Il-Budget għas-sena 2026 nistgħu ngħidu li huwa mistenni li jintlaqa’ tajjeb. Nittamaw li għal sena oħra konsekuttiva dan il-Budget se jkun wieħed pożittiv. Budget li permezz ta’ diversi miżuri għandu jkompli jsaħħaħ il-futur ekonomiku b’saħħtu ta’ pajjiżna.
Nirrikonoxxu l-fatt li d-defiċit għas-sena d-dieħla mistenni li jinżel taħt it-3%. Din iċ-ċifra se tkun intlaħqet sentejn qabel il-perjodu ta’ erba’ snin li kienet tatna l-Kummissjoni Ewropea biex id-defiċit lokali jkun skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea. Id-defiċit għal din is-sena mistenni li jkun niżel għal 3.2%, bilmira hi li d-defiċit tal-pajjiż jonqos b’tal-inqas 0.5% kull sena.
Dan ġie kkonfermat mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana waqt it-tnedija tad-dokument ta’ qabel il-budget għas-sena 2026. Il-Ministru għall-Finanzi qal ukoll li l-pajjiż, is-sena d-dieħla, għal sena wara l-oħra, se jibqa’ jkollu l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea. Nistennew tkabbir ekonomiku fl-istess livelli ta’ din is-sena, bi tkabbir reali ta’ 4%, kontra l-1.5% fl-Unjoni Ewropea. Fejn sa ftit snin ilu, il-poplu kien jistaqsi x’se jittiħidlu, illum qed isaqsi x’se jingħata. Dan kollu huwa dovut għall-klima politika stabbli u għar-reżiljenza tal-ekonomija ta’ pajjiżna li kompliet tikber minn sena għalloħra. Fl-isfond ta’ dan kollu, nemmnu li l-Budget li se jitressaq, se jkun ieħor fil-kullana ta’ inizjattivi u miżuri soċjali u ekonomiċi li dan il-Gvern għaraf iressaq ’il quddiem għall-ġid ta’ kulħadd.
Nemmnu li permezz ta’ ħidma illi saret matul issnin, pajjiżna kellu tkabbir ekonomiku qawwi li ppermetta lill-Gvern ikompli jqassam il-ġid fost il-poplu Malti. Dan kollu wassal biex il-finanzi talpajjiż tpoġġew fuq sisien sodi u meta ġiet id-daqqa l-kbira tal-pandemija, l-ekonomija Maltija kienet tiflaħ għaliha u rnexxielna nsalvaw 100,000 impjieg li setgħu intilfu.
Quddiem dan kollu dan il-Budget irridu nħarsu lejh biss mhux x’ġeġgħandna iżda x’hawn madwarna. Dak li għaddejjin minnu pajjiżi oħra qrib tagħna.
Fuq kollox kif qegħdin ngħixu aħna meta mqabbel ma’ l-għixien li qegħdin jgħixu popli oħra fl-Unjoni Ewropea.
Meta nqabblu se nsibu li qegħdin aħjar. Dan ma jfissirx li m’għandniex l-isfidi tagħna li ġejjin miċ-ċokon tagħna u l-pożizzjoni ġeografika tagħna. Sfidi u problemi li sakemm nibqgħu niġbdu l-istess ħabel se nkunu kapaċi ngħelbuhom.
Nota mill-Edituri
Jitnieda d-dokument ta’ qabel il-Budget għas-sena 2026… Id-defiċit għas-sena d-dieħla mistenni li jinżel taħt it-3%
– Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana
Id-defiċit għas-sena d-dieħla mistenni li jinżel taħt it-3%. Din iċ-ċifra se tkun intlaħqet sentejn qabel il-perjodu ta’ erba’ snin li kienet tatna l-Kummissjoni Ewropea biex id-defiċit lokali jkun skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea. Iddefiċit għal din is-sena mistenni li jkun niżel għal 3.2%, bil-mira hi li d-defiċit tal-pajjiż jonqos b’tal-inqas 0.5% kull sena.
Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana. Dwar id-defiċit, huwa qal li “rridu nibagħtu messaġġ ċar li dak li qed nagħmlu huwa sostenibbli u se jwassalna definittivament taħt it-3%.” Mira li dwarha l-Ministru Caruana qal li mhux biss huwa fiduċjuż imma “ċert” li se tkun qiegħda tintlaħaq. Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Caruana tenna li s-suċċess u r-reżiljenza li nkisbu tul dawn l-aħħar snin, tista’ tidher għaliex pajjiżna, kuntrarju għal dak li qed jiġri f’pajjiżi oħra, l-ekonomija tiegħu baqgħet mhux biss b’saħħitha imma kompliet tikber.
Huwa semma kif minkejja l-inċertezza dinjija li tirriżulta fost oħrajn minn
żewġ gwerer – fil-Lvant tal-Ewropea u fil-Lvant Nofsani – l-ekonomija tagħna se tibqa’ reżiljenti u nistennewha li tkompli tikber bl-istess pass.
“Dan il-pajjiż, is-sena d-dieħla, għal sena wara loħra, se jibqa’ jkollu l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea. Nistennew tkabbir ekonomiku fl-istess livelli ta’ din is-sena, bi tkabbir reali ta’ 4%, kontra l-1.5% fl-Unjoni Ewropea.
“Pajjiżna, it-tkabbir ekonomiku tiegħu minn tal-inqas se jkun tliet darbiet aktar minn dak li l-Unjoni Ewropea se tkun qiegħda tesperjenza,” spjega l-Ministru Caruana. “Dan meta pajjiżi kbar, ġganti tal-Ewropea, it-tkabbir tagħhom huwa minn negliġibbli għal kważi xejn.”
Skont dak li qed jiġi proġettat, l-ekonomija ta’ Malta se tkompli tikber bir-rata medja ta’ madwar 4%. “Rata li se tkompli tippermettilna nkomplu ntejbu l-livell tal-għajxien, il-politika fiskali tagħna, u se tgħinna nilħqu aktar negozji u familji Maltin u Għawdxin.”
Dwar is-suq tax-xogħol, il-Ministru Caruana fakkar li 10 snin ilu, minkejja li kien
hemm ċertu xettiċiżimu, dan il-pajjiż għamel diversi għażliet kuraġġużi, ta’ politika, illi wasslu għar-riżultati.
Skont il-Ministru dawn in-numri jindikaw bl-aktar mod ċar li dan il-pajjiż matul iż-żmien irnexxielu jtejjeb ir-rata ta’ nies fl-impjieg speċjalment fost in-nisa li żdiedet bl-aktar mod sinifikanti u llum il-ġurnata, din ir-rata saħansitra tiżboq dik tal-Unjoni Ewropea.
It-tkabbir tas-suq tax-xogħol wassal ukoll biex pajjiżna, għall-ewwel darba fl-istorja, ikollu l-inqas ammont ta’ nies dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali. Dan filwaqt li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, Malta rreġistrat l-akbar rata ta’ tkabbir fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea (84.1%).
Il-Ministru Caruana żied jinnota li Malta għandha l-inqas rata ta’ qgħad fl-UE.
“F’Ġunju 2025, ir-rata f’pajjiżna kienet fil-livell ta’ 2.5%, bil-medja fl-UE tkun dik ta’ 5.7%.”
“Dan kollu nistgħu nsostnuh mhux biss għax ittieħdu dawk id-deċiżjonijiet tajbin 10 snin ilu, imma għax qed nkomplu nadottaw politika fiskali responsabbli, li tkompli tip-
proteġi lis-suq tax-xogħol mid-daqqiet esterni,” tenna l-Ministru.
Dwar l-inflazzjoni, il-Ministru Caruana semma li din niżlet sostanzjalment grazzi għall-miżuri li ttieħdu, bir-rata f’Lulju li għadda tkun fil-livell ta’ 2.5%. Stqarr li fix-xhur li ġejjin, l-inflazzjoni mistennija tkompli timmodera u “fix-xhur li ġejjin toqgħod fil-livell ta’ 2%.”
Il-Ministru Caruana tkellem ukoll dwar id-dħul u lħruġ tal-Gvern. Huwa qal li fil-passat riċenti saret rivoluzzjoni oħra siekta, li se tħalli ħafna ġid u li se twassal għal ħafna tibdil fis-snin li ġejjin.
“Kif 10 snin ilu, għedna daqshekk għall-abbuż fuq il-benefiċċji soċjali, u dik ir-riforma għax saret bilgħaqal ħadmet, ilkoll nafu li f’kull okkażjoni li jkolli dejjem intenni b’ċertu fermezza li ż-żmien li wieħed ma jħallasx it-taxxa jrid jispiċċa.”
“Ir-riżultati fid-dħul talGvern, anke permezz tal-investiment kbir li qed nagħmlu fis-sistema tal-IT fl-amministrazzjoni tattaxxa juri dan. Id-dħul talGvern is-sena l-oħra fuq is-sena ta’ qabel żdied b’1.2 biljun ewro,” qal il-Ministru.
“Il-Gvern qed jiġbor dak li għandu jiġbor. Għad baqa’ xi jsir. Iżda dak li għandna niġbru, se niġbruh. M’għandniex għalfejn inżidu jew indaħħlu taxxi. U m’għandux għalfejn isir hekk. Imma dak li hemm illum irid jinġabar. Nagħti l-assigurazzjoni tiegħi illi d-dħul talGvern ta’ din is-sena se jkun aktar minn dak li kien is-sena l-oħra fil-mod totali tiegħu.”
Dwar l-ispiża tal-Gvern, huwa qal li din kompliet tiżdied minn sena għalloħra, b’rata inqas minn kemm jiżdied id-dħul. Semma kif l-Gvern għadu jonfoq mal-€200 miljun fis-sena biex jissussidja l-kontijiet tal-enerġija fost oħrajn. F’dak li għandu x’jaqsam mad-dejn tal-pajjiż, il-Ministru Caruana qal li Malta għandha l-11 l-inqas rata ta’ dejn fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, rata ta’ madwar 47%.
“L-għan tagħna huwa dak li kif issa d-defiċit se jkompli nieżel, u l-ekonomija se tkompli tikber, mhux li nibqgħu taħt il-50%, iżda li noqorbu aktar lejn l-40%, li nkomplu nnaqqsu l-piż tad-dejn.”
Il-Ministru Caruana qal li dan kollu jfisser serħan ilmoħħ li l-pajjiż għandu biżżejjed flessibilità li meta jiġu d-daqqiet, bħalma ġew, il-Gvernijiet ta’ għada se jkollhom biżżejjed saħħa biex dawk id-daqqiet jilqgħulhom u dan il-pajjiż jibqa’ b’saħħtu.
Fi tmiem id-diskors tiegħu, il-Ministru Caruana tenna l-Budget 2026 se jkun ieħor responsabbli, li jkompli jgħin lill-familji u jkompli jgħin lil min iħaddem sabiex ikomplu jsostnu s-suq tax-xogħol. Budget ieħor li fi kliemu se jkompli jsaħħaħ is-sisien ta’ dan il-pajjiż fost il-kompettituri tagħna anke fl-Unjoni Ewropea.
“Minkejja l-isfidi jibqgħu hemm f’diversi oqmsa, dan irid ikun bduget ieħor fejn irridu nkomplu naraw il-benesseri ta’ dan il-pajjiż, taċ-ċittadini tiegħu, jkompli jitjieb minn sena għalloħra,” temm jgħid il-Ministru għall-Finanzi.
“Meta tikkunsidra l-flessibiltà fiskali li għandu l-Gvern nemmen li se jkun wieħed
mill-aħjar Budgets li kellna”
– L-ekonomista Clint Azzopardi Flores
“Naħseb
meta tikkunsidra l-flessibiltà fiskali li għandu l-gvern nemmen li se jkun wieħed mill-aħjar baġits li kellna. Nemmen li lgvern irid ikompli jindirizza dawk il-faxxex ta’ nies li qalgħu daqqa tajba fl-aħħar snin bl-għoli tal-ħajja li ġiet minn barra minn Malta, u jkompli jaħdem fuq akkomodazzjoni affordabbli u fejn jista’ jiżdied is-sussidju talkera”
Dan iddikjarah l-ekonomist Clint Azzopardi Flores f’intervista ma’ dan il-ġurnal. Riċentament tħabbar li id-defiċit għas-sena d-dieħla mistenni li jinżel taħt it-3%. Dwar dan, l-ekonomista beda biex qalilna li fuq din xtaq li vera jkun hawn min jifhem kif taħdem l-ekonomija u n-numri. Qal ukoll; “Iddefiċit kif qed tiddeskrivih int li se jinżel taħt it-3%, huwa proporzjon tal-kejl nazzjonali jew aħjar tal-Prodott Domestiku Gross. Dan huwa metriku li hu stabbilit internazzjonalment u anke fil-governanza tal-Ewro, li d-defiċit u d-dejn ikunu imkejla f’proporzjon tal-ekonomija. Il-metriku li tinżel taħt it3% hi figura maqbula fuq livell Ewropew mit-Trattat ta’ Maastricht”
Spjega kif jekk jinżel taħt it-3% , pajjiżna jkun mal-miri stabbiliti u b’hekk tissaħħaħ l-governanza tal-finanzi. Irrimarka li; “dan it-tnaqqis fi proporzjon ġej mit-tkabbir tal-kejl nazzjonali u anke l-effiċċjenza min-naħa tal-Ministeru tal-Finanzi li jiġbor aktar taxxi ta’ dawk li suppost iħallsuhom, għax fir-realtà it-taxxi tnaqqsu. L-aktar benefiċċju li tnaqqas id-defiċit hu l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea meta tagħmel assessjar tagħna toħroġna minn ‘l hekk imsejjaħ Excessive Deficit Procedure u tagħtik aktar flessibilità kif tfassal il-Budget”
Nistgħu ngħidu li pajjiżna għandu ekonomija li se tibqa’ reżiljenti. Dan minkejja l-inċertezza dinjija. Dwar ir-reżiljenza, l-ekonomista enfasizza l-fatt li; iva, l-ekonomija Maltija mbssra li se tibqa’ reżiljenti għax-xokkijiet minn barra. Però r-realtà barra minn Malta hi waħda differenti minn dik ta’ Malta. Ħafna pajjiżi mhux sejrin tajjeb ekonomikament u kul daqqa li jkun hemm minn barra inħossuha. Imma l-gvern għandu flessibilità fil-finanzi pubbliċi tal-pajjiż, anke sabiex jilqa’ għaliha f’każ li jseħħ xi ħaġa”.
Dwar dan, Azzopardi Flores żied jgħid; “l-aktar li qed iddejjaqni hi l-problema ġeopolitika tal-Lvant tal-Ewropa għax niddependu kif se tiżvolġi speċjalment kif inhu mfassal il-baġit Ewrope il-ġdid għas-seba’ snin li ġejjin”. Matul din l-intervista għamilna referenza għal dak li kiteb Azzopardi Flores innifsu fuq Facebook, fejn qal li l-Ewropa inbidlet, li m’għadiex l-istess t’20 sena ilu u li l-Oppożizzjoni u l-Gvern iridu jkunu spalla ma spalla għal dak li ġej.
L-ekonomista saħaq li; “iva, l-Unjoni Ewropea inbidlet. Ili ħafna ngħid dan ‘l fuq minn tlett snin minn meta ġejt lura Malta. Ir-raġuni hi li l-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea inbidlu. M’għadhomx il-fondi ta’ koeżjoni, u li timbotta pajjiżi li daħlu fl-Unjoni Ewropea dak inhar ‘l quddiem għall-konverġenza ekonomika. Il-prijoritajiet issa huma difiża u kompetittivita, li ma nafx kif it-tnejnm flimkien se jikkoeżistu flimkien”
Tenna li ;” Minn x’imkien iridu jaqtgħu il-flus biex jakkomodaw dal-fatt. Il-Gvern u l-Oppożizzjoni iridu jkunu spalla ma spalla barra minn Malta biex dak li nistgħu ninnegozjaw, nagħmluh flimkien għall-interess nazzjonali u mhux issir ħsarali tagħha jitlef il-pajjiż”.
“Din is-sena l-ekonomija tista’
tikber iktar milli mbassar”
– il-Kunsill Fiskali Konsultattiv
Il-Kunsill Fiskali Konsultattiv Malti (MFAC) ippreżenta l-evalwazzjoni tiegħu tar-Rapport ta’ Nofs is-Sena lill-Ministru għall-Finanzi. Il-Ministeru ħejja r-rapport f’Lulju ta’ din is-sena u dan ġie ppreżentat fil-Parlament u pubblikat fl-4 ta ’Awwissu 2025.
Ir-Rapport ta’ Nofs is-Sena għandu l-għan li jipprovdi aġġornament ekonomiku u fiskali abbażi talinformazzjoni disponibbli sal-ewwel nofs tas-sena u jqabbel dawn l-aġġornamenti mat-tbassir li jkunu ippubblikati qabel.
L-ekonomija Maltija kompliet tikber fl-2025, għalkemm b'pass aktar kajman fl-ewwel kwart tassena milli kien imbassar. Madankollu, il-Kunsill jara potenzjal aħjar għas-sena, appoġġjat minn konsum privat iktar qawwi.
Filwaqt li t-tkabbir fil-kummerċ internazzjonali mistenni jimmodera, it-turiżmu qabeż l-aspettattivi u l-esportazzjonijiet tas-servizzi baqgħet reżiljenti. Dan jsostni prospetti esterni aktar favorevoli milli hu previst fit-tbassir uffiċjali.
Matul l-ewwel nofs tal-2025, kemm id-dħul kif ukoll l-infiq tal-gvern kienu għoljin meta mqabbla mat-tbassir tat-tkabbir annwali tagħhom, u dan irriżulta f'defiċit stmat għal nofs is-sena ta' €172.0 miljun, ferm inqas mit-tbassir annwali ta' €787.8 miljun.
Dan ir-riżultat jirrifletti dħul robust mit-taxxa u tfaddil f'ċerti elementi ta' nfiq, għalkemm imbagħad hemm riskji ta' nfiq ogħla f’xi komponenti. Biex jintlaħqu l-miri fiskali tal-2025, it-tkabbir fin-nefqa primarja netta ffinanzjata nazzjonalment irid jinżamm qrib iż-żero, wara ż-żieda qawwija ta' 14.3% fl-2024. Biż-żieda fin-nefqa totali ta' 8.8% fl-ewwel nofs tal-2025, hija meħtieġa viġilanza stretta matul it-tieni nofs tas-sena biex tiġi żgurata l-konformità mar-regola
l-ġdida tal-UE fuq l-infiq.
Fl-istess ħin, tkabbir ekonomiku aktar b'saħħtu mistenni li jwassal għal-proporzjon tad-dejn mal-Prodott Domestiku Gross (PDG) aħjar kumparat mat-tbassir preċedenti, bid-dejn talgvern li mistenni jibqa' sew taħt il-limitu tas-60% tal-UE.
Abbażi tal-evalwazzjoni tiegħu tar-Rapport Annwali ta' Progress tal-2025, u l-aġġornamenti ppreżentati fir-Rapport ta' Nofs is-Sena tal-2025, il-Kunsill qed iressaq dawn irrakkomandazzjonijiet li ġejjin:
a. L-ekonomija ta’ Malta esperjenzat tkabbir robust f’dawn laħħar snin, li ħoloq ukoll pressjonijiet fuq id-domanda u żied ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità talpajjiż. Għalkemm it-tkabbir huwa previst li jimmodera, x’aktarx li se jibqa’ fost l-aktar b’saħħtu fl-UE, għalkemm fi sfond ta’ inċertezzi ġeopolitiċi.
Jekk it-tkabbir fl-ekonomija jibqa dipendenti l-iktar fuq konsum domestiku, dawn il-pressjonijiet jistgħu jiġu iktar prominenti. F’dan ir-rigward, l-isfida ewlenija hija li jitrawwem tkabbir sostenibbli u inklussiv fuq medda ta’ żmien medju.
Għalhekk, il-Kunsill jirrakkomanda li l-Gvern jaċċelera r-riformi strutturali f’oqsma produttivi, b’mod partikolari d-diġitalizzazzjoni, ittranżizzjoni ekoloġika, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-infrastruttura fiżika u soċjali, it-titjib fil-ħiliet tax-xogħol, u li jintlaħqu riżultati edukattivi aħjar.
b. Il-qafas rivedut tal-governanza fiskali tal-UE jitlob kontroll aktar strett fit-tkabbir tannefqa tal-gvern. Fl-istess ħin, Malta tinsab taħt il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv. IlKunsill itenni l-importanza li jiġi osservat il-perkors stabbilit għan-nefqa netta, li jiġu kontrollati l-ispejjeż rikorrenti filwaqt li jiġi salvagwardjat l-investiment produttiv.
Għalkemm id-defiċit ta’ nofs is-sena huwa ferm taħt il-livell proġettat, il-mira tal-2025 li tillimita t-tkabbir tan-nefqa netta primarja għal lejn iż-żero teħtieġ viġilanza kontinwa biex ma jseħħx infieq rikurrenti żejjed u fl-istess ħin jiġi salvagwardat l-investiment produttiv ppjanat.
c. Il-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali trid tkun konformi bissħiħ mal-qafas rivedut ta' governanza ekonomika tal-UE sa tmiem l-2025, kif mandat mid-Direttiva tal-UE 2024/1265.
Il-Kunsill hu impenjat li jin-
volvi ruħu mal-partijiet interessati sabiex jiġi revedut u emendat l-Att dwar ir-Responsabbiltà Fiskali bil-għan li tissaħħaħ iddixxiplina fiskali u titjieb l-prattiċità tal-liġi. Ir-reviżjoni għandha tibni fuq it-tagħlim miksub sa mill-adozzjoni tal-Att fl-2014, filwaqt li tiżgura li l-qafas jibqa' prattiku u rilevanti għas-sostenibbiltà fiskali.
Il-Kunsill jappella għal dibattitu parlamentari wiesa' u inklussiv, filwaqt li jenfasizza l-importanza ta' involviment f'waqtu minħabba l-perjodu limitat disponibbli qabel iż-żmien finali sabiex tiġi emendata u konformi.
ŻJARA TA’ VALUR: DELEGAZZJONI UKRENA F’MALTA BĦALA PARTI
MILL-PROĠETT TIPS4EU
Matul dawn l-aħħar ġimgħat, Malta kellha l-unur tilqa’ fostha delegazzjoni ta’ rappreżentanti Ukreni, viċi sindki, youth workers u project managers li jaħdmu fil-qasam talgvern lokali. Din iż-żjara saret bħala parti minn programm estensiv imfassal fil-qafas tal-proġett TIPS4EU, u damet madwar ħmistax-il ġurnata, b’laqgħat ta’ netwerking u żjarat f’entitajiet differenti tal-pajjiż.
Il-valur ta’ din l-inizjattiva jinsab mhux biss fil-kontenut professjonali tal-laqgħat iżda wkoll fil-messaġġ ta’ solidarjetà u appoġġ li l-poplu Malti, permezz tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (LCA), xtaq jibgħat lill-poplu Ukren f’mument diffiċli, delikat u ta’ sfida.
Programm Intensiv u Diversifikat
Il-programm kien mfassal b’attenzjoni kbira sabiex id-delegazzjoni Ukrena tkun tista’ tiltaqa’ ma’ firxa wiesgħa ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li jaħdmu qrib il-kunsilli lokali u l-komunitajiet ġewwa Pajjiżna.
Il-laqgħat bdew f’Għawdex, fejn ġew milqugħa mill-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex u l-Gozo Regional Development Authority (GRDA). Iltaqgħu ukoll mall-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca, fejn f’ nofs ta nhar ta’ tahdidiet, ġie spjegat lilhom il-kunċett tal-Fundazzjoni għall-Benessere tas-Soċjeta, kif ukoll id-diversi proġetti li qed taħdem fuqhom. Tkellimna wkoll dwar il-Kunsilli Loakli tat-tfal u s-saħħa li dawn jista’ jkollhom fil-valur tas-siċjeta parteċipattiva. Kien hemm ukoll żjara edukattiva fis-sistema tar-reverse osmosis f’Qala, li tat lill-mistednin stampa ċara dwar kif Malta timmaniġġja r-riżorsi limitati tal-ilma tagħha, suġġett ta’ importanza vitali anki għall-futur tal-ibliet Ukreni meta jerġgħu jibdew jissewwew wara l-gwerra.
Il-programm kompla b’laqgħat fil-MCC, il-Mediterranean Conference Centre, fejn id-delegazzjoni kellha l-opportunità tattendi wkoll sessjonijiet tal-All Digital Summit li kien qed issir fl-istess jiem, u li laqqgħa aktar minn 300 delegat barrani minn madwar l-Ewropa. Ilfatt li dawn iż-żewġ inizjattivi ħabtu flimkien, żied il-valur tal-esperjenza, peress li ppermetta lill-mistednin Ukreni jinteraġixxu ma’ parteċipanti oħra Ewropej. Aktar tard, il-mistednin kellhom laqgħat f’numru ta’ ministeri u dipartimenti governattivi, fosthom il-Ministeru għall-Affarijiet Interni, il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, il-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Uffiċċ-
ju Nazzjonali tal-Verifika, kif ukoll diversi aġenziji bħal Aġenzija Żgħażagħ, il-Malta Council for the Voluntary Sector, WasteServ, il-Richmond Foundation, Caritas u Cooperatives Malta. Dawn illaqgħat ippermettew skambju ta’ esperjenzi diretti u taw stampa ċara ta’ kif Malta, permezz talgvern lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, timxi fuq prattiċi sostenibbli u orjentati lejn ir-residenti.
Punti Ewlenin mill-Programm
1. Il-qawwa tas-sħubija bejn l-istituzzjonijiet
Wieħed mill-aktar tagħlimiet
ċari li ħarġu mill-programm kien il-valur tal-koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet. F’Malta, il-kunsilli lokali jaħdmu id f’id ma’ ministeri, aġenziji, NGOs u wkoll mal-komunitajiet infushom. Din is-sħubija ma tħallix li kwistjonijiet jibqgħu sospiżi jew jitħallew f’idejn entità waħda biss, iżda toħloq katina ta’ responsabbiltà u appoġġ reċiproku. Għall-parteċipanti Ukreni, li ġejjin minn pajjiż fejn il-gwerra kissret ħafna mill-istrutturi amministrattivi, dan il-mudell hu ta’ ispirazzjoni. Dan jista’ jgħinhom jinbnew mill-ġdid fuq bażi soda, fejn il-poter ma jkunx ċentralizzat biss iżda mifrux b’mod kollaborattiv, biex jiżdiedu l-effiċjenza u l-kredibilità tal-istituzzjonijiet
MARIO FAVA
Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
tagħhom.
2. L-importanza tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ
Żjara partikolari li laqtet lid-delegazzjoni kienet dik ma’ Aġenzija Żgħażagħ u l-esperjenza diretta li raw f’proġetti ta’ volontarjat. Malta tħares lejn iż-żgħażagħ mhux bħala sempliċi riċevituri ta’ servizzi, iżda bħala atturi ċentrali fil-ħajja soċjali u komunitarja. Huwa permezz tal-involviment tagħhom li l-komunitajiet jistgħu jittrasformaw, u jinħolqu proġetti ta’ impatt li jmorru lil hinn minn politiki fuq il-karta. Għall-Ukreni, din il-perspettiva kienet essenzjali: il-ġenerazzjoni żagħżugħa se jkollha rwol kruċjali fil-bini mill-ġdid tal-ibliet u l-irħula tagħhom, kemm fil-livell infrastrutturali kif ukoll fil-ħolqien ta’ sens ta’ appartenenza u tama f’nofs il-kriżi.
3. Il-governanza trasparenti u l-kontabilità
Il-laqgħat mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u mal-Ombudsman kienu xhieda ta’ kif l-istituzzjonijiet Maltin jaħdmu fuq il-prinċipju ta’ trasparenza u kontabilità. Is-sistema Maltija turi li kull deċiżjoni għandha tkun spjegata u aċċessibbli għall-pubbliku, u li l-iżbalji jew nuqqasijiet għandhom jiġu kkontrollati minn istituzzjonijiet indipendenti. Għal pajjiż bħal l-Ukrajna, li wara l-gwerra ser ikollu jerġa’ jibni l-fiduċja bejn iċ-ċittadini u l-istat, dawn il-prinċipji huma fundamentali. Il-parteċipanti Ukreni raw fil-prattika kif l-istituzzjonijiet jistgħu jżommu bilanċ bejn l-awtorità u r-responsabbiltà, u kif dan iżid il-leġittimità tal-proċessi demokratiċi.
4. Is-sostenibbiltà ambjentali u r-riżorsi limitati
Aspett ieħor li ħalla impressjoni qawwija kien kif Malta, minkejja ddaqs żgħir u r-riżorsi naturali limitati tagħha, irnexxielha toħloq mudelli innovattivi ta’ ġestjoni ambjentali. Minn żjara fil-faċilitajiet ta’ WasteServ, għall-laqgħat mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), id-delegazzjoni kellha ħarsa ċara ta’ kif politika ambjentali konsistenti tista’ twassal għal prattiki effiċjenti. Filkuntest Ukren, fejn il-gwerra ħalliet impatti ambjentali devastanti, il-ħtieġa ta’ soluzzjonijiet sostenibbli hija kbira. L-esperjenza Maltija turi li l-isfidi jistgħu jinbidlu f’opportunitajiet għall-innovazzjoni, u
li l-kura għall-ambjent hi parti integrali mill-bini mill-ġdid ta’ pajjiż.
5. Il-valur tal-appoġġ soċjali u tas-saħħa mentali
Delegazzjoni li ġejja minn reġjun taħt pressjoni kbira militari u umanitarja setgħet tapprezza ħafna l-esperjenzi ma’ entitajiet bħal Richmond Foundation u Caritas Malta. Dawn l-organizzazzjonijiet joffru appoġġ mhux biss materjali iżda wkoll emozzjonali u psikoloġiku lill-persuni vulnerabbli u lill-familji fil-bżonn. L-Ukreni raw minn qrib kif f’Malta hemm approċċ integrat li jqiegħed ilbniedem fiċ-ċentru, mhux biss bħala numru fi statistika iżda bħala persuna b’dinjità. Għall-futur tal-Ukrajna, il-ħsieb fuq saħħa mentali u l-kura tas-soċjetà se jkun kruċjali sabiex jitnaqqsu l-effetti fit-tul tat-trawma u jitwaqqfu komunitajiet b’saħħithom u reżiljenti.
Il-Valur tal-Ospitalità Maltija u r-Rwol tal-LCA
L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kellha rwol ċentrali f’din l-inizjattiva, mhux biss bħala koordinatur iżda wkoll bħala ospitant. L-esperjenza tal-LCA bħala xprun għall-gvern lokali Maltija u l-mod kif irnexxilha tistabilixxi ruha anki fuq xenarju Ewropew, tat eżempju ċar ta’ kif pajjiż żgħir bħal tagħna jista’ joffri valur kbir fuq livell Ewropew.
L-assoċjazzjoni rnexxielha turi kemm Malta għandha esperjenza vasta f’oqsma bħall-innovazzjoni teknoloġika, l-amministrazzjoni pubblika, u l-implimentazzjoni ta’ proġetti b’appoġġ mill-UE. Dan mhux biss poġġa lill-LCA fuq quddiem fuq livell Ewropew bħala “imsieħeb eċċellenti”, iżda wkoll fetaħ il-bieb għal aktar kollaborazzjonijiet fil-futur ma’ pajjiżi oħra li jinteressawhom proġetti simili.
Konverġenza ta’ Żewġ Avvenimenti Kbar
Interessanti wkoll kif iż-żjara talUkreni ġiet organizzata fl-istess ġimgħa tal-All Digital Summit f’Malta, avveniment prestiġjuż li laqqa’ aktar minn 300 delegat minn madwar l-Ewropa. Dan l-avveniment u l-programm TIPS4EU, għalkemm differenti fl-iskop, għandhom ħaġa waħda komuni: it-tkattir tal-għarfien, il-kondiviżjoni ta’ esperjenzi u l-bini ta’ pontijiet ġodda ta’ koperazzjoni. Id-delegazzjoni Ukrena setgħet
tara b’għajnejha kemm Malta qed tiġi rikonoxxuta bħala pjattaforma ta’ skambju Ewropew, realtà li żgur ser tħalli impatt pożittiv fuq il-futur tal-koperazzjoni bejn Malta u l-Ukrajna.
Konklużjoni: Lezzjoni ta’ Solidarjetà u Tama
Fi tmiem dan il-programm intens u sinifikanti, il-parteċipanti Ukreni esprimew gratitudni kbira lejn Malta u l-poplu Malti, mhux biss għall-mod sħiħ u akkoljenti kif ġew milqugħa, iżda wkoll għallvalur kbir tal-esperjenzi u l-laqgħat li ngħataw. Għalihom, kull diskussjoni, kull żjara u kull laqgħa kienu mhux biss mument ta’ tagħlim, iżda wkoll xhieda ħajja ta’ kif pajjiż żgħir bħall-Malta rnexxielu jibni mudell ta’ governanza lokali effiċjenti, komunitajiet parteċipattivi u servizzi li jpoġġu r-resident fiċ-ċentru ta’ kull politika. Il-parteċipanti rriflettew li, minkejja l-kriżi kbira li għaddejja minnha l-Ukrajna, Malta tatlhom messaġġ ċar u qawwi ta’ tama u solidarjetà. Dan il-programm ma kienx biss opportunità biex jitgħallmu kif jistgħu jsaħħu l-istituzzjonijiet tagħhom wara l-gwerra, iżda wkoll biex jifhmu li lvjaġġ tar-rikostruzzjoni ma jsirx waħdu. Jeħtieġ appoġġ minn imsieħba, minn pajjiżi oħra li lesti joffru l-għarfien tagħhom u li jaraw fil-bini mill-ġdid tal-Ukrajna mhux biss obbligu politiku, iżda wkoll responsabbiltà umana u morali. Il-lezzjoni ewlenija li ħarġet minn dan kollu hija waħda universali: anke f’nofs kriżi internazzjonali, il-bini mill-ġdid jibda billi nikkondividu l-aħjar prattiki, noħolqu pontijiet ta’ ftehim u nħarsu lejn xulxin bħala sieħba u mhux bħala kompetituri. Malta, permezz tal-viżjoni tal-Assoċjazzjoni u bil-filosofija tagħha ta’ “Residents First – Better Quality of Life,” wriet kif anke esperjenzi lokali jistgħu jiġu
adattati għal kuntesti ferm ikbar, bħal dak ta’ pajjiż fil-fażi ta’ wara gwerra.
Il-proġett TIPS4EU isarraf bħala pjattaforma konkreta li fiha l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali f’ Pajjiżna kellha rwol ewlieni ta’ koordinazzjoni u ospitalità. Permezz tiegħu, l-Ukreni mhux biss raw mill-qrib l-operat tal-kunsilli u l-aġenziji Maltin, iżda wkoll bnew relazzjonijiet diretti ma’ persuni u istituzzjonijiet li fil-futur jistgħu jsiru sieħba attivi fil-proċess ta’ rikostruzzjoni. Din il-ħidma, flimkien mal-fatt li l-viżjoni Maltija qed issir dejjem aktar rikonoxxuta fuq livell Ewropew, turi l-maturità u l-kredibilità li l-gvern lokali Malti kiseb matul is-snin.
Aktar minn hekk, il-fatt li l-programm ġie mtella’ fi żmien li fih Malta kienet qed tospita wkoll ilAll Digital Summit, b’aktar minn 300 delegat barrani, kompla jsaħħaħ l-idea li Malta tista’ tkun ċentru ta’ skambju u ta’ innovazzjoni fuq livell Ewropew. Dan jgħolli l-valur mhux biss tal-proġetti bħal TIPS4EU, iżda wkoll tal-kontribut Malti għall-isforzi Ewropej biex jinbnew soċjetajiet aktar ġusti, sostenibbli u inklużivi.
Fl-aħħar mill-aħħar, il-messaġġ li ħareġ hu ċar: pajjiż jista’ jkun żgħir fid-daqs, iżda kbir fil-kontribut tiegħu. Il-parteċipanti Ukreni ħadu magħhom mhux biss tagħlim u ideat prattiċi, iżda wkoll sens ta’ kuraġġ li s-solidarjetà bejn il-popli għadha ħajja u vitali. F’kull żjara, f’kull diskors u f’kull mument ta’ qsim tal-esperjenzi, Malta uriet li t-tama tista’ tinbena fuq pedemaneti sodi tal-koperazzjoni u l-għaqda.
Il-proġett TIPS4EU għalhekk ma kienx biss esperjenza ta’ taħriġ jew laqgħat uffiċjali, iżda sitwazzjoni ta’ solidarjetà u tama, esperjenza li se tibqa’ tixhed li, fil-qalb tal-Mediterran, Malta tista’ tkun parti integrali mill-proċess ta’ fejqan u rikonstruzzjoni tal-Ukrajna.
Minimum Investment €2000
Unsecured & Unsubordinated Bond.
Coupon rate at 6.25% with interest being paid twice yearly 15th May & 15th November, maturing in 2034
e.quikk is at the forefront of battery storage technology
+356 2090 8100 equikk-bonds.com
Timberland Invest Limited has also appointed Mr John Degiorgio as its Tied Agent (registered address: 10, Triq ta’ Xlejli, Il-Gudja GDJ 1801 and authorised as such by the MFSA with registration No: 60291/01). Call John Degiorgio on 9942 7746 Email: John.Degiorgio@timberland-finance.com Distributed by
Timberland Invest Limited registered address: Level 7, CF Business Centre, Gort Street, Paceville, St Julian’s STJ 9023) Contact Number: 2090 8100 | Website: www.timberland-malta.com | Email : info@timberland-malta.com