
4 minute read
Il-Kummissjoni Armar Estern tagħlaq 10 snin
Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed
Il-Kummissjoni Armar Estern Tagħlaq Għaxar Snin
Advertisement
Il-Kummissjoni Armar Estern tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa twieldet fl-24 ta’ Settembru 2012 waqt l-ikla tradizzjonali li ssir millparroċċa għal dawk illi jgħinu lill-Grupp tal-Armar 1 ta’ Awwissu, il-grupp tal-armar tal-parroċċa waqt l-armar u ż-żarmar fil-festa titulari. Waqt din l-ikla kien hemm dawk illi kellhom ikunu l-bidu ta’ din il-kummissjoni u qabdu d-diskors dwar li titwaqqaf kummissjoni armar fis-Soċjetà. L-ewwel kumitat kien jikkonsisti minn Benji Caruana, John Taylor, Francesco Barbara, Peter Cassar u Frans Cassar. L-għanijiet tal-kummissjoni kienu li tkabbar u żżid l-armar tas-Soċjetà kif ukoll tgħin fil-ħidma u fl-operat tas-Soċjetà b’mod inġenerali.
Fis-sena 2015 kien l-anniversarju tal-Ġublew tal-Fidda mit-twaqqif tas-Soċjetà, u għalhekk ilKummissjoni Armar Estern nediet l-ewwel proġetti tagħha. F’din is-sena saret bandiera bl-arma tasSoċjetà sabiex fil-jiem tal-festa titulari tintrama firrawndebawt tal-Bajja ta’ San Ġorġ. Il-ħjata u l-isfumar saru minn Ryan Stivala fuq disinn ta’ Redrian Micallef. L-istess Redrian Micallef għamel id-disinn tal-bandiera sekondarja tas-Soċjetà, illi ġiet sfumata minn Ryan Stivala u meħjuta minn Brian Vigar. Matul din issena żżanżnet ukoll il-faċċata tas-sede tas-Soċjetà fi Triq Birżebbuġa. Id-disinn u l-isfumar saru minn Paul Muscat filwaqt illi l-pitturi saru minn Mario Baldacchino u Joseph Tanti. Il-ħjata saret minn Brian Vigar u Claudine Vassallo filwaqt illi x-xogħol fuq il-ġmiemen sar minn Andreas Muscat u Ludwig Noel Desira u l-membri talKummissjoni ħadmu fuq il-proġett tad-illuminazzjoni tal-faċċata.
Fis-sena 2016 saret l-imrewħa grandjuża. Id-disinn u l-isfumar tagħha sar minn Paul Muscat, il-ħjata minn Stephan Duca u l-pittura minn Antoine Farrugia. Ilħidma fuq il-ġmiemen saret minn Andreas Muscat u Ludwig Noel Desira. Għal dan il-proġett kien hemm bżonn daqsxejn ħadid b’saħħtu li sar b’kollaborazzjoni bejn l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar u l-Kummissjoni Armar Estern. Għenu ħafna f’dan il-proġett Jason Vella u Steve Briffa.
Is-sena 2017 kienet sena mimlija attività għal Birżebbuġa meta ċċelebrajna l-1950 anniversarju millMartirju ta’ San Pietru Appostlu, it-80 sena mill-bidla fittitular u s-70 sena mill-miġja tal-istatwa titulari l-antika ta’ San Pietru. Fl-istess sena, rritornat ukoll l-istatwa titulari mir-restawr u s-Soċjetà bdiet tuża l-proprjetà li kienet akkwistat fil-pjazza fis-sena 2015. Saret il-liedna l-ġdida fi Triq Birżebbuġa. Din inħadmet mill-Kavallier John Taylor, il-membri tal-Kummissjoni Armar u bosta partitarji li ġew jgħinuna waqt maratona tal-liedna. Iżżanżnet ukoll il-faċċata tas-sede tas-Soċjetà ta’ Misraħ il-Knisja. Id-disinn u l-isfumar saru minn Paul Muscat, il-pittura minn Mario Baldacchino, il-ħjata minn Stephan Duca u l-ġmiemen minn Andreas Muscat u Ludwig Noel Desira. Il-ħidma fuq id-dawl saret millKummissjoni Armar Estern filwaqt illi l-ħadid u l-injam inħadmu minn George Cutajar u Eman Camilleri rispettivament. Iżżanżnet ukoll id-diska ‘Insellmulek’ fuq versi ta’ Stephen Baldacchino u mużika ta’ Philip Vella. Il-kantanta Danica Muscat interpretat din id-diska.
Fis-sena 2018, il-Kummissjoni Armar Estern ħallset għall-gallariji tal-estensjoni tal-każin fi Triq Birżebbuġa. Id-disinn u l-ħadid saru minn George Cutajar filwaqt illi d-dawl għalihom sar mill-membri tal-Kummissjoni nfisha. Fuq disinn u xogħol ta’ Marco Schembri, flistess sena, il-Kummissjoni għamlet wieħed mill-bibien ta’ din il-parti tas-sede wkoll. Matul is-sena 2019, ilKummissjoni Armar Estern issoktat taħdem fuq din il-parti tal-każin. Il-faċċata tal-estensjoni tas-sede fi Triq Birżebbuġa saret fuq il-fiel b’ħidma ta’ Michael Vella and Co. Ix-xogħol tad-dawl sar mill-membri talKummissjoni nfushom. Sar ukoll id-drapp għal żmien il-festa titulari sabiex jintrama f’din il-parti. Ix-xogħol għal dan kien fdat f’idejn id-disinjatur u sfumatur Paul Muscat, filwaqt illi Stephan Duca ngħażel sabiex ikun il-ħajjat. Qabel faqqgħet il-pandemija u l-effetti kollha li ġabet magħha, nhar is-Sibt 29 ta’ Frar 2020, waqt il-programm annwali tal-Banda Birżebbuġa, fis-sala tal-iskola primarja, il-Kummissjoni Armar Estern żanżnet żewġ bandalori artistiċi għall-festa ta’ Kristu Rxoxt u anke għall-festi Ewkaristiċi. Iddisinn, l-isfumar u l-pittura kienu fdati lil clifford Vella, il-ħjata lil Stephan Duca u l-ġmiemen u l-pumi lil Lidwig Noel Desira, filwaqt illi l-membri tal-Kummissjoni ħadmu fuq il-ħadid u l-injam. Matul issena 2021, il-Kummissjoni Armar Estern żanżnet bandiera artistika

bix-xbieha ta’ San Pietru Appostlu, bix-xogħol kollu jkun fdat għand Geoge James Cutajar Zahra filwaqt illi l-membri ħadu ħsieb jirrestawraw l-arbli ta’ fuq il-bjut. Sar ukoll kwadru ta’ Santa Ċeċilja b’disinn u pittura ta’ Clifford Vella, illi min-naħa tiegħu wkoll pittura ta’ San Pietru. Dawn ġew inawgurati mill-President ta’ Malta, l-E.T. Dr George Vella waqt iż-żjara li għamel fis-sede tas-Soċjetà fl-Ewwel Jum ta’ Tridu 2021.
Matul din is-sena anniversarja, il-Kummissjoni Armar Estern diġà żanżnet żewġ bandalori ta’ kulur iswed għall-Ġimgħa Mqaddsa. Il-pittura fuqhom, xogħol Clifford Vella, li għamel ukoll id-disinn, turi l-Kurċifiss tal-Marċjol, u l-istatwa titulari l-antika, dik ta’ Marija Addolorata, it-tnejn meqjumin fil-knisja parrokkjali tagħna.. Stephan Duca għamel ix-xogħol tal-ħjata filwaqt illi Ludwig Noel Desira ħadem fuq ilpumi u l-ġmiemen. Saru wkoll żewġ bnadar, waħda tal-Papa u oħra ta’ Birżebbuġa. Ix-xogħol fuqhom kien fdat għand Perper u Flags and More. Iżżanżnet ukoll il-bandiera bis-simboli tal-Għid il-Kbir b’disinn, sfumar u pittura ta’ Clifford Vella u ħjata ta’ Stephan Duca. Matul din is-sena, il-Kummissjoni Armar Estern, ġimgħa qabel il-festa titulari se tkun qed tinawgura s-sorpriża, illi hija l-istained glass għas-sala prinċipali tas-sede tasSoċjetà.
Bħala membri tal-Kummissjoni Armar Estern ħassejna li kellna niktbu dan l-artiklu f’għeluq l-ewwel deċennju mit-twaqqif tal-Kummissjoni għall-benefiċċju tagħkom il-membri u l-partitarji li kull meta nfittxukom għal xi donazzjoni jew attività, dejjem tikkonkorru bi ħġarkom. B’hekk qegħdin taraw kemm din ilKummissjoni qiegħda dejjem tipprova taħdem għallġid tas-Soċjetà, ta’ Birżebbuġa u sabiex tkabbar ilfesta titulari f’ġieħ il-Prinċep tal-Appostli u r-Ragħaj ta’ Birżebbuġa, San Pietru Appostlu.

Id-disinn tas-sorpriża li se tiżżanżan il-Ħadd 24 ta' Lulju 2022. Waqt il-ħidma fuq l-istained glass.
Il-kitba tal-iskrizzjoni TV ES PETRVS.
Il-bandist tal-post Francesco Barbara jpennen l-innu marċ għall-Kummissjoni Armar Estern.



