
4 minute read
Ħidma u Proġetti Matul is-Sena

it-Tieni Sena
Advertisement
Jekk għal kulħadd il-pandemija fissret għeluq, mard u biża’; permezz tal-pandemija skoprejna talent ieħor fis-soċjetà tagħna; dak illi nippreżentaw il-programm ‘MillPinna tal-Kompożituri’. Iċ-ċajta ta’ nhar id-29 ta’ Ġunju 2020 fuq izzuntier kienet saret realtà fi tmiem Jannar 2021 u dak illi kien se jsir bħala test ta’ xahar, sal-festa talKatedra ta’ San Pietru Appostlu nhar it-22 ta’ Frar baqa’ jiġġebbed sa Jum il-Festa Titulari, nhar ilĦadd 1 ta’ Awwissu 2021. Bdiet is-sena 2022 u l-interess baqa’ hemm. Ir-restrizzjonijiet marbutin mal-pandemija naqsu, u għalhekk bdejna naħsbu jekk għandniex inkomplu dan il-programm jew le. Għalhekk iddeċidejna li ladarba n-nies aktar bdiet toħroġ, u kien ta’ marċi brijużi fuq il-paġna facebook tas-Soċjetà hemm it-tama li jerġgħu jibdew isiru l-festi, innaqqsu Filarmonika San Pietru, Banda Birzebbuġa. min-numru ta’ programmi li tellajna fis-sena 2021. Madankollu ma ridniex nitfgħu esperjenza sabiħa taħt Il-Festa ta’ Kristu Rxoxt it-tapit. Għalhekk bl-appoġġ sħiħ tal-Kumitat Ċentrali, Reġgħet saret il-festa ta’ Kristu Rxoxt bis-sehem il-membri u l-partitarji, iżda mhux biss, għax flimkien tal-Banda Birżebbuġa. Din saret nhar Ħadd il-Għid magħhom kien hemm bosta segwaċi anke minn barra filgħaxija, 17 ta’ April 2022. Il-Banda Birżebbuġa, Birżebbuġa, l-edizzjoni ta’ din is-sena tqassmet fuq akkumpanjata minn għadd ta’ standardi u l-istatwa ta’ tliet skedi: l-iskeda tal-festa tal-Katedra ta’ San Pietru Kristu Rxoxt xogħol il-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi fejn saru għadd ta’ programmi b’bosta minnhom minn bdiet timmarċja minn quddiem il-każin, telgħet għal Misraħ il-Knisja, Triq iż-Żurrieq, Triq San Ġwann, Triq San Edwardu, Triq Alessandru, Triq San Franġisk Saverju, Triq San Filippu, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja. Hekk kif id-dimostrazzjoni xirfet fil-Bajja s-Sabiħa, qalb folla nies, ir-reffiegħa tas-Soċjetà għamlu diversi ġirjiet tradizzjonali fuq l-idejn illi komplew iżidu malatmosfera sabiħa u ferriħija li ġġib magħha l-akbar festa tagħna l-Insara. Kif xieraq, il-Banda Birżebbuġa esegwiet diversi marċi brijużi, valzi u marċi proċessjonali tal-okkażjoni filwaqt illi l-Kummissjoni Armar Estern żanżnet bandiera ġdida mal-arblu prinċipali tal-każin u wara stennija ta’ sentejn ittellgħu l-bandalori f’Misraħ F'xandira diretta waqt wieħed mill-programmi il-Knisja. Dawn il-bandalori kienu ġew inawgurati filMill-Pinna tal-Kompożituri programm Mill-Bandisti għall-Membri li sar nhar id-29 ta’ Frar 2020. L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar ipparteċipat f’din l-okkażjoni bi ħruq ta’ musketterija minn fuq ilrecordings tas-Soċjetà, l-iskeda tal-Ġimgħa Mqaddsa każin, filwaqt illi mill-għelieqi sar ukoll ħruq ta’ murtali u li saret permezz ta’ erba’ programmi, tnejn bil-marċi murtaletti, uħud minnhom bil-logħob. funebri u tnejn oħra bil-valzi tal-Għid u l-marċi brijużi Din il-festa saret ukoll bl-għajnuna ta’ diversi addattati, u bħalissa bil-marċi brijużi bi tħejjija għall- membri, partitarji u anke bosta benefatturi. festa titulari tal-Prinċep tal-Appostli. Inħeġġukom tingħaqdu mal-preżentatur Christopher Bonnici u Wirja fil-Kalkara t-tekniċi Andy Mifsud u Jonathan Ellul Bonnici nhar Matul ix-xahar ta’ Frar, l-istandard tas-Soċjetà ta’ Sibt bejn it-3:00pm u l-5:00pm għall-aqwa għażla Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa kien esebit
Il-vara artistika ta’ Kristu Rxoxt imżanżna fl-1999

f’wirja mtellgħa minn Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara. Nirringrazzjaw lis-soċjetà Kalkariża ta’ din l-opportunità li taw lis-Soċjetà tagħna li nkunu rappreżentati ma’ diversi każini oħra mużikali.
L-Arkivju Mużikali
Il-proġett tal-Arkivju Mużikali ilu jberren f’moħħ bosta membri tas-Soċjetà sa mill-inqas is-sena 2004. Fil-bidu ta’ dik is-sena, is-Segretarju Ġenerali ta’ dak iż-żmien, Johan Briffa kien avviċina lil Alexander Caruana sabiex jagħmel disinn ta’ arkivju denju għas-Soċjetà sabiex fih tinġabar b’mod professjonali u attraenti l-mużika kollha propjetà tas-Soċjetà. Is-Segretarju Briffa infurmah illi dan diġà kien qed jinbena u d-disinn kien sabiex dan jiġi espress fuq l-arkivju li kien qed jinħadem. Wara li ra x-xogħol, Caruana ħass illi ma kienx qed isir xogħol adegwat u għalhekk talab illi jiżżarma u jinbeda mill-ġdid.
Lesta d-disinn u ġie approvat mill-Kumitat Ċentrali. Il-Kumitat inkariga lil Alexander Caruana, illi dak iżżmien ma kienx membru tal-Kumitat sabiex isib min seta’ jaħdem l-iskultura tat-torn u l-kumplament taxxogħol. Wara li sar dan ix-xogħol, is-Soċjetà għamlet l-investiment tax-xiri tal-Ispiżerija, u għalhekk il-proġett tal-Arkivju Mużikali kellu jintefa’ fuq l-ixkaffa. Fis-sena 2014, Alexander Caruana nħatar il-ħames President tas-Soċjetà u kienet ix-xewqa tiegħu li l-proġett jitwettaq, madankollu kien konxju li dan il-proġett kien ta’ inqas importanza ħdejn il-prijoritajiet illi kellha s-Soċjetà f’dak iż-żmien.
Dan sakemm waslet is-sena l-oħra u s-Soċjetà bdiet tapplika għal xi fondi sabiex jitwettaq dan ilproġett. Saru bosta applikazzjonijiet fi skemi differenti, imma t-tweġiba dejjem kienet fin-negattiv sakemm ġiet approvata mill-Fond tal-Kawżi Soċjali. Ġie kkuntattjat il-mastrudaxxa Marco Schembri li beda x-xogħol talkarpinterija f’Lulju 2021, fl-istess żmien illi bil-fond tas-SIS ġew ordnati l-fowlders li fihom bdew jitpoġġew is-siltiet mużikali numerużi li għandha s-Soċjetà. Bħala njam, l-Arkivju Mużikali huwa lest u beda jilqa’ fih il-mużika, madankollu jonqos l-iskultura li se tibda tinħadem fil-jiem illi ġejjin mill-iskultur Għaxqi Rennie Mizzi.
L-arkivju se jkollu l-arma tas-Soċjetà fiċ-ċentru kif ukoll erba’ bustijiet ta’ erba’ kompożituri Maltin li b’xi mod ikkomponew siltiet mużikali għal Birżebbuġa jew għasSoċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa. Ilħsieb huwa li sal-festa 2023 dan il-proġett ikun intemm u b’hekk is-Soċjetà jkollha Arkivju Mużikali kif jixirqilha.
Pedestall Ġdid għall-Istatwa ta’ San Pietru
Kien ilu jinħass il-bżonn illi jinħadem pedestall ġdid sabiex jintrama fuq il-bradella taħt l-istatwa ta’ San Pietru, propjetà tas-Soċjetà u li tintuża fiddimostrazzjoni tat-Tieni jew it-Tielet Jum ta’ Tridu. Dan minħabba li l-pedestall preċedenti huwa għoli u għal diversi drabi waqt id-dimostrazzjoni, l-istatwa ta’ San Pietru kien ikollha titniżżel fuq l-idejn minħabba l-ventijiet. Sakemm qed jinkiteb dan l-annwal, fuq disinn tal-President Alexander Caruana qed jinħadem fl-injam dan il-pedestall minn Marco Schembri, Mario Chircop u Joe Cutajar. L-induratura tiegħu se tkun fdata għand Ludwig Noel Desira.

Id-Disinn tal-Arkivju Mużikali, xogħol Alexander Caruana

Mob: (+356) 7944 0133


Bookings call on 27 112 776 or 79 44 01 33
