
2 minute read
Nixegħlu s-Smewwiet bl-Isbaħ Fjur għal San Pietru
Li nsejħu ismek, Pietru, ikun biżżejjed
Nixegħlu s-Smewwiet bl-Isbaħ Fjur għal San Pietru
Advertisement
Eman Farrugia
Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar


Għeżież Qarrejja
Wara li sentejn ilu ma ħraqna xejn u s-sena l-oħra ppreparajna ħarqa fiċċirkostanzi li konna ninsabu fihom minħabba l-pandemija, il-ħidma tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar kompliet tintensifika, ħalli dak illi ma sarx fis-sentejn illi għaddew, jibda jsir dejjem b’aktar reqqa u kapaċità. Wara l-festa 2021 ipparteċipajna kif xieraq fil-Festival Nazzjonali tanNar tal-Ajru u pparteċipajna fil-kategorija bix-xogħol kollu maħdum mill-membri u l-partitarji tagħna. Il-fondi minn dan il-festival kienu ta’ sostenn kbir sabiex stajna nissoktaw bil-ħidma tagħna.
Ix-xogħol tagħna fil-post tan-nar beda minn kmieni, iż-żgħażagħ komplew bil-brim tal-karti u kartun, u oħrajn komplew irdieden ġodda li se jinħarqu filfesta ta’ din is-sena. Bħal snin oħrajn, fis-sajf li ġej se nkunu impenjati sewwa b’ħarqiet diversi ta’ nar tal-art f’lokalitajiet differenti madwar pajjiżna. Apparti minn dan qed isir ħafna fundraising matul is-sena kollha, u huwa opportun illi nirringrazzjaw lil dawk kollha li jgħinuna sabiex inkunu nistgħu ntellgħu ħarqa kif imdorrijin naraw, fi żmien fejn il-materjal qed jogħla kważi kull xahar. Għal din is-sena erġajna se jkollna ħarqa sabiħa, kemm tal-ajru u anke tal-art. Minn hawn nirringrazzja lil dawk il-membri ħabrieka li sajf u xitwa jitilgħu fil-post tan-nar ’il bogħod mill-familja sabiex ikun jista’ jittella’ dan il-programm. Ma rridx ninsa lill-benefatturi kollha, sidien tal-għelieqi li jħalluna naħarqu mill-propjetà tagħhom, dawk illi jisilfuna xi post jew garaxx, is-sezzjonijiet kollha li dejjem nikkoperaw flimkien, il-helpers illi jgħinuna sabiex isiru l-attivitajiet, l-isponsors u dawk kollha li jisilfuna l-inġenji tagħhom.
Grazzi kbira wkoll lill-familji u l-ħbieb kollha tagħna li jieħdu paċenzja bina matul is-sena kollha, u ħajr ukoll lil Marlon Mangion, id-detentur tal-Kamra tanNar Madonna taċ-Ċintura flimkien mal-membri kollha, li għal sena oħra offrewlna li naħdmu n-nar fil-kamra tagħhom.
Il-festa t-tajba lil kulħadd!
Viva San Pietru!


Parti mill-ħarqa tan-nar lesta għall-ħruq fil-festa ta' San Ġużepp, il-Kalkara - xogħol l-Għaqda tan-Nar 22 ta' Frar Frott it-Tfal ta' Birżebbuġa.

Parti mix-xogħol għall-festa titulari waqt it-tnixxif. Narawkom għal PYRO COLOURS, Lejlet il-Festa! Ix-xogħol għall-festa ta' Kristu Rxoxt.



L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar mal-ħarqa ppreparata għall-festa titulari 2021
OMAN’S FRUIT & VEG.

9944 8213 • 2165 8674 Free Delivery St.Philip Street, Birżebbuġa



