Ekonomija Diċembru 2023

Page 1

#27

2 ta' Diċembru 2023

“Naħseb li l-miri tal-Budget jidhru li huma realistici” p4 | Niffaċċilitaw it-tranzizzjoni ekologika bit-tisħieħ fil-ħiliet p8

L-EKONOMIJA LI TKOMPLI TIKBER

Nota mill-Edituri

Omar Vella

Nirayl Grech

L

-aġenzija tar-ratings internazzjonali, Moody’s riċentament ikkonfermat ir-rating ta’ Malta bħala A2, waqt li sostniet li dan ir-rating għandu outlook stabbli. L-esperti tal-Moody’s sostnew li pajjiżna huwa “an economy that is dynamic, wealthy and diversified”. Fil-fatt pajjiżna dejjem jiġi fuq ta’ quddiem fejn tidħol rata ta’ tkabbir ekonomiku. Ċertifikat importanti u inkoraġġanti li għandna narawh bħala punt ta’ fejn irridu naslu imma bħala punt ta’ tluq għal dak li għandha tkun l-ekonomija ta’ pajjiżna illum u wisq aktar għada. L-ekonomija ta’ pajjiżna, dibattitu li qanqal opinjonijiet differenti fuq il-pass li jmiss. Dibattitu bejn dawk li qed jinsistu fuq il-ħtieġa ta’ mudell ekonomiku ġdid u dawk li jħoss li għandna nibnu fuq dak li ksibna. Dak li fforma s-sinsla ekonomika Maltija u fuqu niddiversifikaw, nirrigeneraw. Irrispettivament liema ħsieb ekonomiku wiehed għandu, żgur naqblu li s-sissien ekonomiċi ta’ pajjiżna b’sahhithom. Premessa li fuqha żgur wieħed jifhem x’għandu jkun il-pass li jmiss. Pass li fuqu pajjiżna jisfrutta l-kapaċitajiet tal-kapital uman lokali, li jisfrutta il-vantaġġ ġeostrategiku lokali, li jisfrutta l-vantaġġ ta’ pajjiż żgħir imma dinamiku u progressiv. Pass li jmiss li jisħaq li l-ekonomija Maltija taħseb barra mill-kaxxa u jekk hemm bżonn mingħajr il-kaxxa. Pass li jmiss li ma jitlobx li nirrinventaw ir-rota imma li nadattaw għal dak li qed jiġri madwarna, għal dak li jridu s-swieq ta' madwarna, għal dak li s-suq internazzjonali jrid. Xejn ikkumplikat. Pass li Malta tul l-storja glorjuza tagħha dejjem uriet li kapaċi tadatta, kapaċi tisfrutta, kapaċi teċċella. Imma biex dan jintlaħaq, l-prijoritá għandha tkun il-kapital uman. Sfida li pajjiżna jrid jindirizza b’mod aqli u deċiż. Pass inevitabbli speċjalment meta wieħed jiftakar li l-kapital uman huwa r-riżorsa primarja ta pajjiżna.


10 3 ta’ Diċembru 2 | Il-Ħadd EKONOMIJA | 2 ta’2023 Diċembru 2023

Insaħħu s-sigurtà fit-toroq X’għamilna? Żieda fl-infurzar u l-ispezzjonijiet fit-toroq Introduċejna multi eħrex Qed inwaqqfu Kummissjoni Investigattiva għas-Sigurtà fit-Trasport Saħħaħna d-direttorat fi ħdan Transport Malta Ninkludu s-sigurtà fit-toroq bħala parti mill-kurrikulum Nintensifikaw il-kampanji edukattivi Jisaħħaħ l-irwol tal-Kunsill għasSigurtà fit-toroq Se nintroduċu tests għal għarrieda kontra d-droga


2 ta’ Diċembru 2023 | EKONOMIJA

3

NISFRUTTAW IL-KREATTIVITÀ lu bil-Metaverse U T-TAGĦLIM FLIMKIEN: IL-5 AVVENIMENT ANNWALI TA' SCRATCH CODING JR

għu u jinteraġixxu virtwalment. Xi pjattaformi ogħob, xi wħud bħala networks soċjali, u xi wħud u jqassmu l-kontenut.

Artiklu minn LORANNE AVSAR ZAMMIT

Immaġina kamra mimlija ġenituri, nanniet, u studenti ħerqana tal-Year 5 u Year 6, miġbura flimkien, impenjati fid-dinja mill-isbaħ tal-coding. Din hija l-maġija tal-5 Avveniment Annwali ta’ Scratch Jr Coding, organizzat bi sħubija bejn il-Kunsill Lokali tal-Isla, l-Iskola Primarja tal-Isla, u l-eSkills Malta Foundation. Flimkien, ħloqna esperjenza rikka li tgħaqqad ġenerazzjonijiet flimkien biex jesploraw id-dinja tal-coding.

Tissoċjalizza

Avatars jistgħu jiġu modifikati u esperjenzi dinamiċi tal-grupp se jiffaċilitaw era ġdida ta’ interazzjoni soċjali fil-Metaverse.

sors: stambol.com

Taħdem Issa li wieħed jista’ jaħdem mid-dar fittex sejħiet biex tidħol fi spazji virtwali għal raġunijiet professjonali. Tiltaqa' biex tikkollabora, tiddisinja, tagħmel reviżjoni u tipprovdi servizz lil klijent virtwalment.

Għal dawn l-aħħar ħames snin, l-avveniment tal-iScratch Jr Coding kien xempju ta’ eċċellenza edukattiva u għaqda tal-familja fil-belt pjaċevoli tal-Isla. Dan l-avveniment notevoli jressaq lillġenituri u n-nanniet eqreb lejn it-tfal tagħhom li huma familjari ma’ l-użu tat-teknoloġija u jinkoraġġixxi sens ta' faxxinu u esplorazzjoni fiddinja tal-coding.

4. Bini tal-Kunfidenza:

L-Elementi Prinċipali ta' dan l-Avveniment

– Il-kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali talIsla u l-Iskola Primarja tal-Isla tagħti eżempju tas-saħħa tas-sħubijiet fil-komunità. Flimkien, jipprovdu riżorsi, appoġġ, u ambjent ta’ trawwim għat-tfal u l-familji tagħhom.

L-Avveniment tal-coding Scratch Jr huwa aktar minn sempliċi avveniment edukattiv; huwa ċelebrazzjoni ta’ kreattività, kurżità u għaqda. Għalhekk dan l-avveniment jista jiġi kkunsidrat bħala wieħed mill-aħjar modi kif tiċċelebra l-kreattività, l-kurżità u l-għaqda. Huwa wkoll avveniment annwali li sar tradizzjoni u li jkun mistenni minn sena għal sena u joffri: 1. Inklużività u Involviment tal-Familja:

– Hekk kif it-tfal jiskopru l-kapaċità tagħhom li jagħmlu l-coding u joħolqu, huma wkoll jibnu l-kunfidenza fihom infushom. Huma jiksbu l-kuraġġ biex jesploraw id-dinja tat-teknoloġija. 5. Kollaborazzjoni tal-Komunità:

6. Tradizzjoni Annwali: – Il-fatt li dan l-avveniment ilu għaddej b'saħħtu għal ħames snin jgħid ħafna dwar is-suċċess tiegħu. Saret tradizzjoni annwali li l-familji jistennew bil-ħerqa.

– Dan l-avveniment huwa uniku minħabba li jnaqqas id-distakk bejn il-ġenerazzjonijiet. Jinkoraġġixxi lill-ġenituri u n-nanniet biex jipparteċipaw b’mod attiv fl-edukazzjoni ta’ wliedhom jew tan-neputijiet tagħhom, billi jippromwovi sens ta’ għaqda u u tqassim ta’

7. Tagħlim Mimli Divertenti:

tagħlim.

wiċċhom.

2. Tagħlim Prattiku:

Il-ħames attività annwali Scratch Jr Coding b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Isla u l-Iskola Primarja tal-Isla, hija aktar minn avveniment. Din tissimbolizza l-impenn lejn edukazzjoni ta’ kwalità, involviment tal-familja, u spirtu komunitarju. Jitrawwem it-talent u l-ħiliet tal-istudenti tal-Year 5 u Year 6 filwaqt li jrawwem sens ta’ għaqda fi ħdan il-familji u l-komunità tal-Isla.

– It-tfal, flimkien mal-membri tal-familja tagħhom, jiksbu esperjenza prattika bi Scratch Jr, pjattaforma ta’ coding faċli għall-dawk li għadhom jibdew il-coding. Huma jitgħallmu l-prinċipji fundamentali tal-coding permezz ta' attivitajiet divertenti u interattivi.

– L-avveniment mhuwiex biss dwar il-coding; u huwa ukoll dwar li tieħu pjaċir waqt li titgħallem. It-tfal huma impenjati permezz ta’ logħob, sfidi u ħidma f’tim, u żgur li jitilqu bi tbissima fuq

3. It-Trawwim tal-Kreattività:

/ESkillsMalta

@eSkills_Malta

www

eskills.org.mt

– L-avveniment iqajjem il-kreattività billi jippermetti lill-istudenti joħolqu l-istejjer, l-animazzjonijiet u l-logħob tagħhom stess. Jrawwem l-immaġinazzjoni u l-ħiliet tagħhom biex isolvu l-problemi.

Din hija waħda mill-aħjar prattiċi li turi l-qawwa tal-kollaborazzjoni, it-tagħlim, u l-ferħ taliskoperta. Dan l-avveniment juri li meta naħdmu flimkien, nistgħu ngħinu lill-istudenti żgħar tagħna jsiru saħansitra aħjar u nagħmlu l-futur isbaħ u aħjar għal kulħadd.


4

EKONOMIJA | 2 ta’ Diċembru 2023

“Naħseb li l-miri tal-Budget li tħabbru jidhru li huma realistici” - L-EKONOMIST PHILIP VON BROCKDORFF

I

l-miżuri li tħabbru fil-Budget tal-2024, kemm dawk ekonomici, kif ukoll dawk soċjali huma immirati biex isostnu l-konsum u indirettament l-investiment fl-ekonomija. Hu diffiċli ħafna biex wieħed jipprevedi jekk il-miżuri kollha se jkollom l-effett mixtieq Madankollu naħseb li l-miri tal-Budget jidhru li huma realistici.

Dan qalu l-ekonomist Philip Von Brockdorff, f’intervista li kellu ma’ dan il-ġurnal, fejn iddefenixxa l-Budget bħala eżerċiżżju finanzjarju f’qafas ta’ politika ekonomika u socjali li jiżviluppa kontinwament kif tiżviluppa wkoll is-sitwazzjoni geo-politika li kif kulħadd jaf kemm hi mċajpra minħabba l-gwerra fl-Ukrajina u issa minħabba l-kriżi fil-Lvant Nofsani. Brockdorff qal li fi sfond, il-Budget tfassal u jidher ċar li nstab bilanċ bejn il-miri finanzjarji biex jikkonformaw mar-regoli finanzjarji ġodda u dawk ekonomiċi mod partikolari t-tkabbir ekonomiku li hu tant meħtieġ biex il-Gvern jiffinanzja l-ispiża kapitali u rikorrenti. Dwar il-Gvern, Brockdorff qal li d-deciżjoni talGvern biex jestendi s-sussidji fuq l-energija u fuel tibqa’ l-miżura ewlenija biex tiżgura li l-ekonomija tilqa’ għax-xokkijiet ekonomici li jirriżulta jekk dawn is-sussidji ma jingħatawx. Huwa qal li mingħajr dawn is-sussidji, il-konsum f’pajjiżna jintlaqat ħażin u b’riżultat ta’ dan jaffettwa t-tkabbir ekonomiku. Fiċ-ċirkostanzi preżenti, l-ekonomisr saħaq li xokkijiet ekonomici jkollhom konsegwenzi kważi disażtrużi fuq il-familji Maltin u Ghawdxin

irrespettivament mid-dħul tagħhom. Żied jgħid; “Wieħed jittama li l-prezzijiet tal-enerġija ma jibqgħux jiżdiedu biex il-ħtieġa li jingħataw issussidju tonqos iżda s-soluzzjoni dejjem hija dik ta’ energija alternattiva u prezzijiet orħos permezz ta’ interconnector ieħor mal-bqija talEwropa;soluzzjoniet pero’ li se jieħdu ż-żmien”. Meta kien mistoqsi liema huma l-iktar miżuri talBudget 2024 li laqtuh, Brockdorff qal li waħda minnhom hija t-tisħiħ tal- inwork benefit, li hija miżura importanti oħra li tgħin sabiex itaffi l-problema ta’ nuqqas ta’ ħaddiema f’numru ta’ setturi ekonomiċi meta mqabbel mad-domanda minn negozji bbażati f’pajjiżna. Miżura oħra, li bħala ekonomist jemmen fiha, hi dik tal-venture capital għal start-ups li tista’ taghmel differenza għal min se jibda negozju li jirrekjedi investiment fit-tekonolgija jew li jwassal għal anqas dipendenza fuq energija konvenżjonali. L-ekonomist qal li miżura li kien ilu jinsist ħafna għalija hija dik tal-kreditu tat-taxxa fuq iniżjattivi li jittieħdu minn negozji ħal innovazzjoni fuq ilpost tax-xogħol biex minn jinvesti kemm fuq ittaħriġ u fuq it-teknoloġija jżid l-produttivita’ fuq il-post tax-xogħol.

Qal ukoll li inizjattiva oħra hi l-proċess ta’ collective bargaining, li jkun rikonnoxut bħala mekkaniżmu li jista’ jwassal ukoll għal żieda fil-produttivita’ talħaddiema permezz ta’ soluzzjonijiet mifthiema bejn minn iħaddem u t-trade unions. Meta kien mistoqsi fl-intervista jekk fost il-miżuri li tħabbru tal-Budget 2024, jekk kienx jagħmel xi ħaġa differenti, huma efasizza fuq bosta miżuri. Huwa qal li kieku kien jipproponi rifużjoni tattaxxa b’rata li fiskalment ma toħloqx problemi għad-dħul tal-Gvern żda li fl-istess waqt tinċentiva l-familji Maltin u Għawdxin li jnaqqu l-konsuma tal-elettriku. Qal ukoll li miżura oħra li għandha tiġi kkunsidrata fiċ-ċirkostanzi li għaddejin minnhom bħalissa hu li l-użu ta’ karozzi privati għandu jkun abbażi ta’ alternative number plate li ma jkunx daqstant restrittiv. Hawnhekk irrimarka, li jifhem li din tista’ tkun miżura kontroversjali u li bħalissa qegħdin ngħixu fi żmien fejn għandna gwerra fl-Ewropa, kriżi flLvant nofsani u riskji oħra ġeo-politiċi li jistgħu jwasslu għall-krizijiet ekonomici inkluż f’pajjiżna. Temm jgħid li f’pajjiżna fejn il-mudell socjali jibqa’ ta’ prijorità, li kulħadd jagħti sehemu biex innaqqsu l-konsum tal-energija u fuel hu att xieraq u resposabbli.


2 ta’ Diċembru 2023 | EKONOMIJA Economy.pdf

1

30/11/2023

14:38

Chatbot avvanzat bil-Malti Investiment ta’ €3 miljun għall-iżvilupp ta’ chatbot ta’ konversazzjoni bil-Malti

Kollaborazzjoni internazzjonali b’uffiċċji fil-Gozo Innovation Hub

irrappreżenta kollaborazzjoni strateġika bejn Cartesio Ltd u

qed tiżviluppa chatbot ta’ konversazzjoni bil-lingwa Maltija biex

l-Università ta’ Malta, bi sħubija mal-AI u l-cloud technology

M

jintuża fis-setturi bankarji, finanzjarji u tal-assigurazzjoni, kif

enablers Noovle International, li diġà għandhom preżenza

Y

wkoll servizzi ta’ investimenti.

f’Għawdex.

CY

Is-sħubija strateġika hija ffurmata minn Cartesio Ltd u Noovle

Valentino Benicchio, Direttur, Noovle International, stqarr:

CMY

SpA b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta biex jiġi żviluppat

“Aħna ħerqana li nesploraw opportunitajiet ġodda ta’ R&D f’Malta

dan il-proġett innovattiv fl-AI li se jara ChatBot avvanzat

fl-oqsma tas-sostenibbiltà, l-innovazzjoni u teknoloġiji intelliġenti

jikkomunika ma’ klijenti fis-settur tas-servizzi finanzjarji, u

oħra fejn nistgħu nisfruttaw il-kapaċitajiet u l-esperjenza tagħna,

jipprovdi appoġġ għall-customer care bil-Malti. Fil-fatt,

li jistgħu jiġu applikati fis-servizzi pubbliċi jew fis-settur privat”.

C

CM

MY

K

il-lingwa Maltija se tkun l-ewwel waħda li se tiġi mxerrda, Francesca Caruso, Direttur ta’ Cartesio Ltd stqarret li: “Aħna

filwaqt li lingwi oħra se jsegwu.

kburin li qegħdin hawn illum, mhux biss bħala xhieda tal-qawwa L-iżviluppaturi spjegaw li l-għan ewlieni tal-proġett ta’ €3

tal-innovazzjoni iżda wkoll bħala xhieda tas-sħubija bejn is-settur

miljun kien li tiġi żviluppata pjattaforma ta’ konversazzjoni

pubbliku u privat f’Malta”.

innovattiva li tuża teknoloġiji avvanzati tal-AI u tat-tagħlim tal-magni kif wkoll kapaċitajiet ta' cloud computing avvanzati

Pedament għas-suċċess ta’ dan il-proġett kien ir-relazzjoni

ħafna.

simbjotika bejn l-akkademja u l-industrija.

L-ewwel prototipi li se jiġu żviluppati se joperaw fil-qasam

“Kollaborazzjonijiet bħal din jipprovdu lill-istudenti u r-riċerkaturi

tas-servizzi finanzjarji, speċifikament fi tliet oqsma ewlenin:

tagħna l-possibilita li jaraw ir-riżultati tar-riċerka tagħhom

is-Settur

ta’

inkorporati fi prodott tanġibbli li jista’ jkun ta’ servizz

Investiment. Madankollu, chatbot avvanzat bħal dan jista'

għas-soċjetà, filwaqt li fl-istess ħin javvanzaw l-għarfien u

eventwalment jiġi skjerat f'setturi oħra, inkluż is-servizz

l-kapaċità tar-riċerka tagħna. Il-grupp ta’ riċerka tagħna qed

pubbliku, it-turiżmu, is-servizzi tal-konsumatur, u servizzi oħra

javvanza kontinwament l-għodod tal-ipproċessar tal-Malti u dan

tal-kummerċ elettroniku.

il-proġett jipprovdi l-pjattaforma t-tajba biex turi x-xogħol

Bankarju,

l-Assigurazzjoni,

u

s-Servizzi

tagħna,” qalet Dr Claudia Borg, lettur anzjan dwar l-AI Il-proġett, bl-isem The New Era of Chatbot, qed jirċievi appoġġ

fil-Fakultà

tat-Teknoloġija

mill-Malta Enterprise taħt l-Iskema Research and Development,

l-Komunikazzjoni.

tal-Informazzjoni

u

5


6

EKONOMIJA | 2 ta’ Diċembru 2023

ŻIEDA T’AKTAR MINN €700 F’BENEFIĊĊJI SOĊJALI Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tatTfal huwa meqjus bħala s-sisien u l-għeruq soċjali ta’ dan il-Gvern. Sena wara oħra jiġi fdat bl-akbar finanzjament, sabiex jamministra dawn il-fondi b’għaqal u jmorru fejn hemm l-aktar bżonn.

Din is-sena dan il-Ministeru ser jamministra kważi terz tal-fondi kollha allokati tal-Gvern, b’somma illi tlaħħaq it-€2.2 biljun ewro. Il-maġġoranza ta’ dawn se jmorru fuq benefiċċji soċjali, li minnhom igawdu l-familji u t-tfal, il-pensjonanti, persuni b’diżabilità u persuni oħra fuq assistenzi differenti. Għas-sena 2024, hemm pjanata l-allokazzjoni rekord ta’ biljun u kawżi ħames mitt miljun ewro fuq benefiċċji soċjali, li tfisser żieda ta’ 90 fil-mija meta mqabbel massena 2013, qabża ta’ aktar minn 705 miljun ewro. Din iż-żieda fl-investiment hija xhieda tanġibbli oħra ta’ kif dan il-Gvern qed ikun pro-attiv sabiex jindirizza bżonnijiet u realtajiet soċjali ġodda. Pjan soċjali mmirat biex ngħinu l-batut, ‘l dawk li qatgħu lura u dawk fil-faxxa medja tassoċjetà.


2 ta’ Diċembru 2023 | EKONOMIJA

BENEFIĊĊJI MMIRATI GĦALL-FAMILJI • Mis-sena d-dieħla l-Allowance tat-Tfal ser tiżdied b’€250 kull wild. Din hija l-akbar żieda li qatt ingħatat fil-ħamsin sena li ilu jeżisti dan il-benefiċċju u ser tolqot aktar minn 41,000 familja bi 62,000 tifel u tifla. • Żieda oħra fil-Bonus għat-Twelid u Adozzjoni - Fl-2020 introduċejna Bonus ġdid biex ngħinu familji b’wild ġdid jew adozzjoni. Għat-tieni darba ser inżidu dan il-bonus u minn €400 għal kull wild mis-sena d-dieħla se jitla’ għal €500 għall-ewwel wild u minn €400 għal €1,000 għat-tieni wild ġdid jew aktar filfamilja. Nistmaw li madwar 3,200 familja ser igawdu minn dan it-titjib. • Allowance Speċjali għal dawk li jkomplu l-edukazzjoni wara l-età obbligatorja. Din l-Allowance Speċjali ser tkun ta’ €500 fis-sena għal tliet snin, sakemm it-tfal jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom u jkunu studenti full-time. Madwar 4,800 familja fl-ewwel sena, liema ammont jitla’ għal kważi 15,000 familja sa tliet snin oħra. • Titwessa’ l-eliġibilità għal krediti tattrobbija - Sal-lum ġenituri li jkunu bdew jaħdmu u li jinterrompu l-karriera biex jibnu familja jibbenefikaw minn krediti fil-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali għal kull wieħed mill-ewwel tlett itfal li jkunu rabbew. Mis-sena d-dieħla dan ilbenefiċċju ser jitwessa’ sabiex ġenituri li l-ewwel bnew familja u mbagħad daħlu fid-dinja tax-xogħol, ikunu wkoll intitolati għal dawn il-krediti tat-trobbija.

PENSJONANTI • Għad-disa’ sena konsekuttiva se nerġgħu nagħtu żieda oħra lill-pensjonanti kollha fuq iż-żieda għall-għoli tal-ħajja. B’kollox biż-żieda tal-għoli tal-ħajja inkluża, kull pensjonant tal-irtirar, ir-romol, dawk tal-invalidità u dawk li jieħdu l-pensjoni taletà se jiżdiedu €15 fil-ġimgħa jew €780 fis-sena. Din hija l-akbar żieda li qatt ħadu l-pensjonanti f’sena waħda. • Mekkaniżmu li jiggarantixxi żidiet adegwati lill-pensjonanti fil-futur. Mis-sena d-dieħla, l-istess mekkaniżmu li diġà japplika għal dawk li twieldu fl-1962 jew wara se jkun japplika wkoll għall-pensjonanti li twieldu qabel. • Se nerġgħu ntejbu l-eżenzjonijiet mit-taxxa li japplikaw mill-età ta’ 61 sena ’l quddiem għall-pensjonanti. Dan b’mod li jkunu 18 inklużi fl-ammonti eżentati ż-żidiet kollha li qed inħabbar għall-pensjonanti. • Ser jiżdied il-bonus għal dawk il-persuni li ma’ ħallsux biżżejjed bolol biex jikkwalifikaw għall-pensjoni. Il-bonus għal min ikun ħallas minn sena sa erba’ snin bolol se jitla’ minn €450 għal €500 waqt li ta’ dawk li ħallsu minn ħames sa disa’ snin bolol se jitla’ minn €550 għal €600 fis-sena.

Dawn huma biss ftit mill-miżuri mħabbra għall-budget tas-sena 2024. Benefiċċji li se jkomplu jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies, għaliex dan il-Gvern dejjem hemm man-nies, għan-nies. Quddiem dawn kollu, l-isfidi, iżda, ma jonqsux u tagħmel kemm tagħmel ġid, qatt ma huwa biżżejjed. B’għaqal mibni fuq il-valuri ta’ ġustizzja soċjali ser inkomplu nkunu ta’ sostenn għal dawk li jeħtiegu s-servizzi tagħna.

7


8

EKONOMIJA | 2 ta’ Diċembru 2023

NIFFAĊĊILITAW IT-TRANZIZZJONI EKOLOGIKA BIT-TISĦIEĦ FIL-ĦILIET

F

orza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati hija kruċjali biex jiġu żgurati tranżizzjoni ekoloġika u tranżizzjoni diġitali soċjalment ekwi u ġusti, u biex jissaħħu l-kompetittività u r-reżiljenza sostenibbli tal-Unjoni Ewropea, fiddawl ta’ xokkijiet esterni, bħall-pandemija tal-COVID-19 jew il-konsegwenzi negattivi tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, kif ukoll dak li ghaddej fil-lvant nofsani.

Ħiliet aktar adegwati u mqabbla aħjar mad-domanda tas-suq tax-xoghol, jiftħu opportunitajiet ġodda u jagħtu s-sahha lill-individwi biex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq tax-xogħol, fis-soċjetà u fid-demokrazija, sabiex jisfruttaw l-opportunitajiet li l-bidliet igibu maghhom. Madwar l-Unjoni kollha, u Malta mhux eccezzjoni, min jimpjega jirrapportaw li huwa diffiċli biex isibu ħaddiema bil-ħiliet meħtieġa. L-Awtorità Ewropea taxXogħol, fir-rapport tagħha intitolat “ir-Rapport dwar in-nuqqas ta’ ħaddiema u s-surpluses” u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea tat-teknologija, fir-rapport tagħha intitolat “L-Iżvilupp tal-ħiliet ‘cybersecurity’ fl-UE” identifikaw illi 28 professjoni ġew ikklassifikati li kellhom nuqqasijiet fil-ħiliet fl-2021, inklużi fis-setturi tal-kura tas-saħħa, tal-ospitalità, tal-kostruzzjoni u fis-settur tasservizzi, u identifikaw nuqqasijiet ta’ speċjalisti tal-IT u tas-sigurtà, b’mod partikolari esperti cyber security, u ħaddiema bi sfond xjentifiku, teknoloġiku, tal-inġinerija u tal-matematika. L-akbar restrizzjoni għal tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali ta’ suċċess hija dejjem aktar in-nuqqas ta’

MARIO FAVA PRESIDENT AKL

ħaddiema bil-ħiliet it-tajba. In-nuqqas ta’ ħaddiema jista’ jkun ukoll, f’xi każijiet, ir-riżultat ta’ impjiegi mhux attraenti u kondizzjonijiet tax-xogħol ħżiena. L-indirizzar ta’ dawk il-kwistjonijiet, permezz ta’ offerti ta’ impjiegi ta’ kwalità u politiki favur iż-żamma ta’ tali impjiegi, huwa importanti għal suq tax-xogħol li jiffunzjona tajjeb. F’ħafna Stati Membri, il-fattur tal-‘ageing population’ huwa mistenni li jaċċellera matul id-deċennju li ġej, Malta mhux eccezzjoni ghax il-qabza li saret fil-qasam tas-sahha qed iwassal biex nghinxu aktar fit-tul.

persuni li ma jistgħux jitħarrġu mill-ġdid u jtejbu l-ħiliet tagħhom. Il-garanizja ghaz-zghazagh lura fis-snin ricenti hija ezmepju klassiku kif dan jista’ jithaddem.

Quddiem dan kollu, l-investimenti fil-hiliet kollha, permezz ta’ aktar nies li mhux fid-dinja tax-xoghol, jibdew jahdmu, specjalment in-nisa u ż-żgħażagħ, jew dawk li huma barra mill-edukazzjoni jew mittaħriġ, huwa essenzzjali. Strateġiji ta’ ħiliet effiċjenti u komprensivi, aċċess akbar għal opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ minn gruppi żvantaġġati, u l-ġlieda kontra l-isterjotipi, b’mod partikolari l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, jgħinu biex jiżdiedu l-impjiegi u jitnaqqsu n-nuqqasijiet ta’ ħiliet. Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni soċjalment ekwa u inklużiva, tali miżuri jistgħu jkunu kkomplementati b’soluzzjonijiet għal

Iż-żieda fl-opportunitajiet ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ titjib tal-ħiliet għal dawk il-gruppi u għall-adulti kollha fl-età tax-xogħol, tikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira talUnjoni Ewropea f’ dan ir-rigward.

Barra minn xtutna qed naraw kif in-nuqqas ta’ forza taxxogħol b’ħiliet speċjalizzati adegwati u r-rata baxxa ta’ parteċipazzjoni ta’ adulti fl-età tax-xogħol f’attivitajiet ta’ taħriġ inaqqsu l-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol, u jirriżultaw f’inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi li jirrappreżentaw sfida sinifikanti għall-Unjoni Ewropea.

Il-Prinċipju Nru 1 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiddikjara li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ fit-tul (tul il-ħajja) ta’ kwalità u inklużjoni sabiex jinżammu u jinkisbu ħiliet li jippermettulhom jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà u jimmaniġġjaw b’suċċess it-tranżizzjonijiet fis-suq taxxogħol.


2 ta’ Diċembru 2023 | EKONOMIJA

9

Tant li l-istatistika tindika li l-persuni li għaddew mill-ajruport f’dan il-perjodu kien dak ta’ 3.43 miljun passiġġier, figura li tiżboq bil-kbir dak tal-2019, is-sena ta’ qabel il-pandemija. Dan ir-riżultat ukoll ipoġġi lill-ajruport Malti ma’ grupp ta’ ajruporti Ewropej li rrappurtaw żieda fit-traffiku ta’ nofs is-sena meta mqabbel mal-2019. Fid-dawl ta’ dawn in-numri pożittivi, ma nistgħux ma ninnutawx il-ħidma li qed issir minn diversi entitajiet privati u pubbliċi biex Malta tibqa’ tiddomina l-mappa turistika fl-Ewropa, partikolarment fir-reġjun talMediterran. Minkejja li l-għadd kollu ta’ passiġġieri li għaddew millajruport ma jfissirx li kienu kollha turisti, dan iwassalna biex nenfasizzaw fuq il-ħtieġa li pajjiżna nkomplu nżommuh nadif, nibżgħu għas-siti storiċi u kif ukoll ilmod ta’ kif aħna bħala poplu nittrattaw mal-barranin li jiġu jżuru pajjiżna. Għalkemm aħna konvinti li dan kollu qed iseħħ, però dan ma jistax isir waħdu imma wkoll irid ikun hemm kollaborazzjoni mas-settur turistiku privat f’dak li huwa servizz ta’ kwalità li t-turist għandu jingħata fiż-żmien li jdum hawnhekk. B’hekk mhux biss inkunu bħala pajjiż, qed nikkonsolidaw is-settur turistiku li huwa pilastru ewlieni fl-ekonomija imma wkoll inkunu qed inħeġġu lil dawk li diġà ġew, biex jerġgħu jiġu. F’dan il-kuntest nittamaw li l-industrija tal-kostruzzjoni tkun parteċipi f’dan kollu bil-għan li jonqsu l-ilmenti f’dawk li huma ħsejjes u trabijiet, li jkunu qed isiru waqt ix-xogħlijiet. Għalhekk irridu napprezzaw ukoll l-isforzi tal-Gvern u tal-entitajiet tiegħu biex l-akwati tal-ajruport jisbieħu u jkunu ta’ livell li jagħtu bixra ta’ serjetà u trankwillità nieqsa mill-konfużjoni tat-traffiku u b’network ta’ toroq li jkunu komdi għal kulħadd. Dan kollu jiġġustifika x-xogħlijiet kollha li qed isiru li b’xi kultant kienu ta’ inkonvenjent imma li fl-aħħar mill-aħħar wieħed irid jifhem l-eżitu ta’ proġetti kbar ta’ din ix-xorta.


10

EKONOMIJA | 2 ta’ Diċembru 2023

L-MDIA ġiet stabbilità biex tkun aktar minn sempliċiment awtorità

L

ura fl-2018, l-Awtorità għall-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta bdiet vjaġġ trasformattiv, li tipprevedi l-ħtiġijiet dinamiċi ta’ pajsaġġ teknoloġiku li qed jevolvi. B'previżjoni lejn il-futur, l-MDIA ġiet stabbilità biex tkun aktar minn sempliċiment awtorità - saret xempju ta' fiduċja f'teknoloġiji emerġenti, u tfassal qafas regolatorju għas-settur tat-teknoloġija li dejjem jinbidel. Il-programm inawgurali tal-MDIA iffoka fuq iċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi DLT, u b'hekk ippozizzjonat ruħha bħala l-gwardjan tal-fiduċja tal-investitur u tal-utent fl-ispazju DLT li qed jespandi malajr.

Fi żmien sena, l-MDIA assumiet irwol ċentrali fissuperviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija ambizzjuża tal-Intelliġenza Artifiċjali, li kellha bidla kbira għal Malta. Aktar minn 80% tal-punti ta' azzjoni strateġika ġew stabbiliti, bi progress kontinwu flimplimentazzjoni tagħhom. Din l-istrateġija mhux biss ipprevediet iżda implimentat aktar minn sebgħin azzjoni, inklużi proġetti innovattivi fit-traffiku, edukazzjoni, saħħa, customer care, turiżmu, u dawl u ilma. L-impenn tal-MDIA ma waqafx hawn. Fdata bir-responsabbiltà li taġġorna u tirrevedi l-istrateġija, l-MDIA bħalissa hija involuta f'eżerċizzju ta' allinjament mill-ġdid. Dan l-eżerċizzju jinvolvi konsultazzjoni mifruxa, li jirrikonoxxi d-dominju transsettorjali tal-

intelligenza artificjali. L-istrateġija aġġornata mistennija tkun lesta għall-pubblikazzjoni fit-tieni kwart tal-2024, li timmarka pass kritiku fl-avvanz teknoloġiku ta’ Malta. Ġiet introdotta t-Technology Assurance Sandbox, kenn fejn startups u SMEs jistgħu jirnexxu mingħajr biża’, appoġġjati minn gwida esperta. Allinjament bla xkiel mal-Att tal-Unjoni Ewropea dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, l-aspett regolatorju tal-MDIA, flimkien mat-Technology Assurance Sandbox, sar mudell għal pajjiżi oħra. L-MDIA ngħatat ir-rwol li tiċċertifika s-cybersecurity nazzjonali, u kkollaborat fil-programm Mind the Gap ma’ Tech.mt u l-Awtorità Maltija talKomunikazzjoni.

Il-qofol tal-ewwel ħames snin tal-MDIA jinvolvi pjanijiet ambizzjużi, inkluż DiHubMT - il-European Digital Innovation Hub f'Malta, li jappoġġja startups, scaleups, u SMEs. Il-futur iwiegħed rwol estiż għall-MDIA - jiċċertifika mhux biss blockchain iżda kwalunkwe teknoloġija emerġenti, li tirrifletti n-natura li dejjem tevolvi tal-industrija. L-MDIA, b'kollaborazzjoni diretta mal-professjonisti tal-industrija, tipprevedi futur fejn ilfiduċja fit-teknoloġija tkompli tkun il-missjoni ewlenija tagħha.


2 ta’ Diċembru 2023 | EKONOMIJA

L-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) F

i żmien fejn il-pjattaformi diġitali għandhom rwol kruċjali fl-ekonomija u fil-ħajja ta' kuljum, l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (‘Digital Services Act’ jew ‘DSA’), huwa kkunsidrat bħala żvilupp leġislattiv importanti fl-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, huwa essenzjali li dan l-Att tal-UE, li mistenni jidħol kompletament fis-seħħ fis-17 ta’ Frar 2024, jiġi mifhum min-negozji u ċ-ċittadini Maltin.

Id-DSA jipprovdi qafas legali komprensiv għarregolamentazzjoni tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji bilgħan li joħloq ambjent onlajn aktar sigur u responsabbli. Element ewlieni ta' dan l-Att huwa l-eżenzjoni mirresponsabbiltà, fejn il-fornituri mhumiex ġeneralment responsabbli għal kontenut illegali imtella’ mill-utenti sakemm il-fornituri jieħdu azzjoni xierqa u immedjata ladarba jiġu infurmati jew jindunaw bih. Biex nifhmu aħjar l-ambitu tad-DSA, huwa importanti li nifhmu x'jikkostitwixxi 'Fornitur tas-Servizzi Intermedjarji'. Skont idDSA, dawn il-fornituri jinkludu entitajiet li joffru servizzi ta’ cloud hosting, pjattaformi tal-midja soċjali, marketplaces onlajn, u magni tat-tiftix onlajn. Dawn jitqiesu bħala intermedjarji peress li jiffaċilitaw interazzjonijiet jew tranżazzjonijiet bejn partijiet terzi fuq l-internet, iżda li tipikament ma jikkontrollawx ilkontenut jew l-attivitajiet li jsiru permezz tas-sistemi tagħhom. Id-DSA tistabbiliixxi obbligi varji fuq dawn il-fornituri, skont it-tip u d-daqs tagħhom. Dawn l-obbligi jinkludu protokolli ta' avviż u azzjoni, trasparenza fl-operat, proċessi effiċjenti fittrattament tal-ilmenti, u l-implimentazzjoni ta' miżuri għallprotezzjoni tat-tfal. Huwa importanti li nifhmu li d-DSA mhuwiex maħsub biex jissostitwixxi l-liġijiet eżistenti. L-Att jistabbilixxi regoli ċari dwar il-mod kif il-fornituri għandhom jirreaġixxu meta jiltaqgħu ma' kontenut illegali. F'Malta dan ifisser li l-qafas legali nazzjonali attwali jibqa' prattikament li hu. Id-DSA jintroduċi regolamentazzjoni addizzjonali li tassigura li l-kontenut ipprovdut lill-fornituri, anke dawk ibbażati barra minn Malta, ikun suġġett għall-istess standards u liġijiet. Id-DSA ġie żviluppat minħabba r-realtajiet ġodda f’dinja globalizzata u diġitali, fejn l-isfidi bħall-bejgħ ta' prodotti illegali, il-materjal t' abbuż fuq it-tfal, u n-nuqqas ta' trasparenza fir-reklamar onlajn saru problematiċi. F'Malta, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) se taqdi l-irwol ta’ Koordinatur tas-Servizzi Diġitali (‘Digital Services Coordinator’ jew ‘DSC’), u se tkun responsabbli għassuperviżjoni tal-implimentazzjoni tad-DSA u ż-żamma talkonformità man-normi tad-DSA mill-fornituri li huma bbażati f'Malta. Hekk kif qegħdin nersqu iktar qrib lejn l-infurzar sħiħ tad-DSA, huwa essenzjali li n-negozji u ċ-ċittadini Maltin jibqgħu infurmati u lesti. Dan l-Att tal-UE jirrappreżenta pass importanti lejn ekonomija diġitali aktar responsabbli u ffukata fuq l-utent, fejn il-ħarsien tad-drittijiet u s-sigurtà tal-utenti huma prijorità.

11


12

EKONOMIJA | 2 ta’ Diċembru 2023

MEMORIES ARE FOREVER

St Hotels is the ideal choice for travelers looking for the perfect location, right in the heart of Malta. We offer affordable but superior quality accommodation varying from hotel rooms with inland and sea views to modern self-catering apartments with all the latest amenities.

res@sthotelsmalta.com

ST Hotels Malta

https://sthotelsmalta.com/

+356 2264 0000


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.