
4 minute read
10 Snin fl-Armar
Benji Caruana
Kummissjoni Armar Estern
Advertisement
Il-Kummissjoni Armar Estern tħabbar illi l-festa qorbot hekk kif issir il-mixegħla tal-globi u l-bjut tal-każin.
Għeżież soċi u partitarji Iljuni, erġajt qed nikteb fuq il-ktieb Minn Qalb l-Iljuni għall-10 sena bħala Chairperson tal-kummissjoni. Bħalma kulħadd jaf, il-misħuta pandemija tal-Covid 19 ċaħħditna milli niċċelebraw il-festa għal sentejn sħaħ. Ċaħħditna milli niċċelebraw it-30 sena anniversarju mittwaqqif tas-Soċjetà u t-30 sena anniversarju mill-miġja tal-istatwa artistika ta’ San Pietru li hija propjetà tagħna fil-każin.
Propju matul din is-sena li qegħdin fiha, ilKummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa qed tiċċelebra l-10 snin mit-twaqqif tagħha. Matul dawn l-10 snin ġew organizzati diversi attivitajiet u fun runs u ikliet u SORPRIŻI KBAR li anke fil-pandemija ma waqfux li jibqgħu jissemmew fl-istorja ta’ din is-Soċjetà ħajja u kbira. Tibqa’ tissemma’ wkoll l-għajnuna kbira li din il-kummissjoni tat lis-Soċjetà tagħna kemm b’mod finanzjarju kif ukoll b’mod fiżiku. Bħala kummissjoni tajna l-għajnuna kbira f’ħames proġetti prinċipali: ● L-arblu maġġur tas-Soċjetà li konna parti millħidma li saret fuqu u li żidna żewġ arbli oħra; ● ir-renovazzjoni tas-sala prinċipali; ● konna ta’ għajnuna kbira meta ħdimna fil-propjetà tal-pjazza sabiex setgħet tinfetaħ bħala każin; ● konna hemm ukoll meta tellajna l-estensjoni talkażin u l-ħidma fiha; ● l-ikbar waħda fil-pandemija meta l-każin kien magħluq u konna parti meta għamilna sena ħidma fil-bottegin tal-każin fejn ġibnieh dak li hu bħalissa. GRAZZI KBIRA lil sħabi li kienu ta’ għajnuna ma’ sħabna l-oħra membri għall-ġid tas-Soċjetà. Din is-sena ħidma 2021-2022, ilKummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa bdiet bilkbir meta l-Ħadd 25 ta’ Lulju ġiet imżanżna l-bandiera artistika ta’ San Pietru. Ix-xogħol tagħha, mill-bidu salaħħar, minn disinn sa pittura, huma ta’ George James Cutajar Zahra. Din tbierket mill-kappillan ta’ Birżebbuġa Dun Anton Galea-Scannura quddiem ix-xbieha talistatwa ta’ San Pietru fil-knisja parrokkjali, u wara tellajnieha mal-arblu fuq il-bejt. L-Erbgħa 28 ta’ Lulju, waqt iż-żjara u l-inawgurazzjoni tal-każin komplut millPresident ta’ Malta, ġiet inawgurata pittura għas-sala tal-kunċerti. Din il-pittura nħadmet fuq disinn u tpinġija ta’ Clifford Vella u frejm ta’ Leonardo Frame Gallery.
Komplejna, u nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru, f’jum it-twaqqif tal-kummissjoni ħejjejna ikla għaġin, u dakinhar ftaħna uffiċjalment l-10 snin ta’ kummissjoni. F’din l-okkażjoni wrejna l-ħidma tagħna u s-sorpriżi li għamilna. Wasalna għal żmien il-Milied. Għal sena oħra, erġajna ħadna l-fondi mill-Kunsill Lokali, u erġajna armajna Triq Żaren Dalli, Triq Birżebbuġa, Misraħ il-Knisja u r-roundabout ta’ San Ġorġ. Waslet il-festa liturġika tal-Kattedra ta’ San Pietru Appostlu. Għal din l-okkażjoni armajna mill-isbaħ il-każin u tellajna l-fustuni. Waslet l-ikbar festa tal-knisja, dik tal-Ġimgħa Mqaddsa kif ukoll ta’ Kristu Rxoxt. Din is-sena ħadna ħsieb li ninawguraw żewġ bandalori tal-Ġimgħa l-Kbira li tħallsu kollha minn Chev. John Taylor. Dawn il-bandalori nħadmu minn disinn, pittura u sfumar ta’ Clifford Vella, ħjata ta’ Stephan Duca u


xogħol ta’ ħadid, injam u affarijiet oħra, mill-membri tal-kummissjoni. Dawn tbierku wkoll mill-Kappillan talparroċċa Dun Anton Galea-Scannura. Lejlet Ħamis ix-Xirka inawgurajna bandiera bit-tema tal-Ħaruf talGħid. Din tħallset minn Chev. John Taylor, Paul Gafà u l-membri tal-Kummissjoni Armar Estern Banda Birżebbuġa. Din ġiet inawgurata mal-arblu fi żmien l-Għid il-Kbir. Id-disinn tal-bandiera flimkien malisfumar u l-pittura saru minn Clifford Vella u l-ħjata ta’ Stefan Duca. F’Ħadd il-Għid armajna wkoll il-bandalori tal-Għid illi konna inawgurajna fis-sena 2020 u ħadna ħsieb ukoll illi armajna l-każin, hekk kif għamilna għallfesti Ewkaristiċi ta’ Corpus Domini u l-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Grazzi wkoll għall-Kavallier John Taylor, iżżanżnu wkoll bandiera ta’ Birżebbuġa u oħra tal-Papa.
Din is-sena lestejna l-istore il-ġdid tal-Kummissjoni Armar fil-każin fejn se nkunu qegħdin nerfgħu l-affarijiet tad-drapp u affarijiet oħra li nużaw fi żmien il-festi. Din is-sena ġie jżurna l-Papa Franġisku f’Birżebbuġa, u għal din l-okkażjoni ħadna ħsieb li narmaw quddiem il-każin u armajna l-faċċati tal-każin sabiex noħolqu atmosfera ta’ festa. Għal din l-okkażjoni, inħarġet min-niċċa wkoll l-istatwa ta’ San Pietru, propjetà tasSoċjetà u ntramat quddiem il-każin. Sabiex nibqgħu viċin tagħkom, minkejja l-ħafna restrizzjonijiet illi kellna naffaċċjaw, begħena l-pavaljuni tal- Ġimgħa Mqaddsa, figolli, kwareżimal, prinjolati, għadam tal-mejtin talħelu u ward ta’ San Valentinu. Meta ċ-ċirkostanzi ppermettew, ġew organizzati xi ikliet u ġbir bieb, bieb madwar Birżebbuġa kollha.
Din is-sena, il-Kummissjoni Armar qed tieħu ħsieb biex tinawgura sorpriża ġol-każin sabiex tibqa’ mfakkra l-10 sena ħidma tal-kummissjoni, sorpriża li se tibqa’ memorja permanenti fil-każin. Din is-sena se nerġgħu nirritornaw li nieħdu ħsieb norganizzaw il-marċ tatTnejn. Għandna bosta affarijiet. Sejrin nerġgħu naraw lil Mark Tonna jkanta d-diska tant maħbuba malpartitarji numerużi tagħna, ‘Xmun Pietru’. Se naraw lillkantanta Danica Muscat tkanta d-diska ‘Insellmulek’. Se ngawdu feature sabiħ sabiex nuru dawn l-10 snin ħidma fil-każin. Se jkollna show bin-nar kif ukoll briju mad-DJ popolari Ryan Spiteri.
Nagħlaq dan il-messaġġ billi nirringrazzja lil kull min kien parti mill-kummissjoni u lil min għadu jaħdem f’din il-kummissjoni għax kieku ma kontux intom, ma kienx ikun possibli li naslu għal dan l-anniversarju. Nirringrazzja lill-familji kollha tagħna tal-paċenzja li jieħdu bina. Nirringrazzja lill-Kumitat Ċentrali u lil sħabna fil-kummissjonijiet u s-sezzjonijiet fi ħdan ilkażin. Lill-membri, soċi u partitarji ta’ kemm insibuhom ta’ għajnuna kbira għalina. L-aħħar u mhux l-inqas, nirringrazzja lil missierna San Pietru u lil Alla talli dejjem żamm idejH fuqna u ħarisna.
Viva l-Banda Birżebbuġa!
Viva l-Banda tal-Iljun!
Viva San Pietru!

