3 minute read

Talent Birżebbuġjan

Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed

Talent Birżebbuġjan – It-tim tad-Darts tas-Soċjetà

Advertisement

Fil-ħarġa tas-sena 2019 bdejna niltaqgħu ma’ talent minn Birżebbuġa li mhux neċessarjament ikun parti mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa. Dik is-sena konna ltqajna mal-presepista Anthony Buhagiar. Din is-sena, it-talent lokali se jżommna fil-bini tas-Soċjetà u se jlaqqagħna mal-isportivi tad-darts, irrebbieħa tat-Tielet Diviżjoni.

Il-Bidu – Rebħ mill-Ewwel

It-tim tad-darts fis-Soċjetà ngħaqad fil-bidu tas-sena 2021, u għalhekk madwar sena u nofs ilu. Minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija, il-kampjonat dam madwar tmien xhur sabiex beda. Minn dan il-klabb ta’ Birżebbuġa hija l-ewwel darba li f’każin tal-banda f’Birżebbuġa hemm tim tad-darts, u fl-ewwel sena tal-istorja tiegħu rnexxielu jirbaħ il-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni. Mhux talli rebaħ il-kampjonat, imma kiser ir-rekords s’issa: irnexxielu jirbaħ il-kampjonat mingħajr ma ġarrab l-ebda telfa. Apparti minn dan, it-tim tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa rnexxielu jkollu tliet plejers minn Malta kollha, illi ‘jiġġieldu’ għall-unur ta’ Plejer tas-Sena fit-Tielet Diviżjoni. Dawn kienu Martin Cutajar, Neville Grech u Toni Briffa. B’sodisfazzjon, l-unur ta’ Plejer tas-Sena għat-Tielet Diviżjoni ngħata lil Martin Cutajar, plejer tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa. Dan kien ta unur kbir li fi żmien tant qasir, u fl-ewwel parteċipazzjoni tiegħu, it-tim tas-Soċjetà rebaħ il-kampjonat kif ukoll plejer fi ħdanu sar il-Plejer tas-Sena tad-Diviżjoni li t-tim ipparteċipa fiha.

Il-Plejers

It-tim huwa magħmul minn għaxar plejers, illi wieħed minnhom huwa plejer u kowċ.

Steven Galea huwa plejer-kowċ illi fil-karriera tiegħu lagħab u mexxa timijiet bħal Civic Ħamrun, Bayern Ħamrun u Floriana Ajax li magħhom rebaħ l-unuri kollha li toffri l-logħba tad-darts f’pajjiżna.

Jesmond Cutajar huwa plejer illi ilu jilgħab id-darts fuq 40 sena u rebaħ il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni darbtejn u dak tat-Tieni Diviżjoni tmien darbiet four a side u kien se jasal sas-semifinali tad-Doubles Open ta’ Malta. Huwa lagħab ma’ timijiet rinomati f’Malta, fosthom St Venera Band Club, San Gejtanu Band Club, Kasablanka, Bayern Ħamrun u Birżebbuġa Cox.

David Portelli huwa plejer li ilu jilgħab aktar minn 35 sena l-logħba tad-darts u kien tela’ sas-semifinali fid-Double tal-Malta Open. Huwa lagħab ma’ timijiet rinomati bħal Santa Venera Band Club, Kasablanka u Birżebbuġa Cox.

Martin Cutajar għandu esperjenza ta’ aktar minn 30 sena fil-logħba tad-darts u rebaħ il-kampjonat talEwwel Diviżjoni five a side, four a side u aktar. Lagħab ma’ timijiet rinomati bħal San Gejtanu Band Club, St Venera Band Club u Education Bar Ħamrun.

It-tim tad-Darts tas-Soċjetà flimkien mal-Ministru Dr Owen Bonnici, il-President Alexander Caruana u t-trofew.

Neville Grech ukoll għandu esperjenza ta’ aktar minn 30 sena fil-logħba tad-darts u rnexxielu jirbaħ l-unuri kollha li toffri l-logħba tad-darts f’pajjiżna. Fost ittimijiet illi lagħab magħhom hemm Paola Wolves, Black Cats u Floriana Ajax.

Mario Cutajar ilu jilgħab id-darts aktar minn 25 sena u rebaħ il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, il-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni u five a side. Lagħab ma’ St Venera Band Club, Paola Wolves u Floriana Ajax fost bosta timijiet rinomati oħra.

Toni Briffa huwa plejer illi ilu jilgħab id-darts fuq 25 sena u rebaħ il-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni u matul il-karriera lagħab ma’ diversi timijiet, fosthom Mqabba Band Club, Ħal Għaxaq Band Club u Kasablanka.

Jesmond Grima ilu aktar minn 30 sena jilgħab id-darts u rebaħ il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, ilkampjonat tat-Tieni Diviżjoni u lagħab ma’ bosta timijiet rinomati bħal Floriana Ajax, Ħal Għaxaq Band Club u St Venera Band Club.

Karmenu Vella għandu aktar minn 30 sena esperjenza fil-logħba tad-darts u kien jilgħab ma’ Cherry Tree Birżebbuġa.

Louis Coppola ilu jilgħab id-darts fuq 35 sena u rebaħ l-unuri kollha li toffri l-logħba tad-darts f’pajjiżna. Lagħab ma’ timijiet rinomati bħal Floriana Ajax, Paola Wolves u Jesmonds Ħamrun.

Dawn huma nies illi t-talent tagħhom għarfu jisfruttawh, ingħaqdu flimkien u bil-mod kif inhuma kapaċi huma ffurmaw tim illi permezz tiegħu għamlu unur għalihom infushom u għas-Soċjetà li jilagħbu f’isimha. Nawgurawlhom ħafna aktar snin ta’ ħidma u suċċessi.

Din tiġi f’kaxxa għaliha taħt l-artiklu please:

Il-Kowċ tat-Tim Steven Galea flimkien malplejers kollha jirringrazzjaw lill-Kumitat Ċentrali u l-membri kollha tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa kif ukoll liż-żewġ botteginarji tas-Soċjetà tal-appoġġ sinċier u sod tagħhom.

This article is from: