1 minute read

Naħsbu Sabiex Inkomplu fejn Ħallejna

Steven Farrugia

Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar

Advertisement

Il-ħidma tal-Grupp Teatrali tingħaqad mal-ħidma fis-Soċjetà għax tesponi talent ieħor illi nħaddnu fi ħdan din is-Soċjetà. IsSoċjetà tagħna hija mimlija b’talenti diversi u għalhekk bid-diversi sezzjonijiet, il-membri u l-partitarji numerużi tagħna jkollhom iċ-ċans illi jieħdu gost jesprimu t-talenti tagħhom, jingħaqdu flimkien ma’ membri u partitarji oħra li jħaddnu l-istess talenti u jitgħallmu jaħdmu fi grupp.

Matul is-snin ittellgħu diversi attivitajiet u l-interess fitteatru ssokta jikber. Ta’ kull sena ħadna sehem fil-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa u tellajna drammi oħra, uħud minnhom anke mal-Banda Birżebbuġa. Nixtiequ li nkomplu, u għalhekk se nerġgħu niġu għalikom ħalli nkomplu fejn ħallejna, mhux biss fil-Ġimgħa Mqaddsa, imma sabiex nerġgħu nibdew norganizzaw id-drammi u l-kummiedji kif kien isir fl-imgħoddi. Ma naqtgħux qalbna! Il-ħeġġa u r-rieda għadhom hemm! Kulma jonqos illi nattendu, niltaqgħu u nibdew... niltaqgħu!

Għalissa ma fadalli xejn ħlief nawguralkom minn qalbi, il-festa t-tajba!

Il-Mulej bagħat l-Anġlu Tiegħu u ħelisni minn id Erodi

For appointment please phone 21651118

We specialise in Colours, Perms, Relaxes, Cut & Blow, Upstyles & Treatments

Opening Hours Monday - Closed Teusdays & Wednesdays from 8.30am till 4.00pm Saturday from 8.30am till 2.00pm

This article is from: