
5 minute read
Fil-Pandemija Bqajna Attivi fil-Mużika
Issa wasal iż-żmien li nerġgħu ningħaqdu flimkien u nerġgħu nqumu fuq saqajna. Mro. Michael Bugelli ATCL
Is-Surmast Direttur tal-Banda Birżebbuġa
Advertisement
Mro Michael Bugelli, kiber u mexxa lill-Banda Birżebbuġa lejn għadd ta' suċċessi. Dehra tal-Banda Birżebbuġa waqt il-Premiere tal-Oratorio, dejjem taħt id-direzzjoni ta' Mro Michael Bugelli, is-Surmast Direttur tagħha sa mit-twaqqif fl-1990.
L-aħħar festa li gawdejna sħiħa kienet dik tal-2019... tliet snin ilu! Fl-2020 u fl-2021 ma stajna nagħmlu xejn, jew jekk stajna, għamilna ftit. Sehem il-baned fil-festi f’dawn is-sentejn kien wieħed minimu ħafna. B’xorti tajba il-baned tħallew itellgħu xi programmi mużikali. Il-banda tagħna ta’ Birżebbuġa rnexxielha ddoqq fi Frar 2020 meta tellajna l-aħħar programm “Mill-Bandisti Għall-Membri” meta d-dinja kienet diġà qed tintlaqat mill-pandemija. Inqas minn xahar wara dak il-programm, pajjiżna wkoll daħal fil-morsa tal-pandemija. Il-festi twaqqfu. Il-baned ma tħallewx idoqqu. Kulħadd beda jgħix f’iżolament. Konna qisna qed ngħixu film minn dawk tal-fantaxjenza, biddifferenza li dak li konna għaddejin minnu kien veru. Fis-sajf tal-2020 il-Gvern kien irrilassa xi restrizzjonijiet u kien hemm xi tliet Ħdud li fihom saru festi ridotti u daqqew il-baned, imma hekk kif waslet il-ġimgħa talfesta tagħna, il-virus tal-COVID laħaq infirex b’mod allarmanti u l-festa tagħna kellha tiġi kkanċellata anke jekk kienu diġà saru l-preparamenti.
Gerbet sena oħra, u ċ-ċelebrazzjonijiet tat-tletin sena anniversarju li kellna għas-sena 2020, konna determinati li nagħmluhom fis-sena 2021. Dawn iċċelebrazzjonijiet ħadu dimensjoni ikbar, għax bilCOVID spiċċaw ġew aktar uniċi. F’Lulju tas-sena 2021 fost ħafna sagrifiċċji kbar eżegwejna l-Oratorju “Divo Petro”. Ħolma oħra saret realtà. Konna waħda millewwel baned li tellajna programm mużikali fl-istaġun tal-festi li għadda fi żmien il-pandemija. Kien hemm min qalilna li din kienet ġennata. Hekk hu! Tassew ġennata biex tagħmel programm ta’ dak il-kalibru f’mument daqshekk sensittiv. Imma konna determinati li din id-darba nagħmluha u nagħmluha bil-kbir, anzi aħjar għax ħareġ kunċert storiku, kunċert ta’ livell għoli, oratorju ta’ preġju fi żmien daqshekk delikat. Konna nafu li l-isfida kienet se tkun ikbar għax dak li tellajna fil-Katidral Metropolitan talImdina s-sena li għaddiet ma kienx sempliċi programm imma oratorju kolossali, mużika li titlob impenn kbir u sagrifiċċji kbar. Dan huwa xogħol li diġà huwa diffiċli ttellgħu f’ċirkostanzi normali, aħseb u ara meta konna qed naffaċċjaw kriżi umanitarja bħal dik tal-pandemija. Bla dubju kien wieħed mill-programmi kbar illi l-banda tagħna rnexxielha ttella’ minn mindu ġiet imwaqqfa. Jien, flimkien mal-President, il-Kumitat, u l-bandisti tal-post ninsabu verament kburin li tellajna xogħol daqshekk professjonali miktub mis-Surmast Onorarju tas-Soċjetà tagħna Mro Ray Sciberras.
Jekk il-banda tagħna kienet waħda minn tal-bidu li għamlet programm mużikali fl-istaġun tas-sajf li għadda, u li warajha segwew l-eżempju tagħha bosta baned oħra li l-festa tagħhom ġiet wara tagħna, il-banda tagħna tibqa’ l-unika waħda li siefret barra minn xtutna biex tagħti prestazzjoni mużikali fi żmien il-pandemija. Il-mawra kienet ukoll parti miċ-ċelebrazzjonijiet li ridna nagħmlu għall-okkażjoni tat-tletin sena anniversarju. Bħall-oratorju din ukoll xtaqna nagħmluha fl-2020 imma ċ-ċirkustanzi ġegħluna nipposponuha għassena 2021. Id-diffikultajiet ma jonqsu qatt. Ippruvajna ħafna, ħabbatna ħafna bibien, il-pandemija qatlitna, restrizzjonijiet kbar kullimkien imma l-perseveranza tagħna ma mititx lanqas. Bqajna sodi u la ridnieha,


għamilnieha! F’komunikazzjoni li l-President tagħna Chev. Alexander Caruana għamel mal-Comune di Catania, irnexxielna nġibu l-permessi meħtieġa sabiex intellgħu servizz mużikali fiċ-Centro Storico ta’ Catania, belt barokka, belt tal-arti, il-belt ta’ Vincenzo Bellini. Din ma kinitx l-ewwel darba li l-banda tagħna daqqet f’din l-art. Ftit snin ilu konna għamilna marċ u programm sabiħ fil-belt ta’ Riposto li tinsab fil-periferiji ta’ Katanja. Din id-darba konna se ndoqqu fic-Centro Storico ta’ Catania, eżatt quddiem il-Katidral ta’ Katanja, li minnu toħroġ il-purċissjoni ta’ Sant’Agata, tant magħrufa mad-dinja kollha. Aħna għamilna l-mawra tagħna bejn is-6 u s-7 ta’ Novembru 2021. Daqqejna Katanja nhar is-6 ta’ Novembru filgħaxija u tajna gost lil mijiet ta’ nies li joħonqu lil din il-belt kull Sibt filgħaxija. Katanja hija ferm popolari għall-ħajja billejl ma’ Sqallija kollha. Dakinhar il-Bambin kien veru magħna għax minbarra l-pandemija, ġimgħa qabel u ġimgħa wara din ilmawra storika mużikali li għamilna, għamlu fost l-akbar maltempati li qatt rat il-belt ta’ Katanja f’għexieren ta’ snin.
Il-COVID issa nistgħu ngħidu li qed jonqos, nittamaw li ma jkunx hawn aktar kumplikazzjonijiet. Qabel ilCOVID il-festi u l-baned kienu diġà għaddejjin minn kriżi u l-COVID aċċentwat iktar dawn il-problemi. Bil-COVID naqsu ħafna l-bandisti. Saret diffiċli biex tgħaqqad banda tajba. Irridu naffaċċjaw ir-realtà kif inhi u nibdew insibu soluzzjonijiet u addattamenti għaċ-ċirkostanzi preżenti. L-appell tiegħi lis-Soċjetà tagħna huwa sabiex tieħu ħsieb lill-bandisti tal-post tagħna. Dawn huma teżor kbir. Ħafna mid-diffikultajiet li għaddejjin minnhom ma kinux ikunu hemm kieku kull banda tieħu ħsieb il-bandisti tal-post tagħha. Ħafna drabi nitkellmu dwar l-obbligi tal-bandisti tal-post. Dan l-argument irid jinbidel għax bejn il-baned u l-bandisti, huma l-baned li għandhom x’jitilfu l-aktar. Il-bandisti qed isibu ruħhom aħjar mingħajr irbit għal ftit ħlas. Il-ħajja m’għadhiex li kienet, u l-ispejjeż kibru għal kulħadd. Iż-żmien u l-ħin naqas għal kulħadd għax bil-ħajja mgħaġġla tal-lum ftit fadal żmien għar-rikreazzjoni u l-passatempi. Jeħtieġ
illi l-baned ibiddlu r-rotta malajr u jibdew japprezzaw iktar xogħol il-bandisti. Sfortunatament dawn l-aħħar snin, ħafna sostenituri tal-baned kienu qed iħarsu lejn il-bandist bħala dak is-sempliċi bniedem li jgħin lill-banda biss billi jonfoħ erba’ noti fl-istrument. Din l-attitudni trid tinbidel malajr għax se jkollna straġi fil-qasam bandistiku Malti. Hemm bżonn illi l-bandisti tagħna nżommuhom fuq l-idejn għax mingħajrhom, il-festi u kollox se jieħdu daqqa ta’ ħarta kbira. Nagħlaq dan il-messaġġ tiegħi billi nsellem il-memorja ta’ Stephanie Buhagiar neè Barbara Mro Michael Bugelli ATCL jirċievi tifkira mingħand il-President ta' Malta, Dr George Vella, fil-preżenza tal-President tas-Soċjetà Alexander Caruana fi tmiem li wara marda twila ingħaqdet mal-Ħallieq fit-23 ta’ Jannar li l-Oratorio Divo Petro. għadda. Stephanie għamlet żmien twil tgħallem il-prinċipji bażiċi tal-mużika lil ħafna żgħażagħ u tfal li riedu jitgħallmu strument mal-banda tagħna. Nirringrazzjaha tax-xogħol illi għamlet mal-banda tagħna. Lil Stephanie tajnieha tislima bil-banda filfuneral tagħha nhar il-25 ta’Jannar 2022. Nieħu l-okkażjoni wkoll biex nirringrazzja lill-President Chev. Alexander Caruana li bid-determinazzjoni tiegħu wasalna biex tellajna l-oratorju “Divo Petro” u s-safra li għamilna fiċ-Centro Storico ta’ Katanja. Din kienet ir-raba’ esperjenza mużikali għall-banda tagħna barra minn xtutna. Bħalma nagħmel is-soltu se nagħmel l-aħħar żewġ kelmiet kemm dwar il-lezzjonijiet u anke dwar sehem il-banda tagħna fil-festa tal-Patrun tagħna San Pietru Appostlu fl-Ewwel Ħadd t’Awwissu u l-ġimgħa ta’ qabel. Bħalissa qed nippjana l-kunċert annwali li nagħmlu fil-festa, Lejlet il-Festa Titulari. Bħal dejjem se jkun hemm mużika mħallta li tolqot il-gosti ta’ kulħadd apparti l-innijiet iddedikati lill-patrun tagħna. Aktar minn qabel inħeġġeġ lin-nies tiġi u tagħti l-appoġġ tagħha lill-banda u lil-bandisti tagħna. Irridu nqumu fuq saqajna issa qabel għada jekk ma rridux li nitilfu dak kollu li ħallewlna ta’ qabilna. Dan l-entużjażmu jrid jibqa’ jiġi rifless ukoll fit-tagħlim tal-mużika fis-Soċjetà tagħna. Sa qabel il-COVID is-Soċjetà tagħna bdiet tinvesti ħafna fit-tagħlim tal-mużika. Għalkemm bil-COVID it-tagħlim prattiku tħarbat ftit, il-lezzjonijiet mużikali fit-teorija mal-Assistent Surmast Christopher Bonnici baqgħu għaddejjin, u kellna wkoll studenti li tressqu għall-eżamijiet u bħal dejjem, ġabu marki mill-aqwa. Imma issa wasal il-mument li nerġgħu nqumu fuq saqajna. Nagħmel appell lill-ġenituri biex jibagħtu lilluliedhom jitgħallmu l-mużika mas-Soċjetà tagħna ħalli tieħdu tagħlim professjonali u tal-aqwa livell. Nirringrazzja lil kulħadd u niltaqgħu fil-festa mal-Banda Birżebbuġa.
