
1 minute read
Merħba Lura lill-Festa Petrina
Emmanuel Mangion
Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin
Advertisement
Drajt issa li hekk kif jgħaddu l-festi tal-Għid il-Kbir nirċievi dik it-telefonata mingħand seħibna l-Editur sabiex jitlobni nikteb xi ħaġa għal din il-pubblikazzjoni li bi pjaċir, din is-sena qed terġa’ titressaq lejn l-istil oriġinali tagħha wara li fis-sentejn illi għaddew kellha ssir b’mod ridott ħafna, kemm minħabba li l-festa ma saritx kif ukoll minħabba li bħala soċjetà konna għaddejjin minn ħafna spejjeż ta’ rinnovar fil-binja tal-każin.
Flimkien ma’ sħabi l-membri l-oħra, Charlie Theuma u Pawlu Zammit, is-sena l-oħra sebbaħna s-sular t’isfel tas-sede tas-Soċjetà billi inawgurajna żewġ pitturi massaqaf taż-żewġ intrati fi Triq Birżebbuġa, xogħol il-pittur Għawdxi Josef Camilleri. Waħda minn dawn il-pitturi tinsab fuq il-faċċata ta’ din il-pubblikazzjoni.
Għall-festa titulari ta’ din is-sena se nkunu qegħdin ninawguraw tliet pitturi oħra xogħol l-artist Josef Camilleri, tliet pitturi oħra li se jkomplu jsebbħu s-sala prinċipali ‘Anthony Camilleri’. Dawn huma l-Ħasil tar-Riġlejn f’Ħamis ixXirka, iċ-Ċaħda fil-Passjoni u l-Qabda talĦut. Fadal ftit pitturi oħra relatati mal-ħajja talPatrun tagħna San Pietru Appostlu sabiex is-sett ikun komplut. Inħeġġiġkom tkunu ġenerużi sabiex inkomplu nsebbħu l-binja tagħna u nħalluha dejjem isbaħ għal ta’ warajna. Nirringrazzja lilkom ilkoll illi tgħinuna matul is-sena, iżda nsemmi tnejn min-nies illi għalkemm mhumiex membri talKummissjoni dejjem jgħinuna, il-President Onorarju Għal Għomru, Fundatur u Benefattur Ewlieni Anthony Camilleri u l-Kaxxier attwali Walter Pace.
Nawguralkom ilkoll il-festa t-tajba, u ejjew ħalli nkantaw flimkien ‘Xi Ġmiel ta’ Ġawhra’ għax verament għandna biex niftaħru!


Waħda miż-żewġ pitturi li twaħħlu fiż-żewġ intrati tas-sede tas-Soċjetà fi Triq Birżebbuġa.