7 minute read

Il-Kappella ta’ San Ġużepp

Next Article
Awguri

Awguri

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Il-Kappella ta’ San Ġużepp f’Birżebbuġa - 150 sena wieqfa

Advertisement

Michael Balzia

Nhar it-8 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra (2021) ġiet fi tmiemha s-sena ddedikata lil San Ġużepp, l-Għarus tal-Madonna, illi l-Papa Franġisku nieda eżatt sena qabel bl-Ittra Appostolika “Patris Corde”. Din is-sena kkommemorat il-150 sena minn meta dan il-Patrijarka kien iddikjarat patrun universali tal-Knisja Kattolika millBeatu Papa Piju IX.

Nhar it-8 ta’ Mejju 1854, Emmanuele Zammit għamel talba lill-Awtoritajiet Brittaniċi sabiex ikun jista’ jakkwista biċċa spazju pubbliku quddiem il-kappella ta’ Auxilium Christianorum bl-iskop li jkabbar id-dar ta’ rikreazzjoni li kien qiegħed jibni.(1)

Fis-sena 1870, dejjem skont ‘Il Portafoglio Maltese’, (ħarġa tal-ġurnal tad-19 ta’ Awwissu) inbniet il-kappella ddedikata lil San Ġużepp fuq il-pjanta taż-żagħżugħ perit Francesco Zammit(2) (qarib tal-fundatur) fuq stil gotiku, stil kemxejn stramb għall-gżejjer Maltin. Ilġurnal ippubblika wkoll irraġunijiet il-għala Zammit bena l-kappella meta kien hemm oħra fil-qrib; għallużu tal-familja tiegħu u tal-

Francesco Zammit. pubbliku. Għall-eżattezza tal-Istorja, tajjeb hawnhekk li dawn ikunu kkwotati kelma b’kelma, liema allegazzjonijiet kienu miċħuda minn diversi saċerdoti (madwar 17) li kienu jqaddsu filkappelli tal-qrib fosthom dik bit-titlu ‘Għajnuna tal-Insara’ fil-ħarġa tal-ġurnal ‘Corriere Mercantile Maltese’ tas-26 ta’ Settembru 1870.(3) ... L’impossibilità di frequentare in tutte le ore l’altra chiesetta che ivi trovasi, per certi regolamenti più o meno ridicoli, che s’imposero dai proprietarj della stessa, ha forzato il Signor Zammit di costuire un’altra per l’uso della famiglia non solo, ma anche del pubblico e così emanciparsi una volta da una lunga serie do nososissimi tributi a cui trovavasi giornalimente obbligato. Ħames snin wara t-tlugħ tagħha (1876) il-fundatur kiseb id-dritt li fir-raba’ Ħadd ta’ Awwissu jagħmel festa esterna lill-qaddis patrun.(4)

Kien appuntu f’dan iż-żmien illi l-kappella ddedikata lil dan il-qaddis infetħet u tbierket b’mod solenni filBajja ta’ San Ġorġ, Birżebbuġa, dakinhar parti millkonfini parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq, minn Emmanuele Vincenzo Zammit, eks-kaptan tad-Diviżjoni Furjaniża tal-Voluntieri fil-Milizzja Maltija (imwaqqfa permezz ta’ Ordinanza II tal-1852)(5) nhar is-27 ta’ Lulju 1871 mill-Vigarju Ġenerali Mons. Kanonku Konti Carmelo Scicluna, S.Th.D. fil-preżenza ta’ ħafna qassisin u kjeriċi fosthom l-Arċipriet tal-Isla, il-Kanonku Franġisk Colombo u s-saċerdot Għaxqi Dun Ġwann Bonello. Wara l-istess vigarju qaddes fiha privatament.(6) Din ilġrajja tnaqqxet fuq lapida li kienet tinsab fuq in-naħa tax-xellug tal-bieb tal-faċċata tal-kappella(7). Bieb ieħor jagħti għan-naħa tal-baħar.

Waqt li għamel il-kappella tiegħu ġuspatronat, Zammit żejjen il-kappella tiegħu b’altar uniku tal-irħam u pittura titulari li turi lill-Patrijarka San Ġużepp joffri rigali lill-Bambin Ġesù (dan tal-aħħar iżomm għanqud għeneb) impittra mill-famuż pittur Malti Giuseppe Calì, li kien fil-bidu tal-karriera brillanti tiegħu, bil-firma u l-annu 1871 jidhru taħt il-banketta li fuqha jinsab bilqiegħda l-Bambin(8) .

Fis-sena 1878, Emmanuele Vincenzo deher għallewwel darba rreġistrat fil-fond numru 60, Strada S. Giorgio, San Ġorġ, il-Baħar(9), dak iż-żmien tagħmel parti minn Ħal Għaxaq, wara li telaq min-numru 20, Strada Scozzese, Il-Belt Valletta(10) .

Nhar is-26 ta’ April 1881, Vincenzo, ta’ 59 sena, armel ta’ Giovanna xebba Naudi żżewweġ lil Maria Teresa Castagna, liema żwieġ sar f’din il-kappella(11) . Meta fis-sena 1886, Vincenzo miet,(12) Teresa żżewġet lil Alessandro Cachia Zammit, iben Matteo Cachia, fundatur tal-Kappella ta’ Marija Għajnuna tal-Insara u Marianna Zammit. Iż-żwieġ seħħ fil-knisja filjali ta’ Santa Marija fiż-Żejtun nhar il-15 ta’ Frar, 1887(13). Alessandro miet ta’ 49 sena fiż-Żejtun nhar is-26 ta’ April 1893 u kien midfun fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq(14) .

L-ewwel Vista Pastorali f’din il-kappella, issa ġuspatronat tal-armla Teresa Cachia Zammit, saret nhar l-14 ta’ Novembru 1897, mill-Arċisqof tad-Djoċesi Maltija, Monsinjur Pietro Pace, li ddikjara b’ġurament li kienet miżmuma tajjeb ħafna(15). Vista oħra saret fil21 t’Ottubru 1927 mill-Arċisqof Dom Mauro Caruana. Hawnhekk Mons. Caruana rrimarka li l-kappella kellha fondazzjoni ta’ 20 quddiesa letta(16) .

Fir-rapport tal-ewwel Vista Pastorali ta’ wara l-gwerra li Mons. Sir Michael Gonzi għamel fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa nhar il-21 ta’ April 1947, ma hemm xejn iddokumentat dwar din il-kappella(17). L-istess Arċisqof, wara li ta r-rapport tal-Vista Pastorali tiegħu f’Birżebbuġa tal-Ħadd, is-27 ta’ Mejju, 1956, f’ittra li nbagħtet lillKappillan Dun Giuseppe Minuti fit-13 ta’ Awwissu ta’ wara, huwa ordna lill-istess kappillan sabiex jinforma lis-sid illi din kienet ġiet iddikjarata li hi profonata u ma segħetx tkun iktar iċċelebrata l-quddiesa fiha għaliex ma kinitx infetħet għaż-żewġ Visti Pastorali(18) .

Fl-entratura taz-zuntier li jwassal għall-kappella, kien hemm żewġ lapidi żgħar tal-irħam ta’ indulġenzi, f’tal-lemin l-Arċisqof Carmelo Conte Scicluna, nhar l-20 ta’ Mejju 1879, ta 40 jum indulġenza għal min jgħid Missierna, Sliema u Glorja ġewwa jew quddiem ilkappella ad unur ta’ San Ġużepp(19), filwaqt illi f’dik tax-

xellug, l-istess Isqof, disat ijiem wara, ta l-istess numru ta’ jiem indulġenza għal min jgħid Salve Reġina f’ġieħ il-Madonna taċ-Ċintura(20) .

Minkejja li din il-kappella nhar il-15 ta’ Novembru 1994(21) (kienet waħda minn tal-ewwel) ġiet skedata bi Grad 1, kulma baqa’ biss qoxra u hemm rapport li din ġiet żarmata minn kollox, waqt li l-pittura ta’ Calì llum tinsab f’kollezzjoni privata. Sfortunatament il-lavur filġebel li bih kienet imżejna din il-kappella fi stil gotiku qed jiddeterjora mal-milja taż-żmien, inkluż dak talkampnar fuq wara tal-istess kappella. Il-qanpiena li hemm fih waqgħet u spiċċat isserraħ fuq il-bank talġebel tal-istess kampnar. Ħasra li din il-kappella tidher li tinsab f’telqa totali u jekk mhux ser isir xi tip ta’ intervent (minkejja li tinsab f’idejn privati) ser nispiċċaw nitilfuha għal kollox.

Dan l-artiklu kellu jidher fil-ħarġa tal-fuljett tassena l-oħra, iżda minħabba restrizzjoni fl-ispazju minħabba l-pubblikazzjoni fi żmien il-Covid-19, l-Editur Christopher Bonnici talabni sabiex dan jidher fil-ħarġa ta’ din is-sena. Ta’ dan jien nirringrazzjah.

Riferenzi:-

1. NA.M. (Arkivju Nazzjonali ta’ Malta) – CSG002 –

Petition Z3487. – Ref. 08/05/1854. 2. Il Portafoglio Maltese – Venerdì, 19 Agosto 1870,

No. 2600, p.p. 2-3.

Conrad Thake – Quentin Hughes – Daniel Cilia (photography) – Malta War and Peace – an

Architectual Chronicle 1800-2000, p. 103 u p. 253 (c.v. tal-Perit Francesco Zammit). 3. Corriere Mercantile Maltese – Lunedì, 22 Settembre 1870. No. 4401, p. 2:- ‘Avendo noi sottoscritti letto nel Portafoglio del 10 agosto una inserzione che ci sembra falzissima in parte, imperocche in essa vengono ingiustamente tacciati i Signori proprietarii della Chiesetta Auxilium Christianorum, sita nella

Baja di San Giorgio ... ci crediamo di assoluto dovere di smentire siffatte asserzioni, avendo ivi per lunga lungo tempo frequentato detta Chiesetta, senza incontrarsi tali noje; anzi essendo sempre stati accolti ed onorati colla massima urbanità’. 4. C.E.M. (Kanċellerija tal-Kurja). – Suppliche 1876, f.f. 522-524. 5. Blue Book – 1853 – 1858 – Chapter 5 – Military

Expenditure – Return of Militia (Volunteers). Sena 1853, p. 38.

Major A. G. Chesney – Historical Records of The

Maltese Corps of the British Army, p. 146. 6. C.E.M. – Atti Civili 1863-1879 (Vol. 202), f. 503.

EMMANVEL VINCENTIVS ZAMMIT 7. MELITENSIS VOLVNTARIORVM COHORTIS DVX

AEDICVLAM HANC IOSEPHO SANCTO

VNICAM ADHVC PRIMAQVE DICATAM

POSTQVAM PIVS IX PONT. MAX.

VNIVERSAE ECCLESIAE PATRONVM

PRONVNCIAVIT

IVRE PATRONATVS ET PVBLICO CVLTI

INSTITVTAM

A SOLO EXCITAVIT MARMORISOS PICTVRISQUE

ORNAVIT

SACRISQVE SVPELLECTILIBVS DITAVIT

REVMVS. ECCL. PRIMATIS CAN. CAMELVS

SCICLVNA S.TH.D.

VICARIO MVNERE RITE LVSTRAVIT

VI. KAL. AVG. AN. MDCCCLXXI. 8. Il Portafoglio Maltese – 31 ta’ Marzu 1871.

G. Calì – Centenary Exhibition 1846-1946 –

Illustrated Catalogue with biographical notes and index of works – p. 54:- 463 – St. Joseph – Asphar

Private Church – Birżebbuġa. 9. The Malta Government Gazette, No. 2781 – 30 ta’

Lulju 1878, p. 234. 10. The Malta Government Gazette, No. 2742 – 17 ta’

Ottubru 1877, p. 281. 11. Malta Public Registry – M289/1881. – Il-ġenituri ta’ Emanuele Vincenzo Zammit kienu Francesco u Vincenza xebba Farrugia (mejtin) waqt li dawk ta’ Maria Teresa Castagna kienu Riccardo u Maria

Anna Ellul, it-tnejn ħajjin. 12. Il-mewt ta’ Emmanuele Vincenzo Zammit mhix irreġistrata fir-Reġistru Pubbliku u kull tentattiv li tinstab din irriżulta fin-negattiv. Però fin-

Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 115 tas-7 ta’ Settembru 1886 (Gazzetta tal-Gvern Nru 3150 paġna 470) bittitlu ‘Declaration relative to the Certificates indicated in the list published in the Government Gazette of 16th August 1886’, minn 803 could not be delivered, taħt it-titlu Dead, jidher l-isem ta’ Zammit, Capt. E.

Vincenzo, ta’ 60, San Giorgio a Mare. 13. Grech Sergio:- It-Tabib Sandy (Il-Politika f’demm il-

Familja Cachia Zammit) – p. 13.

Malta Public Registry – M206/87. 14. Malta Public Registry – D1697/93. 15. C.E.M. – Visitatio Pace 1897-1897 (Vol. LVI), f. 718. 16. C.E.M. – Zurrico-Safi (Noti). 17. C.E.M. – Visitatio Gonzi 1945-1948, f. 161. 18. Arivju Parrokkjali Birżebbuġa – Correspondence –

February 1950 -19.. (Vol I) – ‘Riguardo alla chiesuola di S. Giuseppe, il Parroco deve informare il patrono della Chiesuola che questa chiesa è profonata e quindi non vi si può celebrare la S. Messa, perchè tanto nella recente Visita Pastorale, quanto nella precedente non si apri al Vescovo Visitatore’. 19. Din l-irħama ilha nieqsa għal żmien twil u ritratt tagħha jinsab fl-Arkivju tal-Mużew, Il-Belt Valletta fil-fajl ‘Birżebbuġa’. 20. Niftakar din l-irħama mwaħħla mal-koxxa tal-ħajt qabel il-kanċell li kien jagħlaq l-aċċess għaz-zuntier tal-kappella. Fortunatament kont ħadt nota tal-kitba minħabba History Project lura fl-1976 meta kont għadni student fis-Seminarju. L-istess nista’ ngħid għall-irħama kommemorattiva li tinsab f’nota numru 7 li tat ħjiel tal-bidu tal-eżistenza ta’ din il-kappella f’raħalna. 21. The Malta Government Gazette – Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 731 tal-15 ta’ Novembru, 1994, p.p. 7914-7915.

This article is from: