Kurrenti April 2025

Page 1


destinati biex imutu”

Il-missjunarju Għawdxi Dun Anton Grech jibda jofri

Servizzi ġodda fl-kura tas-saħħa favur il-pazjenti Għawdxin

Fl-aħħar snin, rajna investiment sostanzjali f’tagħmir avvanzat u kruċjali għall-pazjenti Għawdxin. Parti mill-viżjoni tal-Gvern Malta 2050, hi li mhux biss inkomplu nsaħħu s-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna, imma wkoll li naraw li ninvestu biex il-pazjenti Għawdxin u Maltin jinqdew f żmien qasir, b’servizz ta kwalità u mingħajr skariġġ ta’ vjaġġar.

Aspett important fejn tidħol il-kura tassaħħa f’pajjiżna hu r-riżors uman. Numru ta’ servizz li ġew introdotti f-aħħar xhur kien grazzi għal ħidma u l-investiment li l-Gvern għamel fejn mhux biss ingaġġajna numru ta’ professjonisti f’dipartiment varji, imma wkoll ġew imtejba il-kundizzjonijiet f’diversi ftehim settorjali għall-professjonisti fl-kura tas-saħħa.

>> f’paġna 3

GĦAWDEX DIĠÀ JOFFRI L-KWALITÀ

... issa kemm nagħrfu nużaw dik il-kwalità biex niġbdu turisti ta’ kwalità

Intervista ma’ Joe Muscat, CEO - GTA

KIEN IKOLLHOM JIVVJAĠĠAW

600km TLETT DARBIET FIL-ĠIMGĦA

Illum grazzi għal missjunarju Għawdxi Dun Anton Grech, 90 persuna qegħdin jingħataw il-kura tal-kliewi f-isptar qrib tagħhom

Dun Anton Grech qiegħed iwettaq ħidma kbira fl-belt ta’ Izabal fl-Gwatemala fejn b’kull mod jipprova jagħmel il-ħajja ta’ eluf ta’ persuni aktar faċli.

Dan il-ġurnal tkellem mal-missjunarju Għawdxi dwar l-aħħar proġett li fetaħ propju f-aħħar jiem.

Dun Anton jgħidilna li kien ilu jaħdem aktar minn erba’ snin biex jiftaħ “kamra” f-isptar biex dawk morda bilkliewi jkunu jistgħu d-dialysis.

“Irnexxielna niftħu sala. Din infetħet bis-saħħa tal-Fondazzjoni GuateMalta u anke ta’ fondazzjoni loka-

li. B’kollox hemm għaxar postijiet biex ikunu jistgħu jinqdew 90 persuna li għandhom bżonn id-dialysis 3 darbiet fl-ġimgħa nkella jmutu...,” jgħidilna l-missjunarju.

Dawn il-persuni li jgħixu f’waħda mill-bliet li Dun Anton jagħmel il-missjoni tiegħu kienu qegħdin ikollhom jivvjaġġaw 600 kilometru għal 3 darbiet fl-ġimgħa biex jieħdu l-kura u f kliem il-missjunarju Għawdxin

“kienu destinati biex imutu”.

Permezz ta’ dan il-proġett li ħafna fondi nġabru mill-poplu Malti u Għawdxi se jkunu qegħdin jiġu salvati ħafna ħajjiet.

“Il-ħidma hawn ma taqa’

xejn. Dejjem hemm bżonn aktar afarijiet. Hemm nies li qegħdin imutu minħabba l-kundizzjoni

ta’ saħħithom, iżda bis-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin qegħdin nagħmlu minn kollox biex ngħinu aktar persuni

fl-bżonn,” itemm jgħidilna Dun Anton Grech f’telefonata li kellna miegħu f-aħħar jiem.

LOKALI

SERVIZZI ĠODDA FIL-KURA TAS-SAĦĦA

FAVUR IL-PAZJENTI GĦAWDXIN

>> minn paġna 1

Servizzi

għas-Saħħa mentali

għall-Għawdxin fl-komunità

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, il-Ministru għas-Saħħa ul-Anzjanita Attiva Jo Etienne Abela, ħabbar l-introduzzjoni ta’ numru ta’ servizzi għall-Għawdxin fl-komunita marbuta mas-saħħa mentali.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif parti essenzjali mill-viżjoni tal-Gvern, kif ukoll bħala parti mill-istrateġija tas-saħħa mentali imnedija mill-Ministeru, hu li trattamenti marbuta s-saħħa mentali jingħataw kemm jista’ jkun fl-komunità. Biex dan ikun possibbli, twaqqfu timijiet komunitarji f’diversi lokalitajiet f’Malta u issa beda jiġi ofrut dan is-servizz grazzi għall-introduzzjoni ta’ tim tal-komunità bbażat f’Għawdex.

Il-Gvern qed ikompli jinvesti fr-riżors uman. B’hekk, dan it-tim ta’ outreach tal-komunità twaqqaf permezz t’erba’ infermiera ġodda fd-Dipartiment tal-Outpatients Psikjatriċi t’Għawdex. Dan id-dipartiment jaħseb għal 1,400 pazjent li kollha jgħixu Għawdex fejn minn dawn l-1,400 pazjent, hemm 23 pazjent li għandhom ordni ta’ kura fl-komunità, li jfsser li jistgħu jieħdu trattament fl-komunità minfok ma jiddaħħlu l-isptar.

Jibdew jingħataw is-servizzi avvanzati ta’ CT u MRI tal-Qalb f-Isptar Ġenerali t’Għawdex

Ifurmat pass importanti ‘l quddiem fl-kura kardijaka għall-pazjenti Għawdxin u Maltin bl-introduzzjoni tas-servizzi ġodda ta’ Cardiac CT u Cardiac MRI f-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif wara l-akkwist

reċenti ta’ żewġ scanners blaħħar teknoloġija tal-MRI u CT Scan, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex issa jista jofri testijiet tal-qalb dettaljati u mhux invażivi, li jippermettu djanjosi aktar bikrija u preċiża.

L-introduzzjoni tal-Cardiac CT tippermetti detezzjoni rapida ta’ mard ta’ l-arterji tal-qalb f’pazjenti b’riskju baxx u intermedju kif ukoll viswalizzazzjoni preċiża talvalves tal-qalb u tal-aorta,

f’pazjenti magħżula. Filwaqt li l-introduzzjoni tal-Cardiac MRI tofri ezamijiet fl-fond tal-funzjoni tal-qalb kif ukoll ta l-infjammazzjoni tal-qalb, scarring tal-muskulatura tal-qalb kif ukoll il-valutazzjoni talvalves tal-qalb. Dan qed ikun possibli grazzi għall-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Medical Imaging f’Malta u Għawdex imexxi minn Dr. Melvin D’Anastasi, u tad-Diparti-

ment tal-Kardjologija. Dan hu pass ieħor importanti li ser jgħin fl-kura ofruta lill-pazjent fejn is-servizz ser jippermetti djanjosi efċjenti u trattament avvanzat tal-mard tal-qalb, inaqqas il-bżonn li l-pazjenti jivvjaġġaw lejn Malta għas-servizzi speċjalizzati, flwaqt li jenfasizza wkoll l-impenn tal-gvern li jiżviluppa s-servizzi tassaħħa u jtejjeb ir-riżultati ghall-pazjenti Għawdxin u Maltin.

Il-Ministru Abela qal kif grazzi għall-investiment ta’ madwar €5 miljun f-aħħar xhur f-Isptar t’Għawdex, mhux biss rajna li titneħħa il-lista ta’ stennija għal testijiet ta’ MRI u CT Scans kompletment, imma wkoll kien possibli biex issa nibdew nofru dawn is-servizzi f’Għawdex stess. Il-Gvern komess li jkomplu ikabbar u jintroduċi aktar servizzi biex ngħinu aktar pazjenti Maltin u Għawdxin.

GĦAWDEX DIĠÀ JOFFRI L-KWALITÀ

... issa kemm nagħrfu nużaw dik il-kwalità biex niġbdu turisti ta’ kwalità

- Joe Muscat, GTA

“Għawdex diġà

qiegħed jofri l-kwalità... issa kemm ngħarfu nużaw dik il-kwalità biex niġbdu turisti ta’ kwalità.” Hekk stqarr magħna Joe Muscat, il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċċazzjoni Turisika Għawdxija.

Muscat jgħid li Għawdex diġà għandu ħafna niċeċ li qiegħed jofri u ħafna darbi dawn huma ta’ kwalità ferm aktar għolja minn dik ta’ Malta.

Semma fost l-oħrajn l-industrija tal-għadds fejn qal li d-delettanti ta’ dan id-delizzju jagħżlu lil Għawdex bħala destinazzjoni, għaliex ilGżira tofri siti spettakulari taħt qiegħ il-baħar.

Jistqarr magħna li meta nitkellmu fuq turisti ta’ kwalità mhux qegħdin ngħidu kemm dawn biss lesti jonfqu f’pajjiżna, iżda l-mistoqsija magħna nfusna għandha tkun aħna bħala Għawdex xi kwalità qed nofru aħna biex niġbdu dan it-tip ta’ turiżmu.

Magħna jitkellem ukoll dwar esperjenza li kellu faħħar ġimgħat meta kien qiegħed jattendi Fiera tat-Turiżmu f’Berlin fl-Ġermanja li matulha Għawdex ġie promoss bħala destinazzjoni turistika distinta u kien hemm

ukoll laqgħat u negozjati ma’ operaturi li jġibu turisti f’pajjiżna.

“Meta kont Berlin f-aħħar ġimgħat fost il-ħafna laqgħat li kelli iltqajt ma’ operator li jorganizza tours b’rabta mal-mużika. Staqsieni jekk f’Għawdex għandnix attivitajiet marbutin mal-mużika... u, x’ħin bdejt insemmilu l-attivitajiet mużikli li jkollna matul is-sena jien stess bqa-

jt mistaġeb kemm għandna x’nofru f’Għawdex,” jgħid magħna Muscat.

Isemmi fost l-oħrajn lopri li jsiru miż-żewġ teatri fr-Rabat Għawdex u kunċerti mużikali li kważi kull tmiem il-ġimgħa jkun hawn.

“Dawn huma afarijiet li aħna nistgħu nofru. Min jiġi sabiex jesperjenza attività ta’ natura mużikali ħafna drabi jkunu turisti ta’ kwalità. F’

minn vaganza f’Malta u dan għal diversi fatturi. Fosthom it-tip ta’ akkommodazzjoni li wieħed isib f’Għawdex kif ukoll li n-numru ta’ sodod fl-lukandi Għawdxin huwa wieħed limitat ta’ madwar 1,900 sodda.

Għawdex għandu l-opportunita li flgħaxija t-turist jista’ jattendi l-opra jew kunċert, flwaqt li flgħodu f’Għawdex għandek diversi siti turistiċi li wieħed iżur kif ukoll attivitajiet kulturali u rekreattivi li jista’ jagħmel,” qal Muscat.

Il-Kap Eżekuttiv tal-GTA jitkellem magħna wkoll dwar diversi ħsibijiet li għandha l-Assoċċazzjoni, u jistqarr li f-aħħar snin qiegħda ssir ħidma ferm akbar mill-passat biex Għawdex jiġi rreklamata bħala destinazzjoni għalija.

“Meta nkunu barra minn Malta nitkellmu ma’ operaturi u jgħidulna li huma lesti li jġibu t-turisti f’pajjiżna u jinkludu lil Għawdex għal ġurnata fl-programm... aħna ninfurmawhom li għalina mhux aċċettabli li t-turist jiġi Għawdex għal ġurnata u ninsistu biex il-program ikun offrut b’mod li t-turist jagħmel fostna lejl jew iktar,” itenni Muscat flwaqt li sostna li Għawdex għandu biżżejjed kwalità li jofri bħala destinazzjoni unika.

Muscat qal li vaganza f’Għawdex għal wieħed barranin tista’ tiġi tiswa aktar

“Kważi tista’ tgħid li żewġ lukandi f’Malta għandhom daqs tant sodod daqs in-numru f’Għawdex kollu. Allura l-lukandier Għawdxi ma tantx jista’ jofri rati kompetitivi minħabba n-numru limitat ta’ sodod li għandu. Dan b’diferenza minn Malta fejn il-lukandiera f’Malta għandhom iktar volum ta’ sodod li numru minnhom jkunu ofruti bi prezz iktar kompetitiv,” jgħidilna Muscat f’intervista li saret minn dan il-ġurnal.

It-turiżmu f żmien l-Għid il-Kbir

“It-turiżmu f żmien lGħid il-Kbir f’Għawdex dejjem ikun perjodu tajjeb minħabba li nkunu qegħdin inħallu x-xhur tax-xitwa u allura dak li jkun jibda jaħseb biex jieħu vaganza... u aktar mal-Għid il-Kbir jiġi tard f’April aktar ikun tajjeb għaliex ikun iktar viċin il-bidu tas-sajf...” stqarr magħna Joe Muscat.

Hu kompla li Għawdex jappella ħafna għal dan iżżmien tas-sena minħabba l-ammont kbir ta’ attivitajiet li jkun hawn u dawn jappellaw mhux biss għas-suq intern imma wkoll turisti li jfttxu destinazzjoni li tofri

attivatijiet għal Ġimgħa Imqaddsa.

Mistoqsi dwar kif mistenni jkun dan l-Għid, Muscat tenna li qegħdin nistennew livelli li aħna mdorrijin bihom f-aħħar snin, flwaqt li saħaq dwar l-importanza li l-attivitajiet li jitellgħu jkunu reklamati mhux biss fs-suq lokali, iżda wkoll fuq is-suq internazzjonali.

Dwar is-Sajf, Muscat jgħid li qegħdin nistennew sajf tajjeb ħafna fejn il-maġġoranza tal-lukandieri diġà qegħdin jgħidulna li l- bookings deħlin b’ritmu tajjeb.

Hawn, Muscat fakkar li sa ftit tas-snin ilu konna nbgħatu f staġuni mhux daqshekk popolari, iżda llum grazzi għall-ħidma li ssir minn diversi entitajiet, anke xhur bħal Frar u Marzu qegħdin naraw li qiegħed ikollna ammont tajjeb ta’ turisti.

Għawdex ġżira tal-Milied

Muscat irreferaw ukoll li Għawdex qiegħed isir bilmod il-mod il-gżira tal-Milied minħabba l-ammont kbir ta’ avvitajiet li jsiru matul dan il-perjodu.

Jgħid li biss biss hemm Bethlehem f’Għajnsielem hija attrazzjoni unika li ssibha biss f’Għawdex.

Żewġ miljun turist

L-istatisitka turi li f’Għawdex f-aħħar sena żaruh madwar żewġ miljun turist... iżda fl-verità kemm minn dawk raqdu lejl jew aktar f’Għawdex staqsa Muscat. U r-risposta hija ċara... “Raqdu lejl jew aktar 182,000 turist biss minn żewġ miljuni... Aħna hemm irridu naħdmu li nżidu t-tu-

risti li jorqdu f’Għawdex stess. Li jiġi turist għal ftit sigħat huma tajjeb, iżda mhux biżżejjed għal Għawdex,” jgħid il-Kap Eżekuttiv tal-GTA, flwaqt li jgħid li t-turist għal gżira Għawdxija huma dawk l-182,000.

Meta l-Prim Ministru tkellem dwar Għawdex bħala “destinazzjoni” jkun qiegħed ifsser li nżidu n-numru tal-persuni li jorqdu fl-gżira.

“Bħalissa għandek sitwazzjoni fejn minn dawk il182,000 turist, 50% tagħhom jagħmlu l-vaganza kollha taghhom f’Għawdex flwaqt li 50% oħra jaqsmu l-vaganza bejn Għawdex u Malta.

Aħna rridu nżidu lpersenteġġ ta’ dawk li jagħmlu l-vaganza kollha taghhom f’Għawdex ,” jgħidina Muscat.

Konnettività

Il-konnettività wkoll tagħmel diferenza dwar x’tip ta’ turisti qiegħed jattira pajjiżna. “Is-suq Pollakk kulma jmur dejjem qed iżid...,” qal Muscat flwaqt li staqsa għaliex qiegħed jiġri dan... IlKap Eżekuttiv qal li r-risposta hija sempliċi... il-konnettività hija tajba ma’ dan il-pajjiż. Filwaqt li dan huwa tajjeb ħafna, imma rridu naraw ukoll li nkomplu nżidu l-konnettività bejn Malta u pajjizi ekonomikament iktar b’saħħithom bħal Ġermanja, Svizzera, Awstrija u l-pajjiżi Nordiċi,” kompla jgħid Muscat.

Kien hawn li staqsa “għaliex m’għadnix daqshekk titjiriet frekwenti minn diversi bliet f’dawn il-pajjiżi… titjiriet diretti minn dawn id-destinazzjonijiet jagħmlu d-diferenza kollha,” tenna

Muscat.

X’jista’ jsir aktar?

Għal din il-mistoqsija Muscat qal li t-triq ‘il quddiem hija twila. “Hemm ħafna x’jista’ jsir u għandu jsir.

Qegħdin isiru investimenti kbar mill-Gvern, iżda hemm bżonn aktar,” qal Muscat flwaqt li ta l-eżempju tat-terminal tal-Fast Ferry li hemm f’Għawdex fejn staqsa jekk dan hux wieħed diċenti mhux biss għat-turisti, iżda wkoll għal Għawdxin u Maltin li jużaw dan is-servizz.

Semma wkoll afarijiet marbutin mar-restornati. “Indikali restorant wieħed f’Għawdex li jofri ikel tradizzjonali?” staqsa Muscat.

“Dawn huma afarijiet li wieħed irid jinvesti fhom. Nafu li t-turisti jfttxu dawn l-afarijiet li jagħtu iktar valur lil esperjenza meta jkunu flgżira tagħna u hemm irridu ninvesti biex il-kwalità li joffri Għawdex tkompli togħla,” jgħid Joe Muscat.

Prezzijiet

Staqsejna wkoll dwar il-prezzijiet li ħafna nies igergru li huma esaġerati.

“Dwar il-farmhouses naħseb li l-prezzijiet huma tajbin. Hemm ħafna u ħafna spejjż li wieħed irid jieħu inkonsiderazzjoni.

Sabiex operatur iżomm f stat tajjeb il-prorpjetà tiegħu għandu diversi spejjeż li l-klijient ma jarahomx imma jkunu saru sabiex jingħata valur għar-rata li jkun ħallas,” flwaqt li semma lista ta’ afarijiet oħrajn li kull operatur irid iħallas biex jibda jopera u jofri fost l-oħrajn farmhouse diċenti.

“FESTIVAL LI KIBER U LLUM SAR FUQ BAŻI INTERNAZZJONALI”

Is-Surmast Colin Attard jitkellem dwar ‘Gaulitana: A Festival of Music’

Idea li nibdet 19-il sena

ilu... bdiet fuq xi ħaġa lokali u llum tista’ tgħid li hija xi ħaġa internazzjonali.

Dan il-ġurnal tkellem mas-Surmast Colin Attard, ilmoħħ u l-mutur wara l-Gaulitana: A Festival of Music li qiegħed isir f’Għawdex bħalissa u jibqa’ għaddejja sal-4 ta’ Mejju li ġej.

Din is-sena, kif xieraq dan il-festival li qiegħda jofri xalata ta’ attivitajiet kulturali qiegħed jiġi ddedikat lil mikbi Surmat Stephen Attard.

Stephen Attard miet ftit tax-xhur ilu u ismu hu sinonimu mal-mużika f’Għawdex hekk kif ikkompona diversi biċċiet tal-mużika li tista’ tgħid indaqqu madwar id-dinja kollha.

Nistaqsu lis-Surmat Colin Attard kif nibdet l-idea dwar dan il-festival 19-il sena ilu.

Jgħid li l-festival kien beda 19-il sena, iżda kien hemm sena li fha ma sarx minħabba l-COVID-19 li ħakmet lid-dinja.

“F’Għawdex dak iż-żmien kien hemm żvilupp kbir kulturali, u aħna bħala kor Gaulitanus ħassejna li għadna nagħtu l-kontribut tagħna mhux biss bil-kunċerti li jsiru matul is-sena, iżda fuq skala ferm akbar,” jgħid is-Surmat Attard.

jgħid li l-ewwel edizzjoni kienet ta’ ġimgħa u sar kollu mill-Għawdxin ħlief għal

Ma’ dan il-ġurnal Attard

Masterclass b’artista barranija. “Dakinhar niftakar kellna xi ħames attivitajiet biss u minn dakinhar ‘il quddiem dan il-festival beda jikber. Illum ħa dimesjoni internazzjonali b’mod naturali għax meta tagħmel xi ħaġa tajba l-afarijiet bħal donnhom jibdew ġejjin weħidhom,” itenni magħna s-Surmast Attard f’intervista li saret fuq is-Swar taċ-Ċitadella hekk kif grupp ta’ voluntieri kienu qegħdin jarmaw wirja dwar l-istess festival.

Hekk kif ikompli jitkellem magħna s-Surmast jgħid li l-istess kumitat organizzativ żviluppa l-prodott ofrut.

Din is-sena, qal Attard, hemm varjazzjoni kbira ħafna ta’ mużika u ġeneri diferenti.

Erba’ ġenerazzjonijiet ta’ mużiċisti

Is-Surmat Attard, li hu wkoll Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina Leone ġej minn familja ta’ mużiċisti.

Jgħid li ġej minn erba’ ġenerazzjonijiet... “L-ewwel in-nannu, imbgħad Ġanni,

imbgħad kien hemm iż-żiju l-Prof. Joseph Vella, imbgħad jien u ħija Stephen u issa anke ibni Pierre Louis,” jgħidilna s-Surmast.

Stephen Attard... xi jfsser għal dan il-festiva?

Stephen kien wieħed mill-fundaturi tal-kor Gaulitanus. “Meta ġie mwaqqaf il-kor f-1990 Stephen kien l-organista residenti talkor u baqa’ kważi sal-aħħar sakemm saħħtu marret lura. Hu kien involut f’ħafna mill-edizzjonijiet tal-festival u kienet xi ħaġa loġika li dan hu l-ewwel festival wara mewtu u allura niddedikawh għalih...” flwaqt li sostna li dan mhux biss għax ħsibna li nagħmlu xi mużika minn tiegħu.

Is-Surmast Attard jgħid li waqt dan il-festival se tkun qiegħda tindaqq il-quddiesa “Madonna ta’ Pinu” li kkompona Stephen diversi snin

ilu.

“Hu kien irriveda din il-quddiesa u propju lestija ġimgħa biss qabel miet... ir-riviżjoni hija kbira ħafna għax hemm tibdil kbir milloriġinal. Din il-quddiesa qiegħda għal kor fimkien ma’ orkestra. Il-quddiesa hija diferenti minn stil ta’ quddies li nisimgħu normali,” iħabbar Colin Attard waqt din l-intervista.

Jgħid li dan mhux biss, għax se jkun qiegħed isir

kunċert iddedikat kollu lilu b’mużika li kkompona hu stess.

Programm edukattiv

Ma’ dan il-festival aħna nofru wkoll programm edukattiv f-iskejjel li beda ftit tal-jiem ilu u jibqa’ għaddej tul il-festival kollu.

“Nipprovaw permezz ta’ dan il-programm edukattiv inwasslu l-kultura fost it-tfal. Naddattaw ukoll partijiet

mill-opra li nkunu se nagħmlu waqt dan il-festival bliskop li anke minn età żgħira jibdew jifmhu s-sbuħija ta’ dan il-ġeneru ta’ mużika,” jgħidilna Colin Attard.

Kompla jgħid li nagħmlu diskussjoni mat-tfal u nipprovaw dejjem inwasslu l-kutura.

Għawdex

Indoqqu wkoll mużika ta’ mużiċisti Għawdxin, iżda

mhux biss “anke nużaw il-letteratura fosthom ta’ Joe Psaila u anke ta’ Mary Meilak li jiġu akkumpanjati bil-mużika”.

Dan il-festival kemm jista’ jkun ikun marbut ma’ Għawdex u kif jistqar is-Surmast dawk kollha li jattendu fosthom anke barranin li qegħdin jiġu f’pajjiżna minħabba l-festival, “nipprovaw nagħtuhom togħma tal-ġmiel ta’ din il-gżira Għawdxija.”

Is-Surmast jgħid il-vantaġġ ta’ dan il-festival hu li

jsir madwar Għawdex kollu u ħafna nies qatt ma jkunu attendew kunċert jew fl-post fejn ikun se jsir il-kunċert.

Il-volontarjat f’Għawdex

Ma stajnix ma nistaqsux lis-Surmast Attard dwar il-volontarjat f’Għawdex. “Jirnexxilna nagħmlu dan il-festival grazzi għal impenn li jagħtu b’mod volontarju l-membri tal-kor. U mhux biss għax għal dan il-festival jiġu oħrajn jgħinu,” itenni Colin Attard flwaqt li jkun skjett ħafna li jgħid li “inkella jkun imposibbli li tagħmel festival bħal dan u tħallas lil kulħadd.”

Is-Surmast jgħid li l-volontarjat f’Għawdex għadu b’saħħtu, iżda f-istess juri dubji dwar il-futur fl-qasam tal-volontarjat f’pajjiżna.

“Wieħed irid jara u jaħseb fejn se naslu... hija sitwazzjoni li tiġi diskussa kontinwament, iżda min-naħa l-oħra nistaqsi x’kien ikun Għawdex mingħajr il-volontarjat?” jgħidilna Colin Attard. Qal li waqt il-pandemija u wara bdejna naraw il-problemi. “In-nies, meta ma seta’ jsir xejn sabu żvogi oħrajn u wara sabu opportunitajiet li jagħtuhom ħlas.”

Hu kompla jgħid li s-sinsla ta’ Għawdex kemm fs-soċjetajiet mużikali, kulturali u anke f’dawk parrokkjali jibqa’ l-volontarjat “jekk jispaċċa dan allura jkollna naraw x’se nagħmlu,” itemm jgħid is-Surmast Colin Attard.

Il-qofol ta’ dan il-festival jintlaħaq nhar is-Sibt 3 ta’ Mejju fejn ft-Teatru Aurora se tkun qiegħda titella’ lOpra NABUCCO ta’ Ġużeppi Verdi. Għal din l-opra se tkun qiegħda doqq l-Malta Philharmonic Orchestra taħt id-drezzjoni tas-Surmast Colin Attard. Enrico Castiglione, isem magħruf mal-opri se jkun qiegħed imexxi d-direzzjoni artistika. Qabel ma tibda l-Opra, fs-6.30pm se jkun hemm taħdida f-istess teatru dwar Nabucco li se ssir minn Albert G. Storace.

L-Opra NABUCCO

FREE ENTRY

SUNDAY, 27TH APRIL 2025

10AM - 6PM

CITADEL, VICTORIA, GOZO

EDUCATIONAL EVENT FOR ALL THE FAMILY & ACTIVITIES FOR ALL AGES

DISCOVER & LEARN WORKSHOPS

INTERACTIVE SCIENCE FAIR

EXHIBITIONS TOURS & TALKS

SCIENCE COMEDY, MAGIC & DANCE

ANIMATED ACTION DEMOS & EXPERIMENTS

TINSA L-GĦERUQ TIEGĦEK

U MINN FEJN ĠEJ, XI SKOP

– George Bonello minn Kantera

Żgur li min isegwi x-xena tal-Mużika f’Malta midħla wkoll tal-grupp Kantera, grupp mużikali bil-għan li jgħaqqad il-ġeneru tradizzjonali tal-folk Malti ma’ stili moderni. L-istil mużikali tagħhom jikkombina strumenti tradizzjonali bħall-fejguta u ż-żafżafa ma’ strumenti elettroniċi, biex joħolqu ħoss uniku li jgħaqqad il-passat mal-preżent. Il-kanzunetti tagħhom huma bil-Malti u jindirizzaw temi soċjali u kulturali, spiss jużaw qwiel Maltin u jinkludu l-kontribut ta’ vokalisti u mużiċisti mimlija talenti.

Iżda forsi ħafna jkollhom il-kurżità ta’ kif iforma dan il-grupp kantera, u George Bonello qasam magħna flqosor l-istorja ta’ dan il-grupp li “forma bażikament f-2020, meta bdejna niltaqgħu bejn grupp ta’ ħbieb, wara li jiena kont ġej mix-xena tal-Folklor, u kont inħoss li ż-żgħażagħ, min-naħa tagħhom m’hemmx dak l-interess li ser imorru xi kunċert jew inkella jmorru jieħdu tazza nbid b’mużika tal-Folklor, u jien li ndoqq l-accordion, ġieli anke ġew sħabi stess fuqi u jistaqsuni kif indoqq strument tax-xjuħ, u din kienet tifrustrani ħafna, imbagħad meta kellna l-pandemija tal-Covid, u l-mużika ħadet daqqa ’l isfel, kelli xi ħbieb li konna niltaqgħu spiss f’xi avvenimenti bħal tieġ u sirna ħbieb. Avviċinajthom u dawn urew l-interess mill-ewwel għax kien kunċett ġdid f’Malta.”

George dejjem iżda kellu f’moħħu li jdaħħal il-Folklor, u għalkemm il-grupp huwa furmat minn membri diferenti, kollha għandhom

sfond u stili versatili ħafna, u kulħadd ta s-sehem tiegħu biex “jiforma dan l-istil uniku li jofri Kantera.” Minn hemm dan il-grupp beda joħloq il-kanzunetti, wara li kienu wkoll tkellmu ma’ Elton Zarb u Joe Julian Farrugia sabiex jibnu lirika li tifoka wkoll fuq il-qwiel u l-idjomi Maltin. Saħansitra dan George Bonello kien ukoll tkellem ma’ Prof. Oliver Friggieri li din l-idea għoġbitu ħafna. Għax skont George “dawn il-qwiel u l-idjomi kienu diġà saru bħala xi ħaġa tal-passat tant li t-tfal kienu jgħidu li eżempju n-nannu kien jgħid hekk, u din hija frustranti għax din hija parti mill-identità u l-lingwa tagħna, u hekk ħloqna stil bħala produzzjoni.”

Wara li ġie mħabbar li ser isir il-festival Mużika Mużika f-2020, il-grupp tħajjar biex jissottemetti kanzunetta għall-festival tas-sena 2021, u din kienet għaddiet għas-semifnali. Kien baqa’

biss li jinħoloq isem għal dan il-grupp “u konna ridna isem li juri l-passat u ħsibna ERA, b’element Malti u l-kant bil-qwiel u l-idjomi, allura la hemm il-Kant qbadna l-kelma Kant u għaqqadnieha mal-kelma Era, u minn hemm inħoloq l-isem.” Mużika Mużika kienet opportunità biex jesponu l-mużika tagħhom, u kienu ħadu se-

hem bil-kanzunetta L-Ewwel Jien, li kklassifkat ft-tielet post.”

Minn hemm dan il-grupp baqa’ jħares ’il quddiem u dejjem jinkludi elementi folkoristiċi fl-kanzunetti tiegħu, li meta bdejna niddiskutu x-xena tal-Folklor f’Malta u Għawdex, George qalilna “dak li qed isir qatt mhu biżżejjed, imma matul dawn l-erba’ snin li ilna furmati bħala grupp, il-ġenerazzjoni żagħżugħa dejjem qed tersaq qrib, għax meta jarawna f’xi kunċert u jisimgħu xi ħoss partikolari, eżempju taż-żafżafa, tal-accordian, ikun hemm dak l-interess u l-kurżità ta’ kif qed jiġu abbinati, għax strument waħdu bħaż-żafżafa l-ħoss mhux ser jiġbdek, imma meta dan ikun magħġun f’din ir-riċetta li qed noħolqu fl-kanzunetti tagħna, iva, bil-ħoss tipiku ta’ kantera.”

Din is-sena dan il-grupp ħa sehem ukoll fl-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ‘Lallarateke lalaratakabum’, li kienet waħda mill-favoriti bil-possibilità li tirbaħ il-festival u li dan “huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalina li tara kemm it-tfal u l-ġenituri jieħdu pjaċir bl-istess tip ta’ mużika.”

Dan wara li ħafna nies urew ix-xewqa li jieħdu sehem fl-Eurovision b’dawn l-instrumenti Maltin għax huma instrumenti li qatt ma ġew esposti fl-Eurovision. “Ħassejna l-ħtieġa li napplikaw, ġejna magħżulin u ħdimna l-kanzunetta f’bootcamp, għax xtaqna li barrani jisma’ l-ħsejjes Maltin, ridna mmorru għall-għeruq tagħna tal-Malti, u għax konna konxji li l-barrani mhux ser jifhem kelma mill-kanzunetta, ħloqna din il-frażi għat-titlu biex dak li jkun xorta jkun jista’ jkanta, kanzunetta li tirrigwarda l-festi Maltin, il-Karnival u anke l-Imnarja, u

daħħalna din il-frażi li huma ħsejjes li tisma’ fl-marċi tal-festa, speċjalment jekk ma tkunx taf il-kliem; il-bumm tal-katuba u l-bumm tal-murtal.

Għalhekk il-barranin spiċċaw ukoll ikantaw ma’ din il-kanzunetta li fha l-ħsejjes Maltin.”

Tkellimna wkoll dwar il-pjanijiet ta’ dan il-grupp fl-futur qarib, u jekk hemx il-ħajra li jerġgħu jieħdu sehem fl-Eurovision jew anke f’Mużika Mużika, u George qal “aħna nħobbu nifukaw fuq proġett, din is-sena fukajna fuq il-Eurovision, u jekk tgħidli għas-sena d-dieħla, huwa ’l bogħod wisq, mhux qed ngħid li mhux ser nieħdu sehem, imma aħna naħdmu b’tip li l-ewwel nibnu kanzunetta, ma ngħidux ara ejja nidħlu fl-Eurovision jew Mużika Mużika, iżda l-ewwel irid ikollna l-muża tal-mument, aħna meta napplikaw dejjem tkun l-aħħar minuta, meta l-kanzunetta

tkun għadha qed tintgħaġen, għadha qed tiġi moħmija, f’dik il-ġimgħa stess ta’ meta jagħlqu l-applikazzjonijiet.”

George Bonello f-aħħar ta’ din l-intervista wassal messaġġ lil kull min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-mużika, u wkoll jekk hu interessat fl-Folklor Malti, u qalilna li l-Folklor Malti huwa l-identità tagħna tal-Maltin, u jekk tinsa lgħeruq tiegħek u minn fejn ġej, xi skop hemm li tgħid li inti Malti?

L-ewwel u qabel kollox ma tridx tinsa l-element tiegħek bħala Malti, u dawn huma wkoll l-element tal-lingwa, l-element tal-kulturá, u wkoll dak tal-istorja Maltija, u aħna dawn kollha ndaħħluhom fl-kanzunetti tagħna, u lil min għadu qed jibda bħala artist ngħidlu biex ma jaqtax qalbu, l-importanti li jekk tagħmel xi ħaġa tagħmilha sewwa, jiġiferi li jekk ser tagħmel kanzunetta u tridha bil-Malti ser tkantaha bil-Malti, u mhux tuża eżempju aċċent Ingliż, għax inkella tkun qed tkissirha. Aħna nħobbu l-kanzunetta bil-Malti, mill-bidu salaħħar.”

Aħna nawguraw lil Kantera u jalla jibqgħu jipproduċu aktar mużika sabiħa fejn naraw fha taħlita tal-element Malti, folkloristiku u stil modern fimkien!

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Kurrenti April 2025 by Union Print - Issuu