11 minute read

Il-Programm tal-Festa

Il-Programm tal-Festa 2022

L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju –

Advertisement

Is-Solennità ta’ San Pietru u San Pawl Appostli

6:30pm: Quddiesa Kantata tas-Solennità li fiha huma mistiedna b’mod speċjali l-għaqdiet mużikali u l-grupp armar flimkien ma’ dawk kollha li jaħdmu għall-festa titulari bħala preparazzjoni għall-festa titulari. Fit-tmiem taċ-ċelebrazzjoni jitkanta l-innu popolari lil San Pietru. Jieħu sehem il-kor parrokkjali.

Is-Sibt 2 ta’ Lulju

3:00pm: Mill-Pinna tal-Kompożituri dirett fuq il-paġna facebook tas-Soċjetà.

Il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju

7:00pm: Quddiesa fil-Ġnien taż-Żona tal-Papa bi tħejjija għall-festa titulari.

Is-Sibt 9 ta’ Lulju

3:00pm: Mill-Pinna tal-Kompożituri dirett fuq il-paġna facebook tas-Soċjetà.

Il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju

7:00pm: Quddiesa fiċ-Ċentru tal-Madonna tal-Għoqiedi fil-Qajjenza bi tħejjija għall-festa titulari. 8.00pm: BBQ fuq il-bejt tal-każin organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni.

Is-Sibt 16 ta’ Lulju

3:00pm: Mill-Pinna tal-Kompożituri dirett fuq il-paġna facebook tas-Soċjetà.

Il-Ħadd 17 ta’ Lulju

11:00am: Green Gathering ma’ DJ Charles Tanti fil-bottegin tas-Soċjetà.

Is-Sibt 23 ta’ Lulju

3:00pm: Mill-Pinna tal-Kompożituri dirett fuq il-paġna facebook tas-Soċjetà. 7:30pm: Lejla Sajfija organizzata mill-parroċċa fuq iz-zuntier tal-knisja. Ikun hemm bosta ikel, xorb u divertiment.

Il-Ħadd 24 ta’ Lulju

10:00am:Il-Kummissjoni Armar Estern tistieden lill-membri u lill-partitarji għal riċeviment f’għeluq l-10 snin mit-twaqqif talKummissjoni. Tiżżanżan is-sorpriża l-ġdida li se tingħata b’donazzjoni lis-Soċjetà millistess Kummissjoni. L-attività ssir fis-sala prinċipali ‘Anthony Camilleri’.

L-Erbgħa 27 ta’ Lulju

6:30pm: Sports Rally fi Triq il-Kostituzzjoni.

Il-Ħamis 28 ta’ Lulju

6:15pm: Laqgħa ta’ informazzjoni dwar il-festa titulari fis-sala prinċipali ‘Anthony Camilleri’. 6:30pm: Quddiesa Kantata u Adorazzjoni animati millKummissjoni Liturġija bi tħejjija għall-festa titulari.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Lulju

8:00pm: Attività Grandjuża fi Triq Birżebbuġa, quddiem is-sede tas-Soċjetà. Jieħdu sehem bosta kantanti stabbiliti f’atmosfera ta’ festa. Ibbukkjaw minn kmieni sabiex ma tkunux diżappuntati. Ikun hemm bosta ikel u xorb.

Is-Sibt 30 ta’ Lulju

3:00pm: Edizzjoni Speċjali tal-programm Mill-Pinna tal-Kompożituri dirett fuq il-paġna facebook tas-Soċjetà flimkien ma’ Christopher Bonnici, Jonathan Ellul Bonnici, Marouska Bonnici u Andy Mifsud. Isiru wkoll bosta intervisti ma’ membri u partitarji tas-soċjetà. 5:30pm: Quddiesa li fiha nitolbu għal dawk li mietu mill-festa tas-sena ’l-oħra ’l hawn. Mistiedna b’mod speċjali l-qraba u l-ħbieb. Insemmuhom b’isimhom.

Il-Ħadd 31 ta’ Lulju

9:30am: Quddiesa Kantata li fiha ssir il-preżentazzjoni tat-trabi li twieldu mill-festa tas-sena l-oħra ’l hawn. Tingħata tifkira. Imexxi l-Kanonku Peter Ellul. 11:00am: Get Together fil-bottegin tal-każin f’atmosfera festiva mill-aqwa. 7:00pm: Quddiesa għaż-żgħażagħ fuq iz-zuntier talknisja parrokkjali.

It-Tnejn 1 ta’ Awwissu – Is-Solennità ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen u Jum il-Ħruġ tal-Vara min-Niċċa

8:00am: Mat-tokki tat-tmienja, l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar tilqa’ l-festa titulari bi ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 12:00pm:Mat-tokki u l-moti solenni ta’ nofsinhar, isir ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti millGħaqda tan-Nar 22 ta’ Frar. 6:30pm: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. 7:00pm: Ħruġ tal-vara titulari ta’ San Pietru Appostlu (1959) fuq iz-zuntier illi tintlaqa’ b’ferħ u entużjażmu mill-poplu ta’ Birżebbuġa. Iżżewġ baned lokali, Banda Birżebbuġa u

San Pietru fil-Ktajjen, magħquda f’banda waħda jilqgħu lil San Pietru bid-daqq talinnu popolari u innijiet oħra b’tema Petrina. Tingħad il-Kurunella lil San Pietru u t-tfal jippreżentaw fjura lil San Pietru. F’dan il-mument, l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar, issellem l-istatwa titulari ta’ San Pietru appostlu b’salut, kaxxa infernali, murtali billogħob u murtaletti. Kif tintemm il-funzjoni fuq iz-zuntier, iżżewġ baned lokali jdoqqu f’banda waħda matul Misraħ il-Knisja, imbagħad il-Banda Birżebbuġa, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Michael Bugelli tkompli l-marċ tagħha f’din ir-rotta: Triq Birżebbuġa, il-Bajja s-Sabiħa, Triq iż-Żebra, Triq San Ġwann, Triq 13 ta’ Diċembru, Misraħ ir-Repubblika, Triq il-Kostituzzjoni, Triq San Tumas, Misraħ ir-Repubblika, Triq 31 ta’ Marzu, Triq ilProf. Anton Tabone, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja. Ikun hemm feature u kant ta’ kanzunetti b’tema Petrina relatati mas-Soċjetà minn Mark Tonna u Danica Muscat. Wara li jintemm il-marċ, isir ħruq ta’ nar minn fuq il-bejt tal-każin u tissokta attività brijuża flimkien ma’ Ryan Spiteri, Marco Xuereb u Charles Tanti.

It-Tlieta 2 ta’ Awwissu

6:30pm: Quddiesa għat-tfal bi preżentazzjoni fuq il-ħajja ta’ San Pietru u tqassim tal-midalji tal-Isports Rally. Wara purċissjoni ferriħija bl-istatwa ta’ San Pietru tat-tfal (2018) salMUSEUM, fejn issir ċelebrazzjoni għat-tfal. Imexxi Fr David Borg. 8:15pm: Il-banda mistiedna San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq tibda marċ fl-inħawi tal-Qajjenza minn Triq Arturo Issel u timxi f’din iddirezzjoni: l-Għerien, il-Ħajja Ewlenija, Herakles, F.M. Ferretti, il-Batterija, il-Fossili, l-Iżbark tat-Torok, il-Kitarristi, il-Mandolina, il-Fossili, Salvatore Cachia Zammit, Birżebbuġa, San Ġorġ, San Pietru, itTankijiet, Santa Katarina, il-Knisja il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa u jintemm f’Misraħ il-Knisja fost il-briju tal-partitarji. Fi tmiem ilmarċ tissokta attività fil-bottegin tas-Soċjetà.

L-Erbgħa 3 ta’ Awwissu - L-Ewwel Jum tat-Tridu: Jum id-Djakonija

6:00pm: Ċelebrazzjoni Solenni tal-Għasar tat-Tridu u Salve Regina. 6:30pm: Quddiesa Kantata mmexxija mill-Kanonku Peter Ellul, Kollaboratur Pastorali. Mistiedna speċjali l-morda, l-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali u l-familji tagħhom. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu, bilKurunella lil San Pietru, il-kant tal-Antifona Int ir-Ragħaj ta’ Maryanne Zammit (1982) u tingħata l-Barka Sagramentali. 8:00pm: Attività Soċjali fit-triq tal-każin, Triq Birżebbuġa li tinkludi ikla flimkien. Aħsbu sabiex tibbukkjaw ħalli ma tkunux diżappuntati.

Il-Ħamis 4 ta’ Awwissu - It-Tieni Jum tat-Tridu: Jum l-Għaqdiet u l-Familja

6:00pm: Ċelebrazzjoni Solenni tal-Għasar tat-Tridu u Salve Regina. 6:30pm: Quddiesa Kantata. Imexxi l-E.T. Monsinjur Charles J. Scicluna, l-Arċisqof ta’ Malta. Mistiedna l-familji b’mod speċjali l-koppji li qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali tażŻwieġ u koppji li żżewġu matul din is-sena, kif ukoll l-Għaqdiet kollha tal-Parroċċa. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu, bilKurunella lil San Pietru, il-kant tal-Antifona Int ir-Ragħaj ta’ Maryanne Zammit (1982) u tingħata l-Barka Sagramentali. 8:15pm: Il-Banda Popolari Birżebbuġa tibda marċ minn Triq il-Ġurġier, Triq San Ġwann, Triq San Franġisk Saverju, Triq Alessandru, Misraħ Ħamilkar Barka, Triq San Filippu, IlBajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa, Triq Santa Katarina, Triq it-Tankijiet, Triq San Pawl, Il-Bajja s-Sabiħa u akkumpanjat mill-briju jintemm fi Triq Birżebbuġa quddiem il-każin. Isir il-ħruq ta’ musketterija mill-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar u tissokta attività soċjali fil-każin.

Il-Ġimgħa 5 ta’ Awwissu - It-Tielet Jum tat-Tridu: Jum is-Saċerdoti, Reliġjużi u Persuni ta’ Ħajja Kkonsagrata

8:00am: Mat-tokki tat-tmienja, isir il-ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti mill-Għaqda 22 ta’ Frar. 12:00pm:Mat-tokki u l-moti ta’ nofsinhar, isir ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti mill-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar. 6:00pm: Ċelebrazzjoni Solenni tal-Għasar tat-Tridu u Salve Regina. 6:30pm: Quddiesa Kantata mmexxija minn Patri Stephen Mifsud MSSP, iben il-parroċċa ta’ Birżebbuġa. Mistiedna speċjali s-saċerdoti, reliġjużi u persuni ta’ ħajja kkonsagrata. Wara t-Tqarbin jitkanta l-Innu ta’ Ringrazzjament, it-Te Deum bħala l-għeluq tat-Tridu. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tatTridu, bil-Kurunella lil San Pietru, il-kant talAntifona Int ir-Ragħaj ta’ Maryanne Zammit (1982) u tingħata l-Barka Sagramentali. 7:00pm: L-istatwa ta’ San Pietru, propjetà tas-Soċjetà, titgħabba fuq il-lanċa u tibda d-dimostrazzjoni tradizzjonali mill-Bajja ta’ San Ġorġ sal-Bajja s-Sabiħa akkumpanjata minn diversi dgħajjes u opri tal-baħar kif ukoll element bandistiku li jdoqq marċi brijużi. 8:00pm: Il-Banda Popolari Birżebbuġa, taħt iddirezzjoni tas-Surmast Direttur Mro Michael Bugelli tilqa’ l-wasla tal-istatwa bl-innu popolari u innijiet b’tema Petrina. Id-

dimostrazzjoni tissokta mill-Bajja s-Sabiħa, għal Triq Birżebbuġa, fejn l-istatwa tingħata tislima denja quddiem il-każin, timxi għal Misraħ il-Knisja fejn quddiem il-parti l-ġdida tas-sede tas-Soċjetà jindaqqu l-innijiet, imbagħad tissokta lejn Triq Sant’Andrija, Triq Sant’Anġlu, Triq San Ġwann, Triq San Edwardu u l-Bajja s-Sabiħa, fejn għallħabta tal-11:15pm, l-istatwa tittellgħa fuq il-pedestall tagħha fost il-briju tal-partitarji. L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar issellem lill-istatwa ta’ San Pietru bil-ħruq ta’ kaxxa infernali mill-Bajja s-Sabiħa. 9:30pm: Ħruq ta’ murtali bil-logħob, sfejjer, blalen, murtali tal-kulur u kaxxa infernali tal-kulur. 11:15pm:Feature u Spettaklu minn DJ Ziggy fil-Bajja s-Sabiħa, attività organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni.

Is-Sibt 6 ta’ Awwissu –Lejlet il-Festa Titulari ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen

12:00pm:Ikla tradizzjonali bejn il-ħbieb fil-każin. 3:00pm: Edizzjoni Speċjali tal-programm Mill-Pinna tal-Kompożituri dirett fuq il-paġna facebook tas-Soċjetà flimkien ma’ Christopher Bonnici, Jonathan Ellul Bonnici, Marouska Bonnici u Andy Mifsud. Isiru wkoll bosta intervisti ma’ membri u partitarji tas-soċjetà. 5:30pm: Quddiesa. 6:30pm: Translazzjoni Solenni tar-Relikwa ta’ San Pietru Appostlu mill-Knisja l-Antika talMadonna tad-Duluri għall-Knisja Parrokkjali. Kant tal-Innu tal-Appostli u l-Antifona Solve Jubente Deo kompożizzjoni ta’ Mro Ray Sciberras (2016). Ċelebrazzjoni Solenni tal-Ewwel Għasar Solenni tas-Solennità u Salve Regina. Jiżżanżan Magnificat ġdid alternat kompożizzjoni ta’ Mro Josette Polidano. Espożizzjoni tas-Santissimu Sagrament u tingħata l-Barka Sagramentali. Imexxi Monsinjur Alfred Vella. 7:30pm: Quddiesa. 8:00pm: Waqt id-daqq solenni tal-moti, il-Banda Popolari Birżebbuġa tibda marċ a la Veneziana, akkumpanjata mill-istandardi kollha tas-Soċjetà, l-istandard il-prim tarrakkmu u l-bandalora artistika (2015). Il-marċ jgħaddi minn Triq Birżebbuġa, Triq Santa Katarina, Triq il-Bandli, Triq Żaren Dalli u jintemm fi Triq Birżebbuġa quddiem ilplanċier tas-Soċjetà. 9:00pm: Il-Banda Birżebbuġa tiċċelebra Lejlet ilFesta Titulari b’kunċert vokali u strumentali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Michael Bugelli ATCL. Flimkien mal-banda jieħdu sehem is-Sopran Karen Camilleri, it-Tenur Charles Vincenti, il-Kantanta Riona Degiorgio u l-korijiet Mirabitur u Xmun Pietru, il-kor tas-Soċjetà. Innu Popolari Lil San Pietru, Dun Frans Camilleri, Carmelo Pace Kor Xmun Pietru, Kor Mirabitur

Medley Over to the Overtures, Arr. J. Howe Selezzjoni minn Chess I Know Him So Well, Benny Anderson, Tim Rice u Bjorn Ulvars Solisti: il-mużiċisti tal-Banda Birżebbuġa Drancesco Barbara u Josef Schembri

Selezzjoni mill-Musical The Sound of Music Richard Rogers; arr. W.J. Duthoit Karen Camilleri, Sopran Charles Vincenti, Tenur

Selezzjoni Chariots of Fire Vangelis; arr. Rieks von der Velde

Selezzjoni minn The Mission Gabriel’s Oboe Ennio Morricone; arr. Roland Kernen Riona Degiorgio, Kantanta Kanzunetta Granada Agustin Lara Charles Vincenti, Tenur

Diskors mill-President u Preżentazzjonijiet Kanzunetta Con Te Partirò E. Sartori, L. Quarantotto; arr. Capt. George Debono Riona Degiorgio, Kantanta Kanzunetta One Moment in Time Albert Hammond, John Bettis; arr. John Higgins Karen Camilleri, Sopran Movie Soundtrack Mamma Mia! Arr. Frank Bernaerts Kor Xmun Pietru, Kor Mirabitur

Inno di Gloria San Pietru fil-Glorja Alexander Caruana; arr. Simon Farrugia Karen Camilleri, Sopran Charles Vincenti, Tenur Kor Xmun Pietru, Kor Mirabitur

Innu Banda Birżebbuġa Joe Julian Farrugia, Michael Bugelli Karen Camilleri, Sopran Charles Vincenti, Tenur Kor Xmun Pietru, Kor Mirabitur

9:30pm: Ħarqa spettakolari li tibda bi ħruq ta’ salut tal-lampjun, murtaletti, sfejjer, blalen, murtali bil-logħob, murtali biċ-ċentru u murtali talkulur. Tagħlaq il-ħarqa kaxxa infernali kbira tal-kulur. 11:30pm:It-Tieni Edizzjoni ta’ PYRO COLOURS millGħaqda tan-Nar 22 ta’ Frar. Wirja kbira ta’ logħob tan-nar tal-art artistiku u b’diversi mekkaniżmi differenti li tintemm b’tapit sinkronizzat mal-mużika; kollox FROTT ITTFAL TA’ BIRŻEBBUĠA.

Il-Ħadd 7 ta’ Awwissu – Jum il-Festa Titulari ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen

Quddiesa fis-6:30am, 8:00am u fil-11:00am. 9:00am: Konċelebrazzjoni Solenni bil-mużika mmexxija minn Monsinjur Alfred Vella. Wara l-Qari tal-Evanġelju, Patri Victor Farrugia O Carm. jinseġ Kuruna ta’ Tifħir lill-Appostlu San Pietru, il-Patrun ta’ Birżebbuġa. Fi tmiem il-quddiesa titkanta l-antifona Solve Jubente Deo ta’ Mro Ray Sciberras (2016). 12:00pm:Il-Banda Popolari Birżebbuġa tibda l-marċ il-kbir tal-Iljun minn Triq Birżebbuġa u timxi lejn Triq Santa Katarina, Triq it-Tankijiet, Triq Żaren Dalli, Triq San Mikiel, Triq id-Duluri, Il-Bajja s-Sabiħa u jilħaq il-qofol tiegħu fi Triq Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja, akkumpanjat mill-briju tal-membri u l-partitarji. Fit-tmiem tinħaraq musketterija minn fuq il-każin. 6:00pm: Quddiesa Kantata u li fiha jitkanta t-Tieni Għasar tas-Solennità mmexxija mis-saċerdot novell Dun Sean Abela. (il-quddiesa tas7:00pm ma ssirx) 7:15pm: Tibda ħierġa l-Purċissjoni bl-istatwa artistika u devota kif ukoll ir-Relikwa ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen, il-Patrun ta’ Birżebbuġa, immexxija minn Dun Sean Abela. 7:30pm: L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar tagħti t-tislima tagħha lill-istatwa u r-Relikwa tal-Appostlu San Pietru bi ħruq ta’ salut, kaxxa infernali kbira spanjola u sett murtali u murtaletti billogħob. 8:00pm: Il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi, mistiedna mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa tibda programm mużikali fuq ilplanċier tas-Soċjetà, imbagħad takkumpanja l-purċissjoni b’innijiet u marċi b’tema Petrina mill-Bajja s-Sabiħa sad-dħul lura fil-knisja parrokkjali. 9:30pm: Il-membri u l-partitarji niltaqgħu quddiem is-sede tas-Soċjetà fi Triq Birżebbuġa sabiex nagħtu merħba kbira lill-patrun tagħna San Pietru Appostlu hekk kif jasal quddiem ilkażin fi Triq Birżebbuġa, imbagħad inkomplu nakkumpanjawh sad-dħul lura fil-knisja. 10:30pm:Dħul tal-purċissjoni lura fil-knisja parrokkjali, kant tal-antifona Solve Jubente Deo ta’ Mro Ray Sciberras (2016), Ċelebrazzjoni Ewkaristika, Barka Sagramentali u bews tar-Relikwa waqt illi jitkanta l-innu popolari lil San Pietru. 11:00pm:Il-Banda Popolari Birżebbuġa ttemm l-impenji mużikali tagħha bil-marċ tan-Nar u r-Reffiegħa. Tibda minn quddiem il-każin fi Triq Birżebbuġa, tinżel sal-kolonna fejn l-istatwa ta’ San Pietru (1991) titniżżel minn fuq il-pedestall, u akkumpanjata mill-Banda Birżebbuġa titwassal u tiddaħħal lura filkażin. Il-marċ jissokta u jintemm f’Misraħ il-Knisja f’nofsillejl. Inħeġġu sabiex wara dan is-servizz mużikali, il-membri u l-partitarji jagħtu daqqa t’id fiż-żarmar tal-planċier, l-armar tal-faċċata kif ukoll l-apparat tal-briju. Napprezzaw kull għajnuna. Aktar kemm inkunu nies, indumu u nbatu inqas u nserrħu rasna li kollox jinsab merfugħ sigur għall-festa titulari 2023.

It-Tnejn 8 ta’ Awwissu – L-Għada tal-Festa u x-Xalata Tradizzjonali

8:00pm: Niltaqgħu ħdejn Għar Dalam bil-karozzi mżejnin bil-kuluri tas-Soċjetà sabiex flimkien nagħmlu daħla brijuża fir-raħal u nroddu ħajr lill-poplu kollu ta’ Birżebbuġa tal-appoġġ kontinwu tiegħu, filwaqt illi nagħmlu kuraġġ lil xulxin, fil-ħidma tagħna, matul it-triq twila ta’ sena li twassalna sabiex mill-ġdid niċċelebraw festa kbira u sabiħa lil San Pietru Appostlu fis-sena 2023.

Il-Ħamis 11 ta’ Awwissu

6:30pm: Quddiesa u ħin ta’ Adorazzjoni b’radd il-ħajr ’l Alla għal kull min għen fil-festa. L-animazzjoni liturġika fil-Jiem talFesta Titulari ssir mill-Kor Parrokkjali b’akkumpanjament tal-orkestra taħt iddirezzjoni tal-Maestro di Cappella, Josette Polidano. Inħeġġu lil kulħadd sabiex fil-jiem tal-festa ta’ San Pietru Appostlu nattendu bi ħġarna l-funzjonijiet liturġiċi u nattendu l-attivitajiet illi se jkunu organizzati b’rispett sħiħ lejn xulxin u nakkumpanjaw lill-Banda Popolari Birżebbuġa waqt illi tterraq mat-toroq ta’ raħalna. Nappellaw sabiex nirregolaw ruħna masSagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin f’dawn il-jiem sbieħ tal-festa. Ejjew ningħaqdu madwar l-altar u madwar il-patrun tagħna sabiex nirringrazzjaw lil Alla l-Imbierek, Ommna Marija u lil San Pietru li waqfu magħna f’dawn is-snin. Fin-nuqqas ta’ bosta attivitajiet matul is-sena minħabba l-pandemija, kull donazzjoni tkun ferm apprezzata. Ejjew nuru li aħna tal-festa billi narmaw ilgalleriji, il-bjut, it-twieqi u l-faċċati ta’ djarna bil-kuluri tas-Soċjetà u tal-parroċċa, u fuq kollox b’xi inkwatru jew stampa ta’ San Pietru Appostlu. Il-Kumitat Ċentrali jirriserva d-dritt illi dan il-programm jista’ jitbiddel mingħajr avviż prematur skont il-ħtieġa tal-Festa ta’ San Pietru Appostlu. Fl-aħħar se nilqgħuk fi triqatna Wara stennija ta’ tliet snin Kompli seddaq, idek żomm soda Fuqna wliedek, Birżebbuġin!

(minn Pietru, ħarisna matul is-snin ta’ Christopher Bonnici)

This article is from: