Pajjiżna għaddej minn ritmu ekonomiku b’saħħtu ħafna. Sena wara l-oħra qiegħed jibqa’ jirreġistra tkabbir sostanzjali li jiżboq dak ta’ pajjiżi oħra. Dawn ir-riżultati ma waqgħux mis-sema u lanqas ma ġew b’xi kumbinazzjoni, imma twettqu sforz ħidma mis-setturi ekonomiċi kollha, inkluż il-konsumaturi.
Diversi aġenziji tal-kreditu internazzjonali għal sena wara l-oħra rrikonoxxew din il-ħidma tant li mhux biss ma baxxewx il-klassifikazzjoni talekonomija Maltija imma wkoll dejjem esprimew li din se tkompli tikber minn sena għall-oħra.
Naqblu jew ma’ naqblux miegħu, dan il-mudell ekonomiku serva tajjeb lill-pajjiż hekk kif kien ilbażi biex jiġu introdotti bosta miżuri soċjali li kienu ta’ għajnuna kbira għall-familji Maltin u Għawdxin u anke għan-negozji, fl-istess waqt li ssaħħet issostenibiltà ta’ ċertu oqsma oħra kruċjali bħalledukazzjoni, is-saħħa u l-ambjent.
Dan it-tkabbir xi jfisser? Dan it-tkabbir jixhed irreżiljenza tal-ekonomija Malta minkejja l-isfidi internazzjonali. Wieħed mill-fatturi li wasslu għal dan it-tkabbir ekonomiku b’saħħtu kien it-turiżmu li matul is-sena l-oħra reġa’ kiber fl-istess waqt li l-konsum lokali rpilja sew. Iż-żieda fil-konsum huwa wkoll frott tal-istabbilità finanzjarja u ekonomika li għandu pajjiżna.
Ma’ nistgħux ma’ nsemmux il-banek lokali li ta’ spiss ikunu ta’ għajnuna għal żagħżagħ li jkunu se jixtru post. Dan kollu huwa wkoll konferma talviżjoni li kellu dan il-Gvern bil-miżuri fiskali u ekonomiċi li ħa b’mod partikolari fis-snin li għaddew.
Quddiem dan kollu, però irridu nkunu realistiċi u nsemmu l-fatt illi s-settur bankarju għad għandu realtajiet oħra li jikkonċernaw liż-żgħażagħ li qed ifittxu biex jiixtru l-ewwel propjetà tagħhom.
Nemmnu li h emm bżonn li l-banek ikunu aktar aċċessibbli u mingħajr burokrazja żejda, li qed tnaffar investituri milli jinvestu. Dan ukoll qed toħloq sfida liż-żgħażagħ bi dħul baxx biex ikunu f’pożizzjoni li huma wkoll jinvestu fi proprjetà tagħhom. Din is-sitwazzjoni nemmnu li għandha tiġi indirizzata, kemm min-naħa tal-Gvern, kif ukoll minn entitajiet differenti bħal Bank Malti għallIżvilupp.
Nota mill-Edituri
Nirayl Grech Omar Vella
Studju tal-Bank Ċentrali jikkonferma kemm
is-sussidji tal-enerġija qed jagħmlu differenza
Studju ppubblikat minn Noel Rapa, il-Kap tad-Dipartment ta’ Riċerka tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, jikkonferma kemm is-sussidji tal-enerġija għamlu differenza fl-aħħar snin. Tant li dan l-ekonomista jsostni li “the policy supported economic activity, reduced inflation, and protected low-income households”.
Ir-riċerka tindika li kieku ma ngħatawx is-sussidji kieku l-ekonomija Maltija kienet tkun 1.3% anqas. L-aktar li kienu jbatu miż-żieda fil-prezzijiet kienu ser ikunu dawk il-familji bi dħul baxx għax dawn jonfqu proporzjon relattivament akbar tad-dħul tagħhom fuq elettriku. Fil-fatt Rapa jinnota li l-piż tal-inflazzjoni fuq dawk bl-anqas dħul kien ikun id-doppju ta’ dak li kien se jolqot lill-familji bl-akbar dħul. Għalhekk is-sussidji kienu politika progressiva.
L-istudju jikkonferma li Malta kienet l-pajjiż li l-aktar ta sostenn lill-familji u negozji fil-qasam tal-enerġija. Dan hekk kif is-sostenn qabeż il-5% tal-prodott domestiku gross, kontra 3.2% madwar l-Unjoni Ewropea. Tant li Rapa jinnota li “Malta was the only EU country that did not experience any increase in retail energy prices during the global energy crisis.”
Il-Kap tad-Dipartiment ta’ Riċerka tal-Bank Ċentrali jindika li kieku l-Gvern kellu jwaqqaf is-sussidji b’mod immedjat, il-prezz tal-enerġija f’pajjiżna jitla’ f’daqqa bi 13%. Dan kieku jwassal biex il-prodott domestiku gross jonqos b’madwar 0.6%. Din id-daqqa fl-attività ekonomika tiġi kemm għax il-familji jispiċċaw inaqqsu l-konsum tagħhom, kif ukoll għax tonqos il-kompetittività ta’ pajjiżna tant li l-esportazzjoni tonqos b’0.7%. L-akbar daqqa fil-konsum tkun fost il-familji bl-aktar dħul baxx f’pajjiżna.
Fid-dawl ta’ dan l-ekonomista jirrakkomanda li jekk is-sussidji kellhom jonqsu, jkun importanti li l-flus li jiffranka l-Gvern ikunu diretti lura lill-familji bl-anqas dħul, kif ukoll li jsir xi forma ta’ investiment f’enerġija rinnovabbli ħalli tonqos id-dipendenza fuq enerġija impurtata. Imma l-istudju jindika li anke kieku dan iseħħ, it-tneħħija tas-sussidji fuq l-enerġija twassal għal tnaqqis fil-prodott domestiku gross ta’ 0.4%.
Dan jindika kemm huwa importanti li jkun hemm ippjanar fit-tul fil-kamp tal-enerġija. Tnaqqis fis-sussidji mingħajr investiment fil-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi lokali jkollha effetti negattivi ekonomiċi konsiderevoli. Huwa għalhekk kruċjali li l-Gvern ikompli bil-pjanijiet li għandu ħalli pajjiżna jkollu aktar enerġija rinnovabbli, fosthom bil-pjan ta’ offshore windfarms.
IL-FINANZI EWROPEJ
Minn Dr Alfred Sant
Fil-proġett tagħha, għall-finanzi Ewropej tas-snin 2028 – 2034, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi żieda sostanzjali finnefqa tal-Unjoni Ewropea. Dwar hekk, issemmi l-prioritajiet li l-istati membri mhux ħlief jinsistu fuqhom, bħad-difiża Ewropea u l-ħtieġa li jiddaħħal programm qawwi ta’ investiment maħsub biex itejjeb il-kompetittività ekonomika Ewropea. Il-Kummissjoni għandha raġun.
Mal-pubblikazzjoni tal-pjani tagħha, il-Gvern Ġermaniż stqarr li b’xejn ma jista’ jaqbel magħhom. Għax minn naħa, l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-istati Ewropej biex “jikkonsolidaw” il-baġits nazzjonali tagħhom u jnaqqsu mill-ispiża, u min-naħa tagħha, qed tisplodi ’l fuq l-ispiża Ewropea. Il-gvern Ġermaniż għandu raġun.
Ħaġa kurjuża kif kważi qatt – waqt li l-Ewropa riesqa lejn dan l-impass finanzjarju – ma jissemmew ir-regoli ta’ tmexxija taż-żona tal-ewro. Dawn jippermettu (biex wieħed ma jgħidx jinkoraġġixxu) lill-istati membri biex jirrispettaw ir-regoli baġitarji taż-żona billi jnaqqsu l-ispiża fl-investiment u jsostnu l-ispiża rikorrenti għal
raġunijiet elettorali.
Illum il-priorità Ewropea saret it-twettiq ta’ investimenti produttivi, infrastrutturali u militari. Biss, kif se jinstabu r-rieda politika, il-mezzi u l-appoġġ popolari biex dil-priorità titħaddem?
Żmien l-għażla
Qatt ma ħassejtni konfortabbli nikkummenta dwar l-għażliet organizzattivi ta’ partiti politiċi li nopponi jew ma naqbilx magħhom. Dawn huma ħwejjeġ interni li trid tkun qed tieħu sehem fihom mill-qrib biex tifhem il-loġika (anke jekk ma taqbilx magħha) ta’ li jkun għaddej. Ara mbagħad, dwar l-għażliet politiċi li jagħmlu partiti “oħra”, m’hemmx limiti għall-kritika li trid issir.
Biss nammetti li ma nifhem xejn għaliex il-PN biex jagħżel il-mexxej tiegħu il-ġdid qed jieħu daqstant żmien. Dan m’għandu xejn x’jaqsam mal-għażla politika li trid issir internament bejn il-kontestanti. Imma ġimgħat sħaħ biex tiġi organizzata elezzjoni interna mhumiex wisq? Fi żmien meta l-elezzjoni ġenerali mhiex daqstant
bogħod? Wieħed jifhem li fir-Renju Unit u forsi fil-Ġermanja... partit irid jiżgura li hemm żmien biżżejjed biex issir konsultazzjoni sħiħa mattesserati. Imma għal gżira ċkejkna bħal tagħna hemm bżonn dat-tul kollu, waqt li l-partit jibqa’ bla ras?
Ir-razziżmu f’Malta
Nittama li dawk li jsostnu, anke b’rieda tajba, li l-maġġoranza tal-Maltin mhumiex razzisti, għandhom raġun. L-evidenza ta’ xinhu jiġri f’pajjiżna ma tantx tappoġġja t-teżi tagħhom. Bħall-istorja tal-pizzeria li dan l-aħħar irrifjutat li dawk li jwasslulha l-pizzez tagħha, jinqdew fittoilets tagħha. Hemm episodji oħra, uħud ħafna ikreh.
Sadanittant l-awtoritajiet publiċi qed jagħmlu mill-aħjar tagħhom biex jikkombattu r-razziżmu. Bħal bir-riklam eċċellenti ta’ Transport Malta dwar “Safety at Sea” li jixraqlu kull tifħir. Madankollu, wieħed ikollu jiddubita kemm l-isforzi kollha intenzjonati tajjeb minn awtoritajiet publiċi u volontarji, fosthom tal-Knisja, qed jagħtu riżultati.
PROSPETTI BANKARJI GLOBALI GĦAS-SENA 2025 – RAPPORT TAL-EY
L-ewwel parti : Ċarezza fl-inċertezza Jekk tema waħda rrappreżentat l-2024, kienet l-inċertezza. Inċertezza ġeopolitika, hekk kif aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja marret għall-votazzjoni; inċertezza regolatorja, immexxija mill-frammentazzjoni, eżemplifikata minn adattamenti tard għall-finalizzazzjoni ta’ Basel fl-Istati Uniti; inċertezza ekonomika, hekk kif il-banek ċentrali għamlu progress filġlieda kontra l-inflazzjoni, iżda t-tkabbir talPDG baqa’ mrażżan; inċertezza teknoloġika hekk kif l-istituzzjonijiet qed jitħabtu biex jagħmlu l-investimenti t-tajba fit-teknoloġija emerġenti.
Minkejja dan, il-banek urew ir-reżiljenza tagħhom b’riżultati b’saħħithom appoġġjati minn fokus qawwi fuq il-profittabbiltà u telf ta’ self konsistentement baxx. Nistennew li l-inċertezza tkun il-kelma prinċipali tal-2025 ukoll, iżda nistennew li l-mexxejja tal-industrija jkollhom il-kapaċità li jkunu jistgħu jinnavigawha b’suċċess, bil- profittabbiltà tas-settur (redditu fuq l-ekwità) x’aktarx tibqa’ fiċ-ċifri doppji.
Għal settur li diġà qed jibbilanċja bosta prijoritajiet li jikkompetu, iż-żamma tal-profittabbiltà se tkun kruċjali biex tiżblokka l-kapaċità li jeħtieġ biex jinvesti f’deċiżjonijiet strateġiċi dwar l-impronta ġeografika, it-teknoloġija, ilklijenti, u l-iskop soċjetali li se jappoġġjaw t-tkabbir fil-futur.
Hekk kif qed nidħlu fl-2025, it-tbassir tas-suq huwa li l-banek ċentral inaqqsu r-rati tal-
imgħax b’madwar 70bps matu is-sena. Madankollu, għad hemm dibattitu intens dwar il-pass tat-tnaqqis, fejn ir-rati tal-imgħax eventwalment se jistabilizzaw.
It-tieni parti: Ħames prijoritajiet għall-banek Fir-rapport tagħha l-EY ddiskreviet ħames prijoritajiet għal banek u l-mistoqsijiet ewlenin li l-banek għalhekk se jkollhom bżonn jindirizzaw:
1. L-Immaniġġjar tar-riskju ġeopolitiku: Hekk kif is-sena tal-elezzjonijiet tintemm, kif jistgħu l-banek jappoġġjaw lill-klijenti f’pajsaġġ politiku globali ?
2. Nisfruttaw il-valur mill-investiment fit-teknoloġija: Kif jistgħu l-banek jimmassimizzaw il-valur mogħti mill-baġits tal-innovazzjoni hekk kif il-bilanċ tal-infiq jiċċaqlaq għal inizjattivi ta’ bidla obbligatorji?
4. Definizzjoni mill-ġdid tal-iskop: Kif jistgħu l-banek jiżguraw li jkollhom rwol pożittiv fissoċjetà, inkluż it-tiswir tat-tranżizzjoni lejn dinja b’livell baxx ta’ karbonju u l-promozzjoni ta’ azzjoni soċjali pożittiva?
5. It-triq lejn profittabilità sostenibbli: It-trasformazzjoni tal-ispejjeż iżda jistgħu l-banek ukoll isibu mogħdijiet ġodda għat-tkabbir li jwasslu għal qligħ ogħla aktar faċilment.
IS-SETTUR BANKARJU HUWA
MERA TAT-TKABBIR EKONOMIKU LI QEGĦDIN NESPERJENZAW F’PAJJIŻNA
– L-Ekonomista Professur Philip von Brockdorff
Is-settur bankarju huwa mera tat-tkabbir ekonomiku li qed nesperjenzaw f’pajjiżna. Min-naħa l-banek żiedu s-self lill-individwi, familji u negozji u min-naħa l-oħra kellhom żieda wkoll fid-depożiti.
Dawn l-iŻviluppi huma riżultat ta’ tkabbir fl-attività ekonomika u d-dħul kif ukoll l-kons ġenerat minn dak it-tkabbir. F’dan l-isfond issettur bankarju għandu kemm bażi kapital b’saħħtu (il-ħruġ ta’ bonds ta’ żewġ banek ewlenin komplu jsaħħu l-bażi kapitali ta’ dawn iż-żewġ banek) kif ukoll likwidità għolja.
Il-kwalità ta’ assi fis-settur bankarju qed tissaħħaħ ukoll bin-Non Performing Loans jinżel għal 2.1% fl-2024. Minkejja li l-profitti tal-banek kummerċjali bbażati f’Malta jvarjaw minn bank għal bank, komplessivament is-settur baqa’ wieħed reżiljenti.
Hu minnu li proporzjon qawwi ta’ self qed imur għal bini u xiri ta’ proprjetà bir-riskji kollha marbuta ma’ dan il-fatt. Madankollu, is-settur tar-real estate ma jidhirx li dieħel għal xi kriżi u l-prezzijiet baqgħu jiżdiedu. Naturalment dan jista’ jfisser piżijiet akbar għal minn jissellef iżda għal banek l-agħar sitwazzjoni hi meta s-suq tal-proprjetà jidħol fi kriżi u l-prezzijiet jaqgħu.
Ta’ minn iżid li minħabba l-kriżi finanzjarja li għaddiet minnu l-Ewropa fl-2008 u 2009, il-qafas regolatarju llum hu ferm aktar b’saħħtu mill qatt kien u dan jagħtu aktar serħan ta’ moħħ lill-klijenti li għandhom depożiti jew jisselfu mill-banek. Permezz ta’ dan il-qafas ukoll il-banek jista’ joperaw b’aktar ċertazza.
Hu minnu li l-liġijiet bankarji li daħlu fis-seħħ wara l-2009 fissru aktar spejjeż għal banek iżda kienu neċessarji biex il-fiduċja fis-sistema bankarju tkun assigurata. L-isfida li jiffaċċjaw il-banek li joperaw f’Malta hi d-daqs ta’ pajjiż u l-limitazzjoni li ċ-ċokon tal-pajjiż ġġib magħha. Flopinioni tiegħu kien dan li jwassal għal HSBC biex jagħżel li jibda l-proċess biex ibigħ l-attività bankarja f’pajjiżna.
Bħal kull attività ekonomika, is-settur bankarju jrid iħares ’l quddiem u jkompli jinvesti fid-digitilizzazzjoni tas-servizzi bankarji u billi jibqa’ wieħed stabbli u b’reputazzjoni b’saħħita’. Niftakru l-inċertezza li ħolqot il-grey listing f’pajjiżna iżda ttieħdu l-passi neċessarji u kien hemm ukoll ir-rieda politiku biex negħlbu dik l-isfida. Irridu niżguraw li ma nerġgħux ngħaddu minn dik l-esperjenza. Ir-rwol tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji f’dan il-kuntent huwa wieħed kruċjali.
Is-settur bankarju ma joperax f’iżolament iżda jrid jaqra s-sinjali tażżminijiet, jifli sew x’inhuma l-sfidi u opportunitajiet li għandha l-ekonomika u s-soċjetà f’pajjiżna, u jifhem dawk l-iżviluppi li għaddej minnu pajjizna inkluż pjanijiet fit-tul bħal Viżjoni 2050 li l-għan ewlieni tagħha hu l-ekonomija tkun aktar sostenibbli bl-isfidi u opportunitajiet kollha li trasformazzjoni bħal din iġġib magħha.
Il-banek kummerċjali għandhom mhux biss rwol importanti biex dan il-għan jintlaħaq iżda għandhom ikun protagonisti f’din il-bidla.
Le għal kull tip ta’ abbuż onlajn – emendi legali sabiex ngħinu lill-vittmi
Min jaf kemm persuni u familjari tagħhom tkissru minħabba qlajjiet u xniegħat foloz li nxterdu onlajn? X’togħma morra jaf tħalli esperjenza bħal din u x’konsegwenzi tista’ tħalli fit-tul?
Sfortunatament huma bosta persuni li spiċċaw vittmi ta’ persuni kodardi li lesti jagħmlu l-ħsara minn wara screen, mingħajr ma jiddentifikaw lilhom nfushom.
Fil-fatt, matul is-sena l-oħra kienu rrappurtati madwar 900 każ ta’ abbuż onlajn, b’ħafna minn dawn il-każijiet baqgħu jiġu segwiti
b’għajnuna professjonali.
Konxji minn dawn ir-realtajiet, xammarna l-kmiem u ħdimna sabiex infasslu liġi li tirregola u żżomm responsabbli lil min jabbuża jew jipprova jweġġa’ lil persuna oħra onlajn.
Liġi li se tagħti protezzjoni lill-vittmi li jkunu għaddew minn cyber bullying u cyber stalking. Dawn tal-aħħar ser isiru reat fihom u jġorru piena ta’ minn sena sa 5 snin ħabs, u multa ta’ madwar €30,000. Pieni li jirrifletu s-serjetà ta’ dan ir-reat.
Quddiem dawn ir-realtajiet, il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) tħaddem numru t’inizjattivi bħal BeSmartOnline, Safer Internet Day u diversi programmi offruti minn skejjel primarji u sekondarji, sabiex toħloq aktar għarfien, prevenzjoni u azzjoni fil-ħin li tevita konsegwenzi akbar ‘l quddiem.
Ħadd m’għandu dritt jweġġa lil ħaddieħor, speċjalment persuni vulnerabbli bħal tfal, adoloxxenti u persuni bi sfidi mentali. Aħna se nkunu hemm sabiex noffru tama, wens u azzjoni lil dawk il-vittmi kollha tal-abbuż onlajn.
L-importanza ta’ investiment lokali
f’portafoll diversifikat
Kont għadni wisq zgħir biex nibda ninvesti fis-suq tal-ishma lokali fid-disgħinijiet, li hi meqjusa bħala l-era tad-deheb għall-Borża ta’ Malta. Tista’ tgħid tinvesti fejn tinvesti kellek ċans kbir li tagħmel flus tajba. Forsi ftit inqas ’il bogħod minn dak iż-zmien, nistgħu nsemmu l-era ta’ bejn l-2002 u l-2006, fejn f’inqas minn erba’ snin, l-indiċi lokali tela’ b’aktar minn 250%.
Illum l-istorja hi kemmxejn differenti. F’pajjiżna s-suċċess filprezz tal-ishma jdur prinċiparjament ma’ kemm il-kumpanija hi ġeneruza meta tiġi biex tqassam il-profitti lill-azzjonisti minħabba lfatt li l-investitur lokali tendenzjalment għandu preferenza lejn l-imgħax u d-dħul mid-dividends. Dan rajnieh fi żmien il-Pandemija tal-Covid 19 meta kumpaniji lokali kellhom iwaqqfu d-dividends biex jissalvagwardjaw il-likwidità, kawża tal-inċertezza li l-pandemija kienet ġabet magħha dak iż-żmien.
Intant id-dinja finanzjarja kompliet tevolvi u t-teknoloġija għamlitha ferm iktar faċli biex dak li jkun jinvesti fi kwalunkwe suq u kumpanija mal-erbat’ irjieħ tad-dinja. Dan kompla jżid mal-pressjoni fuq l-ishma lokali, hekk kif temi bħall-Magnificent 7, Intelliġenza Artifiċjali, Robotika, Assi Diġitali u oħrajn, kollha bdew irendu profitti sostanzjali, kollha fatturi li komplew jippenalizzaw l-ishma li huma kkunsidrati iktar stabbli (ta’ valur: fejn il-prezz tal-ishma hu multipli baxx tal-qliegħ), fost l-oħrajn l-ishma bankarji, tal-kumpanji tal-karozzi, u saħansitra anke dawk ta’ kumpaniji lokali.
Jekk nagħtu ħarsa lejn l-ishma fl-għaxar snin ta’ qabel il-Covid 19 (minn Jannar 2009 sa Diċembru 2019) naraw Ii l-indiċi tal-ishma lokali kien tela’ bi 93% inkluż id-dividend, filwaqt li s-suq Ewropew kien tela’ b’87%. Is-suq Amerikan dejjem kien iktar attraenti hekk kif dan tela’ b’aktar minn 250% fl-istess perjodu. U jekk wieħed iqis l-effett tad-dollaru, dan il-gwadann jitla’ saħansitra sa iktar minn 350%.
L-istorja bdiet tinqaleb wara l-pandemija, b’kambjament fl-ap-
tit lejn ir-riskju, u l-aċċessibilità u l-profitabilità f’ambitu ekonomiku li għen kumpaniji li qed jikbru. Dan wassal biex l-investimenti internazzjonali jsiru iktar attraenti. Fil-fatt minn Jannar tal-2020 salaħħar ta’ Ġunju 2025 filwaqt li ssuq Amerikan irdoppja fil-valur u s-suq Ewropew tela’ b’70% (speċjalment wara t-tħabbir mill-Gvern Ġermaniż dwar miżuri fiskali ta’ investiment u tal-policies ġodda fuq id-dejn tal-Ġermanja), is-suq lokali baqa’ fejn kien. Filwaqt li l-BOV u l-HSBC telgħu fil-valur (145% u 51% rispettivament), il-kumpaniji lkbar l-oħra kollha tilfu fil-valur b’perċentwal ta’ ċifra doppja.
Huwa paradoss interessanti kif fl-istess perjodu li l-ekonomija Maltija kibret b’mod sostanzjali abbażi ta’ Prodott Gross Domestiku, dan ma kienx rifless fil-prezzijiet tal-ishma. Fil-fatt anke jekk nagħtu ħarsa lejn l-istampa monetarja tal-kumpaniji nfushom, fil-maġġoranza tagħhom qegħdin f’pożizzjoni aħjar minn kif kienu ħames snin ilu. Anke mil-lat ta’ valutazzjoni, il-metriċi li jintużaw mill-analisti huma f’pożizzjoni aħjar.
Biex tiġi spjegata din id-disparità bejn is-suq tal-ishma lokali u dawk internazzjonali qed isiru diversi fora fuq livell nazzjonali. IlBorża ta’ Malta ħabbret li se tkun
qed tagħmel ir-riċerka iktar aċċessibbli filwaqt li anke rrevediet il-ħlasijiet tat-tranżazzjonijiet. Mill-banda l-oħra diversi kumpaniji qegħdin iniedu programmi ta’ Share Buybacks biex iżidu d-domanda u wara kollox il-likwidità, fosthom l-MIA u M&Z p.l.c., li diġà huma fis-seħħ u l-Bank of Valletta, fejn il-programm mistenni li jibda fil-jiem li ġejjin. Dan jidher li qed iħalli l-frott hekk kif erbgħa mill-ikbar ħames kumpaniji lkbar diġà qed ikollhom sena pożittiva, filwaqt li l-indiċi jinsab 5.5% ’l fuq fl-ewwel nofs tal2025, aħjar minn dak Amerikan li meta kkonvertit għall-Euro, qiegħed minn taħt b’7%, filwaqt li dak Ewropew qed jiggwadanja 12%.
Fir-rigward tas-suq tal-Bonds ftit hemm xi ngħidu. Fis-suq lokali, kemm dawk governattivi u kif ukoll ta’ kumpaniji privati baqgħu ikunu ta’ suċċess. Rajna diversi bonds ġodda u roll-overs ta’ bonds antiki li qabżu s-sottoskrizzjoni inizjali. Ukoll ta’ min japprezza l-fatt li l-imgħaxijiet fuq il-Bonds talGvern telgħu pari passu ma’ dawk globali, filwaqt li l-imgħax fuq bonds ta’ kumpaniji privati wkoll raw titjib.
Għaldaqstant biex nikkonkludi, nsostni l-punt li taħlita ta’ investimenti lokali ma’ dawk internazz-
jonali, bil-benefiċċji u r-riskji tagħhom, joffrulek diversifikazzjoni u stabbiltà li investimenti oħrajn ma jagħtux.
Maħruġ minn Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130
Clifton Caruana huwa Senior Portfolio Manager, fil-Bank of Valletta p.l.c.
Il-valur tal-ishma u l-bonds jista’ jinżel kif ukoll jitla’ u l-investitur jista’ jitlef parti jew il-flus kollha investiti fihom. L-informazzjoni f’dan l-artiklu hija bbażata fuq opinjoni personali tal-awtur u qed tiġi pprovduta purament għal fini ta’ informazzjoni. Din l-informazzjoni m’għandhiex titqies bħala parir ta’ investiment, parir dwar prodotti ta’ investiment jew deċiżjonijiet, taxxa jew parir legali.
Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju u s-servizzi ta’ investiment f’termini talAtt dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta) u tal-Att dwar Servizzi ta’ Investiment (Kap. 370 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Minn Clifton Caruana
IL-KUNTEST GLOBALI U L-VULNERABBILTÀ TAL-GŻEJJER
It-tibdil fil-klima mhux biss huwa l-ikbar sfida ambjentali tas-seklu 21, iżda huwa wkoll fattur determinanti għall-ġejjieni tal-industrija tat-turiżmu, b’mod partikolari fil-gżejjer. Il-karatteristiċi ġeografiċi u ambjentali tal-gżejjer, bħall-elevazzjoni baxxa, id-dipendenza fuq risorsi naturali limitati, u l-ekonomiji żgħar, jagħmluhom partikolarment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil klimatiku. Il-gżejjer Mediterranji, fosthom Malta, huma fost ir-reġjuni li diġà qed jesperjenzaw impatti sostanzjali fuq il-klima lokali u s-sistemi ekoloġiċi tagħhom.
Il-klima fl-ambjent Mediterranju qed tisħon b’rata ikbar mill-medja globali, bi sjuf dejjem aktar sħan, nixfa aktar intensa, u livelli talbaħar li qed jiżdiedu b’mod gradwali iżda persistenti. Dawn il-bidliet qed joħolqu sfidi kbar mhux biss għall-ambjent naturali u l-infrastruttura, iżda wkoll għall-vijabbiltà tas-settur turistiku bħala sors ta’ dħul u impjieg. F’din il-perspettiva, l-adattament għat-tibdil fil-klima m’għadux kwistjoni ta’ għażla jew responsabbiltà morali, huwa pass essenzjali għall-istabbiltà u s-sostenibbiltà ekonomika tal-gżejjer.
Impatti Negattivi fuq l-Ekosistemi u l-Attrazzjoni Turistika Waħda mill-konsegwenzi immedjati tat-tibdil fil-klima hija d-degradazzjoni tal-ekosistemi li jagħmlu parti integrali mill-offerta turistika tal-gżejjer. Żieda fit-temperatura tal-baħar qed taffettwa s-saħħa tal-ekosistemi marittimi, b’mod partikolari r-reef tal-pjanti tal-baħar u l-popolazzjonijiet talħut, li huma kruċjali għall-ekoturiżmu, id-diving u l-ikel frisk. F’xi każijiet, it-tibdil fil-klima ħeġġeġ ukoll l-espansjoni ta’ speċi invażivi li jistgħu jheddu l-bijodiversità lokali.
Il-ħruq tan-natura, ix-xita intensa u l-maltemp qawwi huma wkoll iktar frekwenti u imprevedibbli, u jistgħu jikkawżaw ħsarat diretti lill-infrastruttura turistika, jillimitaw l-aċċess għal siti popolari, u jnaqqsu l-kapaċità ta’ żoni sensittivi li jilqgħu l-viżitaturi. Barra minn
hekk, l-erużjoni tal-kosti, l-għibien tas-sabbji fuq il-bajjiet, u ż-żieda fil-livell tal-baħar jistgħu jkissru waħda mill-aktar attrazzjonijiet turistiċi ċentrali tal-gżejjer, il-kosta.
Dan kollu jwassal għal riskju ċar: li destinazzjonijiet turistici jsiru inqas attraenti, li jnaqqas id-domanda u jikkawża telf ekonomiku għar-residenti li jiddependu fuq dan is-settur. Għalhekk, huwa vitali li politiki ta’ mitigazzjoni u adattament jiġu integrati direttament f’kull livell tal-ippjanar turistiku u tal-iżvilupp territorjali.
Is-Saħħa Pubblika u l-Komunitajiet
It-tibdil fil-klima għandu wkoll impatt indirett fuq is-saħħa pubblika, impatt li jista’ jkollu konsegwenzi fuq il-komunitajiet lokali kif
ukoll fuq l-esperjenza turistika nfisha. Mewġ ta’ sħana jistgħu jaffettwaw b’mod disproporzjonat l-anzjani u n-nies b’mard kroniku, filwaqt li mard ġdid relatat ma’ insetti bħal dengue jew chikungunya fil-klima Mediterranja qed issir realtà dejjem aktar probabbli.
Għal turisti li jħarsu lejn il-gżejjer bħala postijiet ta’ rilassament u mistrieħ, dan ir-riskju jista’ jkun deterrent. Għaldaqstant, is-sistemi tas-saħħa, tas-sigurtà u tal-informazzjoni għall-pubbliku għandhom jiġu adattati u msaħħa bħala parti integrali mit-tħejjija għall-bidliet klimatiċi.
Adattament: Pjanifikazzjoni Intelligenti u Soluzzjonijiet Naturali
Biex il-gżejjer ikunu jistgħu jaf-
faċċjaw b’mod effettiv dawn il-bidliet, hemm bżonn ta’ approċċ ta’ adattament integrat li jinkludi miżuri soċjali, infrastrutturali u naturali. Wieħed mill-aktar aspetti effettivi hu l-użu ta’ nature-based solutions; bħal restawr ta’ widien, ħolqien ta’ ċinturin ta’ veġetazzjoni tul il-kosti biex tiġi kkontrollata l-erożjoni, u restawr ta’ sistemi tradizzjonali ta’ ġestjoni tal-ilma bħall-ġwiebi u l-ħitan tas-sejjieħ. Minbarra dan, irid ikun hemm analiżi regolari tal-vulnerabbiltà ta’ żoni turistiċi għal għargħar, maltemp u temperaturi għoljin, sabiex jiġu introdotti protokolli ta’ protezzjoni, sistemi ta’ twissija bikrija, u kampanji ta’ informazzjoni għall-viżitaturi. Turiżmu li jkun reżiljenti għall-klima mhux biss jgħin biex jiġu mnaqqsa l-konsegwenzi potenzjali ta’ diżastri natura-
MARIO FAVA
Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
li, iżda wkoll jagħti sinjal ta’ sigurtà u serjetà lill-industrija kollha.
Enerġija u Emissjonijiet: Rwol Kritiku fit-Tnaqqis tal-Karbonju
Hemm ħtieġa urġenti li l-gżejjer ikunu ta’ eżempju f’miżuri li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju tagħhom. Dan ifisser li għandu jkun hemm żieda sinifikanti fl-użu ta’ sorsi rinnovabbli tal-enerġija, fl-istess ħin li jiġu applikati miżuri ta’ effiċjenza enerġetika fuq skala kbira, kemm fil-faċilitajiet turistiċi kif ukoll fid-djar privati. It-turiżmu innifsu għandu impatt karboniku sinifikanti, l-aktar minħabba t-trasport bl-ajru. Għalhekk, għandu jkun hemm enfasi fuq il-promozzjoni ta’ turiżmu reġjonali, alternattivi ta’ trasport bilbaħar b’teknoloġiji nodfa, u l-iżvilupp ta’ rotot turistiċi “slow”, li jinkoraġġixxu esperjenzi estensivi aktar milli vjaġġi frekwenti f’perjodi qosra. Lukandi u akkomodazzjonijiet għandhom jiġu mħeġġa jimplimentaw “carbon audits” u jikkalkulaw il-fattur tal-karbonju tagħhom, b’għajnuna teknika u inċentivi.
Edukazzjoni, Taħriġ u Parteċipazzjoni
Waħda mill-armi l-aktar effettivi kontra t-tibdil fil-klima hija lgħarfien. Għaldaqstant, għandhom jiġu żviluppati programmi ta’ edukazzjoni ambjentali u klimatika kemm għal-lokal kif ukoll għat-turisti. Fil-komunitajiet, l-iskejjel u ċ-ċentri kulturali għandhom ikunu pjattaformi għal diskussjoni fuq il-bidla fil-klima u x’għandu jsir biex jiġi adattat ilħajja ta’ kuljum għaliha. Il-ħaddiema fis-settur turistiku għandhom jirċievu taħriġ speċifiku fuq kif jistgħu jimxu ma’ turiżmu b’livell baxx ta’ karbonju, kif jippreżentaw prattiki sostenibbli lill-klijenti tagħhom, u kif jirrispondu għal sitwazzjonijiet relatati mal-impatti klimatiċi. Għandhom jiġu żviluppati wkoll kodiċi ta’ kondotta għall-operaturi turistiċi u sistemi ta’ ċertifikazzjoni relatati ma’ prestazzjoni ambjentali.
Sensibilizzazzjoni diretta għandha ssir wkoll mal-viżitaturi. Għalhekk, infografika faċli, sinjali fuq il-bajjiet, apps b’informazzjoni dwar l-impatt klimatiku, u avviżi fuq mezzi tat-trasport jistgħu jkunu mezzi prattiċi u effettivi biex jinbena turiżmu aktar konxju. Lgħan huwa li kull viżitatur jifhem li huwa parteċipant f’ġlieda globali, u li l-għażliet li jagħmel matul bta-
la f’gżira jistgħu jagħmlu differenza reali.
Politika, Sħubijiet u Finanzjament
It-tibdil fil-klima jeħtieġ reazzjoni politika ċara, multilivellatal u bbażata fuq evidenza. Il-gżejjer għandhom jintegraw strateġiji ta’ adattament għall-klima fil-pjanijiet tagħhom għat-turiżmu, fil-politiki tal-użu tal-art, u fil-baġits ta’ investiment pubbliku. Il-politika għandha tippremja lil dawk li jimplimentaw prattiki sostenibbli u tippromwovi approċċi integrati li jġibu flimkien is-setturi kollha; l-ambjent, is-saħħa, l-enerġija, ittrasport u t-turiżmu.
Għandu jiġi sfruttat ukoll il-finanzjament Ewropew u internazzjonali li jappoġġja l-azzjoni klimatika, bħall-Green Deal tal-UE, il-Fond
għal Transizzjoni Ġusta u s-sorsi multilaterali ta’ finanzjament għall-klima.
Dawn ir-riżorsi jistgħu jintużaw biex jiġu finanzjati infrastrutturi reżiljenti, restawr ta’ żoni vulnerabbli, sistemi ta’ monitoraġġ u taħriġ professjonali.
Fuq livell reġjonali, is-sħubijiet bejn gżejjer oħra fil-Mediterran u barra minnu jistgħu jkunu għodda prezzjuża għall-iskambju tal-aħjar prattiki, it-tħejjija konġunta ta’ proġetti u l-promozzjoni ta’ kampanji ta’ għarfien pubbliku fuq skala akbar.
Il-kollaborazzjoni bejn gżejjer tista’ ssaħħaħ l-identità komuni tagħhom bħala atturi vulnerabbli iżda proattivi f’din il-kriżi globali.
It-tibdil fil-klima mhuwiex xi theddida futuristika – huwa realtà li qed taffettwa l-gżejjer b’mod konkret u f’diversi livelli. Għal gżejj-
er li jiddependu fuq l-attrattività naturali, il-kalma ambjentali, u l-kwalità tal-ħajja biex jattiraw lit-turisti, dan it-tibdil jirrappreżenta sfida ewlenija għall-vijabbiltà tagħhom.
Madankollu, dan jista’ jkun ukoll opportunità. Opportunità biex jinbnew mudelli ġodda ta’ turiżmu – bbażati fuq reżiljenza, responsabbiltà u għaqal ambjentali. Opportunità biex il-komunitajiet jerġgħu jżommu kontroll fuq ilġejjieni tagħhom u jsiru atturi ċentrali fil-ġlieda kontra l-kriżi klimatika.
Il-gżejjer jistgħu, u għandhom,ikunu eżempju għal djarhom u għad-dinja ta’ kif it-turiżmu jista’ jgħin mhux biss biex jiġi adattat għal din il-ġlieda iżda wkoll biex jikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-bidla li għandna bżonn naraw.