dar biex ngħin inwaqqaf iż-żibel li jkerrah il-baħar milli jħammeġ l-oċeani. Diġà hemm 150 miljun tunnellata ta’ skart tal-plastik fl-oċean. Jien żgur ma rridx inżid ma’ dan!

AKTAR INFORMAZZJONI

http://ec.europa.eu/ environment/basics/ home_mt.htm 35


IL-PJANETA TIEGĦI. ĦAJTI. Agħmel differenza fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

#EUANDME

Kif taħdem L-UE tinsab fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Qiegħda tadotta approċċ ambizzjuż sabiex tipproteġi l-pjaneta tagħna permezz tal-impenn tagħha lejn il-miri stabbiliti fil‑Ftehim ta’ Pariġi. Ir-regolamenti tal-UE jeħtieġu lill-pajjiżi jinvestu fl-enerġija rinnovabbli, u dawk li jimmanifatturaw il-karozzi u joperaw fl-Ewropa jridu jieħdu azzjoni drastika sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-karozzi u tal-vannijiet tagħhom, f’konformità mal-liġi tal-UE. Iżda l-UE qiegħda wkoll tieħu azzjoni fir-raħal lokali tiegħi – millfinanzjament ta’ teknoloġiji u trasport ekoloġiċi ġodda, għat-tħejjija tal-komunitajiet lokali għar‑realtà tat-tibdil fil-klima.

36

17%

tal-enerġija fl-UE tiġi prodotta minn sorsi rinnovabbli – id-doppju tal-ammont tal-2004.

175 Mtoe

(miljun tunnellata ekwivalenti ta’ żejt) jistgħu jiġu ffrankati permezz tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija sal-2020 – l-istess daqs l-ammont ta’ enerġija kollu li tuża l-Italja f’sena.

2014

Is-sena li l-UE laħqet il-mira tagħha tal-2020 li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’20%. Fil-futur, l-UE għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet b’40% sal-2030, u l-mexxejja tal-UE għamlu impenn li jaqtgħu l-emissjonijiet bi 80%-95% sal-2050.

70%

In-nuqqas fil-prezz talpannelli solari matul l-aħħar 7 snin. Barra minn hekk, fl-2011, 70% tal-pannelli solari 100GW installati madwar id-dinja ġew installati fl-UE.

40%

tal-emissjonijiet tas-CO2 jirriżultaw mill-bini. Fir-realtà, it-trasport jammonta għal perċentwal relattivament baxx.

Ibred ftit

Żieda ta’ 10% fiż-żoni ekoloġiċi f’belt tista’ tnaqqas it-temperatura bi 3-4%, li mbagħad tista’ tnaqqas il-ħtieġa għallarja kundizzjonata.


3

1

5

2

1 IL-ĦAJJA MGĦAĠĠLA

Onfoħ it-tajers tar-rota, aqta’ biljett tallinja, u sib l-eqreb stazzjon tal-metro; l-UE qiegħda tinvesti €2.7 biljun fi proġetti tat-trasport pubbliku sostenibbli u diġitalizzat, bħal trammijiet li jaħdmu bl-elettriku jew ir-riċerka għal fjuwil alter­ nattiv. Irrispettivament minn kif nagħżel li nivvjaġġa, nista’ nasal minn A sa B b’impatt minimu fuq l-ambjent.

2 INNAQQSU L-KARBONJU

Għandek bżonn xi għajnuna biex tnaqqas il-marka tal-karbonju? L-UE qiegħda tinvesti fir-riċerka sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ karbonju li lkoll narmu. Kull sena, kważi 20% tal-baġit sħiħ tal-UE – li jammonta għal €180 biljun – jiġi allokat sabiex jiġu appoġġjati proġetti relatati mal-klima. Mill-ħolqien ta’ testijiet tal-­ emissjonijiet aktar affidabbli għal karozzi ġodda, għall-iżgurar li l-bini l-ġdid kollu jipproduċi enerġija daqskemm jikkonsma sal-2020.

3 IRRIĊARĠJA U ITLAQ

Lest tagħti l-aħħar tislima lill-karozzi tal‑petrol u tad-diżil u tixtri karozza talelettriku? Fl-UE, hemm kważi 120,000 punt tal-iċċarġjar, sabiex inkun nista’ nżomm il-batterija mimlija sax-xifer. L-UE għamlet ukoll investiment ta’ €41.8 miljun fl-i-

4

nizjattiva Green eMotion. Permezz ta’ sħubija mal-manifatturi, mal-universitajiet, ma’ figuri tal-industrija u oħrajn, l-UE qed tħeġġeġ aktar vetturi elettriċi fit-toroq tal-belt tiegħi, li jagħmluha aktar nadifa u aktar effiċjenti fl-enerġija.

4 GĦAJXIEN EKOLOĠIKU

Jekk nagħmel bidliet żgħar fl-istil talħajja tiegħi, nista’ nagħmel differenza kbira. Din tista’ tkun xi ħaġa sempliċi bħal li nitfi d-dawl meta noħroġ minn kamra, jew nixtri purtieri aktar ħoxnin biex inżomm id-dar tiegħi sħuna. Nista’ wkoll nuża s-sistema tat-tikkettar tal-­ enerġija tal-UE għall-apparati domestiċi, li tgħinni nagħżel forn tal-elettriku A+, minflok wieħed tal-klassi-D, li jiffrankali sa €230 mill-kont tal-enerġija tiegħi.

5 RIVOLUZZJONI RINNOVABBLI

Tixtieq tagħmel iktar milli titfi d-dwal u tuża t-trasport pubbliku? Għaliex ma tinstallax xi pannelli solari fuq is-saqaf jew turbina eolika – dawn huma aħjar għall-marka tal-karbonju tiegħi u għallkont tal-enerġija tiegħi! L-UE għandha

6

l-għan li tikseb mill-inqas 27% talenerġija tal-UE minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sal-2030. U qed tinvesti ammont kbir ħafna ta’ €40 biljun biex tappoġġja l-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. Mela l-futur tiegħi jidher sabiħ u sostenibbli! Jien nista’ anki niċċarġja l-mowbajl tiegħi per­ mezz ta’ pannelli solari żgħar, għalhekk jekk ix-xemx qiegħda tiżreġ, xejn ma jista’ jwaqqaf is-selfie tiegħi.

6 NADATTAW GĦALL-FUTUR

Imħasseb dwar it-temp estrem u l-livelli tal-ilma li qegħdin jogħlew? L-UE qiegħda tagħmel lill-komunitajiet aktar reżiljenti għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima billi tirrestawra żoni ta’ art mistagħdra u żoni ekoloġiċi sabiex jaġixxu bħala lqugħ naturali kontra ż-żieda fil-livell tal-ilma, u qed tiżviluppa spazji ekoloġiċi filkomunitajiet sabiex tiġġieled it-tniġġis tal-arja u l-mewġiet ta’ sħana. Qed isibu wkoll modi kif titjieb il-konservazzjoni tal-ilma – għaliex ma ninstallax tank tattrattament sabiex inkun nista’ nerġa’ nuża l-ilma mis-sink u mix-shower tiegħi sabiex nifflaxxja t-toilet?

AKTAR INFORMAZZJONI

https://ec.europa.eu/clima/citizens/tips_mt 37


IS-SOSTENIBBILTÀ TIEGĦI. ĦAJTI. Irriċikla, uża mill-ġdid, sewwi u waqqaf il-plastik milli jinfirex fl-ibħra tagħna.

Kif taħdem L-UE tinsab fit-triq għall‑bidla minn soċjetà li tarmi, li taħli r-riżorsi naturali u li tikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima, għal ekonomija ekoloġika, sostenibbli u ċirkolari. Skont ir-regoli tal-UE, il-kumpaniji issa huma meħtieġa jfasslu prodotti li jdumu jservu aktar u li jkunu jistgħu jissewwew, jintużaw mill-ġdid u jiġu riċiklati b’mod aktar faċli. Ġew stabbiliti miri ambizzjużi għat-tnaqqis u r-riċiklaġġ tal-iskart, u saret prijorità li nsibu modi kif l-iskart ta’ industrija partikolari jinbidel f’materja prima ta’ industrija oħra.

480 kg

Il-piż tal-iskart muniċipali ġġenerat minn kull persuna, kull sena fl-UE – madwar l-istess piż ta’ ors grizzly!

#EUANDME

4.2 miljun

38

In-numru ta’ persuni fl-UE li bħalissa qed jaħdmu f’ekoindustriji jew f’impjiegi ekoloġiċi – settur li kiber ferm aktar malajr minn oqsma oħra tal-ekonomija mis-sena 2000.

47%

tal-iskart muniċipali fl-2016 jew ġie rriċiklat jew sar kompost – żieda ta’ 30% mill-1995.

€500 fis-sena

L-ammont li kull unità domestika fl-UE tista’ tiffranka billi tnaqqas il-ħela tal-ikel.

59%

Il-proporzjon ta’ skart tal-plastik li jirriżulta direttament mill-imballaġġ.


1

3

2

4

1 NIBDEW NAĦSBU MOD IEĦOR DWAR IL-PLASTIK

Meta narmi l-borża tal-ħobża, il-kaxxa tal-insalata jew il-flixkun tal-ilma wara l-ikla ta’ nofsinhar, dawn ma jisparixxux – isiru skart. Il-plastik li narmi mingħajr ma naħsibha darbtejn qed jispiċċa fl-ibħra tagħna u qed jeqred il-ħajja marittima. U dak li jispiċċa fl-ibħra tagħna, jispiċċa fil-platt tagħna. Madwar 30% tal-ħut li nixtri jista’ jkun li għandu l-plastik fl-imsaren. L-UE tinsab impenjata bisserjetà biex tnaqqas l-ammont ta’ plastik li naħlu, li żżommu barra mill-oċeani tagħna, u li tagħmel l-imballaġġ kollu tal‑plastik riċiklabbli sal-2030.

2 SEWWI, UŻA MILL-ĠDID... U ERGA

Aħsibha darbtejn qabel tarmi l-apparat domestiku li jkun għadu jaħdem – sabiex insiru sostenibbli, irridu nibdlu l-mod kif naħsbuha dwar li nerġgħu nużaw l-oġġetti. Billi tagħmel il-prodotti li nuża jien aktar effiċjenti permezz ta’ regolamenti speċifiċi tal-Ekodisinn, l-UE qiegħda tibni soċjetà fejn l-oġġetti qed jitfasslu biex idumu jaħdmu, jissewwew faċilment, u meta jilħqu tmiem il-ħajja utli tagħhom, jiġu riċiklati. Għalhekk erġa’ ħit

dak il-kowt, sewwi l-vacuum cleaner u rriċi­ kla l-friġġ – dan huwa riżorsa siewja għall-ekonomija tagħna, u jagħmel ġid lill-ambjent!

3 MINGĦANDI GĦAL GĦANDEK

Tiftakar dik il-biċċa għodda li xtrajt snin ilu? Użajtha biss għal żewġ proġetti tadDIY (Do it yourself)- tgħid kien ikun aħjar li kieku qsamtha man-nies? Il-mixja tal-UE lejn l-ekonomija ċirkolari qed tħeġġeġ liċ-ċittadini jkunu għaqlin meta jiġu biex ifaddlu u jerġgħu jużaw l-oġġetti tagħhom. Qed jitkattru madwar l-UE kollha impriżi bħal ħwienet tas-self u l-kiri, stabbi­li­ men­ti tat-tiswija u ħwienet tal-ħwejjeġ riċiklati, li jħeġġu mod ekoloġiku, armon­ już u kreattiv ta’ kif jintużaw u jerġgħu jintużaw il-prodotti.

4 ĠESTJONI TAL-METALL

Irrispettivament minn jekk ikunx TV qadim li ma jaħdimx jew laptop bilħsara, l-oġġetti tal-elettriku tiegħi għad għandhom skop – il-metalli prezzjużi ta’ ġo fihom jistgħu jerġgħu jintużaw. L-UE qed tiżgura li dawn il-metalli prezzjużi jiġu estratti b’mod xieraq, li jillimita l-iskart u jagħmilha faċli biex tastieri

5

qodma u DVD players li ma jkunux qed jaħdmu jerġgħu jsiru utli. Għalhekk, id-darba li jmiss li t-toaster tiegħi tieqaf taħdem, nista’ ngħin biex nipproteġi r-riżorsi naturali prezzjużi tal-pjaneta billi nirriċiklaha.

5 NGĦOLLU L-ISTANDARDS

Ilkoll kemm aħna rridu nagħmlu l-parti tagħna għall-ambjent – u l-UE mhix diffe­ renti. Bħala riżultat dirett tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jien ngħix f’soċjetà li kontin­w­ ament qed ittejjeb l-istrateġiji talimmaniġġjar tal-iskart tagħha. Is-siti tallandfills li jaqgħu taħt l-istandards tal-UE qed jagħlqu, il-bini pubbliku issa huwa aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li jbaxxi l-konsum tal-karburanti fossili, u qed jiġi rriċiklat aktar skart minn qatt qabel. Mhux hekk biss, iżda l-investiment tal-UE għen biex 7 miljun persuna jiġu konnessi ma’ faċilitajiet ġodda jew imtejba tattrattament tal-ilma mormi.

AKTAR INFORMAZZJONI

http://ec.europa. eu/environment/ circular-economy/ index_en.htm 39


L-IKEL TIEGĦI. ĦAJTI. Gawdi ikel tajjeb għas-saħħa, sigur u bi prezz raġonevoli.

Kif taħdem

#EUANDME

L-ikel ikollu togħma aħjar meta jiġi prodott b’mod ġust u sigur. Il-politiki tal-biedja, ambjentali u tas-sigurtà tal-ikel tal-UE jiżguraw li prodott jitkabbar f’ambjent san u kkontrollat u b’mod li jirrispetta d-drawwiet tal-bdiewa u dawk lokali. L-UE għandha proċeduri stretti fis-seħħ sabiex l-ikel tiegħi jiġi protett waqt li jivjaġġa mir-razzett, jgħaddi għand min jipproċessah u min jippakkjah, sakemm jasal fis-supermarkets. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tħares mill-qrib lejn riskji possibbli relatati mal-ikel sabiex, f’ħin l-ikel, inkun nista’ nirrilassa u ngawdi l-ikel li jkun hemm fuq il-mejda.

40

44 miljun

In-numru ta’ persuni impjegati fl-industrija agroalimentari fl-UE.

3,500

In-numru approssimattiv ta’ prodotti rreġistrati taħt skemi differenti ta’ kwalità tal-UE. Hemm tliet logos li nista’ niċċekkja fuq it-tikkettar: Id-DOP (Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta), l-IĠP (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) u l-STG (Speċjalità Tradizzjonali Garantita).

11%

L-ammont li familja medja tonfoq fuq l-ikel – nofs kemm kienet tonfoq fl-1962.

Żero

Ma kien hemm l-ebda użu ta’ promoturi tat‑tkabbir tal-antibijotiċi fl-għalf tal-annimali minn meta daħlet fis‑seħħ il-projbizzjoni fl-2006.


1

3

2

1 IKEL LI NISTA' NAFDA

Irrispettivament minn jekk tkunx il-frotta favorita tiegħi, il-ħanut li mmur għandu kull ġimgħa, jew l-ikel tar-ristorant li ordnajt ilbieraħ filgħaxija, irrid inkun naf li l-ikel tiegħi sigur biex nieklu u ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Mir-razzett għal fuq il-platt, il-liġijiet tal-UE jgħinu lillbdiewa, lill-manifatturi u lis-supermarkets jiggarantixxu livell għoli ta’ sigurtà għallprodotti kollha. Dan kollu jfisser li jien liberu li ngawdi l-ikel favorit tiegħi.

2 TOGĦMA TA' EWROPA

Feta Grieg, Kiełbasa lisiecka Pollakka, Manchego Spanjola, Blaa Irlandiż; m’hemm xejn aqwa minn ikel reġjonali awtentiku. Iżda kif inkun naf li huwa l-prodott ġenwin? It-tikketta tad-DOP (Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta) tal-UE tfisser li l-ikel ta’ speċjalità bħal dan irid jiġi miż-żona li tkun tagħtu l-fama, u jrid jiġi prodott skont proċessi preskritti u jgħaddi minn kontrolli stretti.

4

3 X'HEMM FIH?

U jekk jien allerġiku, pereżempju, għallkarawett u rrid niċċekkja l-ikla tiegħi għal traċċi tal-ġewż? Biex nieħu idea tajba ta’ x’hemm eżatt fl-ikel ta’ fuq il-platt tiegħi, nista’ nafda t-tikketti fuq kwalunkwe ikel li nixtri fl-UE. Dawn jgħiduli eżatt kemm hemm melħ, zokkor, proteini u enerġija (xaħmijiet u karboidrati) fl-oġġett ikkon­ ċernat u liema allerġeni huma preżenti. It-tikketti fuq il-prodotti organiċi jistgħu anki jgħiduli kif ġie prodott l-ikel stess.

4 RISPONS RAPIDU

5

5 GĦIDHA KIF TĦOSSHA

Għandi għalfejn ninkwieta li l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq it-tazza tal-jogurt tiegħi huma aktar fantasija milli fatti? Lanqas xejn. Fl-UE, kull indikazzjoni tiġi riveduta b’mod xjentifiku u mbagħad tiġi approvata – jew le – minn esperti millpajjiżi tal-UE. L-għan hawnhekk huwa li jiġi żgurat li l-indikazzjonijiet kollha dwar is-saħħa fuq it-tikketta jkunu validi. Għalhekk jekk qed infittex ikel li jgħinni nikkontrolla l-kolesterol tiegħi, jien nista’ nafda dak li jkun hemm miktub fuq l-imballaġġ.

Jekk jiġi identifikat ikel li jippreżenta periklu għas-saħħa (bħal-laħam ikkon­ taminat bis-salmonella), is-Sistema ta’ Twissija Rapida (RASFF) tal-UE tiġi attivata sabiex tirtirah fil-pront mill-bejgħ. Firxa ta’ politiki tal-UE naqqsu n-numru ta’ każijiet ta’ tifqigħat ta’ salmonella kważi bin-nofs mill-2010 – grazzi għal sforz ikkoordinat sabiex titjieb is-sigurtà tal-ikel fl-UE.

AKTAR INFORMAZZJONI

https://ec.europa.eu/food/overview_en 41


IT-TEKNOLOĠIJA TIEGĦI. ĦAJTI. Ir-riċerka ffinanzjata mill-UE tagħti benefiċċji lili, lill-familja tiegħi u lill-pjaneta.

Kif taħdem

#EUANDME

Il-passjoni tiegħi għatteknoloġija innovattiva li tagħmel il-ħajjiet tagħna aktar intelliġenti u aktar sostenibbli. Orizzont 2020 huwa l-programm ta’ riċerka u żvilupp tal-UE, li għamel investiment ta’ €77 biljun f’teknoloġija ġdida, innovattiva u intelliġenti bejn l-2014 u l-2020. Ġew iddedikati €30 biljun għal proġetti ta’ finanzjament fis-sentejn li ġejjin biss. Li nnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju tagħna, nerġgħu nużaw ir-riżorsi attwali tagħna, u nibnu soċjetà diġitali huma sfidi kbar, u li jien ċittadin tal-UE tfisser li jien nagħmel parti mit-tfittxija għas-soluzzjonijiet.

42

€77 biljun

Il-baġit totali tal-Orizzont 2020, il-programm tal-UE għar-riċerka u l-iżvilupp.

110 000+

ir-riċerkaturi u x-xjenzati ġew appoġġjati mill-programm ta’ Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie matul l-aħħar żewġ deċennji, fejn 9 minnhom rebħu wkoll il-Premji Nobel.

115 235

proġett potenzjali talbu għallfinanzjament tal-Orizzont 2020 bejn l-2014 u l-2016.

80 biljun

Il-baġit totali tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2014-2020.

Rebbieħa tal-premjijiet 2 mir-rebbieħa tal-Premju Nobel tal-2017 fil-kimika ħadmu fuq proġetti ffinanzjati mill-UE, bħall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ mikroskopji tal-elettroni aħjar.

350,000

In-numru ta’ impjiegi li mistennija jinħolqu sal‑2020 bħala riżultat ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, inizjattiva li tiffoka fuq u tappoġġja l-vantaġġi kompetittivi tarreġjuni individwali.


1

3

2

4

1 L-EWWEL POST

Ixgħel il-magna: Nixtieq li l-komunità tiegħi tkun minn ta’ quddiem f’termini ta’ teknoloġija tat-trasport. Minn vetturi awto­nomi għal fjuwils alternattivi, l-UE qiegħda tinvesti sabiex il-karozzi jsiru aktar ekoloġiċi u aktar effiċjenti fl-enerġija. Dan jinkludi l-eliminazzjoni tal-konġestjoni tat-traffiku permezz tal-immaniġġjar ta’ karozzi mingħajr sewwieqa, sal-iżvilupp ta’ toroq li jiċċarġjaw il-vettura elettrika tiegħi waqt li nkun qed nistenna fuq id-dawl l-aħmar.

2 INNAQQSU L-ISKART

Kif nistgħu nagħmlu aktar b’anqas? Minħabba popolazzjoni li dejjem tiżdied u riżorsi naturali limitati, huwa vitali li nkomplu nsibu modi kif nerġgħu nużaw ir-riżorsi li għandna. L-UE qiegħda tagħmel dan billi tinvesti fi proġetti li jistgħu jagħtu ħajja ġdida lill-materjali tal‑iskart. Nistgħu per eżempju nħarsu lejn teknoloġija li tibdel il-kafè mitħun f’linka. Il-fatt li nkun naf li nkun qed ngħin lill-ambjent jagħti togħma aħjar lillespresso ta’ filgħodu tiegħi.

3 NIMBLOKKAW IL-HACKERS

Minn speakers u consoles tal-logħob li jiġu attivati bil-Wi-Fi, għal kitla li tista’ tixgħelha bl-ismartphone, nista’ ngħid li l-oġġetti fid-dar tiegħi huma tassew online. Iżda ma’ kull tagħmir intelliġenti li nqabbad, aktar tiżdied il-probabbiltà li n-network tad-dar tiegħi jiġi soġġett għall-hacking. Għalhekk, kif nista’ nippro­teġi lili nnifsi? It-teknoloġija talBlockchain tista’ tkun it-tweġiba. Bissaħħa ta’ riċerka ffinanzjata mill-UE, in-network tiegħi se jkun protett minn aċċess mhux awtorizzat u d-data tiegħi se tkun sigura fil-futur.

5

5 NIEĦDU ĦSIEB

Ejja nkunu onesti, il-mard huwa fatt talħajja. Iżda dan ma jfissirx li ma jistax jingħeleb. L-UE qiegħda tinvesti biljuni ta’ euro fir-riċerka sabiex jinstabu kuri tal-ogħla livell għall-kundizzjonijiet li jaffettwaw direttament lili jew lill-familja tiegħi, bħall-kanċer. Tajjeb li wieħed ikun jaf li hemm riċerka innovattiva li qiegħda tfittex trattamenti u kuri ġodda għalija u għall-maħbubin tiegħi.

4 FTIT GĦAJNUNA

Jgħidu li l-essenza tinsab fil-fliexken iż-żgħar, u fil-każ tan-nanoteknoloġiji, hekk hu. L-UE għamlet investiment ta’ €1.8 biljun bejn l-2018 u l-2020 biex tiżvi­ luppa teknoloġija mikroskopika sigura. Għalkemm din għandha d-daqs ta’ atomu, tista’ tgħinni fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum – tista’ tinħadem fi ħwejjeġ sabiex tnaqqas il-kundizzjonijiet ta’ ġilda sensittiva, u tivjaġġa fid-demm sabiex twassal il-mediċini għal fejn ikun jinsab tumur.

AKTAR INFORMAZZJONI

https://ec.europa. eu/programmes/ horizon2020/ 43


Ilkoll għandna affarijiet li għandna passjoni dwarhom: mit‑taħriġ għall-ivvjaġġar, it-tiftix fuq l-internet jew il‑ħarsien tad-dinja. L-Unjoni Ewropea tipprovdilek ħafna opportunitajiet biex tagħmel dak li tħobb – irrispettivament minn fejn se jwassluk. L-inizjattivi u l-leġiżlazzjoni talUE jistgħu jgħinuk tkabbar il-potenzjal tiegħek, tispira ruħek u ssegwi l-passjoni tiegħek.

Trid tespandi l-orizzonti tiegħek? Fir-realtà, kollox jiddependi fuq l-UE u fuqi. Il-Manwal #EUandME: Skopri dak li l-UE tagħmel għalik jinkludi dak kollu li għandek bżonn tkun taf dwar kif l-UE tagħmel ħajtek aktar kuntenta, aktar f’saħħitha u aktar eċċitanti. Il-manwal jinkludi firxa ta’ statistiċi sorpendenti u fatti affaxxinanti, kompli aqra biex titgħallem dak kollu li int intitolat għalih bħala ċittadin tal-Unjoni Ewropea.

L-UNJONI EWROPEA

europa.eu/euandme


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.